European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/782

11.1.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11343 — SUMITOMO / OSAKA GAS / I SQUARED / THINK GAS / AG&P CITY GAS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/782)

1.   

Fit-3 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun),

Osaka Gas Co., Ltd. (“Osaka Gas”, il-Ġappun),

I Squared Capital LLC (“I Squared”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Think Gas (l-Indja), ikkontrollata minn I Squared,

AG&P City Gas (l-Indja), ikkontrollata minn I Squared.

Sumitomo, Osaka Gas u I Squared jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt ta’ Think Gas u AG&P City Gas.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Sumitomo hija kumpanija kummerċjali u ta’ investiment globali attiva f’firxa ta’ attivitajiet kummerċjali fil-Ġappun u madwar id-dinja,

Osaka Gas hija kumpanija tal-enerġija li tiffoka fuq l-iżvilupp, il-produzzjoni, it-trasport, il-ħżin, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut taż-żejt u l-gass naturali, il-provvista tal-enerġija u t-trasport tal-LNG,

I Squared huwa maniġer globali ta’ fondi ta’ investiment fl-infrastruttura li jiffoka fuq setturi bħall-enerġija, l-utilitajiet, it-telekomunikazzjoni, il-kura tas-saħħa u t-trasport.

3.   

Think Gas u AG&P City Gas huma attivi fl-iżvilupp u l-operat tan-networks tad-distribuzzjoni tal-gass fl-ibliet f’diversi Stati Indjani.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11343 — SUMITOMO / OSAKA GAS / I SQUARED / THINK GAS / AG&P CITY GAS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/782/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)