European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/506

23.1.2024

P9_TA(2023)0236

Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Ġunju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli armonizzati dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (L-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni (COM(2021)0206 – C9-0146/2021 – 2021/0106(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2024/506)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Emenda 2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

wara li kkunsidra l-opinjoni konġunta tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Dan ir-Regolament għandu l-iskop li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jistabbilixxi qafas legali uniformi b’mod partikolari għall-iżvilupp , il-kummerċjalizzazzjoni l-użu tal-intelliġenza artifiċjali bi qbil mal-valuri tal-Unjoni . Dan ir-Regolament isegwi għadd ta’ raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku , fosthom livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa s-sikurezza, u ta’ ħarsien tad-drittijiet fundamentali, u jiżgura l-moviment liberu transfruntier tal-prodotti u s-servizzi bbażati fuq l-AI, u b’hekk jevita li l-Istati Membri jimponu restrizzjonijiet fuq l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tas-sistemi tal-AI, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament minn dan ir-Regolament.

(1)

Dan ir-Regolament għandu l-iskop li jippromwovi l-adozzjoni ta’ intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem u affidabbli u li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa , tas-sikurezza, tad-drittijiet fundamentali, tad-demokrazija tal-istat tad-dritt, u tal-ambjent mill-effetti dannużi tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali fl-Unjoni filwaqt li tiġi appoġġata l-innovazzjoni u jitjieb il-funzjonament tas-suq intern . Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali uniformi b’mod partikolari għall-iżvilupp , it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz l-użu tal-intelliġenza artifiċjali bi qbil mal-valuri tal-Unjoni u jiżgura l-moviment liberu transfruntier tal-prodotti u s-servizzi bbażati fuq l-AI, u b’hekk jevita li l-Istati Membri jimponu restrizzjonijiet fuq l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tas-sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali (is-sistemi tal-AI), sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament minn dan ir-Regolament. Ċerti sistemi tal-AI jista’ jkollhom ukoll impatt fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ambjent. Dan it-tħassib huwa indirizzat speċifikament fis-setturi kritiċi u l-każijiet ta’ użu elenkati fl-annessi ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jippreserva l-valuri tal-Unjoni li jiffaċilitaw id-distribuzzjoni tal-benefiċċji tal-intelliġenza artifiċjali fis-soċjetà kollha, jipproteġu lill-individwi, il-kumpaniji, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u l-ambjent mir-riskji filwaqt li jagħtu spinta lill-innovazzjoni u l-impjiegi u jagħmlu lill-Unjoni mexxejja f’dan il-qasam.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Is-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali (is-sistemi tal-AI) jistgħu faċilment jibdew jintużaw f’bosta setturi tal-ekonomija u tas-soċjetà, inkluż dawk transfruntieri, u jiċċirkolaw madwar l-Unjoni. Ċerti Stati Membri diġà esploraw l-adozzjoni ta’ regoli nazzjonali biex jiżguraw li l-intelliġenza artifiċjali tkun sikura u li tiġi żviluppata u tintuża skont l-obbligi tad-drittijiet fundamentali. Regoli nazzjonali differenti jistgħu jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq intern u jnaqqsu ċ-ċertezza legali lill-operaturi li jiżviluppaw jew jużaw is-sistemi tal-AI. Għalhekk, jenħtieġ ikun żgurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni kollha, filwaqt li jenħtieġ jiġu evitat d-diverġenzi li jfixklu ċ-ċirkolazzjoni libera tas-sistemi tal-AI u tal-prodotti u tas-servizzi relatati fi ħdan is-suq intern, billi jiġu stabbiliti obbligi uniformi għall-operaturi u tkun żgurata l-protezzjoni uniformi tar-raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku u tad-drittijiet tal-persuni fis-suq intern kollu abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Peress li dan ir-Regolament fih regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali rigward restrizzjonijiet tal-użu ta’ sistemi tal-AI għal identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, ikun xieraq li, fejn jidħlu dawk ir-regoli speċifiċi, dan ir-Regolament jiġi bbażat fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE. Fid-dawl ta’ dawk ir-regoli speċifiċi u tar-rikors għall-Artikolu 16 tat-TFUE, jixraq jiġi kkonsultat il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

(2)

Is-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali jistgħu faċilment jibdew jintużaw f’bosta setturi tal-ekonomija u tas-soċjetà, inkluż dawk transfruntieri, u jiċċirkolaw madwar l-Unjoni. Ċerti Stati Membri diġà esploraw l-adozzjoni ta’ regoli nazzjonali biex jiżguraw li l-intelliġenza artifiċjali tkun affidabbli u sikura u li tiġi żviluppata u tintuża skont l-obbligi tad-drittijiet fundamentali. Regoli nazzjonali differenti jistgħu jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq intern u jnaqqsu ċ-ċertezza legali lill-operaturi li jiżviluppaw jew jużaw is-sistemi tal-AI. Għalhekk, jenħtieġ li jkun żgurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni kollha sabiex tinkiseb AI affidabbli , filwaqt li jenħtieġ li jiġu evitati d-diverġenzi li jfixklu ċ-ċirkolazzjoni libera , l-innovazzjoni, l-użu u l-adozzjoni tas-sistemi tal-AI u tal-prodotti u tas-servizzi relatati fi ħdan is-suq intern, billi jiġu stabbiliti obbligi uniformi għall-operaturi u tkun żgurata l-protezzjoni uniformi tar-raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku u tad-drittijiet tal-persuni fis-suq intern kollu abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Peress li l-intelliġenza artifiċjali spiss tiddependi mill-ipproċessar ta’ volumi kbar ta’ data, u ħafna sistemi u applikazzjonijiet tal-AI mill-ipproċessar tad-data personali, huwa xieraq li dan ir-Regolament jiġi bbażat fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE, li jistabbilixxi d-dritt għall-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u jipprevedi l-adozzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

Id-dritt fundamentali għall-protezzjoni ta’ data personali huwa salvagwardjat b’mod partikolari mir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u d-Direttiva 2016/680. Barra minn hekk, id-Direttiva 2002/58/KE tipproteġi l-ħajja privata u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni, inkluż billi tipprovdi kundizzjonijiet għal kwalunkwe ħżin ta’ data personali u mhux personali u l-aċċess minn tagħmir terminali. Dawk l-atti legali jipprovdu l-bażi ta’ pproċessar sostenibbli u responsabbli tad-data, inkluż fejn is-settijiet ta’ data jinkludu taħlita ta’ data personali u mhux personali. Dan ir-Regolament ma jfittixx li jaffettwa l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni eżistenti li jirregola l-ipproċessar tad-data personali, inkluż il-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji indipendenti kompetenti biex jimmonitorjaw il-konformità ma’ dawk l-istrumenti. Dan ir-Regolament ma jaffettwax id-drittijiet fundamentali għall-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali kif previst mid-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni u l-privatezza tad-data u kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”).

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)

Is-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali fl-Unjoni huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tal-prodotti li tipprovdi qafas li jipproteġi lill-konsumaturi minn prodotti perikolużi b’mod ġenerali u jenħtieġ li tkompli tapplika din il-leġiżlazzjoni. Dan ir-Regolament huwa wkoll mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti minn atti legali oħra tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti, inklużi r-Regolament (UE) 2017/2394, ir-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti u d-Direttiva 2013/11/UE.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 2d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2d)

F’konformità mal-Artikolu 114(2) tat-TFUE, dan ir-Regolament jikkomplementa u jenħtieġ li ma jimminax id-drittijiet u l-interessi tal-persuni impjegati. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax id-dritt tal-Unjoni dwar il-politika soċjali u l-liġi u l-prattika nazzjonali tax-xogħol, jiġifieri kwalunkwe dispożizzjoni legali u kuntrattwali li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-impjieg, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u r-relazzjoni bejn min iħaddem u l-ħaddiema, inkluż l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, inkluż id-dritt jew il-libertà tal-istrajkjar jew li tittieħed azzjoni oħra koperta mis-sistemi speċifiċi ta’ relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri, f’konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali. Lanqas ma jenħtieġ li jaffettwa l-prattiki miftiehma, id-dritt tan-negozjar, tal-konklużjoni u tal-infurzar ta’ ftehimiet kollettivi jew li tittieħed azzjoni kollettiva f’konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali. Fi kwalunkwe każ, dan jenħtieġ li ma jipprevjenix lill-Kummissjoni milli tipproponi leġiżlazzjoni speċifika dwar id-drittijiet u l-libertajiet tal-ħaddiema affettwati mis-sistemi tal-AI.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 2e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2e)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi stabbiliti fid-Direttiva … [COD 2021/414/KE].

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 2f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2f)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jgħin fl-appoġġ tar-riċerka u l-innovazzjoni u jenħtieġ li ma jimminax l-attività ta’ riċerka u żvilupp u jirrispetta l-libertà tar-riċerka xjentifika. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu s-sistemi tal-AI żviluppati speċifikament għall-iskop uniku ta’ riċerka u żvilupp xjentifiċi u li jiġi żgurat li r-Regolament ma jaffettwax b’mod ieħor l-attività xjentifika ta’ riċerka u żvilupp dwar is-sistemi tal-AI. Fiċ-ċirkostanzi kollha, jenħtieġ li kwalunkwe attività ta’ riċerka u żvilupp titwettaq f’konformità mal-Karta, id-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-liġi nazzjonali;

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

L-intelliġenza artifiċjali hi familja ta’ teknoloġiji li qed tevolvi malajr u tista’ tikkontribwixxi għal firxa wiesgħa ta’ benefiċċji ekonomiċi u soċjetali fl-ispettru kollu tal-industriji u tal-attivitajiet soċjali. B’titjib fil-previżjoni, b’ottimizzazzjoni tal-operazzjonijiet u l-allokazzjoni tar-riżorsi, u b’personalizzazzjoni tas-soluzzjonijiet diġitali disponibbli għall-individwi u l-organizzazzjonijiet, l-użu tal-intelliġenza artifiċjali jista’ jipprovdi vantaġġi kompetittivi ewlenin lill-kumpaniji u jappoġġa eżiti b’benefiċċji soċjali u ambjentali, bħal pereżempju fil-kura tas-saħħa, fil-biedja, fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-ġestjoni tal-infrastruttura, fl-enerġija, fit-trasport u l-loġistika, fis-servizzi pubbliċi, fis-sigurtà, fil-ġustizzja, fl-effiċjenza tar-riżorsi u enerġetika, u fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

(3)

L-intelliġenza artifiċjali hi familja ta’ teknoloġiji li qed tevolvi malajr li tista’ u diġà qed tikkontribwixxi għal firxa wiesgħa ta’ benefiċċji ekonomiċi , ambjentali u soċjetali fl-ispettru kollu tal-industriji u tal-attivitajiet soċjali , jekk tiġi żviluppata f’konformità mal-prinċipji ġenerali rilevanti skont il-Karta u l-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni . B’titjib fil-previżjoni, b’ottimizzazzjoni tal-operazzjonijiet u l-allokazzjoni tar-riżorsi, u b’personalizzazzjoni tas-soluzzjonijiet diġitali disponibbli għall-individwi u l-organizzazzjonijiet, l-użu tal-intelliġenza artifiċjali jista’ jipprovdi vantaġġi kompetittivi ewlenin lill-kumpaniji u jappoġġa eżiti b’benefiċċji soċjali u ambjentali, bħal pereżempju fil-kura tas-saħħa, fil-biedja, fis-sikurezza tal-ikel, fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-midja, fl-isports, fil-kultura, fil-ġestjoni tal-infrastruttura, fl-enerġija, fit-trasport u l-loġistika, fl-immaniġġjar tal-kriżijiet, fis-servizzi pubbliċi, fis-sigurtà, fil-ġustizzja, fl-effiċjenza tar-riżorsi u enerġetika, fil-monitoraġġ ambjentali, fil-konservazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi u fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Sabiex jilħqu l-miri tan-newtralità karbonika, il-kumpaniji Ewropej jenħtieġ li jfittxu li jużaw l-avvanzi teknoloġiċi kollha disponibbli li jistgħu jgħinu biex jintlaħaq dan l-għan. L-Intelliġenza Artifiċjali hija teknoloġija li għandha l-potenzjal li tintuża biex tipproċessa l-ammont dejjem jikber ta’ data maħluqa matul il-proċessi industrijali, ambjentali, tas-saħħa u oħrajn. Sabiex jiġu ffaċilitati l-investimenti fl-analiżi bbażata fuq l-AI u għodod ta’ ottimizzazzjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi ambjent prevedibbli u proporzjonat għal soluzzjonijiet industrijali b’riskju baxx.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Fl-istess ħin, skont iċ-ċirkostanzi rigward l-applikazzjoni u l-użu speċifiċi tagħha, l-intelliġenza artifiċjali tista’ toħloq riskji u tikkawża dannu lill-interessi u lid-drittijiet pubbliċi mħarsa bil-liġi tal-Unjoni. Dan id-dannu jista’ jkun materjali jew mhux materjali.

(4)

Fl-istess ħin, skont iċ-ċirkostanzi rigward l-applikazzjoni u l-użu speċifiċi tagħha, kif ukoll il-livell ta’ żvilupp teknoloġiku, l-intelliġenza artifiċjali tista’ toħloq riskji u tikkawża dannu lill-interessi pubbliċi jew privati u lid-drittijiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi mħarsa bid-dritt tal-Unjoni. Dan id-dannu jista’ jkun materjali jew mhux materjali , inkluż dannu fiżiku, psikoloġiku, soċjetali jew ekonomiku .

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Minħabba l-impatt kbir li jista’ jkollha l-intelliġenza artifiċjali fuq is-soċjetà u l-ħtieġa li tinbena l-fiduċja, huwa vitali li l-intelliġenza artifiċjali u l-qafas regolatorju tagħha jiġu żviluppati skont il-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali minquxa fit-Trattati, il-Karta u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem. Bħala prerekwiżit, l-intelliġenza artifiċjali jenħtieġ li tkun teknoloġija ċċentrata fuq il-bniedem. Din jenħtieġ li ma tissostitwix l-awtonomija jew tassumi t-telf tal-libertà individwali u jenħtieġ li sservi primarjament il-ħtiġijiet tas-soċjetà u tal-ġid komuni. Jenħtieġ li jiġu pprovduti salvagwardji biex jiġi żgurat l-iżvilupp u l-użu ta’ intelliġenza artifiċjali integrata b’mod etiku li tirrispetta l-valuri tal-Unjoni u l-Karta.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Għalhekk, hu meħtieġ qafas legali tal-Unjoni li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali biex jitrawwem l-iżvilupp, l-użu u l-adozzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fis-suq intern li fl-istess ħin jissodisfa livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza, u  ħarsien tad-drittijiet fundamentali , kif rikonoxxuti u mħarsa bil-liġi tal-Unjoni. Biex jintlaħaq dak l-objettiv, jenħtieġ jiġu stabbiliti regoli li jirregolaw it-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta’ ċerti sistemi tal-AI, u b’hekk ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u dawk is-sistemi jitħallew jibbenefikaw mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-prodotti u tas-servizzi. Dan ir-Regolament jistabbilixxi dawk ir-regoli, u għalhekk jappoġġa l-objettiv li l-Unjoni tkun mexxejja dinjija fl-iżvilupp ta’ intelliġenza artifiċjali sigura, affidabbli u etika kif iddikjara l-Kunsill Ewropew (33), u tkun żgurata l-protezzjoni tal-prinċipji etiċi kif mitlub speċifikament mill-Parlament Ewropew (34).

(5)

Għalhekk, hu meħtieġ qafas legali tal-Unjoni li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali biex jitrawwem l-iżvilupp, l-użu u l-adozzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fis-suq intern li fl-istess ħin jissodisfa livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza, il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija l-istat tad-dritt u l-ambjent , kif rikonoxxuti u mħarsa bid-dritt tal-Unjoni. Biex jintlaħaq dak l-objettiv, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jirregolaw it-tqegħid fis-suq , it-tqegħid fis-servizz u l-użu ta’ ċerti sistemi tal-AI, u b’hekk ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u dawk is-sistemi jitħallew jibbenefikaw mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-prodotti u tas-servizzi. Jenħtieġ li dawn ir-regoli jkunu ċari u robusti fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, jappoġġaw soluzzjonijiet innovattivi ġodda, u jippermettu ekosistema Ewropea ta’ atturi pubbliċi u privati li joħolqu sistemi tal-AI f’konformità mal-valuri tal-Unjoni. Dan ir-Regolament jistabbilixxi dawk ir-regoli kif ukoll miżuri li jappoġġaw l-innovazzjoni b’enfasi partikolari fuq l-SMEs u n-negozji ġodda , u għalhekk jappoġġa l-objettiv li jippromwovi l-AI magħmula fl-Ewropa, li l-Unjoni tkun mexxejja dinjija fl-iżvilupp ta’ intelliġenza artifiċjali sigura, affidabbli u etika kif iddikjara l-Kunsill Ewropew (33), u tkun żgurata l-protezzjoni tal-prinċipji etiċi kif mitlub speċifikament mill-Parlament Ewropew (34).

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Barra minn hekk, sabiex jitrawwem l-iżvilupp ta’ sistemi tal-AI f’konformità mal-valuri tal-Unjoni, l-Unjoni jeħtieġ li tindirizza l-lakuni u l-ostakli ewlenin li qed jimblukkaw il-potenzjal tat-trasformazzjoni diġitali inkluż in-nuqqas ta’ ħaddiema b’ħiliet diġitali, it-tħassib dwar iċ-ċibersigurtà, in-nuqqas ta’ investiment u ta’ aċċess għall-investiment, u lakuni eżistenti u potenzjali bejn il-kumpaniji kbar, l-SMEs u n-negozji ġodda. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-AI u l-innovazzjoni fit-teknoloġiji ġodda jinħassu fir-reġjuni kollha tal-Unjoni u li jiġu pprovduti investiment u riżorsi suffiċjenti speċjalment lil dawk ir-reġjuni li jista’ jkun li qegħdin jaqgħu lura f’ċerti indikaturi diġitali.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Il-kunċett ta’ sistema tal-AI jenħtieġ jiġi ddefinit b’mod ċar biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, filwaqt li tingħata l-flessibbiltà meħtieġa biex jiġu akkomodati l-iżviluppi teknoloġiċi futuri . Jenħtieġ li d-definizzjoni tibbaża fuq il-karatteristiċi funzjonali ewlenin tas-software , b’mod partikolari l-kapaċità , għal sett partikolari ta’ objettivi definiti mill-bniedem , li jiġu ġġenerati outputs bħal kontenut, previżjonijiet, rakkomandazzjonijiet , jew deċiżjonijiet li jinfluwenzaw l-ambjent li miegħu tinteraġixxi s-sistema, sew f’dimensjoni fiżika sew diġitali . Is-sistemi tal-AI jistgħu jitfasslu biex joperaw b’livelli varji ta’ awtonomija u jintużaw b’mod awtonomu jew bħala komponent ta’ prodott, irrispettivament minn jekk is-sistema tkunx integrata fiżikament fil-prodott (inkorporata) jew taqdix il-funzjonalità tal-prodott mingħajr ma tkunx integrata fih (mhux inkorporata) . Jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ sistema tal-AI tiġi kkumplimentata b’lista ta’ tekniki u approċċi speċifiċi użati għall-iżvilupp tagħha , li jenħtieġ tinżamm aġġornata fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq bl-adozzjoni ta’ atti delegati mill-Kummissjoni li jemendaw dik il-lista .

(6)

Il-kunċett ta’ sistema tal-AI f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi definit b’mod ċar u allinjat mill-qrib mal-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu fuq l-intelliġenza artifiċjali biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali, l-armonizzazzjoni u l-aċċettazzjoni wiesgħa, filwaqt li tingħata l-flessibbiltà biex jiġu akkomodati l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi f’dan il-qasam . Barra minn hekk, jenħtieġ li tkun ibbażata fuq karatteristiċi ewlenin tal-intelliġenza artifiċjali , bħall-kapaċitajiet ta’ apprendiment , ta’ raġunament jew ta’ mmudellar tagħha , sabiex jiddistingwuha minn sistemi ta’ software u approċċi ta’ programmar aktar sempliċi. Is-sistemi tal-AI huma ddisinjati biex joperaw b’livelli varji ta’ awtonomija , li jfisser li għandhom mill-inqas ċertu livell ta’ indipendenza tal-azzjonijiet mill-kontrolli mill-bniedem tal-kapaċitajiet biex joperaw mingħajr intervent mill-bniedem . It-terminu “bbażati fuq il-magni” jirreferi għall-fatt li s-sistemi tal-AI jaħdmu bil-magni. Ir-referenza għal objettivi espliċiti jew impliċiti tenfasizza li s-sistemi tal-AI jistgħu joperaw skont objettivi espliċiti definiti mill-bniedem jew skont objettivi impliċiti. L-objettivi tas-sistema tal-AI jistgħu jkunu differenti mill-għan maħsub tas-sistema tal-AI f’kuntest speċifiku . Ir-referenza għall-previżjonijiet tinkludi l-kontenut, li f’dan ir-Regolament jitqies bħala forma ta’ previżjoni bħala wieħed mill-outputs possibbli prodotti minn sistema tal-AI . Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-ambjenti jinftiehmu bħala l-kuntesti li fihom joperaw is-sistemi tal-AI , filwaqt li l-outputs iġġenerati mis-sistema tal-AI, jiġifieri previżjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet, jirrispondu għall-objettivi tas-sistema, abbażi tal-inputs mill-ambjent imsemmi. Tali output ikompli jinfluwenza l-ambjent imsemmi, anke billi sempliċiment jintroduċi informazzjoni ġdida għalih.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Is-sistemi tal-AI spiss ikollhom kapaċitajiet ta’ apprendiment awtomatiku li jippermettulhom jadattaw u jwettqu kompiti ġodda b’mod awtonomu. L-apprendiment awtomatiku jirreferi għall-proċess komputazzjonali ta’ ottimizzazzjoni tal-parametri ta’ mudell mid-data, li huwa kostruzzjoni matematika li tiġġenera output ibbażat fuq data tal-input. L-approċċi tal-apprendiment awtomatiku jinkludu, pereżempju, l-apprendiment taħt superviżjoni, mingħajr superviżjoni u rinforzat, bl-użu ta’ varjetà ta’ metodi inkluż l-apprendiment profond b’networks newrali. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza riskji potenzjali ġodda li jistgħu jinħolqu billi l-kontroll jiġi ddelegat lis-sistemi tal-AI, b’mod partikolari lil dawk is-sistemi tal-AI li jistgħu jevolvu wara l-użu. Il-funzjoni u l-outputs ta’ ħafna minn dawn is-sistemi tal-AI huma bbażati fuq relazzjonijiet matematiċi astratti li huma diffiċli għall-bnedmin biex jifhmu, jimmonitorjaw u jittraċċaw lura għal inputs speċifiċi. Dawn il-karatteristiċi kumplessi u opaki (element tal-black box) għandhom impatt fuq ir-responsabbiltàu l-ispjegabbiltà. Tekniki komparabbli aktar sempliċi bħal approċċi bbażati fuq l-għarfien, stimi ta’ Bayes jew siġar tad-deċiżjonijiet jistgħu jwasslu wkoll għal lakuni legali li jeħtieġ li jiġu indirizzati minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta jintużaw flimkien ma’ approċċi ta’ apprendiment awtomatiku f’sistemi ibridi.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)

Is-sistemi tal-AI jistgħu jintużaw bħala sistema ta’ software awtonoma, integrata fi prodott fiżiku (inkorporata), użata biex isservi l-funzjonalità ta’ prodott fiżiku mingħajr ma tkun integrata fih (mhux inkorporata) jew tintuża bħala komponent tal-AI ta’ sistema akbar. Jekk din is-sistema akbar ma taħdimx mingħajr il-komponent tal-AI inkwistjoni, allura s-sistema kollha akbar jenħtieġ li titqies bħala sistema waħda tal-AI skont dan ir-Regolament.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Il-kunċett ta’ data bijometrika użat f’dan ir-Regolament hu allinjat mal-kunċett ta’ data bijometrika, u jenħtieġ jiġi interpretat b’mod konsistenti miegħu kif definit fl-Artikolu 4(14) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35), fl-Artikolu 3(18) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (36) u fl-Artikolu 3(13) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (37) .

(7)

Il-kunċett ta’ data bijometrika użat f’dan ir-Regolament hu allinjat mal-kunċett ta’ data bijometrika, u jenħtieġ li jiġi interpretat b’mod konsistenti miegħu kif definit fl-Artikolu 4(14) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35) . Data bbażata fuq il-bijometrika hija data addizzjonali li tirriżulta minn ipproċessar tekniku speċifiku relatat ma’ sinjali fiżiċi , fiżjoloġiċi jew komportamentali ta’ persuna fiżika, bħal espressjonijiet tal-wiċċ, movimenti, frekwenza tal-polz, vuċi, tendenzi ewlenin tal-mixi jew il-mod ta’ kif persuna timxi, li jistgħu jew li ma jistgħux jippermettu jew jikkonfermaw l-identifikazzjoni unika ta’ persuna fiżika .

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Il-kunċett ta’ identifikazzjoni bijometrika kif użata f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi definit bħala r-rikonoxximent awtomatizzat ta’ karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi, komportamentali u psikoloġiċi tal-bniedem bħall-wiċċ, il-moviment tal-għajnejn, l-espressjonijiet tal-wiċċ, il-forma tal-ġisem, il-vuċi, id-diskors, il-mixi, il-qagħda, ir-rata tal-qalb, il-pressjoni tad-demm, ir-riħa, l-ittastjar, ir-reazzjonijiet psikoloġiċi (rabja, tbatija, niket, eċċ.) għall-fini tal-istabbiliment tal-identità ta’ individwu billi titqabbel id-data bijometrika ta’ dak l-individwu ma’ data bijometrika ta’ individwi maħżuna f’bażi tad-data (identifikazzjoni one-to-many), irrispettivament minn jekk l-individwu tax il-kunsens tiegħu jew le.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)

Il-kunċett ta’ kategorizzazzjoni bijometrika kif użata f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi definit bħala l-assenjazzjoni ta’ persuni fiżiċi għal kategoriji speċifiċi jew l-inferenza tal-karatteristiċi tagħhom bħall-ġeneru, is-sess, l-età, il-kulur tax-xagħar, il-kulur tal-għajnejn, it-tattoos, l-oriġini etnika jew soċjali, is-saħħa, l-abbiltà mentali jew fiżika, il-karatteristiċi komportamentali jew tal-personalità, il-lingwa, ir-reliġjon jew l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, jew l-orjentazzjoni sesswali jew politika, abbażi tad-data bijometrika jew tad-data bbażata fuq il-bijometrija tagħhom, jew dak li jista’ jiġi dedott minn tali data.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Il-kunċett ta’ sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota kif użata f’dan ir-Regolament jenħtieġ jiġi definit b’mod funzjonali, bħala sistema tal-AI maħsuba għall-identifikazzjoni remota ta’ persuni fiżiċi bit-tqabbil tad-data bijometrika ta’ persuna mad-data bijometrika li tinsab f’bażi tad-data ta’ referenza, u mingħajr għarfien minn qabel dwar jekk il-persuna fil-mira hix se tkun preżenti u tistax tiġi identifikata, irrispettivament mit-teknoloġija, mill-proċessi jew mit-tipi partikolari ta’ data bijometrika użati. Meta jitqiesu l-karatteristiċi u l-modi differenti tagħhom li fihom jintużaw, kif ukoll ir-riskji differenti involuti, jenħtieġ issir distinzjoni bejn is-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” u “f’ħin aktar tard”. Fil-każ ta’ sistemi “fil-ħin reali”, il-qbid tad-data bijometrika, it-tqabbil u l-identifikazzjoni jsiru b’mod istantanju, kważi istantanju jew fi kwalunkwe każ mingħajr dewmien sinifikanti. F’dan ir-rigward, jenħtieġ ma jkun hemm l-ebda lok li jiġu evitati r-regoli ta’ dan ir-Regolament dwar l-użu “fil-ħin reali” tas-sistemi tal-AI inkwistjoni billi jiġi previst xi dewmien żgħir. Is-sistemi “fil-ħin reali” jinvolvu l-użu ta’ materjal “dirett” jew “kważi dirett”, bħal filmat, iġġenerat minn kamera jew minn apparat ieħor b’funzjonalità simili. Għall-kuntrarju, fil-każ tas-sistemi “f’ħin aktar tard”, id-data bijometrika tkun diġà nkisbet u t-tqabbil u l-identifikazzjoni jsiru biss wara ċertu dewmien sinifikanti. Dan jinvolvi materjal, bħal stampi jew filmati ġġenerati minn kameras tat-televiżjoni b’ċirkwit magħluq jew minn apparati privati, li jkun ġie ġġenerat qabel tintuża s-sistema fir-rigward tal-persuni fiżiċi kkonċernati.

(8)

Il-kunċett ta’ sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota kif użata f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi definit b’mod funzjonali, bħala sistema tal-AI maħsuba għall-identifikazzjoni remota ta’ persuni fiżiċi bit-tqabbil tad-data bijometrika ta’ persuna mad-data bijometrika li tinsab f’bażi tad-data ta’ referenza, u mingħajr għarfien minn qabel dwar jekk il-persuna fil-mira hix se tkun preżenti u tistax tiġi identifikata, irrispettivament mit-teknoloġija, mill-proċessi jew mit-tipi partikolari ta’ data bijometrika użati , filwaqt li jiġu esklużi s-sistemi ta’ verifika li sempliċiment iqabblu d-data bijometrika ta’ individwu mad-data bijometrika pprovduta qabel (one-to-one) . Meta jitqiesu l-karatteristiċi u l-modi differenti tagħhom li fihom jintużaw, kif ukoll ir-riskji differenti involuti, jenħtieġ issir distinzjoni bejn is-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” u “f’ħin aktar tard”. Fil-każ ta’ sistemi “fil-ħin reali”, il-qbid tad-data bijometrika, it-tqabbil u l-identifikazzjoni jsiru b’mod istantanju, kważi istantanju jew fi kwalunkwe każ mingħajr dewmien sinifikanti. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda lok li jiġu evitati r-regoli ta’ dan ir-Regolament dwar l-użu “fil-ħin reali” tas-sistemi tal-AI inkwistjoni billi jiġi previst xi dewmien żgħir. Is-sistemi “fil-ħin reali” jinvolvu l-użu ta’ materjal “dirett” jew “kważi dirett”, bħal filmat, iġġenerat minn kamera jew minn apparat ieħor b’funzjonalità simili. Għall-kuntrarju, fil-każ tas-sistemi “f’ħin aktar tard”, id-data bijometrika tkun diġà nkisbet u t-tqabbil u l-identifikazzjoni jsiru biss wara ċertu dewmien sinifikanti. Dan jinvolvi materjal, bħal stampi jew filmati ġġenerati minn kameras tat-televiżjoni b’ċirkwit magħluq jew minn apparati privati, li jkun ġie ġġenerat qabel tintuża s-sistema fir-rigward tal-persuni fiżiċi kkonċernati. Minħabba li l-kunċett ta’ identifikazzjoni bijometrika huwa indipendenti mill-kunsens tal-individwu, din id-definizzjoni tapplika anke meta l-avviżi ta’ twissija jitqiegħdu fil-post li jkun taħt sorveljanza tas-sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota, u ma tkunx de facto annullata minn qabel ir-reġistrazzjoni.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

L-identifikazzjoni remota ta’ persuni fiżiċi tinftiehem li tiddistingwi sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota minn sistemi ta’ verifika individwali ta’ prossimità mill-qrib li jużaw mezzi ta’ identifikazzjoni bijometrika, li l-iskop uniku tagħhom huwa li jikkonfermaw jekk persuna fiżika speċifika li tippreżenta ruħha għall-identifikazzjoni hijiex permessa jew le, bħal pereżempju sabiex tikseb aċċess għal servizz, apparat, jew bini.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ spazju aċċessibbli għall-pubbliku jenħtieġ jinftiehem li jirreferi għal kull post fiżiku li hu aċċessibbli għall-pubbliku, irrispettivament minn jekk il-post inkwistjoni hux proprjetà privata jew pubblika. Għalhekk, il-kunċett ma jkoprix il-postijiet li fin-natura tagħhom huma privati u li normalment ma jkunux aċċessibbli liberament għal partijiet terzi, inkluż awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, sakemm dawk il-partijiet ma jkunux ġew mistiedna jew awtorizzati speċifikament, bħal djar, għaqdiet privati, uffiċini, imħażen u fabbriki. Lanqas l-ispazji online ma huma koperti għax dawn mhumiex spazji fiżiċi. Iżda s-sempliċi fatt li għal aċċess għal spazju partikolari jaf ikunu japplikaw ċerti kundizzjonijiet, bħal biljetti tad-dħul jew restrizzjonijiet fuq l-età, ma jfissirx li l-ispazju mhux aċċessibbli għall-pubbliku skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, minbarra l-ispazji pubbliċi bħat-toroq, il-partijiet rilevanti tal-binjiet tal-gvern u l-biċċa l-kbira tal-infrastruttura tat-trasport, spazji bħal swali taċ-ċinema, teatri, ħwienet u ċentri kummerċjali normalment ikunu aċċessibbli għall-pubbliku wkoll. Iżda jekk spazju partikolari jkunx aċċessibbli għall-pubbliku jenħtieġ jiġi determinat abbażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni individwali inkwistjoni.

(9)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ spazju aċċessibbli għall-pubbliku jenħtieġ li jinftiehem li jirreferi għal kull post fiżiku li hu aċċessibbli għall-pubbliku, irrispettivament minn jekk il-post inkwistjoni hux proprjetà privata jew pubblika u irrispettivament mir-restrizzjonijiet potenzjali tal-kapaċità . Għalhekk, il-kunċett ma jkoprix il-postijiet li fin-natura tagħhom huma privati u li normalment ma jkunux aċċessibbli liberament għal partijiet terzi, inkluż awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, sakemm dawk il-partijiet ma jkunux ġew mistiedna jew awtorizzati speċifikament, bħal djar, għaqdiet privati, uffiċini, imħażen u fabbriki. Lanqas l-ispazji online ma huma koperti għax dawn mhumiex spazji fiżiċi. Iżda s-sempliċi fatt li għal aċċess għal spazju partikolari jaf ikunu japplikaw ċerti kundizzjonijiet, bħal biljetti tad-dħul jew restrizzjonijiet fuq l-età, ma jfissirx li l-ispazju mhux aċċessibbli għall-pubbliku skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, minbarra l-ispazji pubbliċi bħat-toroq, il-partijiet rilevanti tal-binjiet tal-gvern u l-biċċa l-kbira tal-infrastruttura tat-trasport, spazji bħal swali taċ-ċinema, teatri, grawnds tal-isport, skejjel, universitajiet, partijiet rilevanti tal-isptarijiet u l-banek, parks tad-divertiment, festivals, ħwienet u ċentri kummerċjali jkunu aċċessibbli għall-pubbliku wkoll. Iżda jekk spazju partikolari jkunx aċċessibbli għall-pubbliku jenħtieġ li jiġi determinat abbażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni individwali inkwistjoni.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Huwa importanti li wieħed jinnota li s-sistemi tal-AI jenħtieġ li jagħmlu l-aħjar sforzi biex jiġu rispettati l-prinċipji ġenerali li jistabbilixxu qafas ta’ livell għoli li jippromwovi approċċ koerenti ċċentrat fuq il-bniedem għal AI etika u affidabbli f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, inkluż il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-intervent u s-sorveljanza tal-bniedem, ir-robustezza teknika u s-sikurezza, il-privatezza u l-governanza tad-data, it-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u l-ġustizzja u l-benesseri soċjetali u ambjentali.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)

“Il-litteriżmu fl-AI” jirreferi għal ħiliet, għarfien u fehim li jippermettu lill-fornituri, lill-utenti kif ukoll lill-persuni affettwati, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, jagħmlu użu infurmat tas-sistemi tal-AI, kif ukoll jiksbu għarfien dwar l-opportunitajiet u r-riskji tal-AI u l-ħsara possibbli li tista’ tikkawża u b’hekk issir promozzjoni tal-kontroll demokratiku tagħha. Il-litteriżmu fl-AI jenħtieġ li ma jkunx limitat għall-apprendiment dwar l-għodod u t-teknoloġiji, iżda jenħtieġ li jkollu l-għan ukoll li jgħammar lill-fornituri u lill-utenti bil-kunċetti u l-ħiliet meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament u l-infurzar tiegħu. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Kummissjoni, l-Istati Membri kif ukoll il-fornituri u l-utenti tas-sistemi tal-AI, b’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, jippromwovu l-iżvilupp fuq livell suffiċjenti tal-litteriżmu fl-AI, fis-setturi kollha tas-soċjetà, għall-persuni ta’ kull età, inklużi n-nisa u l-bniet, u li dak il-progress f’dak ir-rigward jiġi segwit mill-qrib.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi u ħarsien effettiv tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-individwi madwar l-Unjoni, ir-regoli stabbiliti b’dan ir-Regolament jenħtieġ japplikaw għall-fornituri tas-sistemi tal-AI b’mod mhux diskriminatorju, irrispettivament minn jekk humiex stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiż terz, u  għall-utenti tas-sistemi tal-AI stabbiliti fl-Unjoni.

(10)

Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi u ħarsien effettiv tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-individwi madwar l-Unjoni u fil-livell internazzjonali , ir-regoli stabbiliti b’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-fornituri tas-sistemi tal-AI b’mod mhux diskriminatorju, irrispettivament minn jekk humiex stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiż terz, u  għall-amministraturi tas-sistemi tal-AI stabbiliti fl-Unjoni. Sabiex l-Unjoni tkun vera għall-valuri fundamentali tagħha, jenħtieġ li s-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għal prattiki li jitqiesu inaċċettabbli minn dan ir-Regolament, jitqiesu ugwalment inaċċettabbli barra mill-Unjoni minħabba l-effett partikolarment dannuż tagħhom għad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta. Għalhekk huwa xieraq li tiġi pprojbita l-esportazzjoni ta’ dawn is-sistemi tal-AI lejn pajjiżi terzi minn fornituri residenti fl-Unjoni.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Fid-dawl tan-natura diġitali tagħhom, jenħtieġ li ċerti sistemi tal-AI ikunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament anki meta ma jitqegħdux fis-suq, ma jitqegħdux fis-servizz, jew ma jintużawx fl-Unjoni. Pereżempju, dan hu l-każ ta’ operatur stabbilit fl-Unjoni li jikkuntratta ċerti servizzi lil operatur stabbilit barra mill-Unjoni fir-rigward ta’ attività li tkun se titwettaq minn sistema tal-AI u li tikkwalifika bħala ta’ riskju kbir u li l-effetti tagħha jħallu impatt fuq persuni fiżiċi li jinsabu fl-Unjoni. F’dawk iċ-ċirkostanzi, is-sistema tal-AI użata mill-operatur barra mill-Unjoni tista’ tipproċessa d-data miġbura legalment fl-Unjoni u trasferita minnha, u tipprovdi lill-operatur kontraenti fl-Unjoni l-output ta’ dik is-sistema tal-AI li jirriżulta minn dak l-ipproċessar, mingħajr ma dik is-sistema tal-AI titqiegħed fis-suq, titqiegħed fis-servizz jew tintuża fl-Unjoni. Biex tiġi evitata ċ-ċirkumvenzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-persuni fiżiċi li jinsabu fl-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-fornituri u  għall-utenti tas-sistemi tal-AI li huma stabbiliti f’pajjiż terz, sa fejn l-output prodott minn dawk is-sistemi jintuża fl-Unjoni. Madankollu, biex jitqiesu l-arranġamenti eżistenti u l-ħtiġijiet speċjali għall-kooperazzjoni mas-sħab barranin li magħhom jiġu skambjati informazzjoni u evidenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiż terz u għal organizzazzjonijiet internazzjonali meta jaġixxu fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali konklużi fil-livell nazzjonali jew Ewropew għall-infurzar tal-liġi u għall-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Unjoni jew mal-Istati Membri tagħha. Dawn il-ftehimiet ġew konklużi b’mod bilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi jew bejn l-Unjoni Ewropea, il-Europol u aġenziji oħra tal-UE u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(11)

Fid-dawl tan-natura diġitali tagħhom, jenħtieġ li ċerti sistemi tal-AI ikunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament anke meta ma jitqegħdux fis-suq, ma jitqegħdux fis-servizz, jew ma jintużawx fl-Unjoni. Pereżempju, dan hu l-każ ta’ operatur stabbilit fl-Unjoni li jikkuntratta ċerti servizzi lil operatur stabbilit barra mill-Unjoni fir-rigward ta’ attività li tkun se titwettaq minn sistema tal-AI u li tikkwalifika bħala ta’ riskju kbir u li l-effetti tagħha jħallu impatt fuq persuni fiżiċi li jinsabu fl-Unjoni. F’dawk iċ-ċirkostanzi, is-sistema tal-AI użata mill-operatur barra mill-Unjoni tista’ tipproċessa d-data miġbura legalment fl-Unjoni u trasferita minnha, u tipprovdi lill-operatur kontraenti fl-Unjoni l-output ta’ dik is-sistema tal-AI li jirriżulta minn dak l-ipproċessar, mingħajr ma dik is-sistema tal-AI titqiegħed fis-suq, titqiegħed fis-servizz jew tintuża fl-Unjoni. Biex tiġi evitata ċ-ċirkumvenzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-persuni fiżiċi li jinsabu fl-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-fornituri u  għall-amministraturi tas-sistemi tal-AI li huma stabbiliti f’pajjiż terz, sa fejn l-output prodott minn dawk is-sistemi jkun maħsub biex jintuża fl-Unjoni. Madankollu, biex jitqiesu l-arranġamenti eżistenti u l-ħtiġijiet speċjali għall-kooperazzjoni mas-sħab barranin li magħhom jiġu skambjati informazzjoni u evidenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiż terz u għal organizzazzjonijiet internazzjonali meta jaġixxu fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali konklużi fil-livell nazzjonali jew Ewropew għall-infurzar tal-liġi u għall-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Unjoni jew mal-Istati Membri tagħha. Dawn il-ftehimiet ġew konklużi b’mod bilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi jew bejn l-Unjoni Ewropea, il-Europol u aġenziji oħra tal-UE u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, din l-eċċezzjoni jenħtieġ li tkun limitata għall-organizzazzjoni internazzjonali u l-pajjiżi fdati li jikkondividu l-valuri tal-Unjoni.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni meta dawn jaġixxu bħala fornitur jew utent ta’ sistema tal-AI. Is-sistemi tal-AI żviluppati jew użati esklussivament għal skopijiet militari jenħtieġ jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament meta dak l-użu jkun fil-mandat esklussiv tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni regolata skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-fornituri intermedjarji tas-servizzi stabbiliti fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [kif emendata bl-Att dwar is-Servizzi Diġitali].

(12)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni meta dawn jaġixxu bħala fornitur jew amministratur ta’ sistema tal-AI. Is-sistemi tal-AI żviluppati jew użati esklussivament għal skopijiet militari jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament meta dak l-użu jkun fil-mandat esklussiv tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni regolata skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-fornituri intermedjarji tas-servizzi stabbiliti fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [kif emendata bl-Att dwar is-Servizzi Diġitali].

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Is-software u d-data li huma kondiviżi b’mod miftuħ u fejn l-utenti jistgħu jaċċessawhom, jużawhom, jimmodifikawhom u jqassmuhom mill-ġdid b’mod liberu jew verżjonijiet modifikati tagħhom, jistgħu jikkontribwixxu għar-riċerka u l-innovazzjoni fis-suq. Ir-riċerka mill-Kummissjoni turi wkoll li s-software bla ħlas u b’sors miftuħ jista’ jikkontribwixxi bejn EUR 65 biljun u EUR 95 biljun għall-PDG tal-Unjoni Ewropea, u li jista’ jipprovdi opportunitajiet sinifikanti ta’ tkabbir għall-ekonomija Ewropea. L-utenti jitħallew iħaddmu, jikkuppjaw, iqassmu, jistudjaw, ibiddlu u jtejbu s-software u d-data, inklużi mudelli permezz ta’ liċenzji bla ħlas u b’sors miftuħ. Biex jitrawmu l-iżvilupp u l-użu tal-AI, speċjalment mill-SMEs, in-negozji ġodda, ir-riċerka akkademika iżda wkoll minn individwi, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għal tali komponenti tal-AI bla ħlas u b’sors miftuħ ħlief sal-punt li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz minn fornitur bħala parti minn sistema tal-AI b’riskju kbir jew ta’ sistema tal-AI li taqa’ taħt it-Titolu II jew IV ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)

La l-iżvilupp kollaborattiv ta’ komponenti tal-AI bla ħlas u b’sors miftuħ u lanqas it-tqegħid tagħhom disponibbli fuq repożitorji miftuħa ma għandhom jikkostitwixxu tqegħid fis-suq jew tqegħid fis-servizz. Attività kummerċjali, fil-fehma li ssir disponibbli fis-suq, tista’ madankollu tkun ikkaratterizzata billi jiġi impost prezz, bl-eċċezzjoni ta’ tranżazzjonijiet bejn il-mikrointrapriżi, għal komponent tal-AI bla ħlas u b’sors miftuħ iżda wkoll billi jiġi impost prezz għal servizzi ta’ appoġġ tekniku, billi tiġi pprovduta pjattaforma tas-software li permezz tagħha l-fornitur jimmonetizza servizzi oħra, jew bl-użu ta’ data personali għal raġunijiet għajr esklussivament għat-titjib tas-sigurtà, il-kompatibbiltà jew l-interoperabbiltà tas-software.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c)

L-iżviluppaturi ta’ komponenti tal-AI bla ħlas u b’sors miftuħ jenħtieġ li ma jingħatawx mandat skont dan ir-Regolament biex jikkonformaw mar-rekwiżiti mmirati lejn il-katina tal-valur tal-AI u, b’mod partikolari, mhux lejn il-fornitur li jkun uża dak il-komponent tal-AI bla ħlas u b’sors miftuħ. Madankollu, l-iżviluppaturi ta’ komponenti tal-AI bla ħlas u b’sors miftuħ jenħtieġ li jitħeġġu jimplimentaw prattiki ta’ dokumentazzjoni adottati b’mod wiesa’, bħal mudelli u kards tad-data, bħala mod biex titħaffef il-kondiviżjoni tal-informazzjoni tul il-katina tal-valur tal-AI, u dan jippermetti l-promozzjoni ta’ sistemi tal-AI affidabbli fl-Unjoni.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Biex ikun żgurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi fir-rigward tas-saħħa u  s-sikurezza , u ħarsien tad-drittijiet fundamentali , jenħtieġ jiġu stabbiliti standards normattivi komuni għas-sistemi kollha tal-AI b’riskju kbir. Jenħtieġ li dawk l-istandards ikunu konsistenti mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ( il-Karta ) u jenħtieġ ma jkunux diskriminatorji filwaqt li jkunu konformi mal-impenji kummerċjali internazzjonali tal-Unjoni.

(13)

Biex ikun żgurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi fir-rigward tas-saħħa , is-sikurezza d-drittijiet fundamentali kif ukoll id-demokrazija , l-istat tad-dritt u l-ambjent , jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards normattivi komuni għas-sistemi kollha tal-AI b’riskju kbir. Jenħtieġ li dawk l-istandards ikunu konsistenti mal-Karta , il-Patt Ekoloġiku Ewropew, id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Drittijiet Diġitali tal-Unjoni u l-Linji Gwida dwar l-Etika għal Intelliġenza Artifiċjali ( AI ) Affidabbli tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, u jenħtieġ li ma jkunux diskriminatorji filwaqt li jkunu konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Biex jiddaħħal sett proporzjonat u effettiv ta’ regoli vinkolanti għas-sistemi tal-AI, jenħtieġ jitħaddem approċċ definit b’mod ċar u bbażat fuq ir-riskji. Dak l-approċċ jenħtieġ ifassal it-tip u l-kontenut ta’ dawk ir-regoli skont l-intensità u  l-ambitu tar-riskji li jistgħu jiġġeneraw is-sistemi tal-AI. Għalhekk, jeħtieġ jiġu pprojbiti ċerti prattiki tal-intelliġenza artifiċjali, jiġu stabbiliti rekwiżiti għal sistemi tal-AI b’riskju kbir u obbligi għall-operaturi rilevanti, u jiġu stabbiliti obbligi tat-trasparenza għal ċerti sistemi tal-AI.

(14)

Biex jiddaħħal sett proporzjonat u effettiv ta’ regoli vinkolanti għas-sistemi tal-AI, jenħtieġ li jitħaddem approċċ definit b’mod ċar u bbażat fuq ir-riskji. Dak l-approċċ jenħtieġ li jfassal it-tip u l-kontenut ta’ dawk ir-regoli skont l-intensità u  l-kamp ta’ applikazzjoni tar-riskji li jistgħu jiġġeneraw is-sistemi tal-AI. Għalhekk, jeħtieġ jiġu pprojbiti ċerti prattiki mhux aċċettabbli tal-intelliġenza artifiċjali, jiġu stabbiliti rekwiżiti għal sistemi tal-AI b’riskju kbir u obbligi għall-operaturi rilevanti, u jiġu stabbiliti obbligi tat-trasparenza għal ċerti sistemi tal-AI.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Minbarra l-ħafna użi ta’ benefiċċju tal-intelliġenza artifiċjali, dik it-teknoloġija tista’ tintuża ħażin ukoll u tipprovdi għodod ġodda u qawwijin għal prattiki manipulattivi, ta’ sfruttament u ta’ kontroll soċjali. Dawn il-prattiki huma partikolarment dannużi u jenħtieġ jiġu pprojbiti għax imorru kontra l-valuri tal-Unjoni ta’ rispett għad-dinjità umana , ta’ libertà, ta’ ugwaljanza, ta’ demokrazija u tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, fosthom id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni, għal protezzjoni tad-data u għal privatezza u d-drittijiet tat-tfal.

(15)

Minbarra l-ħafna użi ta’ benefiċċju tal-intelliġenza artifiċjali, dik it-teknoloġija tista’ tintuża ħażin ukoll u tipprovdi għodod ġodda u qawwijin għal prattiki manipulattivi, ta’ sfruttament u ta’ kontroll soċjali. Dawn il-prattiki huma partikolarment dannużi u  abbużivi u jenħtieġ li jiġu pprojbiti għax imorru kontra l-valuri tal-Unjoni ta’ rispett għad-dinjità tal-bniedem , ta’ libertà, ta’ ugwaljanza, ta’ demokrazija u tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, fosthom id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni, għal protezzjoni tad-data u għal privatezza u d-drittijiet tat-tfal.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Jenħtieġ jiġu pprojbiti t-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ ċerti sistemi tal-AI maħsuba biex ifixklu l-imġiba tal-bniedem, li aktarx joħolqu dannu fiżiku jew psikoloġiku. Sistemi tal-AI bħal dawn jużaw komponenti subliminali li l-individwi ma jistgħux jipperċepixxu jew jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tat-tfal tal-persuni minħabba l-età, inkapaċitajiet fiżiċi jew mentali tagħhom . Dawn jagħmlu dan bl-intenzjoni li jfixklu materjalment l-imġiba ta’ persuna u b’mod li jikkawża jew li aktarx jikkawża dannu lil dik il-persuna jew lil xi persuna oħra. L-intenzjoni tista’ ma tiġix preżunta jekk it-tfixkil tal-imġiba tal-bniedem tirriżulta minn fatturi esterni għas-sistema tal-AI li ma jkunux fil-kontroll tal-fornitur jew tal-utent. Jenħtieġ li r-riċerka għal skopijiet leġittimi fir-rigward ta’ sistemi tal-AI bħal dawn ma tinħonoqx mill-projbizzjoni, diment li din ir-riċerka ma twassalx biex is-sistema tal-AI tintuża f’relazzjonijiet bejn il-bniedem u l-magni li jesponu lil persuni fiżiċi għal dannu u  diment li din ir-riċerka ssir skont standards etiċi rikonoxxuti għar-riċerka xjentifika.

(16)

Jenħtieġ li jiġu pprojbiti t-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ ċerti sistemi tal-AI bl-objettiv jew bl-effett li jfixklu materjalment l-imġiba tal-bniedem, li aktarx joħolqu dannu fiżiku jew psikoloġiku. Din il-limitazzjoni jenħtieġ li tinftiehem li tinkludi n-newroteknoloġiji assistiti minn sistemi tal-AI li jintużaw għall-monitoraġġ, l-użu, jew l-influwenza ta’ data newrali miġbura permezz ta’ interfaċċi bejn il-moħħ u l-kompjuter sakemm dawn ma jkunux qed ifixklu materjalment l-imġiba ta’ persuna fiżika b’mod li jikkawża jew li x’aktarx jikkawża dannu sinifikanti lil dik il-persuna jew lil persuna oħra. Sistemi tal-AI bħal dawn jużaw komponenti subliminali li l-individwi ma jistgħux jipperċepixxu jew jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet ta’ individwi gruppi speċifiċi ta’ persuni minħabba l-karatteristiċi magħrufa jew imbassra tal-personalità tagħhom, l-età, l-inkapaċitajiet fiżiċi jew mentali u s-sitwazzjoni soċjali jew ekonomika . Jagħmlu dan bl-intenzjoni jew bl-effett li jfixklu materjalment l-imġiba ta’ persuna u b’mod li jikkawża jew li aktarx jikkawża dannu sinifikanti lil dik il-persuna jew lil xi persuna oħra jew lil gruppi ta’ persuni, inklużi danni li jistgħu jiġu akkumulati maż-żmien . L-intenzjoni ta’ tfixkil tal-imġiba tista’ ma tiġix preżunta jekk it-tfixkil jirriżulta minn fatturi esterni għas-sistema tal-AI li ma jkunux fil-kontroll tal-fornitur jew tal-utent , bħal fatturi li jistgħu ma jkunux previsti u mtaffija raġonevolment mill-fornitur jew mill-amministratur tas-sistema tal-AI. Fi kwalunkwe każ, ma huwiex meħtieġ li l-fornitur jew l-amministratur ikollhom l-intenzjoni li jikkawżaw id-dannu sinifikanti, sakemm tali dannu ma jirriżultax mill-prattiki manipulattivi jew ta’ sfruttament li ġejjin mill-AI. Il-projbizzjonijiet għal prattiki tal-AI bħal dawn huma komplementari għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 2005/29/KE, li skonthom il-prattiki kummerċjali inġusti huma pprojbiti, irrispettivament minn jekk twettqux b’rikors għal sistemi tal-AI jew b’xi mod ieħor. F’dan il-kuntest, il-prattiki kummerċjali legali, pereżempju fil-qasam tar-reklamar, li huma konformi mad-dritt tal-Unjoni ma għandhomx fihom infushom jitqiesu bħala li jiksru l-projbizzjoni. Jenħtieġ li r-riċerka għal skopijiet leġittimi fir-rigward ta’ sistemi tal-AI bħal dawn ma tinħonoqx mill-projbizzjoni, dment li din ir-riċerka ma twassalx biex is-sistema tal-AI tintuża f’relazzjonijiet bejn il-bniedem u l-magni li jesponu lil persuni fiżiċi għal dannu u  dment li din ir-riċerka ssir f’konformità ma’ standards etiċi rikonoxxuti għar-riċerka xjentifika u abbażi ta’ kunsens infurmat speċifiku tal-individwi li huma esposti għalihom jew, meta applikabbli, tal-kustodju legali tagħhom .

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Is-sistemi tal-AI li jikkategorizzaw il-persuni fiżiċi billi jassenjawhom għal kategoriji speċifiċi, skont karatteristiċi sensittivi jew protetti magħrufa jew inferiti huma partikolarment intrużivi, jiksru d-dinjità tal-bniedem u għandhom riskju kbir ta’ diskriminazzjoni. Dawn il-karatteristiċi jinkludu l-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, ir-razza, l-oriġini etnika, il-migrazzjoni jew l-istatus taċ-ċittadinanza, l-orjentazzjoni politika, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon, id-diżabilità jew kwalunkwe raġuni oħra li għaliha d-diskriminazzjoni hija pprojbita skont l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/769. Għalhekk, jenħtieġ li dawn is-sistemi tal-AI jiġu pprojbiti.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Sistemi tal-AI li jipprovdu punteġġ soċjali ta’ persuni fiżiċi għal skop ġenerali mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom jistgħu jwasslu għal eżiti diskriminatorji u għall-esklużjoni ta’ ċerti gruppi. Jistgħu jiksru d-dritt għad-dinjità u ta’ nondiskriminazzjoni u l-valuri tal-ugwaljanza u tal-ġustizzja. Dawn is-sistemi tal-AI jevalwaw jew jikklassifikaw l-affidabbiltà tal-persuni fiżiċi abbażi tal-imġiba soċjali tagħhom f’diversi kuntesti jew abbażi ta’ karatteristiċi personali jew tal-personalità magħrufin jew imbassrin. Il-punteġġ soċjali miksub minn dawn is-sistemi tal-AI jista’ jwassal għal trattament detrimentali jew mhux favorevoli ta’ persuni fiżiċi jew ta’ gruppi sħaħ tagħhom f’kuntesti soċjali, li ma jkunux relatati mal-kuntest li fih kienet oriġinarjament iġġenerata jew inġabret id-data, jew għal trattament detrimentali sproporzjonat jew mhux ġustifikat għall-gravità tal-imġiba soċjali tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li sistemi tal-AI bħal dawn jiġu pprojbiti.

(17)

Sistemi tal-AI li jipprovdu punteġġ soċjali ta’ persuni fiżiċi għal skop ġenerali jistgħu jwasslu għal eżiti diskriminatorji u għall-esklużjoni ta’ ċerti gruppi. Dawn jimminaw id-dritt għad-dinjità u ta’ nondiskriminazzjoni u l-valuri tal-ugwaljanza u tal-ġustizzja. Dawn is-sistemi tal-AI jevalwaw jew jikklassifikaw persuni fiżiċi jew gruppi abbażi ta’ diversi punti ta’ data u okkorrenzi ta’ ħin relatati mal-imġiba soċjali tagħhom f’diversi kuntesti jew abbażi ta’ karatteristiċi personali jew tal-personalità magħrufin , inferiti jew imbassrin. Il-punteġġ soċjali miksub minn dawn is-sistemi tal-AI jista’ jwassal għal trattament detrimentali jew mhux favorevoli ta’ persuni fiżiċi jew ta’ gruppi sħaħ tagħhom f’kuntesti soċjali, li ma jkunux relatati mal-kuntest li fih kienet oriġinarjament iġġenerata jew inġabret id-data, jew għal trattament detrimentali sproporzjonat jew mhux ġustifikat għall-gravità tal-imġiba soċjali tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li sistemi tal-AI bħal dawn jiġu pprojbiti.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

L-użu tas-sistemi tal-AI għall-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” ta’ persuni fiżiċi fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi jitqies partikolarment intrużiv għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati, sal-punt li dan jista’ jaffettwa l-ħajja privata ta’ parti kbira tal-popolazzjoni, jevoka sentiment ta’ sorveljanza kostanti u indirettament jiddisswadi l-eżerċitar tal-libertà ta’ għaqda u ta’ drittijiet fundamentali oħra. Barra minn hekk, l-immedjatezza tal-impatt u l-opportunitajiet limitati għal aktar kontrolli jew korrezzjonijiet fir-rigward tal-użu ta’ dawn is-sistemi li joperaw “fil-ħin reali” jikkawżaw riskji akbar għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati mill-attivitajiet tal-infurzar tal-liġi.

(18)

L-użu tas-sistemi tal-AI għall-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” ta’ persuni fiżiċi fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku huwa partikolarment intrużiv għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati, u jista’ fl-aħħar mill-aħħar jaffettwa l-ħajja privata ta’ parti kbira tal-popolazzjoni, jevoka sentiment ta’ sorveljanza kostanti , jagħti lill-partijiet li jużaw l-identifikazzjoni bijometrika fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku pożizzjoni ta’ setgħa inkontrollabbli u indirettament jiddisswadi l-eżerċitar tal-libertà ta’ għaqda u ta’ drittijiet fundamentali oħra fil-qalba tal-Istat tad-Dritt. L-ineżattezzi tekniċi tas-sistemi tal-AI maħsuba għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni fiżiċi jistgħu jwasslu għal riżultati preġudikati u jħallu effetti diskriminatorji. Dan hu partikolarment rilevanti fir-rigward tal-età, tal-etniċità, tas-sess jew tad-diżabilità . Barra minn hekk, l-immedjatezza tal-impatt u l-opportunitajiet limitati għal aktar kontrolli jew korrezzjonijiet fir-rigward tal-użu ta’ dawn is-sistemi li joperaw “fil-ħin reali” jikkawżaw riskji akbar għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati mill-attivitajiet tal-infurzar tal-liġi. Għalhekk, l-użu ta’ dawk is-sistemi f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku jenħtieġ li jiġi pprojbit. Bl-istess mod, is-sistemi tal-AI użati għall-analiżi ta’ filmati rreġistrati ta’ spazji aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “f’ħin aktar tard” jenħtieġ li jiġu pprojbiti wkoll, sakemm ma jkunx hemm awtorizzazzjoni preġudizzjarja għall-użu fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi, meta jkun strettament meħtieġ għat-tfittxija mmirata konnessa ma’ reat kriminali serju speċifiku li jkun diġà seħħ, u jkun soġġett biss għal awtorizzazzjoni preġudizzjarja.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ dawk is-sistemi għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi jiġi pprojbit, għajr fi tliet sitwazzjonijiet elenkati b’mod eżawrjenti u definiti b’mod ristrett, meta l-użu hu strettament meħtieġ biex jinkiseb interess pubbliku sostanzjali li l-importanza tiegħu tisboq ir-riskji. Dawk is-sitwazzjonijiet jinvolvu t-tiftix għal vittmi potenzjali tal-kriminalità, inkluż tfal neqsin; ċerti theddidiet għall-ħajja jew għas-sikurezza fiżika ta’ persuni fiżiċi jew ta’ attakk terroristiku; u s-sejbien, il-lokalizzazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ awturi jew ta’ persuni suspettati tar-reati kriminali msemmija fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI  (38) jekk dawk ir-reati kriminali jkunu punibbli fl-Istat Membru kkonċernat b’piena li ċċaħħad il-libertà jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin u kif ikunu definiti fil-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Dak il-limitu fil-piena li ċċaħħad il-libertà jew l-ordni ta’ detenzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali jikkontribwixxi biex jiżgura li r-reat jenħtieġ ikun serju biżżejjed biex potenzjalment jiġġustifika l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali”. Barra minn hekk, mit-32 reat kriminali elenkat fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, uħud aktarx li fil-prattika jkunu aktar rilevanti minn oħrajn, fis-sens li r-rikors għal identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” jkun prevedibbilment meħtieġ u proporzjonat sa gradi varji ħafna biex fil-prattika jkun hemm is-sejbien, il-lokalizzazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ awtur jew ta’ persuna suspettata bir-reati kriminali differenti elenkati u b’kunsiderazzjoni tad-differenzi probabbli fil-gravità, fil-probabbiltà u fl-iskala tad-dannu jew tal-konsegwenzi negattivi possibbli.

imħassar

Emenda 43

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Biex ikun żgurat li dawk is-sistemi jintużaw b’mod responsabbli u proporzjonat, hu importanti wkoll li jiġi stabbilit li, f’kull waħda minn dawk it-tliet sitwazzjonijiet elenkati b’mod eżawrjenti u definiti b’mod ristrett, jenħtieġ jitqiesu ċerti elementi, b’mod partikolari fir-rigward tan-natura tas-sitwazzjoni li twassal għat-talba u l-konsegwenzi tal-użu għad-drittijiet u għal-libertajiet tal-persuni kollha kkonċernati u s-salvagwardji u l-kundizzjonijiet previsti fl-użu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-użu tas-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi jkun soġġett għal limiti xierqa fiż-żmien u fl-ispazju, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-evidenza jew l-indikazzjonijiet dwar it-theddidiet, il-vittmi jew l-awtur. Jenħtieġ li l-bażi tad-data ta’ referenza tal-persuni tkun adattata għal kull każ ta’ użu f’kull waħda mit-tliet sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

imħassar

Emenda 44

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Jenħtieġ li kull użu tas-sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi jkun soġġett għal awtorizzazzjoni espliċita u speċifika minn awtorità ġudizzjarja jew minn awtorità amministrattiva indipendenti ta’ Stat Membru. Jenħtieġ li, fil-prinċipju, din l-awtorizzazzjoni tinkiseb qabel l-użu, għajr f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza debitament ġustifikati, jiġifieri, f’sitwazzjonijiet meta l-ħtieġa li jintużaw is-sistemi inkwistjoni tkun tali li tagħmilha effettivament u oġġettivament impossibbli li tinkiseb awtorizzazzjoni qabel ma jibda l-użu. F’sitwazzjonijiet ta’ urġenza bħal dawn, jenħtieġ li l-użu jkun ristrett għall-minimu assolut meħtieġ u jkun soġġett għal salvagwardji u għal kundizzjonijiet xierqa, kif determinati fil-liġi nazzjonali u speċifikati fil-kuntest ta’ kull każ individwali ta’ użu urġenti mill-awtorità tal-infurzar tal-liġi nnifisha. Barra minn hekk, jenħtieġ li f’sitwazzjonijiet bħal dawn l-awtorità tal-infurzar tal-liġi tfittex li tikseb awtorizzazzjoni mill-aktar fis possibbli, filwaqt li tipprovdi r-raġunijiet għalfejn ma setgħetx titlobha qabel.

imħassar

Emenda 45

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Barra minn hekk, jixraq li, fi ħdan il-qafas eżawrjenti stabbilit b’dan ir-Regolament, ikun previst li dan l-użu fit-territorju ta’ Stat Membru f’konformità ma’ dan ir-Regolament jeħtieġ ikun possibbli biss meta u sa fejn l-Istat Membru inkwistjoni jkun iddeċieda li jipprevedi b’mod espliċitu l-possibbiltà li jawtorizza dan l-użu fir-regoli dettaljati tiegħu tal-liġi nazzjonali. Għaldaqstant, l-Istati Membri huma liberi skont dan ir-Regolament li ma jipprevedu l-ebda possibbiltà bħal din jew li jipprevedu biss din il-possibbiltà fir-rigward ta’ wħud mill-objettivi li jistgħu jiġġustifikaw l-użu awtorizzat identifikat f’dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda 46

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

L-użu tas-sistemi tal-AI għall-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” ta’ persuni fiżiċi fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi bilfors jinvolvi l-ipproċessar ta’ data bijometrika. Ir-regoli ta’ dan ir-Regolament li jipprojbixxu dan l-użu, soġġetta għal ċerti eċċezzjonijiet, u li huma bbażati fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE, jenħtieġ japplikaw bħala lex specialis fir-rigward tar-regoli dwar l-ipproċessar tad-data bijometrika li jinsabu fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680, u b’hekk jirregolaw dan l-użu u l-ipproċessar tad-data bijometrika involuta b’mod eżawrjenti. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-użu u l-ipproċessar ikunu possibbli biss sa fejn ikun kompatibbli mal-qafas stabbilit b’dan ir-Regolament, mingħajr ma jkun hemm ambitu, barra minn dak il-qafas, għall-awtoritajiet kompetenti, meta jaġixxu għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, li jużaw dawn is-sistemi u jipproċessaw din id-data b’rabta magħhom abbażi tar-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680. F’dan il-kuntest, dan ir-Regolament mhux maħsub biex jipprovdi l-bażi ġuridika għall-ipproċessar ta’ data personali skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2016/680. Madankollu, l-użu tas-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet oħra għajr l-infurzar tal-liġi, inkluż minn awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ ma jkunx kopert mill-qafas speċifiku rigward dan l-użu għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi stabbilit b’dan ir-Regolament. Għalhekk, dan l-użu għal finijiet oħra għajr l-infurzar tal-liġi jenħtieġ ma jkunx soġġett għar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament u r-regoli dettaljati applikabbli tal-liġi nazzjonali li jistgħu jdaħħluh fis-seħħ.

imħassar

Emenda 47

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Kull ipproċessar tad-data bijometrika u ta’ data personali oħra involuta fl-użu tas-sistemi tal-AI għall-identifikazzjoni bijometrika, għajr b’rabta mal-użu tas-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kif regolat b’dan ir-Regolament , inkluż meta dawk is-sistemi jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet oħra għajr l-infurzar tal-liġi, jenħtieġ jibqgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li jirriżultaw mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u mill-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680, skont kif ikun applikabbli.

(24)

Kull ipproċessar tad-data bijometrika u ta’ data personali oħra involuta fl-użu tas-sistemi tal-AI għall-identifikazzjoni bijometrika, għajr b’rabta mal-użu tas-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku kif regolat b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jibqgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li jirriżultaw mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u mill-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680, skont kif ikun applikabbli.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

F’konformità mal-Artikolu 6a tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, kif anness mat-TUE u mat-TFUE, l-Irlanda mhix marbuta bir-regoli stabbiliti fil-punt ( d ), (2) u (3) tal-Artikolu 5 ( 1 ) ta’ dan ir-Regolament adottat abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE relatati mal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 4 jew tal-Kapitolu 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE, meta l-Irlanda mhix marbuta bir-regoli li jirregolaw il-forom ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali jew ta’ kooperazzjoni tal-pulizija li jeħtieġu konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE.

(25)

F’konformità mal-Artikolu 6a tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, kif anness mat-TUE u mat-TFUE, l-Irlanda mhix marbuta bir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 ( 1 ), il-punt ( d ) ta’ dan ir-Regolament adottat abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE relatati mal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 4 jew tal-Kapitolu 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE, meta l-Irlanda mhix marbuta bir-regoli li jirregolaw il-forom ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali jew ta’ kooperazzjoni tal-pulizija li jeħtieġu konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

F’konformità mal-Artikoli 2 u 2a tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, kif anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhix marbuta bir-regoli stabbiliti fil-punt ( d ), (2) u (3) tal-Artikolu 5 ( 1 ) ta’ dan ir-Regolament adottat abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE, u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom, relatati mal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri meta jwettqu l-attivitajiet li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 4 jew tal-Kapitolu 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE.

(26)

F’konformità mal-Artikoli 2 u 2a tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, kif anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhix marbuta bir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 ( 1 ), il-punt ( d ) ta’ dan ir-Regolament adottat abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE, u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom, relatati mal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri meta jwettqu l-attivitajiet li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 4 jew tal-Kapitolu 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE.

Emenda 50

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)

Is-sistemi tal-AI użati mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom biex jagħmlu previżjonijiet, profili jew valutazzjonijiet tar-riskju bbażati fuq it-tfassil tal-profil ta’ persuni fiżiċi jew analiżi tad-data abbażi ta’ karatteristiċi u karatteristiċi tal-personalità, inkluż il-post tal-persuna, jew l-imġiba kriminali fil-passat ta’ persuni fiżiċi jew gruppi ta’ persuni għall-fini tal-previżjoni tal-okkorrenza jew l-okkorrenza mill-ġdid ta’ reat(i) kriminali attwali jew potenzjali jew ta’ mġiba soċjali kriminalizzata jew reati amministrattivi oħra, inkluż sistemi ta’ previżjoni tal-frodi, għandhom riskju partikolari ta’ diskriminazzjoni kontra ċerti persuni jew gruppi ta’ persuni, peress li dawn jiksru d-dinjità tal-bniedem kif ukoll il-prinċipju legali ewlieni tal-preżunzjoni tal-innoċenza. Għalhekk jenħtieġ li dawn is-sistemi tal-AI jiġu pprojbiti.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)

L-iscraping indiskriminat u mhux immirat ta’ data bijometrika mill-midja soċjali jew filmati tas-CCTV biex jinħolqu jew jitwessgħu l-bażijiet tad-data tar-rikonoxximent tal-wiċċ iżidu mas-sens ta’ sorveljanza tal-massa u jistgħu jwasslu għal ksur gravi tad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ sistemi tal-AI b’dan l-għan maħsub jiġi pprojbit.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Premessa 26c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26c)

Hemm tħassib serju dwar il-bażi xjentifika tas-sistemi tal-AI li għandhom l-għan li jidentifikaw l-emozzjonijiet, il-karatteristiċi fiżiċi jew fiżjoloġiċi bħall-espressjonijiet tal-wiċċ, il-movimenti, il-frekwenza tal-polz jew il-vuċi. L-emozzjonijiet jew l-espressjonijiet tal-emozzjonijiet u l-perċezzjonijiet tagħhom ivarjaw b’mod konsiderevoli bejn il-kulturi u s-sitwazzjonijiet, u anke f’individwu wieħed. Fost in-nuqqasijiet ewlenin ta’ teknoloġiji bħal dawn hemm l-affidabbiltà limitata (il-kategoriji ta’ emozzjoni la huma espressi b’mod affidabbli permezz ta’ sett komuni ta’ movimenti fiżiċi jew fiżjoloġiċi u lanqas ma huma assoċjati b’mod inekwivoku miegħu), in-nuqqas ta’ speċifiċità (l-espressjonijiet fiżiċi jew fiżjoloġiċi ma jaqblux perfettament mal-kategoriji ta’ emozzjoni) u l-ġeneralizzabbiltà limitata (l-effetti tal-kuntest u tal-kultura ma humiex ikkunsidrati biżżejjed). Kwistjonijiet ta’ affidabbiltà u konsegwentement, riskji kbar ta’ abbuż, jistgħu jinħolqu b’mod speċjali meta tintuża s-sistema f’sitwazzjonijiet tal-ħajja reali relatati mal-infurzar tal-liġi, il-ġestjoni tal-fruntieri, il-post tax-xogħol u l-istituzzjonijiet edukattivi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz, jew l-użu ta’ sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw f’dawn il-kuntesti biex jiġi identifikat l-istat emozzjonali tal-individwi.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Premessa 26d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26d)

Jenħtieġ li l-prattiki li huma pprojbiti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data, il-liġi dwar in-nondiskriminazzjoni, il-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, u l-liġi tal-kompetizzjoni, ma jiġux affettwati minn dan ir-Regolament.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir jenħtieġ jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew fis-servizz biss jekk ikunu konformi ma’ ċerti rekwiżiti obbligatorji. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiżguraw li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir disponibbli fl-Unjoni jew li l-output tagħhom jintuża b’xi mod ieħor fl-Unjoni ma jkunux joħolqu riskji inaċċettabbli għal interessi pubbliċi importanti tal-Unjoni kif rikonoxxuti u mħarsa bil-liġi tal-Unjoni. Is-sistemi tal-AI identifikati li għandhom riskju kbir jenħtieġ ikunu limitati għal dawk li jħallu impatt dannuż sinifikanti fuq is-saħħa, fuq is-sikurezza u fuq id-drittijiet fundamentali tal-persuni fl-Unjoni u din il-limitazzjoni tnaqqas kemm jista’ jkun kull restrizzjoni potenzjali fuq il-kummerċ internazzjonali, jekk ikun hemm.

(27)

Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir jenħtieġ li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew fis-servizz biss jekk ikunu konformi ma’ ċerti rekwiżiti obbligatorji. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiżguraw li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir disponibbli fl-Unjoni jew li l-output tagħhom jintuża b’xi mod ieħor fl-Unjoni ma jkunux joħolqu riskji inaċċettabbli għal interessi pubbliċi importanti tal-Unjoni kif rikonoxxuti u mħarsa bid-dritt tal-Unjoni , inklużi d-drittijiet fundamentali, id-demokrazija, l-istat tad-dritt jew l-ambjent. Sabiex jiġi żgurat l-allinjament mal-leġiżlazzjoni settorjali u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet, ir-rekwiżiti għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jenħtieġ li jqisu l-leġiżlazzjoni settorjali li tistabbilixxi rekwiżiti għal sistemi tal-AI b’riskju kbir inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bħar-Regolament (UE) 2017/745 dwar Apparati Mediċi u r-Regolament (UE) 2017/746 dwar Apparati Dijanjostiċi In Vitro jew id-Direttiva 2006/42/KE dwar il-Makkinarju . Is-sistemi tal-AI identifikati li għandhom riskju kbir jenħtieġ li jkunu limitati għal dawk li jħallu impatt dannuż sinifikanti fuq is-saħħa, fuq is-sikurezza u fuq id-drittijiet fundamentali tal-persuni fl-Unjoni u din il-limitazzjoni tnaqqas kemm jista’ jkun kull restrizzjoni potenzjali fuq il-kummerċ internazzjonali, jekk ikun hemm. Minħabba l-pass mgħaġġel tal-iżvilupp teknoloġiku, kif ukoll il-bidliet potenzjali fl-użu tas-sistemi tal-AI, il-lista ta’ żoni ta’ riskju kbir u każijiet ta’ użu fl-Anness III jenħtieġ li madankollu tkun soġġetta għal rieżami permanenti permezz tal-eżerċizzju ta’ valutazzjoni regolari.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

Is-sistemi tal-AI jistgħu jipproduċu eżiti negattivi għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, b’mod partikolari meta dawn is-sistemi jaħdmu bħala komponenti ta’ prodotti. B’mod konsistenti mal-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-prodotti fis-suq intern u biex ikun żgurat li prodotti sikuri u konformi b’xi mod ieħor biss jitqiegħdu fis-suq, hu importanti li jiġu evitati u  mmitigati kif xieraq ir-riskji għas-sikurezza li jistgħu jiġu ġġenerati minn prodott sħiħ minħabba l-komponenti diġitali tiegħu, inkluż sistemi tal-AI. Pereżempju, robots dejjem aktar awtonomi, sew fil-kuntest tal-manifattura u sew fil-kuntest tal-assistenza u l-kura personali, jenħtieġ ikunu jistgħu jitħaddmu b’mod sikur u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom f’ambjenti kumplessi. Bl-istess mod, fis-settur tas-saħħa fejn l-interessi għall-ħajja u għas-saħħa huma partikolarment għoljin, jenħtieġ li s-sistemi dijanjostiċi dejjem aktar sofistikati u s-sistemi li jappoġġaw id-deċiżjonijiet umani jkunu affidabbli u eżatti. Il-firxa tal-impatt negattiv ikkawżat mis-sistema tal-AI fuq id-drittijiet fundamentali mħarsa mill-Karta għandha rilevanza partikolari meta sistema tal-AI tiġi kklassifikata li għandha riskju kbir. Dawk id-drittijiet jinkludu d-dritt għad-dinjità umana, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni, u n-nondiskriminazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, id-drittijiet tal-ħaddiema, id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, id-dritt għad-difiża u l-preżunzjoni ta’ innoċenza, id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Minbarra dawk id-drittijiet, hu importanti li jiġi enfasizzat li t-tfal għandhom drittijiet speċifiċi kif stabbiliti fl-Artikolu 24 tal-Karta tal-UE u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (elaborata aktar fil-Kumment Ġenerali Nru 25 tal-UNCRC fir-rigward tal-ambjent diġitali), li t-tnejn li huma jeħtieġu kunsiderazzjoni tal-vulnerabbiltajiet tat-tfal u l-għoti ta’ tali protezzjoni u kura kif meħtieġ għall-benesseri tagħhom. Id-dritt fundamentali għal livell għoli ta’ ħarsien ambjentali, kif stabbilit fil-Karta u implimentat fil-politiki tal-Unjoni, jenħtieġ jitqies ukoll waqt il-valutazzjoni tas-severità tad-dannu li sistema tal-AI tista’ tikkawża, inkluż rigward is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni.

(28)

Is-sistemi tal-AI għandhom impatt negattiv għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, b’mod partikolari meta dawn is-sistemi jaħdmu bħala komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti. B’mod konsistenti mal-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-prodotti fis-suq intern u biex ikun żgurat li prodotti sikuri u konformi b’xi mod ieħor biss jitqiegħdu fis-suq, hu importanti li jiġu evitati u  jittaffew kif xieraq ir-riskji għas-sikurezza li jistgħu jiġu ġġenerati minn prodott sħiħ minħabba l-komponenti diġitali tiegħu, inkluż sistemi tal-AI. Pereżempju, robots dejjem aktar awtonomi, sew fil-kuntest tal-manifattura u sew fil-kuntest tal-assistenza u l-kura personali, jenħtieġ li jkunu jistgħu jitħaddmu b’mod sikur u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom f’ambjenti kumplessi. Bl-istess mod, fis-settur tas-saħħa fejn l-interessi għall-ħajja u għas-saħħa huma partikolarment għoljin, jenħtieġ li s-sistemi dijanjostiċi dejjem aktar sofistikati u s-sistemi li jappoġġaw id-deċiżjonijiet umani jkunu affidabbli u eżatti.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)

Il-firxa tal-impatt negattiv ikkawżat mis-sistema tal-AI fuq id-drittijiet fundamentali mħarsa mill-Karta għandha rilevanza partikolari meta sistema tal-AI tiġi kklassifikata li għandha riskju kbir. Dawk id-drittijiet jinkludu d-dritt għad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni, u n-nondiskriminazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, id-drittijiet tal-ħaddiema, id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, id-dritt għad-difiża u l-preżunzjoni ta’ innoċenza, id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Minbarra dawk id-drittijiet, hu importanti li jiġi enfasizzat li t-tfal għandhom drittijiet speċifiċi kif minquxa fl-Artikolu 24 tal-Karta tal-UE u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (elaborata aktar fil-Kumment Ġenerali Nru 25 tal-UNCRC fir-rigward tal-ambjent diġitali), li t-tnejn li huma jeħtieġu kunsiderazzjoni tal-vulnerabbiltajiet tat-tfal u l-għoti ta’ tali protezzjoni u kura kif meħtieġ għall-benesseri tagħhom. Id-dritt fundamentali għal livell għoli ta’ ħarsien ambjentali, kif minqux fil-Karta u implimentat fil-politiki tal-Unjoni, jenħtieġ li jitqies ukoll waqt il-valutazzjoni tas-severità tad-dannu li sistema tal-AI tista’ tikkawża, inkluż rigward is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew tal-ambjent.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Rigward is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti jew ta’ sistemi, jew li huma stess huma prodotti jew sistemi li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39), tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41), tad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42), tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43), tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44), tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45), u tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46), jixraq li dawk l-atti jiġu emendati biex ikunżgurat li l-Kummissjoni tqis, abbażi tal-ispeċifiċitajiet tekniċi u regolatorji ta’ kull settur, u mingħajr ma tinterferixxi mal-mekkaniżmi u mal-awtoritajiet eżistenti ta’ governanza, ta’ valutazzjoni tal-konformità u ta’ infurzar stabbiliti fihom, ir-rekwiżiti obbligatorji għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir stabbiliti f’dan ir-Regolament meta tadotta xi att delegat jew ta’ implimentazzjoni futur rilevanti abbażi ta’ dawk l-atti.

(29)

Rigward is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti jew ta’ sistemi, jew li huma stess huma prodotti jew sistemi li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39), tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41), tad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42), tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43), tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44), tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45), u tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46), jixraq li dawk l-atti jiġu emendati biex ikun żgurat li l-Kummissjoni tqis, abbażi tal-ispeċifiċitajiet tekniċi u regolatorji ta’ kull settur, u mingħajr ma tinterferixxi mal-mekkaniżmi u mal-awtoritajiet eżistenti ta’ governanza, ta’ valutazzjoni tal-konformità , ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ infurzar stabbiliti fihom, ir-rekwiżiti obbligatorji għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir stabbiliti f’dan ir-Regolament meta tadotta xi att delegat jew ta’ implimentazzjoni futur rilevanti abbażi ta’ dawk l-atti.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

Fir-rigward tas-sistemi tal-AI li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti, jew li huma stess huma prodotti, li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jixraq jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir skont dan ir-Regolament jekk il-prodott inkwistjoni ssirlu l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità mwettqa minn korp terz tal-valutazzjoni tal-konformità skont dik il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. B’mod partikolari, dawn il-prodotti huma makkinarju, ġugarelli, liftijiet, tagħmir u sistemi protettivi maħsuba għal użu f’ambjenti potenzjalment esplożivi, tagħmir tar-radju, apparat tal-pressa, tagħmir ta’ opri tal-baħar għar-rikreazzjoni, installazzjonijiet tal-funikular, apparati li jaħarqu fjuwils gassużi, apparati mediċi, u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro.

(30)

Fir-rigward tas-sistemi tal-AI li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti, jew li huma stess huma prodotti, li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerta liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II , jixraq jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir skont dan ir-Regolament jekk il-prodott inkwistjoni ssirlu l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza essenzjali mwettqa minn korp terz tal-valutazzjoni tal-konformità skont dik il-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. B’mod partikolari, dawn il-prodotti huma makkinarju, ġugarelli, liftijiet, tagħmir u sistemi protettivi maħsuba għal użu f’ambjenti potenzjalment esplożivi, tagħmir tar-radju, apparat tal-pressa, tagħmir ta’ opri tal-baħar għar-rikreazzjoni, installazzjonijiet tal-funikular, apparati li jaħarqu fjuwils gassużi, apparati mediċi, u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)

Jenħtieġ li l-klassifikazzjoni ta’ sistema tal-AI bħala li għandha riskju kbir skont dan ir-Regolament mhux bilfors tkun tfisser li l-prodott li l-komponent tas-sikurezza tiegħu jkun is-sistema tal-AI, jew is-sistema tal-AI stess bħala prodott, jitqiesu li għandhom “riskju kbir” skont il-kriterji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tapplika għall-prodott. Dan hu partikolarment il-każ għar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47) u għar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48), meta ssir valutazzjoni tal-konformità minn parti terza għall-prodotti b’riskju medju u b’riskju kbir.

(31)

Jenħtieġ li l-klassifikazzjoni ta’ sistema tal-AI bħala li għandha riskju kbir skont dan ir-Regolament ma tkunx tfisser li l-prodott li l-komponent tas-sikurezza tiegħu jkun is-sistema tal-AI, jew is-sistema tal-AI stess bħala prodott, jitqiesu li għandhom “riskju kbir” skont il-kriterji stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tapplika għall-prodott. Dan hu partikolarment il-każ għar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47) u għar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48), meta ssir valutazzjoni tal-konformità minn parti terza għall-prodotti b’riskju medju u b’riskju kbir.

Emenda 60

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)

Fir-rigward tas-sistemi awtonomi tal-AI, jiġifieri s-sistemi tal-AI b’riskju kbir għajr dawk li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti, jew li huma stess huma prodotti, jixraq jiġi klassifikat li għandhom riskju kbir jekk, fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom, dawn jippreżentaw riskju kbir ta’ dannu għas-saħħa u s-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem , filwaqt li jitqiesu s-severità tad-dannu possibbli u l-probabbiltà li dan iseħħ, u jintużaw f’għadd ta’ oqsma speċifikament definiti minn qabel kif speċifikat fir-Regolament . L-identifikazzjoni ta’ dawk is-sistemi timxi bl-istess metodoloġija u kriterji previsti wkoll għal kwalunkwe emenda futura tal-lista tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir.

(32)

Fir-rigward tas-sistemi awtonomi tal-AI, jiġifieri s-sistemi tal-AI b’riskju kbir għajr dawk li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti, jew li huma stess huma prodotti u li huma elenkati f’wieħed mill-oqsma u l-każijiet ta’ użu fl-Anness III , jixraq jiġi klassifikat li għandhom riskju kbir jekk, fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom, dawn jippreżentaw riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa u s-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali tal-persuni u , meta s-sistema tal-AI tintuża bħala komponent tas-sikurezza ta’ infrastruttura kritika, għall-ambjent. Tali riskju sinifikanti ta’ dannu jenħtieġ li jiġi identifikat billi jiġi vvalutat minn naħa waħda l-effett ta’ tali riskju fir-rigward tal-livell ta’ severità, intensità, probabbiltà li dan iseħħ u durata kkombinati flimkien u min-naħa l-oħra jekk id-dannu jistax jaffettwa individwu , pluralità ta’ persuni jew grupp partikolari ta’ persuni. Tali kombinazzjoni tista’ pereżempju tirriżulta f’severità għolja iżda probabbiltà baxxa li taffettwa persuna fiżika, jew probabbiltà għolja li taffettwa grupp ta’ persuni b’intensità baxxa fuq perjodu twil ta’ żmien, skont il-kuntest . L-identifikazzjoni ta’ dawk is-sistemi timxi bl-istess metodoloġija u kriterji previsti wkoll għal kwalunkwe emenda futura tal-lista tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)

Jenħtieġ li l-fornituri li s-sistemi tal-AI tagħhom jaqgħu taħt wieħed mill-oqsma u l-każijiet ta’ użu elenkati fl-Anness III li jqisu li s-sistema tagħhom ma toħloqx riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa, is-sikurezza, id-drittijiet fundamentali jew l-ambjent, jinfurmaw lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali billi jissottomettu notifika motivata. Din tista’ tieħu l-forma ta’ sommarju ta’ paġna waħda tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sistema tal-AI inkwistjoni, inkluż l-għan maħsub tagħha u għaliex ma toħloqx riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa, is-sikurezza, id-drittijiet fundamentali jew l-ambjent. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tispeċifika kriterji li jippermettu lill-kumpaniji jivvalutaw jekk is-sistema tagħhom toħloqx riskji bħal dawn, kif ukoll tiżviluppa mudell faċli biex jintuża u standardizzat għan-notifika. Il-fornituri jenħtieġ li jissottomettu n-notifika kmieni kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ qabel it-tqegħid tas-sistema tal-AI fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz tagħha, idealment fl-istadju tal-iżvilupp, u jenħtieġ li jkunu liberi li jqegħduha fis-suq fi kwalunkwe ħin wara n-notifika. Madankollu, jekk l-awtorità tistma li s-sistema tal-AI inkwistjoni ġiet ikklassifikata ħażin, jenħtieġ li toġġezzjona għan-notifika fi żmien tliet xhur. L-oġġezzjoni jenħtieġ li tiġi sostanzjata u tispjega kif xieraq għaliex is-sistema tal-AI ġiet ikklassifikata ħażin. Il-fornitur jenħtieġ li jżomm id-dritt ta’ appell billi jipprovdi aktar argumenti. Jekk wara t-tliet xhur ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni għan-notifika, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali xorta jistgħu jintervjenu jekk is-sistema tal-AI tippreżenta riskju fil-livell nazzjonali, bħal kwalunkwe sistema oħra tal-AI fis-suq. Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jissottomettu rapporti annwali lill-Uffiċċju tal-AI bid-dettalji tan-notifiki riċevuti u d-deċiżjonijiet meħuda.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)

L-ineżattezzi tas-sistemi tal-AI maħsuba għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni fiżiċi jistgħu jwasslu għal riżultati preġudikati u jħallu effetti diskriminatorji. Dan hu partikolarment rilevanti fir-rigward tal-età, tal-etniċità, tal-ġeneru jew tad-diżabbiltà. Għaldaqstant, is-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” u “f’ħin aktar tard” jenħtieġ jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir. Fid-dawl tar-riskji li joħolqu, iż-żewġ tipi ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota jenħtieġ ikunu soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi dwar il-kapaċitajiet tal-illoggjar u s-sorveljanza umana.

imħassar

Emenda 63

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)

Peress li d-data bijometrika tikkostitwixxi kategorija speċjali ta’ data personali sensittiva f’konformità mar-Regolament 2016/679, huwa xieraq li diversi każijiet kritiċi ta’ użu ta’ sistemi bijometriċi u bbażati fuq il-bijometrika jiġu kklassifikati bħala ta’ riskju kbir. Għalhekk, jenħtieġ li s-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika ta’ persuni fiżiċi u ta’ sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw ħalli jsiru inferenzi dwar il-karatteristiċi personali ta’ persuni fiżiċi abbażi ta’ data bijometrika jew data bbażata fuq il-bijometrika, inklużi sistemi ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li huma pprojbiti skont dan ir-Regolament, jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir. Jenħtieġ li dan ma jinkludix sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-verifika bijometrika, li tinkludi l-awtentikazzjoni, li l-iskop uniku tagħha huwa li tikkonferma li persuna fiżika speċifika hija l-persuna li tiddikjara li hija u li tikkonferma l-identità ta’ persuna fiżika għall-iskop uniku li jkollha aċċess għal servizz, apparat jew bini (verifika one-to-one). Jenħtieġ li s-sistemi bijometriċi u dawk ibbażati fuq il-bijometrika li huma previsti fid-dritt tal-Unjoni biex jippermettu miżuri taċ-ċibersigurtà u tal-protezzjoni tad-data personali ma jitqisux li joħolqu riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa, għas-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)

Fir-rigward tal-ġestjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura kritika, jixraq li s-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bħala komponenti tas-sikurezza fil-ġestjoni u t-tħaddim tat-traffiku tat-triq u fil-provvista tal-ilma, tal-gass, tat-tisħin u  tal-elettriku jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, għax il-falliment jew il-funzjonament ħażin fihom jistgħu jqiegħdu f’riskju l-ħajja u s-saħħa tal-persuni fuq skala kbira u jwasslu għal tfixkil sinifikanti fl-eżekuzzjoni ordinarja tal-attivitajiet soċjali u ekonomiċi.

(34)

Fir-rigward tal-ġestjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura kritika, jixraq li s-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bħala komponenti tas-sikurezza fil-ġestjoni u t-tħaddim tal-provvista tal-ilma, tal-gass, tat-tisħin , tal-elettriku tal-infrastruttura diġitali kritika jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, għax il-falliment jew il-funzjonament ħażin fihom jistgħu jiksru s-sigurtà u l-integrità ta’ din l-infrastruttura kritika jew ipoġġu f’riskju l-ħajja u s-saħħa tal-persuni fuq skala kbira u jwasslu għal tfixkil sinifikanti fl-eżekuzzjoni ordinarja tal-attivitajiet soċjali u ekonomiċi. Il-komponenti tas-sikurezza tal-infrastruttura kritika, inkluża l-infrastruttura diġitali kritika, huma sistemi użati biex jipproteġu direttament l-integrità fiżika tal-infrastruttura kritika jew is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u tal-proprjetà. Il-falliment jew il-funzjonament ħażin ta’ tali komponenti jista’ jwassal direttament għal riskji għall-integrità fiżika tal-infrastruttura kritika u b’hekk għal riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u l-proprjetà. Il-komponenti maħsuba biex jintużaw biss għal finijiet taċ-ċibersigurtà jenħtieġ li ma jikkwalifikawx bħala komponenti ta’ sikurezza. Eżempji ta’ tali komponenti ta’ sikurezza jistgħu jinkludu sistemi għall-monitoraġġ tal-pressjoni tal-ilma jew sistemi ta’ kontroll tal-allarm tan-nar fiċ-ċentri tal-cloud computing.

Emenda 65

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)

Is-sistemi tal-AI użati fl-edukazzjoni jew it-taħriġ vokazzjonali, b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-aċċess jew għall-assenjazzjoni ta’ persuni f’istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali jew għall-evalwazzjoni ta’ persuni b’testijiet bħala parti mill-edukazzjoni tagħhom jew bħala prekundizzjoni għal din, jenħtieġ jitqiesu li għandhom riskju kbir għax jistgħu jiddeterminaw il-kors edukattiv u professjonali tal-ħajja ta’ persuna u għalhekk jaffettwaw l-abbiltà tagħhom li jiżguraw l-għajxien tagħhom. Meta jitfasslu u jintużaw b’mod mhux xieraq, dawn is-sistemi jistgħu jiksru d-dritt għal edukazzjoni u taħriġ, u d-dritt ta’ nondiskriminazzjoni u jkattru mudelli storiċi ta’ diskriminazzjoni.

(35)

L-użu ta’ sistemi tal-AI fl-edukazzjoni huwa importanti sabiex jgħin fil-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni sħaħ, itejjeb il-kwalità edukattiva, kemm offline kif ukoll online, u jaċċellera l-edukazzjoni diġitali, u b’hekk issir disponibbli wkoll għal udjenza usa’. Is-sistemi tal-AI użati fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ vokazzjonali, b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-aċċess jew biex jiġu influwenzati materjalment id-deċiżjonijiet dwar l-ammissjoni jew għall-assenjazzjoni ta’ persuni f’istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali jew għall-evalwazzjoni ta’ persuni b’testijiet bħala parti mill-edukazzjoni tagħhom jew bħala prekundizzjoni għal din jew għall-valutazzjoni tal-livell xieraq ta’ edukazzjoni għal individwu u biex jiġi influwenzat materjalment il-livell ta’ edukazzjoni u t-taħriġ li l-individwi se jirċievu jew ikunu jistgħu jaċċessaw jew jimmonitorjaw u jidentifikaw imġiba pprojbita tal-istudenti matul it-testijiet jenħtieġ li jiġu kklassifikati bħala sistemi tal-AI li għandhom riskju kbir, għax jistgħu jiddeterminaw il-kors edukattiv u professjonali tal-ħajja ta’ persuna u għalhekk jaffettwaw l-abbiltà tagħhom li jiżguraw l-għajxien tagħhom. Meta jiġu ddisinjati u jintużaw b’mod mhux xieraq, dawn is-sistemi jistgħu jkunu partikolarment intrużivi u jistgħu jiksru d-dritt għal edukazzjoni u taħriġ, u d-dritt ta’ nondiskriminazzjoni u jkattru mudelli storiċi ta’ diskriminazzjoni , pereżempju kontra n-nisa, ċerti gruppi ta’ età, persuni b’diżabilità, jew persuni ta’ ċerti oriġini razzjali jew etnika jew orjentazzjoni sesswali .

Emenda 66

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)

Anki s-sistemi tal-AI użati fl-impjiegi, fil-ġestjoni tal-ħaddiema u fl-aċċess għal impjieg indipendenti, b’mod partikolari għar-reklutaġġ u għall-għażla tal-persuni, għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-promozzjoni u t-terminazzjoni u għall-allokazzjoni tal-kompiti, għall-monitoraġġ jew għall-evalwazzjoni tal-persuni f’relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, jenħtieġ jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir għax jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-prospetti futuri tal-karriera u tal-għajxien ta’ dawk il-persuni. Jenħtieġ li r-relazzjonijiet kuntrattwali rilevanti relatati max-xogħol ikunu jinvolvu lill-impjegati u lill-persuni li jipprovdu servizzi permezz ta’ pjattaformi kif imsemmi fil-Programm ta’ Ħidma 2021 tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li, fil-prinċipju, dawn il-persuni ma jitqisux bħala utenti skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. Tul il-proċess tar-reklutaġġ u fl-evalwazzjoni, fil-promozzjoni, jew fiż-żamma ta’ persuni f’relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, dawn is-sistemi jistgħu jkattru mudelli storiċi ta’ diskriminazzjoni, pereżempju kontra n-nisa, ċerti gruppi ta’ età, persuni b’diżabbiltà , jew persuni ta’ ċerta oriġini razzjali jew etnika jew orjentazzjoni sesswali. Is-sistemi tal-AI użati għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u tal-imġiba ta’ dawn il-persuni jistgħu jħallu impatt ukoll fuq id-drittijiet tagħhom għal protezzjoni tad-data u privatezza.

(36)

Anke s-sistemi tal-AI użati fl-impjiegi, fil-ġestjoni tal-ħaddiema u fl-aċċess għal impjieg indipendenti, b’mod partikolari għar-reklutaġġ u għall-għażla tal-persuni, għat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew biex jiġu influwenzati materjalment id-deċiżjonijiet dwar il-bidu, il-promozzjoni u t-terminazzjoni u għall-allokazzjoni personalizzata tal-kompiti abbażi ta’ mġiba individwali, karatteristiċi personali jew data bijometrika , għall-monitoraġġ jew għall-evalwazzjoni tal-persuni f’relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, jenħtieġ li jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, għax jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-prospetti futuri tal-karriera , l-għajxien ta’ dawk il-persuni u d-drittijiet tal-ħaddiema . Jenħtieġ li r-relazzjonijiet kuntrattwali rilevanti relatati max-xogħol ikunu jinvolvu b’mod sinifikattiv lill-impjegati u lill-persuni li jipprovdu servizzi permezz ta’ pjattaformi kif imsemmi fil-Programm ta’ Ħidma 2021 tal-Kummissjoni. Tul il-proċess tar-reklutaġġ u fl-evalwazzjoni, fil-promozzjoni, jew fiż-żamma ta’ persuni f’relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, dawn is-sistemi jistgħu jkattru mudelli storiċi ta’ diskriminazzjoni, pereżempju kontra n-nisa, ċerti gruppi ta’ età, persuni b’diżabilità , jew persuni ta’ ċerta oriġini razzjali jew etnika jew orjentazzjoni sesswali. Is-sistemi tal-AI użati għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u tal-imġiba ta’ dawn il-persuni jistgħu jimminaw ukoll l-essenza tad-dritt fundamentali tagħhom għal protezzjoni tad-data u privatezza. Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jipprevedu regoli aktar speċifiċi għall-użu tas-sistemi tal-AI fil-kuntest tal-impjiegi.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)

Qasam ieħor li fih l-użu tas-sistemi tal-AI jixirqilhom kunsiderazzjoni speċjali hu l-aċċess għal ċerti servizzi u  benefiċċji privati pubbliċi essenzjali u t-tgawdija ta’ dawn is-servizzi u l-benefiċċji meħtieġa biex in-nies jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà jew biex itejbu l-istandard tal-għajxien tagħhom. B’mod partikolari, is-sistemi tal-AI użati bħala sistema ta’ evalwazzjoni ta’ kreditu jew għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ xi persuni fiżiċi jenħtieġ jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir għax dawn jiddeterminaw l-aċċess ta’ dawk il-persuni għal riżorsi finanzjarji jew għal servizzi essenzjali bħal akkomodazzjoni, elettriku, u servizzi tat-telekomunikazzjoni. Is-sistemi tal-AI użati għal dan il-għan jistgħu jikkawżaw diskriminazzjoni ta’ persuni jew ta’ gruppi u jkattru mudelli storiċi ta’ diskriminazzjoni, pereżempju bbażati fuq l-oriġini razzjali jew etnika, diżabbiltà , l-età, l-orjentazzjoni sesswali, jew joħolqu forom ġodda ta’ impatti diskriminatorji. Meta jitqiesu l-iskala limitata ħafna tal-impatt u l-alternattivi disponibbli fis-suq , jixraq li s-sistemi tal-AI jiġu eżentati għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja u ta’ evalwazzjoni ta’ kreditu meta jitqiegħdu fis-servizz minn fornituri fuq skala żgħira għall-użu tagħhom stess . Il-persuni fiżiċi li japplikaw għal jew li jirċievu benefiċċji u servizzi ta’ assistenza pubblika mill-awtoritajiet pubbliċi, tipikament ikunu dipendenti fuq dawk il-benefiċċji u s-servizzi u f’pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tal-awtoritajiet responsabbli. Jekk is-sistemi tal-AI jintużaw biex jiġi determinat jekk dawn il-benefiċċji u s-servizzi jenħtieġx jiċċaħħdu, jitnaqqsu, jitneħħew jew jittieħdu lura mill-awtoritajiet, dawn jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq l-għajxien tal-persuni u jistgħu jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom, bħad-dritt għal protezzjoni soċjali, ta’ nondiskriminazzjoni, id-dinjità umana jew għal rimedju effettiv. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-sistemi jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jfixkilx l-iżvilupp u l-użu ta’ approċċi innovattivi fl-amministrazzjoni pubblika, li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn użu aktar mifrux ta’ sistemi tal-AI konformi u sikuri, diment li dawk is-sistemi ma jkunux jinvolvu riskju kbir għall-persuni ġuridiċi u fiżiċi. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li anki s-sistemi tal-AI użati biex tintbagħat jew tiġi stabbilita prijorità fid-dispaċċ ta’ servizzi tal-ewwel rispons ta’ emerġenza jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir għax dawn jieħdu deċiżjonijiet f’sitwazzjonijiet kritiċi ħafna għall-ħajja u għas-saħħa tal-persuni u għall-proprjetà tagħhom.

(37)

Qasam ieħor li fih l-użu tas-sistemi tal-AI jixirqilhom kunsiderazzjoni speċjali hu l-aċċess għal ċerti servizzi privati pubbliċi essenzjali, inklużi s-servizzi tal-kura tas-saħħa s-servizzi essenzjali , inkluż iżda mhux limitati għall-akkomodazzjoni, l-elettriku, it-tisħin/it-tkessiħ u l-internet, u l-benefiċċji meħtieġa biex in-nies jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà jew biex itejbu l-istandard tal-għajxien tagħhom. B’mod partikolari, is-sistemi tal-AI użati bħala sistema ta’ evalwazzjoni ta’ kreditu jew għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ xi persuni fiżiċi jenħtieġ li jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir għax dawn jiddeterminaw l-aċċess ta’ dawk il-persuni għal riżorsi finanzjarji jew għal servizzi essenzjali bħal akkomodazzjoni, elettriku, u servizzi tat-telekomunikazzjoni. Is-sistemi tal-AI użati għal dan il-għan jistgħu jikkawżaw diskriminazzjoni ta’ persuni jew ta’ gruppi u jkattru mudelli storiċi ta’ diskriminazzjoni, pereżempju bbażati fuq l-oriġini razzjali jew etnika, il-ġeneru, id-diżabilità , l-età, l-orjentazzjoni sesswali, jew joħolqu forom ġodda ta’ impatti diskriminatorji. Madankollu, jenħtieġ li s-sistemi tal-AI previsti mid-dritt tal-Unjoni għall-fini li tiġi identifikata frodi fl-offerta ta’ servizzi finanzjarji ma jitqisux li għandhom riskju kbir skont dan ir-Regolament. Il-persuni fiżiċi li japplikaw għal jew li jirċievu benefiċċji u servizzi ta’ assistenza pubblika mill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi s-servizzi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi essenzjali, inkluż iżda mhux limitati għall-akkomodazzjoni, l-elettriku, it-tisħin/it-tkessiħ u l-internet, tipikament ikunu dipendenti fuq dawk il-benefiċċji u s-servizzi u f’pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tal-awtoritajiet responsabbli. Jekk is-sistemi tal-AI jintużaw biex jiġi determinat jekk dawn il-benefiċċji u s-servizzi jenħtieġx li jiċċaħħdu, jitnaqqsu, jitneħħew jew jittieħdu lura mill-awtoritajiet, dawn jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq l-għajxien tal-persuni u jistgħu jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom, bħad-dritt għal protezzjoni soċjali, ta’ nondiskriminazzjoni, id-dinjità tal-bniedem jew għal rimedju effettiv. Bl-istess mod, is-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bil-għan li jittieħdu deċiżjonijiet jew biex jiġu influwenzati materjalment id-deċiżjonijiet dwar l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi għall-assigurazzjoni tas-saħħa u tal-ħajja jista’ jkollhom ukoll impatt sinifikanti fuq l-għajxien tal-persuni u jistgħu jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom pereżempju billi jillimitaw l-aċċess għall-kura tas-saħħa jew billi jkattru diskriminazzjoni abbażi ta’ karatteristiċi personali. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-sistemi jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jfixkilx l-iżvilupp u l-użu ta’ approċċi innovattivi fl-amministrazzjoni pubblika, li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn użu aktar mifrux ta’ sistemi tal-AI konformi u sikuri, dment li dawk is-sistemi ma jkunux jinvolvu riskju kbir għall-persuni ġuridiċi u fiżiċi. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li anke s-sistemi tal-AI użati biex jiġu evalwati u kklassifikati telefonati ta’ emerġenza minn persuni fiżiċi jew biex tintbagħat jew tiġi stabbilita prijorità fid-dispaċċ ta’ servizzi tal-ewwel rispons ta’ emerġenza jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir għax dawn jieħdu deċiżjonijiet f’sitwazzjonijiet kritiċi ħafna għall-ħajja u għas-saħħa tal-persuni u għall-proprjetà tagħhom.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a)

Minħabba r-rwol u r-responsabbiltà tal-pulizija u tal-awtoritajiet ġudizzjarji, u l-impatt tad-deċiżjonijiet li jieħdu għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, xi każijiet ta’ użu speċifiċi ta’ applikazzjonijiet tal-AI fl-infurzar tal-liġi jridu jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, b’mod partikolari f’każijiet fejn hemm il-potenzjal li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ħajjiet jew id-drittijiet fundamentali tal-individwi.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)

L-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jinvolvu ċerti użi tas-sistemi tal-AI huma kkaratterizzati minn grad sinifikanti ta’ żbilanċ tal-poter u jistgħu jwasslu għal sorveljanza, għal arrest jew għal ċaħda tal-libertà ta’ persuna fiżika u għal impatti negattivi oħra fuq id-drittijiet fundamentali mħarsa mill-Karta. B’mod partikolari, jekk is-sistema tal-AI ma tkunx imħarrġa b’data ta’ kwalità għolja, ma tkunx tissodisfa rekwiżiti adegwati mil-lat ta’ eżattezza jew robustezza tagħha, jew ma tkunx imfassla u ttestjata kif xieraq qabel ma titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz b’xi mod ieħor, din tista’ tindividwa persuni b’mod diskriminatorju jew b’mod skorrett jew inġust. Barra minn hekk, l-eżerċitar ta’ drittijiet fundamentali proċedurali importanti, bħad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif ukoll id-dritt għal difiża u l-preżunzjoni tal-innoċenza, jista’ jitfixkel, b’mod partikolari, meta dawn is-sistemi tal-AI ma jkunux trasparenti, spjegabbli u dokumentati biżżejjed. Għalhekk, dawn is-sistemi tal-AI maħsubin biex jintużaw fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi jixraq jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, meta l-eżattezza, l-affidabbiltà u t-trasparenza jkunu partikolarment importanti biex jiġu evitati impatti negattivi, tinżamm il-fiduċja pubblika u jiġu żgurati l-akkontabbiltà u rimedju effettiv. Fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet inkwistjoni u tar-riskji relatati magħhom, jenħtieġ li dawk is-sistemi tal-AI b’riskju kbir jinkludu b’mod partikolari s-sistemi tal-AI maħsubin biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għal valutazzjonijiet tar-riskju individwali, għal poligrafi u għal għodod simili jew biex jiġi identifikat l-istat emozzjonali ta’ persuna fiżika , biex jiġu identifikati “deep fakes”, għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà tal-provi fi proċedimenti kriminali , għal previżjoni ta’ okkorrenza jew riokkorrenza ta’ reat kriminali attwali jew potenzjali abbażi ta’ profilar ta’ persuni fiżiċi , jew għall-valutazzjoni tal-aspetti u tal-karatteristiċi tal-personalità jew tal-imġiba kriminali fil-passat ta’ persuni fiżiċi jew ta’ gruppi , għall-profilar waqt is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, kif ukoll għall-analitika tal-kriminalità fir-rigward ta’ persuni fiżiċi. Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI maħsubin speċifikament biex jintużaw għal proċedimenti amministrattivi mill-awtoritajiet tat-taxxa u tad-dwana ma jitqisux bħala sistemi tal-AI b’riskju kbir użati mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-finijiet ta’ prevenzjoni, ta’ sejbien, ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.

(38)

L-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jinvolvu ċerti użi tas-sistemi tal-AI huma kkaratterizzati minn grad sinifikanti ta’ żbilanċ tal-poter u jistgħu jwasslu għal sorveljanza, għal arrest jew għal ċaħda tal-libertà ta’ persuna fiżika u għal impatti negattivi oħra fuq id-drittijiet fundamentali mħarsa mill-Karta. B’mod partikolari, jekk is-sistema tal-AI ma tkunx imħarrġa b’data ta’ kwalità għolja, ma tkunx tissodisfa rekwiżiti adegwati mil-lat tal-prestazzjoni tagħha, ta’ eżattezza jew robustezza tagħha, jew ma tkunx iddisinjata u ttestjata kif xieraq qabel ma titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz b’xi mod ieħor, din tista’ tindividwa persuni b’mod diskriminatorju jew b’mod skorrett jew inġust. Barra minn hekk, l-eżerċitar ta’ drittijiet fundamentali proċedurali importanti, bħad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif ukoll id-dritt għal difiża u l-preżunzjoni tal-innoċenza, jista’ jitfixkel, b’mod partikolari, meta dawn is-sistemi tal-AI ma jkunux trasparenti, spjegabbli u dokumentati biżżejjed. Għalhekk, dawn is-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi jixraq jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, meta l-eżattezza, l-affidabbiltà u t-trasparenza jkunu partikolarment importanti biex jiġu evitati impatti negattivi, tinżamm il-fiduċja pubblika u jiġu żgurati l-akkontabbiltà u rimedju effettiv. Fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet inkwistjoni u tar-riskji relatati magħhom, jenħtieġ li dawk is-sistemi tal-AI b’riskju kbir jinkludu b’mod partikolari s-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom jew minn aġenziji , uffiċċji jew korpi tal-Unjoni b’appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi , bħala poligrafi u għodod simili sakemm l-użu tagħhom ikun permess skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni u dak nazzjonali , għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà tal-provi fi proċedimenti kriminali, għat-tfassil tal-profil waqt is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, kif ukoll għall-analitika tal-kriminalità fir-rigward ta’ persuni fiżiċi. Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI maħsubin speċifikament biex jintużaw għal proċedimenti amministrattivi mill-awtoritajiet tat-taxxa u tad-dwana ma jiġux ikklassifikati bħala sistemi tal-AI li għandhom riskju kbir użati mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-finijiet ta’ prevenzjoni, ta’ sejbien, ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni ta’ reati kriminali. Jenħtieġ li l-użu tal-għodod tal-AI mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji ma jsirx fattur ta’ inugwaljanza, ksur soċjali jew esklużjoni. Jenħtieġ li l-impatt tal-użu tal-għodod tal-AI fuq id-drittijiet tad-difiża tal-persuni suspettati ma jiġix injorat, b’mod partikolari d-diffikultà biex tinkiseb informazzjoni sinifikattiva dwar il-funzjonament tagħhom u d-diffikultà konsegwenti biex jiġu kkontestati r-riżultati tagħhom fil-qorti, b’mod partikolari minn individwi li qed jiġu investigati.

Emenda 70

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)

Is-sistemi tal-AI użati fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll tal-fruntieri jaffettwaw lil persuni li spiss ikunu f’pożizzjoni partikolarment vulnerabbli u li jiddependu fuq l-eżitu tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għalhekk, l-eżattezza, in-natura nondiskriminatorja u t-trasparenza tas-sistemi tal-AI użati f’dawk il-kuntesti huma partikolarment importanti biex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni affettwati, b’mod partikolari d-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ protezzjoni tal-ħajja privata u ta’ data personali, ta’ protezzjoni internazzjonali u ta’ amministrazzjoni tajba. Għalhekk jixraq jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, dawk is-sistemi maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti inkarigati b’kompiti fl-oqsma tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-ġestjoni tal-kontroll fil-fruntieri bħal poligrafi u għodod simili jew biex jidentifikaw l-istat emozzjonali ta’ persuna fiżika; għall-valutazzjoni ta’ ċerti riskji ppreżentati minn persuni fiżiċi li jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru jew li japplikaw għal viża jew għal ażil; għall-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti rilevanti ta’ persuni fiżiċi; għall-assistenza lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-eżaminar tal-applikazzjonijiet għal ażil, għal viża u għal permessi ta’ residenza u tal-ilmenti assoċjati fir-rigward tal-objettiv li tiġi stabbilita l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi li japplikaw għal status. Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll fil-fruntieri koperti b’dan ir-Regolament ikunu konformi mar-rekwiżiti proċedurali rilevanti stabbiliti mid-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (49), mir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50) u minn leġiżlazzjoni rilevanti oħra.

(39)

Is-sistemi tal-AI użati fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll tal-fruntieri jaffettwaw lil persuni li spiss ikunu f’pożizzjoni partikolarment vulnerabbli u li jiddependu mill-eżitu tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għalhekk, l-eżattezza, in-natura nondiskriminatorja u t-trasparenza tas-sistemi tal-AI użati f’dawk il-kuntesti huma partikolarment importanti biex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni affettwati, b’mod partikolari d-drittijiet tagħhom ta’ moviment liberu, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ protezzjoni tal-ħajja privata u ta’ data personali, ta’ protezzjoni internazzjonali u ta’ amministrazzjoni tajba. Għalhekk jixraq jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, dawk is-sistemi maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew f’isimhom jew mill-aġenziji, l-uffiċċji jew il-korpi tal-Unjoni inkarigati b’kompiti fl-oqsma tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-ġestjoni tal-kontroll fil-fruntieri bħal poligrafi u għodod simili sakemm l-użu tagħhom ikun permess skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni u dak nazzjonali, għall-valutazzjoni ta’ ċerti riskji ppreżentati minn persuni fiżiċi li jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru jew li japplikaw għal viża jew għal ażil; għall-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti rilevanti ta’ persuni fiżiċi; għall-assistenza lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-eżaminar u l-valutazzjoni tal-veraċità tal-evidenza fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal ażil, għal viża u għal permessi ta’ residenza u tal-ilmenti assoċjati fir-rigward tal-objettiv li tiġi stabbilita l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi li japplikaw għal status ; għall-monitoraġġ, is-sorveljanza jew l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri, għall-fini tad-detezzjoni, ir-rikonoxximent jew l-identifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi; għat-tbassir jew il-previżjoni tax-xejriet relatati mal-movimenti migratorji u l-qsim tal-fruntieri . Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll fil-fruntieri koperti b’dan ir-Regolament ikunu konformi mar-rekwiżiti proċedurali rilevanti stabbiliti mid-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (49), mir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50) u minn leġiżlazzjoni rilevanti oħra. Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, tal-ażil u tal-kontroll tal-fruntieri fl-ebda ċirkostanza ma jintużaw mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet, mill-aġenziji jew mill-korpi tal-Unjoni bħala mezz biex jiġu evitati l-obbligi internazzjonali tagħhom skont il-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati kif emendata mill-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967, u jenħtieġ li lanqas ma jintużaw b’xi mod biex jiksru l-prinċipju ta’ non-refoulement, jew jiċħdu perkorsi legali sikuri u effettivi fit-territorju tal-Unjoni, inkluż id-dritt għall-protezzjoni internazzjonali.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)

Jenħtieġ li ċerti sistemi tal-AI maħsubin għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja u għall-proċessi demokratiċi jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, meta jitqies l-impatt potenzjalment sinifikanti tagħhom fuq id-demokrazija, fuq l-istat tad-dritt, fuq il-libertajiet individwali u fuq id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali. B’mod partikolari, biex jiġu indirizzati r-riskji ta’ preġudizzji, ta’ erruri u ta’ opaċità potenzjali, jixraq li s-sistemi maħsubin biex jgħinu lill-awtoritajiet ġudizzjarji fir-riċerka u fl-interpretazzjoni tal-fatti u tal-liġi u fl-applikazzjoni tal-liġi għal sett konkret ta’ fatti, jikkwalifikaw bħala sistemi tal-AI b’riskju kbir . Madankollu, jenħtieġ li din il-kwalifika ma testendix għal sistemi tal-AI maħsuba għal attivitajiet amministrattivi purament anċillari li ma jaffettwawx l-amministrazzjoni attwali tal-ġustizzja f’każijiet individwali, bħall-anonimizzazzjoni jew il-psewdonimizzazzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, ta’ dokumenti jew ta’ data, il-komunikazzjoni bejn il-persunal, il-kompiti amministrattivi jew l-allokazzjoni ta’ riżorsi.

(40)

Jenħtieġ li ċerti sistemi tal-AI maħsuba għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja u għall-proċessi demokratiċi jiġu kklassifikati li għandhom riskju kbir, meta jitqies l-impatt potenzjalment sinifikanti tagħhom fuq id-demokrazija, fuq l-istat tad-dritt, fuq il-libertajiet individwali u fuq id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali. B’mod partikolari, biex jiġu indirizzati r-riskji ta’ preġudizzji, ta’ erruri u ta’ opaċità potenzjali, jixraq li s-sistemi maħsuba biex jintużaw minn awtorità ġudizzjarja jew korp amministrattiv jew f’isimhom biex jassistu lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew lill-korpi amministrattivi fir-riċerka u fl-interpretazzjoni tal-fatti u tal-liġi u fl-applikazzjoni tal-liġi għal sett konkret ta’ fatti jew jintużaw b’mod simili fis-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim. L-użu ta’ għodod tal-intelliġenza artifiċjali jista’ jappoġġa , iżda jenħtieġ li ma jissostitwixxix is-setgħa tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-imħallfin jew l-indipendenza ġudizzjarja, peress li t-teħid finali ta’ deċiżjonijiet irid jibqa’ attività u deċiżjoni mmexxija mill-bniedem . Madankollu, jenħtieġ li din il-kwalifika ma testendix għal sistemi tal-AI maħsuba għal attivitajiet amministrattivi purament anċillari li ma jaffettwawx l-amministrazzjoni attwali tal-ġustizzja f’każijiet individwali, bħall-anonimizzazzjoni jew il-psewdonimizzazzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, ta’ dokumenti jew ta’ data, il-komunikazzjoni bejn il-persunal, il-kompiti amministrattivi jew l-allokazzjoni ta’ riżorsi.

Emenda 72

Proposta għal regolament

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a)

Sabiex jiġu indirizzati r-riskji ta’ interferenza esterna mhux dovuta fid-dritt tal-vot minqux fl-Artikolu 39 tal-Karta, u ta’ effetti sproporzjonati fuq il-proċessi demokratiċi, id-demokrazija, u l-istat tad-dritt, is-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bil-għan li jinfluwenzaw l-eżitu ta’ elezzjoni jew referendum jew l-imġiba tal-votazzjoni ta’ persuni fiżiċi fl-eżerċizzju tal-vot tagħhom fl-elezzjonijiet jew fir-referenda jenħtieġ li jiġu kklassifikati bħala sistemi tal-AI b’riskju kbir bl-eċċezzjoni ta’ sistemi tal-AI li l-output tagħhom ma jkunx espost għal persuni fiżiċi, bħal għodod użati għall-organizzazzjoni, l-ottimizzazzjoni u l-istruttura ta’ kampanji politiċi minn perspettiva amministrattiva u loġistika.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Premessa 40b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40b)

Meta titqies l-iskala ta’ persuni fiżiċi li jużaw is-servizzi pprovduti minn pjattaformi tal-midja soċjali ddeżinjati bħala pjattaformi online kbar ħafna, tali pjattaformi online jistgħu jintużaw b’mod li jinfluwenza b’mod qawwi s-sikurezza online, it-tiswir tal-opinjoni u d-diskors pubbliku, il-proċessi elettorali u demokratiċi u t-tħassib tas-soċjetà. Għalhekk huwa xieraq li s-sistemi tal-AI użati minn dawk il-pjattaformi online fis-sistemi ta’ rakkomandazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li s-sistemi tal-AI jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti skont dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti tekniċi dwar il-governanza tad-data, id-dokumentazzjoni teknika u t-traċċabbiltà, it-trasparenza, is-sorveljanza tal-bniedem, l-eżattezza u r-robustezza. Il-konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tippermetti lil tali pjattaformi online kbar ħafna jikkonformaw mal-obbligi usa’ tagħhom ta’ valutazzjoni tar-riskju u ta’ mitigazzjoni tar-riskju fl-Artikolu 34 u 35 tar-Regolament UE 2022/2065. L-obbligi f’dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2022/2065 u jenħtieġ li jikkomplementaw l-obbligi meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2022/2065 meta l-pjattaforma tal-midja soċjali tkun ġiet iddeżinjata bħala pjattaforma online kbira ħafna. Minħabba l-impatt mifrux mal-Ewropa kollha tal-pjattaformi tal-midja soċjali ddeżinjati bħala pjattaformi online kbar ħafna, l-awtoritajiet iddeżinjati skont ir-Regolament (UE) 2022/2065 jenħtieġ li jaġixxu bħala awtoritajiet tal-infurzar għall-finijiet tal-infurzar ta’ din id-dispożizzjoni.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)

Jenħtieġ li l-fatt li sistema tal-AI tiġi kklassifikata li għandha riskju kbir skont dan ir-Regolament ma jiġix interpretat bħala indikatur li l-użu tas-sistema jkun legali biss skont atti oħra tal-liġi tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, bħal dwar il-protezzjoni tad-data personali , dwar l-użu tal-poligrafi u ta’ għodod simili jew ta’ sistemi oħra biex jiġi identifikat l-istat emozzjonali ta’ persuni fiżiċi . Jenħtieġ li kull użu bħal dan ikompli għaddej biss meta jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli li jirriżultaw mill-Karta u mill-atti applikabbli tal-liġi sekondarja tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jinftehemx li jipprovdi l-bażi legali għall-ipproċessar tad-data personali, inkluż kategoriji speċjali ta’ data personali, meta rilevanti.

(41)

Jenħtieġ li l-fatt li sistema tal-AI tiġi kklassifikata bħala sistema tal-AI li għandha riskju kbir skont dan ir-Regolament ma jiġix interpretat bħala indikatur li l-użu tas-sistema jkun legali jew illegali biss skont atti oħra tad-dritt tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, bħal dwar il-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li kull użu bħal dan ikompli għaddej biss meta jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli li jirriżultaw mill-Karta u mill-atti applikabbli tad-dritt sekondarju tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Premessa 41a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(41a)

Għadd ta’ regoli legalment vinkolanti fil-livell Ewropew, nazzjonali u internazzjonali diġà japplikaw jew huma rilevanti għas-sistemi tal-AI illum, inkluż iżda mhux limitat għal-liġi primarja tal-UE (it-Trattati tal-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tagħha), id-dritt sekondarju tal-UE (bħar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti, ir-Regolament dwar il-Moviment Liberu ta’ Data Mhux Personali, id-Direttivi kontra d-diskriminazzjoni, id-Direttivi dwar il-Liġi tal-Konsumatur u s-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol), it-trattati tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa (bħall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem), u l-liġi nazzjonali. Minbarra r-regoli applikabbli orizzontalment, jeżistu diversi regoli speċifiċi għad-dominji li japplikaw għal applikazzjonijiet partikolari tal-AI (bħal pereżempju r-Regolament dwar Apparati Mediċi fis-settur tal-kura tas-saħħa).

Emenda 76

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)

Biex jittaffew ir-riskji tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew imqiegħda fis-servizz b’xi mod ieħor għall-utenti u l-persuni affettwati, jenħtieġ ikunu japplikaw ċerti rekwiżiti obbligatorji, filwaqt li jitqies l-għan maħsub tal-użu tas-sistema u skont is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju li jrid jistabbilixxi l-fornitur.

(42)

Biex jittaffew ir-riskji tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew imqiegħda fis-servizz b’xi mod ieħor għall-amministraturi u l-persuni affettwati, jenħtieġ li jkunu japplikaw ċerti rekwiżiti obbligatorji, filwaqt li jitqies l-għan maħsub , l-użu ħażin raġonevolment prevedibbli tas-sistema u skont is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju li jrid jistabbilixxi l-fornitur. Dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jkunu xprunati mill-objettiv, adatti għall-għan, raġonevoli u effettivi, mingħajr ma jżidu piżijiet jew kostijiet regolatorji żejda fuq l-operaturi.

Emenda 77

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)

Jenħtieġ li r-rekwiżiti applikabbli għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir fir-rigward tal-kwalità tas-settijiet tad-data użati, id-dokumentazzjoni teknika u ż-żamma tar-rekords, it-trasparenza u l-għoti tal-informazzjoni lill-utenti , is-sorveljanza umana , u r-robustezza, l-eżattezza u ċ-ċibersigurtà. Dawk ir-rekwiżiti huma meħtieġa biex itaffu b’mod effettiv ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali, kif applikabbli fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema, u l-ebda miżura oħra anqas restrittiva għall-kummerċ ma tkun raġonevolment disponibbli, u b’hekk jiġu evitati restrizzjonijiet mhux ġustifikati għall-kummerċ.

(43)

Jenħtieġ li r-rekwiżiti applikabbli għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir fir-rigward tal-kwalità u r-rilevanza tas-settijiet tad-data użati, id-dokumentazzjoni teknika u ż-żamma tar-rekords, it-trasparenza u l-għoti tal-informazzjoni lill-amministraturi , is-sorveljanza tal-bniedem , u r-robustezza, l-eżattezza u ċ-ċibersigurtà. Dawk ir-rekwiżiti huma meħtieġa biex itaffu b’mod effettiv ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali, kif ukoll għall-ambjent, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif applikabbli fid-dawl tal-għan maħsub jew l-użu ħażin raġonevolment prevedibbli tas-sistema, u l-ebda miżura oħra anqas restrittiva għall-kummerċ ma tkun raġonevolment disponibbli, u b’hekk jiġu evitati restrizzjonijiet mhux ġustifikati għall-kummerċ.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)

Il-kwalità għolja tad-data hi essenzjali għall-prestazzjoni ta’ ħafna sistemi tal-AI, speċjalment meta jintużaw tekniki li jinvolvu t-taħriġ tal-mudelli, biex ikun żgurat li s-sistema tal-AI b’riskju kbir taħdem kif suppost u b’mod sikur u ma ssirx is-sors ta’ diskriminazzjoni pprojbita mil-liġi tal-Unjoni. Settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar ta’ kwalità għolja jeħtieġu l-implimentazzjoni ta’ prattiki xierqa ta’ governanza u ġestjoni tad-data. Jenħtieġ li s-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar ikunu rilevanti biżżejjed, rappreżentattivi u mingħajr erruri u kompluti fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema. Jenħtieġ li jkollhom ukoll il-proprjetajiet statistiċi xierqa, inkluż fir-rigward tal-persuni jew tal-gruppi ta’ persuni li fuqhom tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir. B’mod partikolari, jenħtieġ li s-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar ikunu jqisu, sa fejn ikun meħtieġ fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom, il-karatteristiċi jew l-elementi partikolari għall-ambjent jew għall-kuntest ġeografiku, komportamentali jew funzjonali speċifiku li fih tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI. Biex jitħares id-dritt ta’ ħaddieħor minn diskriminazzjoni li tista’ tirriżulta mill-preġudizzju fis-sistemi tal-AI, jenħtieġ li l-fornituri jkunu jistgħu jipproċessaw ukoll kategoriji speċjali ta’ data personali, bħala kwistjoni ta’ interess pubbliku sostanzjali, biex ikunu żgurati l-monitoraġġ, id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-preġudizzji fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir.

(44)

L-aċċess għal data ta’ kwalità għolja għandu rwol vitali fil-provvista tal-istruttura u fl-iżgurar tal-prestazzjoni ta’ ħafna sistemi tal-AI, speċjalment meta jintużaw tekniki li jinvolvu t-taħriġ tal-mudelli, biex ikun żgurat li s-sistema tal-AI b’riskju kbir taħdem kif suppost u b’mod sikur u ma ssirx sors ta’ diskriminazzjoni pprojbita mid-dritt tal-Unjoni. Settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar ta’ kwalità għolja jeħtieġu l-implimentazzjoni ta’ prattiki xierqa ta’ governanza u ġestjoni tad-data. Is-settijiet tad-data għal taħriġ, u meta applikabbli, għal validazzjoni u ttestjar , inklużi t-tikketti, jenħtieġ li jkunu rilevanti biżżejjed, rappreżentattivi , eżaminati b’mod xieraq għall-iżbalji u kompluti kemm jista’ jkun fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema. Jenħtieġ li jkollhom ukoll il-proprjetajiet statistiċi xierqa, inkluż fir-rigward tal-persuni jew tal-gruppi ta’ persuni li fir-rigward tagħhom tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir , b’attenzjoni speċifika għall-mitigazzjoni ta’ preġudizzji possibbli fis-settijiet tad-data, li jistgħu jwasslu għal riskji għad-drittijiet fundamentali jew eżiti diskriminatorji għall-persuni affettwati mis-sistema tal-AI b’riskju kbir . Il-preġudizzji jistgħu pereżempju jkunu inerenti fis-settijiet tad-data sottostanti, speċjalment meta tkun qed tintuża data storika, introdotta mill-iżviluppaturi tal-algoritmi, jew iġġenerata meta s-sistemi jiġu implimentati f’ambjenti reali; Ir-riżultati pprovduti mis-sistemi tal-AI huma influwenzati minn tali preġudizzji inerenti li huma inklinati li jiżdiedu gradwalment u b’hekk ikomplu jippermettu u jamplifikaw id-diskriminazzjoni eżistenti, b’mod partikolari għall-persuni li jappartjenu għal ċerti gruppi vulnerabbli jew etniċi jew komunitajiet razzjalizzati; B’mod partikolari, jenħtieġ li s-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar ikunu jqisu, sa fejn ikun meħtieġ fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom, il-karatteristiċi jew l-elementi partikolari għall-ambjent jew għall-kuntest ġeografiku, kuntestwali, komportamentali jew funzjonali speċifiku li fih tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI. Biex jitħares id-dritt ta’ ħaddieħor minn diskriminazzjoni li tista’ tirriżulta mill-preġudizzju fis-sistemi tal-AI, jenħtieġ li l-fornituri , eċċezzjonalment u wara l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet applikabbli kollha stabbiliti skont dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2018/1725, ikunu jistgħu jipproċessaw ukoll kategoriji speċjali ta’ data personali, bħala kwistjoni ta’ interess pubbliku sostanzjali, biex ikunu żgurati d-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-preġudizzju negattiv fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Il-preġudizzju negattiv jenħtieġ li jinftiehem bħala preġudizzju li joħloq effett diskriminatorju dirett jew indirett kontra persuna fiżika. Ir-rekwiżiti relatati mal-governanza tad-data jistgħu jiġu rrispettati billi jsir rikors għal partijiet terzi li joffru servizzi ta’ konformità ċċertifikati inkluża l-verifika tal-governanza tad-data, l-integrità tas-sett tad-data, u t-taħriġ tad-data, il-validazzjoni u l-prattiki tal-ittestjar.

Emenda 79

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)

Għall-iżvilupp ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir, jenħtieġ li ċerti atturi, bħal fornituri, korpi notifikati u entitajiet rilevanti oħra, bħaċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali, il-faċilitajiet tal-esperimentazzjoni u ttestjar, u r-riċerkaturi, ikunu jistgħu jaċċessaw u jużaw settijiet tad-data ta’ kwalità għolja fl-oqsma tal-attivitajiet rispettivi tagħhom relatati ma’ dan ir-Regolament. L-ispazji komuni Ewropej tad-data stabbiliti mill-Kummissjoni u l-faċilitazzjoni tal-kondiviżjoni tad-data bejn in-negozji u mal-gvern fl-interess pubbliku se jkunu strumentali biex jipprovdu aċċess affidabbli, responsabbli u nondiskriminatorju għal data ta’ kwalità għolja għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar tas-sistemi tal-AI. Pereżempju, fil-qasam tas-saħħa, l-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa se jiffaċilita aċċess nondiskriminatorju għal data dwar is-saħħa u t-taħriġ ta’ algoritmi tal-intelliġenza artifiċjali abbażi ta’ dawk is-settijiet tad-data, b’mod li jiżgura l-privatezza, sigur, fil-ħin, trasparenti u affidabbli, u b’governanza istituzzjonali xierqa. L-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inkluż dawk settorjali, li jipprovdu jew jappoġġaw l-aċċess għad-data, jistgħu jappoġġaw ukoll il-forniment tad-data ta’ kwalità għolja għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar tas-sistemi tal-AI.

(45)

Għall-iżvilupp u l-valutazzjoni ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir, jenħtieġ li ċerti atturi, bħal fornituri, korpi notifikati u entitajiet rilevanti oħra, bħaċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali, il-faċilitajiet tal-esperimentazzjoni u ttestjar, u r-riċerkaturi, ikunu jistgħu jaċċessaw u jużaw settijiet tad-data ta’ kwalità għolja fl-oqsma tal-attivitajiet rispettivi tagħhom relatati ma’ dan ir-Regolament. L-ispazji komuni Ewropej tad-data stabbiliti mill-Kummissjoni u l-faċilitazzjoni tal-kondiviżjoni tad-data bejn in-negozji u mal-gvern fl-interess pubbliku se jkunu strumentali biex jipprovdu aċċess affidabbli, responsabbli u nondiskriminatorju għal data ta’ kwalità għolja għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar tas-sistemi tal-AI. Pereżempju, fil-qasam tas-saħħa, l-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa se jiffaċilita aċċess nondiskriminatorju għal data dwar is-saħħa u t-taħriġ ta’ algoritmi tal-intelliġenza artifiċjali abbażi ta’ dawk is-settijiet tad-data, b’mod li jiżgura l-privatezza, sigur, fil-ħin, trasparenti u affidabbli, u b’governanza istituzzjonali xierqa. L-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inkluż dawk settorjali, li jipprovdu jew jappoġġaw l-aċċess għad-data, jistgħu jappoġġaw ukoll il-forniment tad-data ta’ kwalità għolja għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar tas-sistemi tal-AI.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Premessa 45a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(45a)

Id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali jrid jiġi ggarantit tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tas-sistema tal-AI. F’dan ir-rigward, il-prinċipji tal-minimizzazzjoni tad-data u l-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku, kif stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, huma essenzjali meta l-ipproċessar tad-data jinvolvi riskji sinifikanti għad-drittijiet fundamentali tal-individwi. Il-fornituri u l-utenti tas-sistemi tal-AI jenħtieġ li jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku sabiex jipproteġu dawk id-drittijiet. Tali miżuri jenħtieġ li jinkludu mhux biss l-anonimizzazzjoni u l-kriptaġġ, iżda wkoll l-użu ta’ teknoloġija li ssir dejjem aktar disponibbli li tippermetti li jiġu introdotti l-algoritmi fid-data u tippermetti li jiġi derivat għarfien siewi mingħajr it-trażmissjoni bejn il-partijiet jew l-ikkupjar mhux meħtieġ tad-data mhux ipproċessata jew strutturata nnifisha.

Emenda 81

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)

Hu essenzjali li jkun hemm informazzjoni dwar kif ġew żviluppati s-sistemi tal-AI b’riskju kbir u dwar il-prestazzjoni tagħhom tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, hemm bżonn jinżammu rekords, u jkun hemm disponibbiltà ta’ dokumentazzjoni teknika bl-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti rilevanti. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tkun tinkludi l-karatteristiċi ġenerali, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tas-sistema, tal-algoritmi, tad-data, tat-taħriġ, tal-ittestjar u tal-proċessi ta’ validazzjoni użati kif ukoll dokumentazzjoni dwar is-sistema rilevanti tal-ġestjoni tar-riskji. Jenħtieġ li d-dokumentazzjoni teknika tinżamm aġġornata.

(46)

Hu essenzjali li jkun hemm informazzjoni ċara dwar kif ġew żviluppati s-sistemi tal-AI b’riskju kbir u dwar il-prestazzjoni tagħhom tul il-ħajja tagħhom biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, hemm bżonn jinżammu rekords, u jkun hemm disponibbiltà ta’ dokumentazzjoni teknika bl-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti rilevanti. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tkun tinkludi l-karatteristiċi ġenerali, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tas-sistema, tal-algoritmi, tad-data, tat-taħriġ, tal-ittestjar u tal-proċessi ta’ validazzjoni użati kif ukoll dokumentazzjoni dwar is-sistema rilevanti tal-ġestjoni tar-riskji. Jenħtieġ li d-dokumentazzjoni teknika tinżamm aġġornata b’mod xieraq matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema tal-AI . Is-sistemi tal-AI jista’ jkollhom impatt ambjentali importanti kbir u konsum għoli tal-enerġija matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Biex jinftiehem aħjar l-impatt tas-sistemi tal-AI fuq l-ambjent, jenħtieġ li d-dokumentazzjoni teknika abbozzata mill-fornituri tinkludi informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija tas-sistema tal-AI, inkluż il-konsum matul l-iżvilupp u l-konsum mistenni waqt l-użu. Jenħtieġ li tali informazzjoni tqis il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali. Din l-informazzjoni rrapportata jenħtieġ li tkun ċara, komparabbli u verifikabbli u għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa linji gwida dwar metolodoġija armonizzata għall-kalkolu u r-rapportar ta’ din l-informazzjoni. Biex jiġi żgurat li tkun possibbli dokumentazzjoni waħda, jenħtieġ li t-termini u d-definizzjonijiet relatati mad-dokumentazzjoni meħtieġa u kwalunkwe dokumentazzjoni meħtieġa fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jiġu allinjati kemm jista’ jkun.

Emenda 82

Proposta għal regolament

Premessa 46a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46a)

Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI jqisu l-metodi tal-ogħla livell u l-istandards applikabbli rilevanti biex jitnaqqsu l-użu tal-enerġija, l-użu tar-riżorsi u l-iskart, kif ukoll biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tagħhom u l-effiċjenza ġenerali tas-sistema. L-aspetti ambjentali tas-sistemi tal-AI li huma sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija tas-sistema tal-AI fil-fażi tal-iżvilupp, tat-taħriġ u tal-użu kif ukoll ir-reġistrazzjoni u r-rapportar u l-ħżin ta’ din id-data. Id-disinn tas-sistemi tal-AI jenħtieġ li jippermetti l-kejl u l-illoggjar tal-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi f’kull stadju tal-iżvilupp, it-taħriġ u l-użu. Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-sistemi tal-AI jridu jkunu robusti, trasparenti, konsistenti u preċiżi. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament u ekosistema legali stabbli għall-fornituri u l-amministraturi fis-Suq Uniku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa speċifikazzjoni komuni għall-metodoloġija biex tissodisfa r-rekwiżit ta’ rapportar u dokumentazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija u r-riżorsi matul l-iżvilupp, it-taħriġ u l-użu. Tali speċifikazzjonijiet komuni dwar il-metodoloġija tal-kejl jistgħu jiżviluppaw linja bażi li fuqha l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi aħjar jekk humiex meħtieġa interventi regolatorji futuri, meta twettaq valutazzjoni tal-impatt li tqis il-liġi eżistenti.

Emenda 83

Proposta għal regolament

Premessa 46b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46b)

Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, u jingħata kontribut għall-objettivi ambjentali tal-Unjoni filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, jista’ jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti rakkomandazzjonijiet u linji gwida u, eventwalment, miri għas-sostenibbiltà. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni hija intitolata tiżviluppa metodoloġija li tikkontribwixxi biex ikun hemm Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) u referenza għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs). L-għan jenħtieġ li jkun li jippermetti tqabbil ġust bejn l-għażliet ta’ implimentazzjoni tal-AI li jipprovdu inċentivi għall-promozzjoni tal-użu ta’ teknoloġiji tal-AI aktar effiċjenti li jindirizzaw it-tħassib dwar l-enerġija u r-riżorsi. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi l-mezzi biex jiġi stabbilit ġbir bażi ta’ data rrapportata dwar l-emissjonijiet mill-iżvilupp u t-taħriġ u għall-użu;

Emenda 84

Proposta għal regolament

Premessa 47a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47a)

Ir-rekwiżiti dwar it-trasparenza u dwar l-ispjegabbiltà tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-AI jenħtieġ li jgħinu fil-ġlieda kontra l-effetti deterrenti tal-assimetrija diġitali u l-hekk imsejħa “elementi qarrieqa” mmirati lejn l-individwi u l-kunsens infurmat tagħhom.

Emenda 85

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)

Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jaħdmu b’mod konsistenti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jissodisfaw livell xieraq ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà f’konformità mal-aħħar avvanzi rikonoxxuti b’mod ġenerali. Jenħtieġ li l-livell ta’ eżattezza l-metrika tal-eżattezza jiġu kkomunikati lill-utenti .

(49)

Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jaħdmu b’mod konsistenti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jissodisfaw livell xieraq ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali. Jenħtieġ li l-metriċi tal-prestazzjoni u l-livell mistenni tagħhom jiġu definiti bl-objettiv primarju li jtaffu r-riskji u l-impatt negattiv tas-sistema tal-AI. Jenħtieġ li l-livell mistenni ta’ metriċi tal-prestazzjoni jiġi kkomunikat lill-amministraturi b’mod ċar, trasparenti, li jinftiehem faċilment intelliġibbli. Id-dikjarazzjoni tal-metriċi tal-prestazzjoni ma tistax titqies bħala prova tal-livelli futuri, iżda jeħtieġ li jiġu applikati metodi rilevanti biex jiġu żgurati livelli konsistenti matul l-użu. Filwaqt li jeżistu organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni biex jistabbilixxu standards, hija meħtieġa koordinazzjoni dwar il-valutazzjoni komparattiva biex jiġi stabbilit kif jenħtieġ li jitkejlu dawn ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi standardizzati tas-sistemi tal-AI. L-Uffiċċju Ewropew tal-Intelliġenza Artifiċjali jenħtieġ li jlaqqa’ flimkien l-awtoritajiet nazzjonali tal-metroloġija u tal-valutazzjoni komparattiva u jipprovdi gwida mhux vinkolanti biex jiġu indirizzati l-aspetti tekniċi ta’ kif jitkejlu l-livelli xierqa ta’ eżattezza u robustezza.

Emenda 86

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)

Ir-robustezza teknika hi rekwiżit ewlieni għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Jenħtieġ ikunu reżiljenti kontra r-riskji konnessi mal-limitazzjonijiet tas-sistema (eż. erruri, ħsarat, inkonsistenzi, sitwazzjonijiet mhux mistennija) kif ukoll kontra azzjonijiet malizzjużi li jistgħu jikkompromettu s-sigurtà tas-sistema tal-AI u jikkawżaw imġiba dannuża jew mhux mixtieqa. In-nuqqas ta’ protezzjoni kontra dawn ir-riskji jista’ jwassal għal impatti fuq is-sikurezza jew jaffettwa ħażin id-drittijiet fundamentali, pereżempju minħabba deċiżjonijiet żbaljati jew outputs ħżiena jew preġudikati ġġenerati mis-sistema tal-AI.

(50)

Ir-robustezza teknika hi rekwiżit ewlieni għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Jenħtieġ li jkunu reżiljenti kontra r-riskji konnessi mal-limitazzjonijiet tas-sistema (eż. erruri, ħsarat, inkonsistenzi, sitwazzjonijiet mhux mistennija) kif ukoll kontra azzjonijiet malizzjużi li jistgħu jikkompromettu s-sigurtà tas-sistema tal-AI u jikkawżaw imġiba dannuża jew mhux mixtieqa. In-nuqqas ta’ protezzjoni kontra dawn ir-riskji jista’ jwassal għal impatti fuq is-sikurezza jew jaffettwa ħażin id-drittijiet fundamentali, pereżempju minħabba deċiżjonijiet żbaljati jew outputs ħżiena jew preġudikati ġġenerati mis-sistema tal-AI. Jenħtieġ li l-utenti tas-sistema tal-AI jieħdu passi biex jiżguraw li l-kompromess possibbli bejn ir-robustezza u l-eżattezza ma jwassalx għal eżiti diskriminatorji jew negattivi għal sottogruppi minoritarji.

Emenda 87

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)

Iċ-ċibersigurtà taqdi rwol kruċjali biex ikunu żgurati sistemi tal-AI reżiljenti kontra tentattivi biex jinbidlu l-użu, l-imġiba jew il-prestazzjoni tal-proprjetajiet tas-sigurtà tagħhom jew li dawn il-proprjetajiet jiġu kompromessi minn partijiet terzi malizzjużi li jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tas-sistema. Iċ-ċiberattakki kontra s-sistemi tal-AI jistgħu jingranaw assi speċifiċi għall-AI, bħal settijiet tad-data għal taħriġ (eż. avvelenament tad-data) jew mudelli mħarrġin (eż. attakki avversarjali), jew jisfruttaw vulnerabbiltajiet fl-assi diġitali tas-sistema tal-AI jew fl-infrastruttura sottostanti tal-ICT. Għalhekk, biex ikun żgurat livell taċ-ċibersigurtà xieraq għar-riskji, il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jenħtieġ jieħdu l-miżuri xierqa filwaqt li jqisu wkoll kif xieraq l-infrastruttura sottostanti tal-ICT.

(51)

Iċ-ċibersigurtà taqdi rwol kruċjali biex ikunu żgurati sistemi tal-AI reżiljenti kontra tentattivi biex jinbidlu l-użu, l-imġiba jew il-prestazzjoni tal-proprjetajiet tas-sigurtà tagħhom jew li dawn il-proprjetajiet jiġu kompromessi minn partijiet terzi malizzjużi li jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tas-sistema. Iċ-ċiberattakki kontra s-sistemi tal-AI jistgħu jingranaw assi speċifiċi għall-AI, bħal settijiet tad-data għal taħriġ (eż. avvelenament tad-data) jew mudelli mħarrġin (eż. attakki avversarjali jew attakki ta’ kunfidenzjalità ), jew jisfruttaw vulnerabbiltajiet fl-assi diġitali tas-sistema tal-AI jew fl-infrastruttura sottostanti tal-ICT. Għalhekk, biex ikun żgurat livell taċ-ċibersigurtà xieraq għar-riskji, il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir , kif ukoll il-korpi notifikati, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa filwaqt li jqisu wkoll kif xieraq l-infrastruttura sottostanti tal-ICT. L-AI b’riskju kbir jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn soluzzjonijiet jew patches ta’ sikurezza għat-tul tal-ħajja tal-prodott, jew f’każ ta’ nuqqas ta’ dipendenza minn prodott speċifiku, għal żmien li jeħtieġ li jiġi ddikjarat mill-manifattur.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Premessa 53a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(53a)

Bħala firmatarji tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD), l-Unjoni u l-Istati Membri huma legalment obbligati li jipproteġu lill-persuni b’diżabilità mid-diskriminazzjoni u li jippromwovu l-ugwaljanza tagħhom, li jiżguraw li l-persuni b’diżabilità jkollhom aċċess, fuq bażi ugwali ma’ oħrajn, għat-teknoloġiji u s-sistemi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u li jiżguraw ir-rispett għall-privatezza tal-persuni b’diżabilità. Minħabba l-importanza u l-użu dejjem akbar tas-sistemi tal-AI, l-applikazzjoni tal-prinċipji tad-disinn universali għat-teknoloġiji u s-servizzi l-ġodda kollha jenħtieġ li tiżgura aċċess sħiħ, ugwali u mingħajr restrizzjonijiet għal kulħadd li potenzjalment jista’ jiġi affettwat minn jew li juża teknoloġiji tal-AI, inklużi persuni b’diżabilità, b’mod li jqis bis-sħiħ id-dinjità u d-diversità inerenti tagħhom. Għalhekk huwa essenzjali li l-Fornituri jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà, inklużi d-Direttiva (UE) 2016/2102 u d-Direttiva (UE) 2019/882. Jenħtieġ li l-fornituri jiżguraw il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti mid-disinn. Għalhekk, il-miżuri meħtieġa jenħtieġ li jiġu integrati kemm jista’ jkun fid-disinn tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.

Emenda 89

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)

Jenħtieġ li l-fornitur jistabbilixxi sistema soda għall-ġestjoni tal-kwalità, jiżgura t-twettiq tal-proċedura meħtieġa tal-valutazzjoni tal-konformità, ifassal id-dokumentazzjoni rilevanti u jistabbilixxi sistema soda ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. L-awtoritajiet pubbliċi li jqiegħdu fis-servizz sistemi tal-AI b’riskju kbir għall-użu tagħhom stess jistgħu jadottaw u jimplimentaw ir-regoli għas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità bħala parti mis-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità adottata fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif xieraq, filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur u l-kompetenzi u l-organizzazzjoni tal-awtorità pubblika inkwistjoni.

(54)

Jenħtieġ li l-fornitur jistabbilixxi sistema soda tal-ġestjoni tal-kwalità, jiżgura t-twettiq tal-proċedura meħtieġa tal-valutazzjoni tal-konformità, ifassal id-dokumentazzjoni rilevanti u jistabbilixxi sistema robusta ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq . Għall-fornituri li diġà għandhom fis-seħħ sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità bbażati fuq standards bħall-ISO 9001 jew standards rilevanti oħra, jenħtieġ li ma tkun mistennija l-ebda sistema tal-ġestjoni tal-kwalità duplikata b’mod sħiħ iżda pjuttost adattament tas-sistemi eżistenti tagħhom għal ċerti aspetti marbuta mal-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan jiġi rifless ukoll f’attivitajiet ta’ standardizzazzjoni jew gwida futuri adottati mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward . L-awtoritajiet pubbliċi li jqiegħdu fis-servizz sistemi tal-AI b’riskju kbir għall-użu tagħhom stess jistgħu jadottaw u jimplimentaw ir-regoli għas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità bħala parti mis-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità adottata fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif xieraq, filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur u l-kompetenzi u l-organizzazzjoni tal-awtorità pubblika inkwistjoni.

Emenda 90

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56)

Biex ikun jista’ jiġi infurzat dan ir-Regolament u jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi, u filwaqt li jitqiesu l-forom differenti ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-prodotti diġitali, hu importanti li jkun żgurat li, fiċ-ċirkostanzi kollha, persuna stabbilita fl-Unjoni tkun tista’ tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-awtoritajiet dwar il-konformità tas-sistema tal-AI. Għalhekk, qabel ma jagħmlu s-sistemi tal-AI tagħhom disponibbli fl-Unjoni, meta importatur ma jkunx jista’ jiġi identifikat, il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat stabbilit fl-Unjoni.

(56)

Biex ikun jista’ jiġi infurzat dan ir-Regolament u jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi, u filwaqt li jitqiesu l-forom differenti ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-prodotti diġitali, hu importanti li jkun żgurat li, fiċ-ċirkostanzi kollha, persuna stabbilita fl-Unjoni tkun tista’ tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-awtoritajiet dwar il-konformità tas-sistema tal-AI. Għalhekk, qabel ma jagħmlu s-sistemi tal-AI tagħhom disponibbli fl-Unjoni, il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat stabbilit fl-Unjoni.

Emenda 91

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58)

Minħabba n-natura tas-sistemi tal-AI u r-riskji għas-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali assoċjati possibbilment mal-użu tagħhom, inkluż fir-rigward tal-ħtieġa li jkun żgurat monitoraġġ xieraq tal-prestazzjoni tas-sistema tal-AI f’ambjent tal-ħajja reali, jixraq jiġu stabbiliti responsabbiltajiet speċifiċi għall-utenti . B’mod partikolari, l-utenti jenħtieġ jużaw sistemi tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-użu u jenħtieġ jiġu previsti ċerti obbligi oħra fir-rigward tal-monitoraġġ tal-funzjonament tas-sistemi tal-AI u fir-rigward taż-żamma tar-rekords, kif xieraq.

(58)

Minħabba n-natura tas-sistemi tal-AI u r-riskji għas-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali assoċjati possibbilment mal-użu tagħhom, inkluż fir-rigward tal-ħtieġa li jkun żgurat monitoraġġ xieraq tal-prestazzjoni tas-sistema tal-AI f’ambjent tal-ħajja reali, jixraq jiġu stabbiliti responsabbiltajiet speċifiċi għall-amministraturi . B’mod partikolari, l-amministraturi jenħtieġ li jużaw sistemi tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-użu u jenħtieġ li jiġu previsti ċerti obbligi oħra fir-rigward tal-monitoraġġ tal-funzjonament tas-sistemi tal-AI u fir-rigward taż-żamma tar-rekords, kif xieraq.

Emenda 92

Proposta għal regolament

Premessa 58a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(58a)

Filwaqt li r-riskji relatati mas-sistemi tal-AI jistgħu jirriżultaw mill-mod kif jiġu ddisinjati sistemi bħal dawn, ir-riskji jistgħu jirriżultaw ukoll minn kif jintużaw sistemi tal-AI bħal dawn. L-amministraturi ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir għandhom rwol kritiku fl-iżgurar li jiġu protetti d-drittijiet fundamentali, filwaqt li jikkomplementaw l-obbligi tal-fornitur meta jiżviluppa s-sistema tal-AI. L-amministraturi jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jifhmu kif is-sistema tal-AI b’riskju kbir se tintuża b’mod konkret u għalhekk jistgħu jidentifikaw riskji sinfikanti potenzjali li ma kinux previsti fil-fażi tal-iżvilupp, minħabba għarfien aktar preċiż tal-kuntest tal-użu, tan-nies jew tal-gruppi ta’ persuni li x’aktarx jiġu affettwati, inklużi gruppi emarġinati u vulnerabbli. Jenħtieġ li l-amministraturi jidentifikaw strutturi ta’ governanza xierqa f’dak il-kuntest speċifiku tal-użu, bħal arranġamenti għas-sorveljanza tal-bniedem, proċeduri għat-trattament tal-ilmenti u proċeduri ta’ rimedju, minħabba li l-għażliet fl-istrutturi ta’ governanza jistgħu jkunu strumentali fil-mitigazzjoni tar-riskji għad-drittijiet fundamentali f’każijiet konkreti ta’ użu. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat b’mod effiċjenti li jiġu protetti d-drittijiet fundamentali, jenħtieġ li l-amministratur tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir iwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali qabel ma jibda jużahom. Il-valutazzjoni tal-impatt jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan dettaljat li jiddeskrivi l-miżuri jew l-għodod li se jgħinu fil-mitigazzjoni tar-riskji għad-drittijiet fundamentali identifikati mhux aktar tard miż-żmien li jibdew jintużaw. Jekk tali pjan ma jkunx jista’ jiġi identifikat, l-amministratur jenħtieġ li jżomm lura milli juża s-sistema. Meta jwettaq din il-valutazzjoni tal-impatt, l-amministratur jenħtieġ li jinnotifika lill-awtorità superviżorja nazzjonali u, kemm jista’ jkun possibbli lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kif ukoll lir-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ persuni li x’aktarx jiġu affettwati mis-sistema tal-AI sabiex jiġbor l-informazzjoni rilevanti li titqies meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni tal-impatt u jitħeġġu jagħmlu s-sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web online tagħhom. Jenħtieġ li dawn l-obbligi ma japplikawx għall-SMEs li, minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi, jistgħu jsibuha diffiċli biex iwettqu tali konsultazzjoni. Madankollu, jenħtieġ li jistinkaw ukoll biex jinvolvu lil dawn ir-rappreżentanti meta jwettqu l-valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, minħabba l-impatt potenzjali u l-ħtieġa ta’ sorveljanza u skrutinju demokratiċi, l-amministraturi ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir li huma awtoritajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll l-amministraturi li huma impriżi ddeżinjati bħala gwardjan skont ir-Regolament (UE) 2022/1925 jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirreġistraw l-użu ta’ kwalunkwe sistema tal-AI b’riskju kbir f’bażi tad-data pubblika. Amministraturi oħra jistgħu jirreġistraw b’mod volontarju.

Emenda 93

Proposta għal regolament

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59)

Jixraq jiġi previst li l-utent tas-sistema tal-AI jenħtieġ ikun il-persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li fl-awtorità tiegħu titħaddem is-sistema tal-AI għajr meta l-użu jsir waqt attività personali mhux professjonali.

(59)

Jixraq jiġi previst li l-amministratur tas-sistema tal-AI jenħtieġ li jkun il-persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li fl-awtorità tiegħu titħaddem is-sistema tal-AI għajr meta l-użu jsir waqt attività personali mhux professjonali.

Emenda 94

Proposta għal regolament

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60)

Fid-dawl tal-kumplessità tal-katina tal-valur tal-intelliġenza artifiċjali , partijiet terzi rilevanti, b’mod partikolari dawk involuti fil-bejgħ u  fil-forniment ta’ software, għodod u komponenti tas-software , mudelli mħarrġa minn qabel u data, jew il-fornituri tas-servizzi tan-network, jenħtieġ jikkooperaw, kif xieraq, mal-fornituri u l-utenti biex jiffaċilitaw il-konformità tagħhom mal-obbligi skont dan ir-Regolament u mal-awtoritajiet kompetenti stabbiliti skont dan ir-Regolament .

(60)

Fil-katina tal-valur tal-AI diversi entitajiet spiss jipprovdu għodod u servizzi iżda wkoll komponenti jew proċessi li mbagħad jiġu inkorporati mill-fornitur fis-sistema tal-AI, inkluż fir-rigward tal-ġbir u l-ipproċessar minn qabel tad-data, it-taħriġ tal-mudell, it-taħriġ mill-ġdid tal-mudell, l-ittestjar u l-evalwazzjoni tal-mudell, l-integrazzjoni fis-software, jew aspetti oħra tal-iżvilupp tal-mudell. L-entitajiet involuti jistgħu jagħmlu l-offerta tagħhom disponibbli kummerċjalment b’mod dirett jew indirett, permezz ta’ interfaċċi, bħal Interfaċċi għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet (API), u distribwiti b’liċenzji bla ħlas u b’sors miftuħ iżda wkoll aktar u aktar minn pjattaformi tal-forza tax-xogħol tal-AI, bejgħ mill-ġdid ta’ parametri mħarrġa, kits tad-DIY biex jinbnew mudelli jew l-offerta ta’ aċċess bi ħlas għal mudell li jservi arkitettura biex jiġu żviluppati u jitħarrġu mudelli. Fid-dawl ta’ din il-kumplessità tal-katina tal-valur tal-AI , il-partijiet terzi rilevanti kollha , b’mod partikolari dawk li huma involuti fl-iżvilupp, fil-bejgħ u  fil-provvista kummerċjali ta’ għodod tas-software, komponenti, mudelli mħarrġin minn qabel jew data inkorporata fis-sistema tal-AI , jew fornituri tas-servizzi tan-network, jenħtieġ li mingħajr ma jikkompromettu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew sigrieti kummerċjali tagħhom stess, jagħmlu disponibbli l-informazzjoni, it-taħriġ jew l-għarfien espert meħtieġa u jikkooperaw, kif xieraq, mal-fornituri biex jippermettu l-kontroll tagħhom fuq l-aspetti rilevanti kollha tal-konformità tas-sistema tal-AI li taqa’ taħt dan ir-Regolament . Biex ikun hemm governanza kosteffettiva tal-katina tal-valur tal-AI, il-livell ta’ kontroll għandu jiġi żvelat b’mod espliċitu minn kull parti terza li tforni lill-fornitur b’għodda, servizz, komponent jew proċess li aktar tard jiġi inkorporat mill-fornitur fis-sistema tal-AI.

Emenda 95

Proposta għal regolament

Premessa 60a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(60a)

Meta parti waħda tkun f’pożizzjoni ta’ negozjar aktar b’saħħitha, hemm riskju li dik il-parti tista’ tingrana tali pożizzjoni għad-detriment tal-parti kontraenti l-oħra meta tinnegozja l-provvista ta’ għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati f’sistema tal-AI b’riskju kbir jew ir-rimedji għall-ksur jew it-terminazzjoni tal-obbligi relatati. Żbilanċi kuntrattwali bħal dawn jagħmlu ħsara b’mod partikolari lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll lin-negozji ġodda, sakemm ma jkunux proprjetà ta’ intrapriża li tkun kapaċi tikkumpensa lis-sottokuntrattur b’mod xieraq jew ikunu sottokuntrattati minnha, peress li huma mingħajr kapaċità sinifikanti li jinnegozjaw il-kundizzjonijiet tal-ftehim kuntrattwali, u ma jista’ jkollhom l-ebda għażla oħra ħlief li jaċċettaw termini kuntrattwali tat-tip “dawn jew xejn”. Għalhekk, termini kuntrattwali inġusti li jirregolaw il-provvista ta’ għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati f’sistema tal-AI b’riskju kbir jew ir-rimedji għall-ksur jew it-terminazzjoni tal-obbligi relatati jenħtieġ li ma jkunux vinkolanti għal tali intrapriżi mikro, żgħar jew ta’ daqs medju u negozji ġodda meta jkunu ġew imposti fuqhom b’mod unilaterali.

Emenda 96

Proposta għal regolament

Premessa 60b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(60b)

Ir-regoli dwar it-termini kuntrattwali jenħtieġ li jqisu l-prinċipju tal-libertà kuntrattwali bħala kunċett essenzjali fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju. Għalhekk, mhux it-termini kuntrattwali kollha jenħtieġ li jkunu soġġetti għal test tal-inġustizzja, iżda biss għal dawk it-termini li huma imposti b’mod unilaterali fuq intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u negozji ġodda. Dan jikkonċerna sitwazzjonijiet tat-tip “dawn jew xejn” fejn parti waħda tforni ċertu terminu kuntrattwali u l-intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju u n-negozju ġdid ma jistgħux jinfluwenzaw il-kontenut ta’ dak it-terminu minkejja tentattiv biex tinnegozjah. Terminu kuntrattwali li huwa sempliċiment ipprovdut minn parti waħda u aċċettat mill-intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju jew negozju ġdid jew terminu li jiġi negozjat u sussegwentement miftiehem b’mod emendat bejn il-partijiet kontraenti jenħtieġ li ma jitqiesx bħala impost b’mod unilaterali.

Emenda 97

Proposta għal regolament

Premessa 60c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(60c)

Barra minn hekk, ir-regoli dwar termini kuntrattwali inġusti jenħtieġ li japplikaw biss għal dawk l-elementi ta’ kuntratt li huma relatati mal-provvista ta’ għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati f’sistema tal-AI b’riskju kbir jew ir-rimedji għall-ksur jew it-terminazzjoni tal-obbligi relatati. Partijiet oħra tal-istess kuntratt, mhux relatati ma’ dawn l-elementi, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għat-test tal-inġustizzja stabbilit f’dan ir-Regolament.

Emenda 98

Proposta għal regolament

Premessa 60d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(60d)

Il-kriterji biex jiġu identifikati termini kuntrattwali inġusti jenħtieġ li jiġu applikati biss għal termini kuntrattwali eċċessivi, fejn tiġi abbużata pożizzjoni ta’ negozjar aktar b’saħħitha. Il-maġġoranza l-kbira tat-termini kuntrattwali li huma kummerċjalment aktar favorevoli għal parti waħda milli għal oħra, inklużi dawk li huma normali f’kuntratti minn negozju għal negozju, huma espressjoni normali tal-prinċipju tal-libertà kuntrattwali u jibqgħu japplikaw. Jekk terminu kuntrattwali ma jkunx inkluż fil-lista ta’ termini li dejjem jitqiesu inġusti, tapplika d-dispożizzjoni ġenerali dwar in-nuqqas ta’ ġustizzja. F’dan ir-rigward, it-termini elenkati bħala termini inġusti jenħtieġ li jservu bħala kejl biex tiġi interpretata d-dispożizzjoni ġenerali dwar in-nuqqas ta’ ġustizzja.

Emenda 99

Proposta għal regolament

Premessa 60e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(60e)

Il-mudelli bażi huma żvilupp reċenti, li fih il-mudelli tal-AI jiġu żviluppati minn algoritmi ddisinjati biex jottimizzaw għall-ġeneralità u l-versatilità tal-output. Dawk il-mudelli spiss jiġu mħarrġa fuq firxa wiesgħa ta’ sorsi ta’ data u ammonti kbar ta’ data biex iwettqu firxa wiesgħa ta’ kompiti downstream, inklużi xi wħud li għalihom ma kinux żviluppati u mħarrġa b’mod speċifiku. Il-mudell bażi jista’ jkun unimodali jew multimodali, imħarreġ permezz ta’ diversi metodi bħall-apprendiment taħt superviżjoni jew l-apprendiment ikkonsolidat. Is-sistemi tal-AI b’għan maħsub speċifiku jew is-sistemi tal-AI b’għan ġenerali jistgħu jkunu implimentazzjoni ta’ mudell bażi, li jfisser li kull mudell bażi jista’ jerġa’ jintuża f’għadd kbir ta’ sistemi tal-AI downstream jew sistemi tal-AI b’għan ġenerali. Dawn il-mudelli għandhom importanza dejjem akbar għal ħafna applikazzjonijiet u sistemi downstream.

Emenda 100

Proposta għal regolament

Premessa 60f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(60f)

Fil-każ ta’ mudelli bażi pprovduti bħala servizz bħal permezz tal-aċċess għall-API, il-kooperazzjoni mal-fornituri downstream jenħtieġ li testendi matul iż-żmien li matulu jiġi pprovdut u appoġġat dak is-servizz, sabiex tippermetti mitigazzjoni xierqa tar-riskju, sakemm il-fornitur tal-mudell bażi ma jittrasferixxix il-mudell ta’ taħriġ kif ukoll informazzjoni estensiva u xierqa dwar is-settijiet tad-data u l-proċess ta’ żvilupp tas-sistema jew jirrestrinġi s-servizz, bħall-aċċess għall-API, b’tali mod li l-fornitur downstream ikun jista’ jikkonforma bis-sħiħ ma’ dan ir-Regolament mingħajr appoġġ ulterjuri mill-fornitur oriġinali tal-mudell bażi.

Emenda 101

Proposta għal regolament

Premessa 60g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(60g)

Fid-dawl tan-natura u l-kumplessità tal-katina tal-valur għas-sistema tal-AI, huwa essenzjali li jiġi ċċarat ir-rwol tal-atturi li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-sistemi tal-AI. Hemm inċertezza sinifikanti dwar il-mod kif il-mudelli bażi se jevolvu, kemm f’termini ta’ tipoloġija ta’ mudelli kif ukoll f’termini ta’ awtogovernanza. Għalhekk, huwa essenzjali li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni legali tal-fornituri ta’ mudelli bażi. Flimkien mal-kumplessità u l-impatt mhux mistenni tagħhom, in-nuqqas ta’ kontroll tal-fornitur tal-AI downstream fuq l-iżvilupp tal-mudell bażi u l-iżbilanċ konsegwenti tal-poter u sabiex tiġi żgurata kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltajiet tul il-katina tal-valur tal-AI, tali mudelli jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti u obbligi proporzjonati u aktar speċifiċi skont dan ir-Regolament, jiġifieri l-mudelli bażi jenħtieġ li jivvalutaw u jtaffu r-riskji u l-ħsarat possibbli permezz ta’ disinn, ittestjar u analiżi xierqa, jenħtieġ li jimplimentaw miżuri ta’ governanza tad-data, inkluża l-valutazzjoni tal-preġudizzji, u jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi tad-disinn biex jiżguraw livelli xierqa ta’ prestazzjoni, prevedibbiltà, interpretabbiltà, korrezzjoni, sikurezza u ċibersigurtà u jenħtieġ li jikkonformaw mal-istandards ambjentali. Jenħtieġ li dawn l-obbligi jkunu akkumpanjati minn standards. Barra minn hekk, il-mudelli bażi jenħtieġ li jkollhom obbligi ta’ informazzjoni u jħejju d-dokumentazzjoni teknika kollha meħtieġa għall-fornituri downstream potenzjali biex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Il-mudelli bażi ġenerattivi jenħtieġ li jiżguraw it-trasparenza dwar il-fatt li l-kontenut jiġi ġġenerat minn sistema tal-AI, mhux mill-bnedmin. Dawn ir-rekwiżiti u l-obbligi speċifiċi ma jammontawx biex il-mudelli bażi jitqiesu bħala sistemi tal-AI b’riskju kbir, iżda jenħtieġ li jiggarantixxu li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, is-saħħa u s-sikurezza, l-ambjent, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. Mudelli mħarrġin minn qabel żviluppati għal sett ta’ applikazzjonijiet idjaq, inqas ġenerali u aktar limitat li ma jistgħux jiġu adattati għal firxa wiesgħa ta’ kompiti bħal sistemi sempliċi tal-AI b’użi multipli jenħtieġ li ma jitqisux bħala mudelli bażi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, minħabba l-interpretabbiltà akbar tagħhom li tagħmel l-imġiba tagħhom inqas imprevedibbli.

Emenda 102

Proposta għal regolament

Premessa 60h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(60h)

Minħabba n-natura tal-mudelli bażi, l-għarfien espert fil-valutazzjoni tal-konformità huwa nieqes u l-metodi tal-awditjar ta’ partijiet terzi għadhom qed jiġu żviluppati. Is-settur innifsu għalhekk qed jiżviluppa modi ġodda biex jivvaluta mudelli fundamentali li jissodisfaw parzjalment l-objettiv tal-awditjar (bħall-evalwazzjoni tal-mudell, ir-red teaming jew il-verifika tal-apprendiment awtomatiku u t-tekniki ta’ validazzjoni). Dawk il-valutazzjonijiet interni għall-mudelli bażi jenħtieġ li jkunu applikabbli b’mod wiesa’ (eż. indipendenti mill-kanali ta’ distribuzzjoni, mill-modalità, mill-metodi ta’ żvilupp), biex jindirizzaw ir-riskji speċifiċi għal tali mudelli filwaqt li jqisu l-prattiki tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tal-industrija u jiffukaw fuq l-iżvilupp ta’ fehim u kontroll tekniku suffiċjenti fuq il-mudell, il-ġestjoni ta’ riskji raġonevolment prevedibbli, u analiżi u ttestjar estensivi tal-mudell permezz ta’ miżuri xierqa, bħall-involviment ta’ evalwaturi indipendenti. Peress li l-mudelli bażi huma żvilupp ġdid u li qed jevolvi malajr fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali, jixraq li l-Kummissjoni u l-Uffiċċju tal-AI jimmonitorjaw u jivvalutaw perjodikament il-qafas leġiżlattiv u ta’ governanza ta’ tali mudelli u b’mod partikolari tas-sistemi ġenerattivi tal-AI bbażati fuq tali mudelli, li jqajmu mistoqsijiet sinifikanti relatati mal-ġenerazzjoni tal-kontenut bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur, u tal-użu ħażin potenzjali. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, inklużi d-Direttivi 2001/29/KE, 2004/48/ECR u (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda 103

Proposta għal regolament

Premessa 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(61)

Jenħtieġ li l-istandardizzazzjoni taqdi rwol ewlieni biex tipprovdi soluzzjonijiet tekniċi lill-fornituri ħalli tkun żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-konformità mal-istandards armonizzati kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u  tal-Kunsill  (54) tkun mezz biex il-fornituri juru l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Madankollu , il-Kummissjoni tista’ tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi komuni f’oqsma fejn ma jeżistux standards armonizzati jew fejn dawn ma jkunux biżżejjed .

(61)

Jenħtieġ li l-istandardizzazzjoni taqdi rwol ewlieni biex tipprovdi soluzzjonijiet tekniċi lill-fornituri ħalli tkun żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-konformità mal-istandards armonizzati kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u  tal-Kunsill  (54) tkun mezz biex il-fornituri juru l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-istandards bħala għodda ta’ politika għall-Unjoni u filwaqt li titqies l-importanza tal-istandards biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u għall-kompetittività tal-impriżi , jeħtieġ li tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata tal-interessi billi jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fl-iżvilupp tal-istandards. Il-proċess ta’ standardizzazzjoni jenħtieġ li jkun trasparenti fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi li jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni.

Emenda 104

Proposta għal regolament

Premessa 61a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(61a)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità, jenħtieġ li l-ewwel talbiet ta’ standardizzazzjoni jinħarġu mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dan jenħtieġ li jservi biex titjieb iċ-ċertezza legali, u b’hekk jiġu promossi l-investiment u l-innovazzjoni fl-AI, kif ukoll il-kompetittività u t-tkabbir tas-suq tal-Unjoni, filwaqt li titjieb il-governanza ta’ diversi partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati Ewropej rilevanti kollha bħall-Uffiċċju tal-AI, l-organizzazzjonijiet u l-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni jew il-gruppi ta’ esperti stabbiliti skont id-dritt settorjali rilevanti tal-Unjoni kif ukoll l-industrija, l-SMEs, in-negozji ġodda, is-soċjetà ċivili, ir-riċerkaturi u s-sħab soċjali, u fl-aħħar mill-aħħar jenħtieġ li jiffaċilita l-kooperazzjoni globali dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tal-AI b’mod konsistenti mal-valuri tal-Unjoni. Meta tkun qed tħejji t-talba ta’ standardizzazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Uffiċċju tal-AI u lill-Forum konsultattiv dwar l-AI sabiex tiġbor l-għarfien espert rilevanti.

Emenda 105

Proposta għal regolament

Premessa 61b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(61b)

Meta s-sistemi tal-AI jkunu maħsuba biex jiġu użati fuq il-post tax-xogħol, jenħtieġ li l-istandards armonizzati jkunu limitati għall-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi.

Emenda 106

Proposta għal regolament

Premessa 61c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(61c)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta speċifikazzjonijiet komuni taħt ċerti kundizzjonijiet, meta ma jkun jeżisti l-ebda standard armonizzat rilevanti jew biex tindirizza tħassib speċifiku dwar id-drittijiet fundamentali. Matul il-proċess kollu tal-abbozzar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta regolarment lill-Uffiċċju tal-AI u lill-forum konsultattiv tiegħu, lill-organizzazzjonijiet u lill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni jew lill-gruppi ta’ esperti stabbiliti skont id-dritt settorjali rilevanti tal-Unjoni kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-industrija, l-SMEs, in-negozji ġodda, is-soċjetà ċivili, ir-riċerkaturi u s-sħab soċjali.

Emenda 107

Proposta għal regolament

Premessa 61d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(61d)

Meta tadotta speċifikazzjonijiet komuni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistinka għall-allinjament regolatorju tal-AI ma’ sħab globali tal-istess fehma, li huwa essenzjali biex jitrawmu l-innovazzjoni u s-sħubijiet transfruntiera fil-qasam tal-AI, peress li l-koordinazzjoni ma’ sħab tal-istess fehma f’korpi internazzjonali tal-istandardizzazzjoni hija ta’ importanza kbira.

Emenda 108

Proposta għal regolament

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62)

Biex ikun żgurat livell għoli ta’ affidabbiltà tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, jenħtieġ li dawk is-sistemi jkunu soġġetti għal valutazzjoni tal-konformità qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz.

(62)

Biex ikun żgurat livell għoli ta’ affidabbiltà tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, jenħtieġ li dawk is-sistemi jkunu soġġetti għal valutazzjoni tal-konformità qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. Sabiex tiżdied il-fiduċja fil-katina tal-valur u tingħata ċertezza lin-negozji dwar il-prestazzjoni tas-sistemi tagħhom, il-partijiet terzi li jfornu komponenti tal-AI jistgħu japplikaw b’mod volontarju għal valutazzjoni tal-konformità minn parti terza.

Emenda 109

Proposta għal regolament

Premessa 64

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(64)

Minħabba l-esperjenza aktar estensiva ta’ ċertifikaturi professjonali ta’ qabel it-tqegħid fis-suq fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti u n-natura differenti tar-riskji involuti, jixraq li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità minn parti terza jiġi limitat, tal-anqas f’fażi inizjali tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għajr dawk relatati mal-prodotti. Għalhekk, l-valutazzjoni tal-konformità ta’ tali sistemi jenħtieġ issir bħala regola ġenerali mill-fornitur fir-responsabbiltà tiegħu stess, għajr għas-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni, li għalihom jenħtieġ ikun previst l-involviment ta’ korp notifikat fil-valutazzjoni tal-konformità, sa fejn dawn ma jkunux ipprojbiti.

(64)

Minħabba l-kumplessità tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir u r-riskji li huma assoċjati magħhom, huwa essenzjali li tiġi żviluppata kapaċità aktar adegwata għall-applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità minn parti terza għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Madankollu, minħabba l-esperjenza attwali ta’ ċertifikaturi professjonali ta’ qabel it-tqegħid fis-suq fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti u n-natura differenti tar-riskji involuti, jixraq li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità minn parti terza jiġi limitat, tal-anqas f’fażi inizjali tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għajr dawk relatati mal-prodotti. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-konformità ta’ tali sistemi jenħtieġ issir bħala regola ġenerali mill-fornitur fir-responsabbiltà tiegħu stess, għajr għas-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni, jew sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw ħalli jsiru inferenzi dwar il-karatteristiċi personali ta’ persuni fiżiċi abbażi ta’ data bijometrika jew data bbażata fuq il-bijometrika, inklużi sistemi ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet li għalihom jenħtieġ li jkun previst l-involviment ta’ korp notifikat fil-valutazzjoni tal-konformità, sa fejn dawn ma jkunux ipprojbiti.

Emenda 110

Proposta għal regolament

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65)

Biex issir valutazzjoni tal-konformità minn parti terza għas-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni , l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ jaħtru korpi notifikati skont dan ir-Regolament, diment li dawn ikunu konformi ma’ sett ta’ rekwiżiti, b’mod partikolari dwar l-indipendenza, il-kompetenza u n-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess.

(65)

Biex isiru valutazzjonijiet tal-konformità minn parti terza meta dan ikun meħtieġ , l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ li jiddeżinjaw korpi notifikati skont dan ir-Regolament, dment li dawn ikunu konformi ma’ sett ta’ rekwiżiti, b’mod partikolari dwar l-indipendenza, il-kompetenza , in-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess u r-rekwiżiti minimi taċ-ċibersigurtà . Jenħtieġ li l-Istati Membri jħeġġu d-deżinjazzjoni ta’ għadd suffiċjenti ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, sabiex iċ-ċertifikazzjoni ssir fattibbli fil-ħin. Il-proċeduri ta’ valutazzjoni, deżinjazzjoni, notifika u monitoraġġ tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li jiġu implimentati b’mod uniformi kemm jista’ jkun fl-Istati Membri, bil-għan li jitneħħew l-ostakli amministrattivi fil-fruntieri u jiġi żgurat li jitwettaq il-potenzjal tas-suq intern.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Premessa 65a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(65a)

F’konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ, huwa adegwat li tiġi mmassimizzata l-aċċettazzjoni tar-riżultati tat-testijiet prodotti minn korpi kompetenti tal-valutazzjoni tal-konformità, indipendenti mit-territorju li fih huma stabbiliti, fejn meħtieġ biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tesplora b’mod attiv strumenti internazzjonali possibbli għal dak il-għan u b’mod partikolari tfittex l-istabbiliment possibbli ta’ ftehimiet dwar rikonoxximent reċiproku ma’ pajjiżi li huma fuq livell komparabbli ta’ żvilupp tekniku, u li jkollhom approċċ kompatibbli dwar l-AI u l-valutazzjoni tal-konformità.

Emenda 112

Proposta għal regolament

Premessa 66

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(66)

F’konformità mal-kunċett stabbilit b’mod komuni ta’ modifika sostanzjali għall-prodotti regolati bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jixraq li sistema tal-AI ssirilha valutazzjoni tal-konformità ġdida kull meta jsir xi tibdil li jista’ jaffettwa l-konformità tas-sistema ma’ dan ir-Regolament jew meta jinbidel l-għan maħsub tas-sistema. Barra minn hekk, fir-rigward tas-sistemi tal-AI li jkomplu “jitgħallmu” wara t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz (jiġifieri jadattaw awtomatikament kif jitwettqu l-funzjonijiet), jeħtieġ jiġu pprovduti regoli li jistabbilixxu li t-tibdiliet fl-algoritmu u fil-prestazzjoni tiegħu li jkunu ġew determinati minn qabel mill-fornitur u vvalutati fil-mument tal-valutazzjoni tal-konformità, jenħtieġ ma jikkostitwixxux modifika sostanzjali.

(66)

F’konformità mal-kunċett stabbilit b’mod komuni ta’ modifika sostanzjali għall-prodotti regolati bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jixraq li sistema tal-AI b’riskju kbir issirilha valutazzjoni tal-konformità ġdida kull meta jseħħ tibdil mhux ippjanat li jmur lil hinn mit-tibdil ikkontrollat jew predeterminat mill-fornitur inkluż l-apprendiment kontinwu u li jista’ joħloq riskju inaċċettabbli ġdid u jaffettwa b’mod sinifikanti l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir ma’ dan ir-Regolament jew meta jinbidel l-għan maħsub tas-sistema. Barra minn hekk, fir-rigward tas-sistemi tal-AI li jkomplu “jitgħallmu” wara t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz (jiġifieri jadattaw awtomatikament kif jitwettqu l-funzjonijiet), jeħtieġ jiġu pprovduti regoli li jistabbilixxu li t-tibdiliet fl-algoritmu u fil-prestazzjoni tiegħu li jkunu ġew determinati minn qabel mill-fornitur u vvalutati fil-mument tal-valutazzjoni tal-konformità, jenħtieġ li ma jikkostitwixxux modifika sostanzjali. L-istess jenħtieġ li japplika għall-aġġornamenti tas-sistema tal-AI għal raġunijiet ta’ sigurtà b’mod ġenerali u għall-protezzjoni kontra t-theddid li qed jevolvi ta’ manipulazzjoni tas-sistema, dment li dawn ma jammontawx għal modifika sostanzjali.

Emenda 113

Proposta għal regolament

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67)

Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jkollhom il-markatura CE biex jindikaw il-konformità tagħhom ma’ dan ir-Regolament b’tali mod li jkunu jistgħu jiċċaqilqu liberament fis-suq intern. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma joħolqux xkiel mhux ġustifikat għat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jkollhom il-markatura CE.

(67)

Jenħtieġ li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jkollhom il-markatura CE biex jindikaw il-konformità tagħhom ma’ dan ir-Regolament b’tali mod li jkunu jistgħu jiċċaqilqu liberament fis-suq intern. Għal sistemi fiżiċi tal-AI b’riskju kbir, jenħtieġ li titwaħħal markatura CE fiżika, u tista’ tiġi kkomplementata minn markatura CE diġitali. Għas-sistemi diġitali tal-AI b’riskju kbir biss, jenħtieġ li tintuża markatura CE diġitali. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma joħolqux xkiel mhux ġustifikat għat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jkollhom il-markatura CE.

Emenda 114

Proposta għal regolament

Premessa 68

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(68)

F’ċerti kundizzjonijiet, id-disponibbiltà rapida ta’ teknoloġiji innovattivi tista’ tkun kruċjali għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u għas-soċjetà kollha kemm hi. Għalhekk jixraq li, għal raġunijiet eċċezzjonali ta’ sigurtà pubblika jew ta’ protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-persuni fiżiċi u għall-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali , l-Istati Membri jkunu jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ sistemi tal-AI li ma tkun saritilhom valutazzjoni tal-konformità.

(68)

F’ċerti kundizzjonijiet, id-disponibbiltà rapida ta’ teknoloġiji innovattivi tista’ tkun kruċjali għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni , għall-ambjent u t-tibdil fil-klima u għas-soċjetà kollha kemm hi. Għalhekk jixraq li, għal raġunijiet eċċezzjonali ta’ protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-persuni fiżiċi , ta’ ħarsien ambjentali u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika , l-Istati Membri jkunu jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ sistemi tal-AI li ma tkunx saritilhom valutazzjoni tal-konformità.

Emenda 115

Proposta għal regolament

Premessa 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69)

Biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali u biex tiżdied it-trasparenza lejn il-pubbliku, il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għajr dawk relatati ma’ prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jenħtieġ ikunu meħtieġa jirreġistraw is-sistema tal-AI b’riskju kbir tagħhom f’bażi tad-data tal-UE, li trid tiġi stabbilita u titmexxa mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun il-kontrollur ta’ dik il-bażi tad-data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55). Biex tiġi żgurata l-funzjonalità sħiħa tal-bażi tad-data, meta tintuża, il-proċedura għall-istabbiliment tal-bażi tad-data jenħtieġ tinkludi l-elaborazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet funzjonali mill-Kummissjoni u rapport tal-awditjar indipendenti.

(69)

Biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali u biex tiżdied it-trasparenza lejn il-pubbliku, il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għajr dawk relatati ma’ prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirreġistraw is-sistema tal-AI b’riskju kbir u l-mudelli bażi tagħhom f’bażi tad-data tal-UE, li trid tiġi stabbilita u titmexxa mill-Kummissjoni. Din il-bażi tad-data jenħtieġ li tkun aċċessibbli liberament u għall-pubbliku, tinftiehem faċilment u li tinqara mill-magni. Il-bażi tad-data jenħtieġ li tkun faċli biex tintuża u faċilment navigabbli, b’funzjonalitajiet ta’ tiftix tal-anqas li jippermettu lill-pubbliku ġenerali jfittex fil-bażi tad-data għal sistemi speċifiċi ta’ riskju kbir, postijiet, kategoriji ta’ riskju skont l-Anness IV u kliem ewlieni. L-amministraturi li huma awtoritajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jew amministraturi li jaġixxu f’isimhom u li huma impriżi ddeżinjati bħala gwardjani skont ir-Regolament (UE) 2022/1925 jenħtieġ li jirreġistraw ukoll fil-bażi tad-data tal-UE qabel ma jibdew jaħdmu jew jużaw sistema tal-AI b’riskju kbir għall-ewwel darba u wara kull modifika sostanzjali. Jenħtieġ li amministraturi oħra jkunu intitolati li jagħmlu dan b’mod volontarju. Kwalunkwe modifika sostanzjali tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandha tiġi rreġistrata wkoll fil-bażi tad-data tal-UE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun il-kontrollur ta’ dik il-bażi tad-data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55). Biex tiġi żgurata l-funzjonalità sħiħa tal-bażi tad-data, meta tintuża, il-proċedura għall-istabbiliment tal-bażi tad-data jenħtieġ li tinkludi l-elaborazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet funzjonali mill-Kummissjoni u rapport tal-awditjar indipendenti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis iċ-ċibersigurtà u r-riskji relatati mal-periklu meta twettaq il-kompiti tagħha bħala kontrollur tad-data fil-bażi tad-data tal-UE. Sabiex jiġu mmassimizzati d-disponibbiltà u l-użu tal-bażi tad-data mill-pubbliku, il-bażi tad-data, inkluża l-informazzjoni disponibbli permezz tagħha, jenħtieġ li tikkonforma mar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2019/882.

Emenda 116

Proposta għal regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71)

L-intelliġenza artifiċjali hi familja ta’ teknoloġiji li qed tiżviluppa malajr li teħtieġ forom ġodda ta’ sorveljanza regolatorja u spazju sikur għall-esperimentazzjoni, filwaqt li jkunu żgurati innovazzjoni u integrazzjoni responsabbli ta’ salvagwardji xierqa u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju. Biex jiżguraw qafas legali favorevoli għall-innovazzjoni , validu għall-futur u reżiljenti għat-tfixkil, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jew aktar jenħtieġ jitħeġġu jistabbilixxu sandboxes regolatorji tal-intelliġenza artifiċjali biex jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ sistemi innovattivi tal-AI b’sorveljanza regolatorja stretta qabel ma dawn is-sistemi jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz b’xi mod ieħor.

(71)

L-intelliġenza artifiċjali hi familja ta’ teknoloġiji li qed tiżviluppa malajr li teħtieġ sorveljanza regolatorja u spazju sikur u kkontrollat għall-esperimentazzjoni, filwaqt li jkunu żgurati innovazzjoni u integrazzjoni responsabbli ta’ salvagwardji xierqa u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju. Biex jiżguraw qafas legali li jippromwovi l-innovazzjoni , huwa validu għall-futur, u reżiljenti għat-tfixkil, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu mill-inqas sandbox regolatorja waħda tal-intelliġenza artifiċjali biex jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ sistemi innovattivi tal-AI b’sorveljanza regolatorja stretta qabel ma dawn is-sistemi jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz b’xi mod ieħor. Huwa tabilħaqq mixtieq li jiġu stabbiliti sandboxes regolatorji, li l-istabbiliment tagħhom bħalissa jitħalla fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri, bħala l-pass li jmiss li għandu jsir obbligatorju bi kriterji stabbiliti. Dik is-sandbox obbligatorja tista’ tiġi stabbilita wkoll b’mod konġunt ma’ Stat Membru wieħed jew aktar, sakemm dik is-sandbox ma tkunx tkopri l-livell nazzjonali rispettiv tal-Istati Membri involuti. Jistgħu jiġu stabbiliti wkoll sandboxes addizzjonali f’livelli differenti, inkluż bejn l-Istati Membri, sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u s-sinerġiji transfruntiera. Bl-eċċezzjoni tas-sandbox obbligatorja fil-livell nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu wkoll sandboxes virtwali jew ibridi. Is-sandboxes regolatorji kollha jenħtieġ li jkunu jistgħu jakkomodaw kemm il-prodotti fiżiċi kif ukoll dawk virtwali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kostitwenti jiżguraw ukoll li s-sandboxes regolatorji jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani adegwati għall-funzjonament tagħhom.

Emenda 117

Proposta għal regolament

Premessa 72

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(72)

Jenħtieġ li l-objettivi tas-sandboxes regolatorji jkunu li titrawwem l-innovazzjoni fl-AI billi jiġi stabbilit ambjent ikkontrollat ta’ esperimentazzjoni ttestjar fil-fażi tal-iżvilupp u ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni biex tkun żgurata l-konformità tas-sistemi innovattivi tal-AI ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri ; biex jissaħħu ċ-ċertezza legali għall-innovaturi u s-sorveljanza l-fehim mill-awtoritajiet kompetenti tal-opportunitajiet, tar-riskji emerġenti u tal-impatti tal-użu tal-AI , u biex jitħaffef l-aċċess għas-swieq , inkluż billi jitneħħew l-ostakli għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u għan-negozji ġodda. Biex ikunu żgurati implimentazzjoni uniformi madwar l-Unjoni u l-ekonomiji ta’ skala, jixraq jiġu stabbiliti regoli komuni għall-implimentazzjoni tas-sandboxes regolatorji u qafas għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti involuti fis-superviżjoni tas-sandboxes. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi ġuridika għall-użu tad-data personali miġbura għal finijiet oħra għall-iżvilupp ta’ ċerti sistemi tal-AI fl-interess pubbliku fi ħdan is-sandbox regolatorja tal-AI, f’konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, u mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1725, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2016/680 . Jenħtieġ li l-parteċipanti fis-sandbox jiżguraw salvagwardji xierqa u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż billi jimxu mal-gwida tagħhom u jaġixxu malajr u bona fide biex itaffu kull riskju kbir għas-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali li jista’ jinqala’ waqt l-iżvilupp u l-esperimentazzjoni fis-sandbox. Jenħtieġ li meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu qed jiddeċiedu jekk jimponux multa amministrattiva skont l-Artikolu 83(2) tar-Regolament 2016/679 u l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2016/680, titqies l-imġiba tal-parteċipanti fis-sandbox.

(72)

Jenħtieġ li l-objettivi tas-sandboxes regolatorji jkunu li : l-awtoritajiet kostitwenti jżidu l-fehim tagħhom tal-iżviluppi tekniċi, itejbu l-metodi superviżorji jipprovdu gwida lill-iżviluppaturi tas-sistemi tal-AI u lill-fornituri biex jiksbu konformità regolatorja ma’ dan ir-Regolament jew meta rilevanti, ma’ leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri , kif ukoll mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; il-fornituri prospettivi jippermettu jiffaċilitaw l-ittestjar u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi relatati mas-sistemi tal-AI fil-fażi ta’ qabel il-kummerċjalizzazzjoni biex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali , biex ikun jista’ jsir aktar apprendiment regolatorju mill-awtoritajiet kostitwenti f’ambjent ikkontrollat bil-għan li tiġi żviluppata gwida aħjar u biex jiġi identifikat titjib possibbli fil-futur tal-qafas legali permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Kwalunkwe riskju sinifikanti identifikat matul l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ tali sistemi tal-AI jenħtieġ li jirriżulta f’mitigazzjoni immedjata u, fin-nuqqas ta’ din, fis-sospensjoni tal-proċess tal-iżvilupp u tal-ittestjar sakemm isseħħ tali mitigazzjoni. Biex ikunu żgurati implimentazzjoni uniformi madwar l-Unjoni u l-ekonomiji ta’ skala, jixraq jiġu stabbiliti regoli komuni għall-implimentazzjoni tas-sandboxes regolatorji qafas għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti involuti fis-superviżjoni tas-sandboxes . Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li s-sandboxes regolatorji jkunu disponibbli b’mod wiesa’ madwar l-Unjoni, filwaqt li l-parteċipazzjoni jenħtieġ li tibqa’ volontarja. Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li l-SMEs u n-negozji ġodda jkunu jistgħu jaċċessaw faċilment dawn is-sandboxes, ikunu involuti b’mod attiv u jipparteċipaw fl-iżvilupp u l-ittestjar ta’ sistemi innovattivi tal-AI, sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu bl-għarfien espert u l-esperjenza tagħhom .

Emenda 118

Proposta għal regolament

Premessa 72a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(72a)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi ġuridika għall-użu tad-data personali miġbura għal finijiet oħra għall-iżvilupp ta’ ċerti sistemi tal-AI fl-interess pubbliku fi ħdan is-sandbox regolatorja tal-AI biss taħt kundizzjonijiet speċifikati f’konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, u mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1725, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2016/680. Jenħtieġ li l-fornituri prospettivi fis-sandbox jiżguraw salvagwardji xierqa u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż billi jimxu mal-gwida tagħhom u jaġixxu malajr u bona fide biex itaffu kull riskju kbir għas-sikurezza, għas-saħħa u għall-ambjent u għad-drittijiet fundamentali li jista’ jinqala’ waqt l-iżvilupp u l-esperimentazzjoni fis-sandbox. Jenħtieġ li titqies l-imġiba tal-fornituri prospettivi fis-sandbox meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu dwar is-sospensjoni temporanja jew permanenti tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-sandbox jekk jimponux multa amministrattiva skont l-Artikolu 83(2) tar-Regolament 2016/679 u l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2016/680.

Emenda 119

Proposta għal regolament

Premessa 72b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(72b)

Sabiex jiġi żgurat li l-Intelliġenza Artifiċjali twassal għal eżiti ta’ benefiċċju soċjali u ambjentali, l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw u jippromwovu r-riċerka u l-iżvilupp tal-AI b’appoġġ għal eżiti ta’ benefiċċju soċjali u ambjentali billi jallokaw riżorsi suffiċjenti, inkluż il-finanzjament pubbliku u tal-Unjoni, u jagħtu aċċess ta’ prijorità lil sandboxes regolatorji għal proġetti mmexxija mis-soċjetà ċivili. Tali proġetti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ kooperazzjoni interdixxiplinari bejn l-iżviluppaturi tal-AI, l-esperti dwar l-inugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, l-aċċessibbiltà, il-konsumatur, id-drittijiet ambjentali u diġitali, kif ukoll l-akkademiċi.

Emenda 120

Proposta għal regolament

Premessa 73

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(73)

Biex tiġi promossa u protetta l-innovazzjoni, hu importanti li jitqiesu b’mod partikolari l-interessi tal-fornituri fuq skala żgħira u tal-utenti tas-sistemi tal-AI. Għal dan l-objettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi mmirati lejn dawk l-operaturi, inkluż dwar is-sensibilizzazzjoni u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni. Barra minn hekk, meta l-Korpi Notifikati jistabbilixxu tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità, jenħtieġ jitqiesu l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-fornituri fuq skala żgħira. Il-kostijiet tat-traduzzjoni relatata mad-dokumentazzjoni obbligatorja u mal-komunikazzjoni mal-awtoritajiet jistgħu jikkostitwixxu kost sinifikanti għall-fornituri u għal operaturi oħrajn, b’mod partikolari għal dawk fuq skala iżgħar. Jenħtieġ li, possibbilment, l-Istati Membri jiżguraw li waħda mil-lingwi determinati u aċċettati minnhom għad-dokumentazzjoni tal-fornituri rilevanti u għall-komunikazzjoni mal-operaturi tkun waħda li tinftiehem b’mod wiesa’ mill-akbar ammont ta’ utenti transkfruntieri possibbli.

(73)

Biex tiġi promossa u protetta l-innovazzjoni, hu importanti li jitqiesu b’mod partikolari l-interessi tal-fornituri fuq skala żgħira u tal-utenti tas-sistemi tal-AI. Għal dan l-objettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi mmirati lejn dawk l-operaturi, inkluż dwar il-litteriżmu fl-AI, is-sensibilizzazzjoni u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kanali eżistenti u meta xieraq, jistabbilixxu kanali ddedikati ġodda għall-komunikazzjoni mal-SMEs, man-negozji ġodda, mal-utent u ma’ innovaturi oħrajn biex jipprovdu gwida u jwieġbu għal domandi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Tali kanali eżistenti jistgħu jinkludi iżda mhumiex limitati għall-Iskwadri ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters tal-ENISA, l-Aġenziji Nazzjonali tal-Protezzjoni tad-Data, il-pjattaforma tal-AI fuq talba, iċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali u strumenti oħra rilevanti ffinanzjati minn programmi tal-UE kif ukoll l-Faċilitajiet tal-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni. Meta xieraq, dawn il-kanali għandhom jaħdmu flimkien biex joħolqu sinerġiji u jiżguraw l-omoġeneità fil-gwida tagħhom għan-negozji ġodda, l-SMEs u l-utenti. Barra minn hekk, meta l-Korpi Notifikati jistabbilixxu tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità, għandhom jitqiesu l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-fornituri fuq skala żgħira. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod regolari l-kostijiet ta’ ċertifikazzjoni u ta’ konformità għall-SMEs u għan-negozji ġodda, inkluż permezz ta’ konsultazzjonijiet trasparenti mal-SMEs, man-negozji ġodda u mal-utenti u għandha taħdem mal-Istati Membri biex tnaqqas dawn il-kostijiet. Pereżempju, il-kostijiet tat-traduzzjoni relatata mad-dokumentazzjoni obbligatorja u mal-komunikazzjoni mal-awtoritajiet jistgħu jikkostitwixxu kost sinifikanti għall-fornituri u għal operaturi oħrajn, b’mod partikolari għal dawk fuq skala iżgħar. Jenħtieġ li, possibbilment, l-Istati Membri jiżguraw li waħda mil-lingwi determinati u aċċettati minnhom għad-dokumentazzjoni tal-fornituri rilevanti u għall-komunikazzjoni mal-operaturi tkun waħda li tinftiehem b’mod wiesa’ mill-akbar ammont ta’ utenti transfruntieri possibbli. L-intrapriżi ta’ daqs medju li riċentement inbidlu mill-kategorija żgħira għal dik ta’ daqs medju skont it-tifsira tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE (l-Artikolu 16) għandu jkollhom aċċess għal dawn l-inizjattivi u gwida għal perjodu ta’ żmien meqjus xieraq mill-Istati Membri, peress li dawn l-intrapriżi ġodda ta’ daqs medju xi drabi jistgħu ma jkollhomx ir-riżorsi legali u t-taħriġ meħtieġa biex jiżguraw fehim u konformità xierqa mad-dispożizzjonijiet.

Emenda 121

Proposta għal regolament

Premessa 74

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(74)

Biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji għall-implimentazzjoni li jirriżultaw minn nuqqas ta’ għarfien u għarfien espert fis-suq kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-fornituri u tal-korpi notifikati mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-pjattaforma tal-AI ondemand , iċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali u l-Faċilitajiet tal-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew tal-UE jenħtieġ li possibbilment jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Bħala parti mill-missjoni u l-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, dawn jistgħu jipprovdu appoġġ tekniku u xjentifiku b’mod partikolari lill-fornituri u lill-korpi notifikati.

(74)

Biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji għall-implimentazzjoni li jirriżultaw minn nuqqas ta’ għarfien u għarfien espert fis-suq kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-fornituri u tal-korpi notifikati mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-pjattaforma tal-AI fuq talba , iċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali u l-Faċilitajiet tal-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew tal-UE jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Bħala parti mill-missjoni u l-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, dawn jistgħu jipprovdu appoġġ tekniku u xjentifiku b’mod partikolari lill-fornituri u lill-korpi notifikati.

Emenda 122

Proposta għal regolament

Premessa 76

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(76)

Biex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni bla xkiel , effettiva u armonizzata ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ jiġi stabbilit Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali. Jenħtieġ li l-Bord ikun responsabbli għal għadd ta’ kompiti konsultattivi , inkluż il-ħruġ ta’ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, pariri jew gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż dwar speċifikazzjonijiet tekniċi jew standards eżistenti rigward ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament l-għoti ta’ pariri ta’ assistenza lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-intelliġenza artifiċjali .

(76)

Biex tiġi evitata frammentazzjoni, jiġi żgurat funzjonament ottimali tas-suq Uniku , tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva u armonizzata ta’ dan ir-Regolament, biex jinkiseb livell għoli ta’ affidabbiltà u ta’ protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza, tad-drittijiet fundamentali, tal-ambjent, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt madwar l-Unjoni fir-rigward tas-sistemi tal-AI, biex l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jiġu appoġġati b’mod attiv fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dan ir-Regolament, u biex jiżdied l-użu tal-intelliġenza artifiċjali madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea tal-Intelliġenza Artifiċjali. L-Uffiċċju tal-AI jenħtieġ li jkollu personalità ġuridika, jenħtieġ li jaġixxi b’indipendenza sħiħa, jenħtieġ li jkun responsabbli għal għadd ta’ kompiti ta’ konsulenza u ta’ koordinazzjoni , inkluż il-ħruġ ta’ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, pariri jew gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jenħtieġ li jkun iffinanzjat u b’persunal adegwat. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu d-direzzjoni strateġika u l-kontroll tal-Uffiċċju tal-AI permezz tal-bord ta’ tmexxija tal-Uffiċċju tal-AI, flimkien mal-Kummissjoni, mal-EDPS, mal-FRA u mal-ENISA. Direttur eżekuttiv jenħtieġ li jkun responsabbli għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-segretarjat tal-Uffiċċju tal-AI u għar-rappreżentanza tal-Uffiċċju tal-AI. Il-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jipparteċipaw formalment fil-ħidma tal-Uffiċċju tal-AI permezz ta’ forum konsultattiv li jenħtieġ li jiżgura rappreżentanza varjata u bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati u jenħtieġ li jagħti pariri lill-Uffiċċju tal-AI dwar kwistjonijiet li huma relatati ma’ dan ir-Regolament. F’każ li l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-AI ma jkunx biżżejjed biex jiżgura applikazzjoni kompletament konsistenti ta’ dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni kif ukoll miżuri ta’ infurzar transfruntiera effiċjenti, jenħtieġ li jitqies il-ħolqien ta’ aġenzija tal-AI .

Emenda 123

Proposta għal regolament

Premessa 77

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(77)

L-Istati Membri jaqdu rwol ewlieni fl-applikazzjoni u fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li kull Stat Membru jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar għall-fini tas-superviżjoni tal-applikazzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Biex tiżdied l-effiċjenza tal-organizzazzjoni fuq in-naħa tal-Istati Membri u biex jiġi stabbilit punt ta’ kuntatt uffiċjali għall-pubbliku u għal kontropartijiet oħrajn fil-livelli tal-Istati Membri u tal-Unjoni, jenħtieġ li f’kull Stat Membru tinħatar awtorità nazzjonali waħda bħala awtorità superviżorja nazzjonali .

(77)

F’dan ir-rigward, jenħtieġ li kull Stat Membru jiddeżinja awtorità superviżorja nazzjonali għall-fini tas-superviżjoni tal-applikazzjoni u tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tirrappreżenta wkoll lill-Istat Membru tagħha fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Uffiċċju tal-AI. Biex tiżdied l-effiċjenza tal-organizzazzjoni fuq in-naħa tal-Istati Membri u biex jiġi stabbilit punt ta’ kuntatt uffiċjali għall-pubbliku u għal kontropartijiet oħrajn fil-livelli tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Jenħtieġ li kull awtorità superviżorja nazzjonali taġixxi b’indipendenza sħiħa fit-twettiq tal-kompiti tagħha u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament .

Emenda 124

Proposta għal regolament

Premessa 77a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(77a)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jimmonitorjaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont dan ir-Regolament u jikkontribwixxu għall-applikazzjoni konsistenti tiegħu fl-Unjoni kollha. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jenħtieġ li jikkooperaw ma’ xulxin, mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti, mal-Kummissjoni, u mal-Uffiċċju tal-AI.

Emenda 125

Proposta għal regolament

Premessa 77b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(77b)

Jenħtieġ li l-membri jew il-persunal ta’ kull awtorità superviżorja nazzjonali, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali, ikunu soġġetti għal dmir ta’ segretezza professjonali kemm matul kif ukoll wara l-mandat tagħhom, fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li jkunu saru jafu biha matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom jew l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom. Matul il-mandat tagħhom, dak id-dmir ta’ segretezza professjonali jenħtieġ li japplika b’mod partikolari għas-sigrieti kummerċjali u għar-rapportar minn persuni fiżiċi ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 126

Proposta għal regolament

Premessa 78

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(78)

Biex ikun żgurat li l-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jkunu jistgħu jqisu l-esperjenza bl-użu tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għat-titjib tas-sistemi tagħhom u tal-proċess tad-disinn u l-iżvilupp, jew ikunu jistgħu jieħdu xi azzjoni korrettiva possibbli fil-ħin, jenħtieġ li l-fornituri kollha jkollhom fis-seħħ sistema tas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Din is-sistema hi kruċjali wkoll biex ikun żgurat li r-riskji possibbli li jirriżultaw mis-sistemi tal-AI li jkomplu “jitgħallmu” wara li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz ikunu jistgħu jiġu indirizzati b’mod aktar effiċjenti u fil-ħin. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-fornituri jkunu meħtieġa wkoll li jkollhom sistema fis-seħħ biex jirrapportaw lill-awtoritajiet rilevanti kull inċident serju jew ksur tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni li tipproteġi d-drittijiet fundamentali, li jirriżultawmill-użu tas-sistemi tal-AI tagħhom.

(78)

Biex ikun żgurat li l-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir ikunu jistgħu jqisu l-esperjenza bl-użu tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għat-titjib tas-sistemi tagħhom u tal-proċess tad-disinn u l-iżvilupp, jew ikunu jistgħu jieħdu xi azzjoni korrettiva possibbli fil-ħin, jenħtieġ li l-fornituri kollha jkollhom fis-seħħ sistema tas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Din is-sistema hi kruċjali wkoll biex ikun żgurat li r-riskji possibbli li jirriżultaw mis-sistemi tal-AI li jkomplu “jitgħallmu” jew jevolvu wara li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz ikunu jistgħu jiġu indirizzati b’mod aktar effiċjenti u fil-ħin. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-fornituri jkunu meħtieġa wkoll li jkollhom sistema fis-seħħ biex jirrapportaw lill-awtoritajiet rilevanti kull inċident serju jew ksur tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni , inklużi dawk li jipproteġu d-drittijiet fundamentali u tal-konsumatur , li jirriżultaw mill-użu tas-sistemi tal-AI tagħhom u jieħdu azzjonijiet korrettivi xierqa . L-amministraturi jenħtieġ li jirrapportaw ukoll lill-awtoritajiet rilevanti kwalunkwe inċident serju jew ksur tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni li jirriżultaw mill-użu tas-sistema tal-AI tagħhom meta jsiru jafu b’tali inċident serju jew ksur.

Emenda 127

Proposta għal regolament

Premessa 79

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(79)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq u effettiv tar-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament, bħal leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jenħtieġ li s-sistema tas-sorveljanza tas-suq u tal-konformità tal-prodotti stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/1020 tapplika fl-intier tagħha. Meta jkun meħtieġ għall-mandat tagħhom, l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali, li jissorveljaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li tipproteġi d-drittijiet fundamentali, inkluż il-korpi tal-ugwaljanza, jenħtieġ li jkollhom ukoll aċċess għal kull dokumentazzjoni maħluqa skont dan ir-Regolament.

(79)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq u effettiv tar-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament, bħal leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jenħtieġ li s-sistema tas-sorveljanza tas-suq u tal-konformità tal-prodotti stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/1020 tapplika fl-intier tagħha. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jaġixxu bħala awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għas-sistemi tal-AI koperti minn dan ir-Regolament ħlief għas-sistemi tal-AI koperti mill-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Għas-sistemi tal-AI koperti mill-atti legali elenkati fl-Anness II, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti skont dawk l-atti legali jibqgħu l-awtorità ewlenija. Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti fl-atti legali elenkati fl-Anness II jaħdmu flimkien kull meta jkun meħtieġ. Meta jkun xieraq, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fl-atti legali elenkati fl-Anness II jibagħtu persunal kompetenti lill-awtorità superviżorja nazzjonali sabiex jassistu fit-twettiq tal-kompiti tagħha. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jkollhom l-istess setgħat u obbligi bħall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont ir-Regolament (UE) 2019/1020. Meta jkun meħtieġ għall-mandat tagħhom, l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali, li jissorveljaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li tipproteġi d-drittijiet fundamentali, inkluż il-korpi tal-ugwaljanza, jenħtieġ li jkollhom ukoll aċċess għal kull dokumentazzjoni maħluqa skont dan ir-Regolament. Wara li tkun eżawriet il-modi raġonevoli l-oħra kollha biex tivvaluta/tivverifika l-konformità u fuq talba motivata, jenħtieġ li l-awtorità superviżorja nazzjonali tingħata aċċess għas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar, għall-mudell imħarreġ u tat-taħriġ tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, inklużi l-parametri tal-mudell rilevanti tagħha u għall-ambjent tal-eżekuzzjoni/tħaddim tagħhom. F’każijiet ta’ sistemi ta’ software aktar sempliċi li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament li mhumiex ibbażati fuq mudelli mħarrġa, u meta jkunu ġew eżawriti l-modi l-oħra kollha biex tiġi vverifikata l-konformità, l-awtorità superviżorja nazzjonali jista’ jkollha aċċess għall-kodiċi tas-sors, fuq talba motivata. Meta l-awtorità superviżorja nazzjonali tkun ingħatat aċċess għas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar f’konformità ma’ dan ir-Regolament, tali aċċess jenħtieġ li jinkiseb permezz ta’ mezzi u għodod tekniċi xierqa, inkluż l-aċċess fuq il-post u f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-aċċess remot. L-awtorità superviżorja nazzjonali jenħtieġ li tittratta kwalunkwe informazzjoni, inkluż il-kodiċi tas-sors, is-software, u d-data kif applikabbli, miksuba bħala informazzjoni kunfidenzjali u tirrispetta l-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali. L-awtorità superviżorja nazzjonali jenħtieġ li tħassar kwalunkwe informazzjoni miksuba mat-tlestija tal-investigazzjoni.

Emenda 128

Proposta għal regolament

Premessa 80

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(80)

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji tinkludi regoli u rekwiżiti interni dwar il-governanza u l-ġestjoni tar-riskju li huma applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji regolati waqt il-forniment ta’ dawk is-servizzi, inkluż meta jużaw is-sistemi tal-AI. Biex ikunu żgurati applikazzjoni u infurzar koerenti tal-obbligi skont dan ir-Regolament u tar-regoli u r-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, jenħtieġ li l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, inkluż meta applikabbli l-Bank Ċentrali Ewropew, jinħatru bħala awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tas-superviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż għal attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq, fir-rigward tas-sistemi tal-AI pprovduti jew użati minn istituzzjonijiet finanzjarji regolati u sorveljati. Biex tkompli tissaħħaħ il-konsistenza bejn dan ir-Regolament u r-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (56), jixraq ukoll li l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità u wħud mill-obbligi proċedurali tal-fornituri fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju, tas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq u tad-dokumentazzjoni, jiġu integrati fl-obbligi u l-proċeduri eżistenti skont id-Direttiva 2013/36/UE. Biex ikun evitat it-trikkib, jenħtieġ jiġu previsti wkoll derogi limitati fir-rigward tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità tal-fornituri u l-obbligu tal-monitoraġġ impost fuq l-utenti tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir sa fejn dawn ikunu japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE.

(80)

Il-liġi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji tinkludi regoli u rekwiżiti interni dwar il-governanza u l-ġestjoni tar-riskju li huma applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji regolati waqt il-forniment ta’ dawk is-servizzi, inkluż meta jużaw is-sistemi tal-AI. Biex ikunu żgurati applikazzjoni u infurzar koerenti tal-obbligi skont dan ir-Regolament u tar-regoli u r-rekwiżiti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni u l-infurzar tal-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, inkluż meta applikabbli l-Bank Ċentrali Ewropew, jiġu ddeżinjati bħala awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tas-superviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż għal attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq, fir-rigward tas-sistemi tal-AI pprovduti jew użati minn istituzzjonijiet finanzjarji regolati u sorveljati. Biex tkompli tissaħħaħ il-konsistenza bejn dan ir-Regolament u r-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (56), jixraq ukoll li l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità u wħud mill-obbligi proċedurali tal-fornituri fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju, tas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq u tad-dokumentazzjoni, jiġu integrati fl-obbligi u l-proċeduri eżistenti skont id-Direttiva 2013/36/UE. Biex ikun evitat it-trikkib, jenħtieġ li jiġu previsti wkoll derogi limitati fir-rigward tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità tal-fornituri u l-obbligu tal-monitoraġġ impost fuq l-amministraturi tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir sa fejn dawn ikunu japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE.

Emenda 129

Proposta għal regolament

Premessa 80a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(80a)

Minħabba l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u tad-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, tiġi żgurata l-protezzjoni tal-istat tad-dritt u d-demokrazija, u billi jitqies li l-mitigazzjoni tar-riskji tas-sistema tal-AI kontra tali drittijiet tista’ ma tintlaħaqx b’mod suffiċjenti fil-livell nazzjonali jew tista’ tkun soġġetta għal interpretazzjoni diverġenti li fl-aħħar mill-aħħar tista’ twassal għal livell mhux ugwali ta’ protezzjoni tal-persuni fiżiċi u toħloq frammentazzjoni tas-suq, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jenħtieġ li jingħataw is-setgħa li jwettqu investigazzjonijiet konġunti jew jistrieħu fuq il-proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni prevista f’dan ir-Regolament għall-infurzar effettiv. Investigazzjonijiet konġunti jenħtieġ li jinbdew meta l-awtorità superviżorja nazzjonali jkollha biżżejjed raġunijiet biex temmen li ksur ta’ dan ir-Regolament jirrappreżenta ksur mifrux jew ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni, jew meta s-sistema tal-AI jew il-mudell bażi jippreżentaw riskju li jaffettwa jew li x’aktarx jaffettwa mill-inqas 45 miljun individwu f’aktar minn Stati Membru wieħed.

Emenda 130

Proposta għal regolament

Premessa 82

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(82)

Hu importanti li s-sistemi tal-AI relatati ma’ prodotti li m’għandhomx riskju kbir f’konformità ma’ dan ir-Regolament u, għalhekk, mhumiex meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti hawnhekk , xorta waħda jkunu sikuri meta jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. Biex tikkontribwixxi għal dan l-objettiv, id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57) tapplika bħala lqugħ tas-sikurezza.

(82)

Hu importanti li s-sistemi tal-AI relatati ma’ prodotti li m’għandhomx riskju kbir f’konformità ma’ dan ir-Regolament u, għalhekk, mhumiex meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti għal sistemi tal-AI b’riskju kbir , xorta waħda jkunu sikuri meta jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. Biex tikkontribwixxi għal dan l-objettiv, id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57) tapplika bħala lqugħ tas-sikurezza.

Emenda 131

Proposta għal regolament

Premessa 83

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(83)

Biex tkun żgurata kooperazzjoni fiduċjuża u kostruttiva tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, jenħtieġ li l-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(83)

Biex tkun żgurata kooperazzjoni fiduċjuża u kostruttiva tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, jenħtieġ li l-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jimmiraw għat-trasparenza u l-ftuħ filwaqt li jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom billi jistabbilixxu miżuri tekniċi u organizzattivi biex jipproteġu s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom inkluż għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-interessi tas-sigurtà pubblika u nazzjonali. Meta l-attivitajiet tal-Kummissjoni, tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-korpi notifikati skont dan ir-Regolament jirriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu miżuri u rimedji adegwati biex jiżguraw l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE.

Emenda 132

Proposta għal regolament

Premessa 84

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(84)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluż billi jiġu stabbiliti penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur tagħhom. Għal ċertu ksur speċifiku, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-marġini l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament . Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li jkollu s-setgħa li jimponi multi fuq l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(84)

Jenħtieġ li l-konformità ma’ dan ir-Regolament tiġi infurzata permezz tal-impożizzjoni ta’ multi mill-awtorità superviżorja nazzjonali meta twettaq proċedimenti skont il-proċedura stabbilita f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluż billi jiġu stabbiliti penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur tagħhom. Sabiex jissaħħu u jiġu armonizzati l-penali amministrattivi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-limiti massimi għall-istabbiliment tal-multi amministrattivi għal ċertu ksur speċifiku . Meta jivvalutaw l-ammont tal-multi , l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ li , f’kull każ individwali, iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika, b’kunsiderazzjoni xierqa b’mod partikolari għan-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u tal-konsegwenzi tiegħu u għad-daqs tal-fornitur, b’mod partikolari jekk il-fornitur ikun SME jew negozju ġdid . Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li jkollu s-setgħa li jimponi multi fuq l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-penali u l-kostijiet ta’ litigazzjoni skont dan ir-Regolament ma jkunux soġġetti għal klawżoli kuntrattwali jew kwalunkwe arranġament ieħor.

Emenda 133

Proposta għal regolament

Premessa 84a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(84a)

Peress li d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi u tal-gruppi ta’ persuni fiżiċi jistgħu jiġu mminati serjament mis-sistemi tal-AI, huwa essenzjali li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi jew il-gruppi ta’ persuni fiżiċi jkollhom aċċess sinifikanti għal mekkaniżmi ta’ rapportar u ta’ rimedju u li jkunu intitolati li jaċċessaw rimedji proporzjonati u effettivi. Jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jirrapportaw ksur ta’ dan ir-Regolament lill-awtorità superviżorja nazzjonali tagħhom u jkollhom id-dritt li jressqu ilment kontra l-fornituri u l-amministraturi tas-sistemi tal-AI. Meta applikabbli, l-amministraturi jenħtieġ li jipprovdu mekkaniżmi interni għall-ilmenti li għandhom jintużaw minn persuni fiżiċi u ġuridiċi jew gruppi ta’ persuni fiżiċi. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi u l-gruppi ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi jenħtieġ ukoll li jkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fir-rigward ta’ deċiżjoni legalment vinkolanti ta’ awtorità superviżorja nazzjonali li tikkonċernahom jew, meta l-awtorità superviżorja nazzjonali ma tittrattax ilment, meta ma tinfurmax lill-ilmentatur dwar il-progress jew l-eżitu preliminari tal-ilment imressaq jew meta ma tikkonformax mal-obbligu tagħha li tasal għal deċiżjoni finali, fir-rigward tal-ilment.

Emenda 134

Proposta għal regolament

Premessa 84b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(84b)

Il-persuni affettwati jenħtieġ li dejjem jiġu infurmati li huma soġġetti għall-użu ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir, meta l-amministraturi jużaw sistema tal-AI b’riskju kbir biex jassistu fit-teħid tad-deċiżjonijiet jew jieħdu deċiżjonijiet relatati ma’ persuni fiżiċi. Din l-informazzjoni tista’ tipprovdi bażi għall-persuni affettwati biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal spjegazzjoni skont dan ir-Regolament. Meta l-implimentaturi jipprovdu spjegazzjoni lill-persuni affettwati skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jqisu l-livell ta’ għarfien espert u għarfien tal-konsumatur medju jew tal-individwu.

Emenda 135

Proposta għal regolament

Premessa 84c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(84c)

Il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi (id-Direttiva (UE) 2019/1937) għandha applikazzjoni sħiħa għal akkademiċi, disinjaturi, żviluppaturi, kontributuri tal-proġetti, awdituri, maniġers tal-prodotti, inġiniera u operaturi ekonomiċi li jiksbu informazzjoni dwar il-ksur tad-dritt tal-Unjoni minn fornitur ta’ sistema tal-AI jew mis-sistema tal-AI tiegħu.

Emenda 136

Proposta għal regolament

Premessa 85

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(85)

Biex ikun żgurat li l-qafas regolatorju jista’ jiġi adattat meta meħtieġ, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda t-tekniki u l-approċċi msemmija fl-Anness I għad-definizzjoni tas-sistemi tal-AI, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II, is-sistemi tal-AI b’riskju kbir elenkati fl-Anness III, id-dispożizzjonijiet dwar id-dokumentazzjoni teknika elenkati fl-Anness IV, il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE fl-Anness V, id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità fl-Annessi VI u VII, u d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu s-sistemi tal-AI b’riskju kbir li għalihom jenħtieġ tapplika l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità bbażata fuq il-valutazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità u fuq il-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika. Hu importanti b’mod partikolari li tul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (58). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċivuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(85)

Biex ikun żgurat li l-qafas regolatorju jista’ jiġi adattat meta meħtieġ, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II, is-sistemi tal-AI b’riskju kbir elenkati fl-Anness III, id-dispożizzjonijiet dwar id-dokumentazzjoni teknika elenkati fl-Anness IV, il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE fl-Anness V, id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità fl-Annessi VI u VII, u d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu s-sistemi tal-AI b’riskju kbir li għalihom jenħtieġ li tapplika l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità bbażata fuq il-valutazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità u fuq il-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika. Hu importanti b’mod partikolari li tul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (58) . Dawk il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ għażla bbilanċjata ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, is-soċjetà ċivili, assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni affettwati, rappreżentanti ta’ negozji minn setturi differenti u ta’ daqsijiet differenti, kif ukoll riċerkaturi u xjenzati . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċivuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Emenda 137

Proposta għal regolament

Premessa 85a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(85a)

Minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi u l-għarfien espert tekniku meħtieġ fit-twettiq tal-valutazzjoni tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina regolarment l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari s-sistemi tal-AI pprojbiti, l-obbligi ta’ trasparenza u l-lista ta’ żoni b’riskju kbir u każijiet ta’ użu, mill-anqas kull sena, filwaqt li tikkonsulta mal-uffiċċju tal-AI u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Emenda 138

Proposta għal regolament

Premessa 87a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(87a)

Peress li l-informazzjoni affidabbli dwar l-użu tar-riżorsi u l-enerġija, il-produzzjoni tal-iskart u impatt ambjentali ieħor tas-sistemi tal-AI u t-teknoloġija tal-ICT relatata, inklużi s-software, il-hardware u b’mod partikolari ċ-ċentri tad-data, hija limitata, jenħtieġ li l-Kummissjoni tintroduċi metodoloġija adegwata biex tkejjel l-impatt ambjentali u l-effettività ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni.

Emenda 139

Proposta għal regolament

Premessa 89

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(89)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f’konformità mal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u taw l-opinjoni l-opinjoni tagħhom nhar […]” .

(89)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f’konformità mal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u taw l-opinjoni tagħhom fit-18 ta’ Ġunju 2021 .

Emenda 140

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1.

Il-fini ta’ dan ir-Regolament huwa li jippromwovi l-użu ta intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem u affidabbli u li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza, tad-drittijiet fundamentali, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, u tal-ambjent mill-effetti dannużi tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali fl-Unjoni filwaqt li tiġi appoġġata l-innovazzjoni;

Emenda 141

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

regoli armonizzati tat-trasparenza għas-sistemi tal-AI maħsuba biex jinteraġixxu ma’ persuni fiżiċi, ma’ sistemi ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet u ma’ sistemi ta’ kategorizzazzjoni bijometrika, u ma’ sistemi tal-AI użati biex jiġġeneraw jew jimmanipulaw kontenut ta’ immaġni, awdjo jew vidjo ;

(d)

regoli armonizzati tat-trasparenza għal ċerti sistemi tal-AI;

Emenda 142

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

regoli dwar il-monitoraġġ u s-sorveljanza tas-suq.

(e)

regoli dwar il-monitoraġġ tas-suq, is-sorveljanza tas-suq , il-governanza u l-infurzar;

Emenda 143

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

miżuri biex jappoġġaw l-innovazzjoni, b’enfasi partikolari fuq l-SMEs u n-negozji ġodda, inkluż għall-istabbiliment ta’ sandboxes regolatorji u miżuri mmirati biex inaqqsu l-piż regolatorju minn fuq l-SMEs u n-negozji ġodda;

Emenda 144

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)

regoli għall-istabbiliment u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Intelliġenza Artifiċjali tal-Unjoni (Uffiċċju tal-AI);

Emenda 145

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-utenti tas-sistemi tal-AI li jinsabu fl-Unjoni;

(b)

l-amministraturi tas-sistemi tal-AI li għandhom il-post ta’ stabbiliment tagħhom jew li jinsabu fl-Unjoni;

Emenda 146

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-fornituri u  l-utenti tas-sistemi tal-AI li jinsabu f’xi pajjiż terz, meta l-output prodott mis-sistema jintuża fl-Unjoni;

(c)

il-fornituri u  l-amministraturi tas-sistemi tal-AI li għandhom il-post ta’ stabbiliment tagħhom jew li jinsabu f’pajjiż terz, meta l-liġi ta’ Stat Membru tapplika bis-saħħa ta’ liġi internazzjonali pubblika jew l-output prodott mis-sistema jkun maħsub biex jintuża fl-Unjoni;

Emenda 147

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

fornituri li jqiegħdu s-sistemi tal-AI msemmija fl-Artikolu 5 fis-suq jew fis-servizz barra mill-Unjoni meta l-fornitur jew id-distributur ta’ tali sistemi jinsab fl-Unjoni;

Emenda 148

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)

l-importaturi u d-distributuri tas-sistemi tal-AI kif ukoll ir-rappreżentanti awtorizzati tal-fornituri tas-sistemi tal-AI, meta tali importaturi, distributuri jew rappreżentanti awtorizzati jkollhom l-istabbiliment tagħhom jew ikunu jinsabu fl-Unjoni;

Emenda 149

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)

persuni affettwati kif definiti fl-Artikolu 3(8a) li jinsabu fl-Unjoni u li s-saħħa, is-sikurezza jew id-drittijiet fundamentali tagħhom jiġu affettwati b’mod negattiv mill-użu ta’ sistema tal-AI li titqiegħed fis-suq jew fis-servizz fl-Unjoni.

Emenda 150

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti jew ta’ sistemi, jew li huma stess huma prodotti jew sistemi, li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti li ġejjin , għandu japplika biss l-Artikolu 84 ta’ dan ir-Regolament:

2.   Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li huma komponenti tas-sikurezza ta’ prodotti jew ta’ sistemi, jew li huma stess huma prodotti jew sistemi u li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni armonizzata elenkata fl-Anness II – Taqsima B , għandu japplika biss l-Artikolu 84 ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 151

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

ir-Regolament (KE) Nru 300/2008;

imħassar

Emenda 152

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

ir-Regolament (UE) Nru 167/2013;

imħassar

Emenda 153

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

ir-Regolament (UE) Nru 168/2013;

imħassar

Emenda 154

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

id-Direttiva 2014/90/UE;

imħassar

Emenda 155

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

id-Direttiva (UE) 2016/797;

imħassar

Emenda 156

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

ir-Regolament (UE) 2018/858;

imħassar

Emenda 157

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

ir-Regolament (UE) 2018/1139;

imħassar

Emenda 158

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

ir-Regolament (UE) 2019/2144.

imħassar

Emenda 159

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-awtoritajiet pubbliċi f’pajjiż terz u lanqas għall-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont il-paragrafu 1, meta dawk l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet jużaw sistemi tal-AI fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali għall-infurzar tal-liġi u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Unjoni jew ma’ Stat Membru wieħed jew aktar.

4.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-awtoritajiet pubbliċi f’pajjiż terz u lanqas għall-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont il-paragrafu 1, meta dawk l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet jużaw sistemi tal-AI fil-qafas ta’ kooperazzjoni jew ftehimiet internazzjonali għall-infurzar tal-liġi u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Unjoni jew ma’ Stat Membru wieħed jew aktar u jkunu soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew l-Artikolu 45 tar-Regolament 2016/679 (“deċiżjoni ta’ adegwatezza”) jew ikunu parti minn ftehim internazzjonali li jkun ġie konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jippreżenta s-salvagwardji adegwati f’dak li jikkonċerna l-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwi;

Emenda 160

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali, il-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni tapplika għal data personali pproċessata b’rabta mad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa r-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u d-Direttivi 2002/58/KE u (UE) 2016/680, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti previsti fl-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 161

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.     Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti minn atti legali oħra tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti;

Emenda 162

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5c.     Dan ir-regolament ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri jew lill-Unjoni milli jżommu jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema f’termini tal-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-użu tas-sistemi tal-AI mill-impjegaturi, jew biex jinkoraġġixxu jew jippermettu l-applikazzjoni ta’ ftehimiet kollettivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema.

Emenda 163

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5d.     Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal attivitajiet ta’ riċerka, ittestjar u żvilupp fir-rigward ta’ sistema tal-AI qabel is-sistema titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz, sakemm dawn l-attivitajiet jiġu mwettqa b’rispett għad-drittijiet fundamentali u l-liġi applikabbli tal-Unjoni. L-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali ma għandux ikun kopert minn din l-eżenzjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 li jiċċaraw l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu biex tiġi speċifikata din l-eżenzjoni biex jiġi evitat l-abbuż eżistenti u potenzjali tagħha. L-Uffiċċju tal-AI għandu jipprovdi gwida dwar il-governanza tar-riċerka u l-iżvilupp skont l-Artikolu 56, bil-għan ukoll li jikkoordina l-applikazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.

Emenda 164

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5e.     Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-komponenti tal-AI pprovduti b’liċenzji liberi u ta’ sors miftuħ ħlief sa fejn jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz minn fornitur bħala parti minn sistema tal-AI b’riskju kbir jew ta’ sistema tal-AI li taqa’ taħt it-Titolu II jew IV. Din l-eżenzjoni ma għandhiex tapplika għal mudelli bażi kif definiti fl-Artikolu 3.

Emenda 165

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

“sistema tal-intelliġenza artifiċjali” (sistema tal-AI) tfisser software li jiġi żviluppat b’teknika u b’approċċ wieħed jew aktar minn fost dawk elenkati fl-Anness I u li jista’ , għal sett partikolari ta’ objettivi definiti mill-bniedem , jiġġenera outputs bħal kontenut, previżjonijiet, rakkomandazzjonijiet, jew deċiżjonijiet li jinfluwenzaw l-ambjenti li jinteraġixxu magħhom ;

(1)

“sistema tal-intelliġenza artifiċjali” (sistema tal-AI) tfisser sistema bbażata fuq magni li hija ddisinjata biex topera b’livelli varji ta’ awtonomija u li tista’ , għal objettivi espliċiti u impliċiti , tiġġenera outputs bħal previżjonijiet, rakkomandazzjonijiet, jew deċiżjonijiet li jinfluwenzaw l-ambjenti fiżiċi jew virtwali ;

Emenda 166

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

“riskju” tfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li sseħħ il-ħsara u s-severità ta’ dik il-ħsara;

Emenda 167

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

“riskju sinifikanti” tfisser riskju li huwa sinifikanti b’riżultat tal-kombinazzjoni tas-severità, l-intensità, il-probabbiltà tal-okkorrenza, u d-durata tal-effetti tiegħu, u l-kapaċità tiegħu li jaffettwa individwu, pluralità ta’ persuni jew li jaffettwa grupp partikolari ta’ persuni;

Emenda 168

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)

“mudell bażi” tfisser mudell ta’ sistema tal-AI li huwa mħarreġ fuq data wiesgħa fuq skala, huwa ddisinjat għall-ġeneralità tal-output, u jista’ jiġi adattat għal firxa wiesgħa ta’ kompiti distintivi;

Emenda 169

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d)

“sistema tal-AI b’għan ġenerali” tfisser sistema tal-AI li tista’ tintuża u tiġi adattata għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet li għalihom ma kinitx iddisinjata b’mod intenzjonat u speċifiku;

Emenda 170

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1e)

“sessjonijiet kbar ta’ taħriġ” tfisser il-proċess tal-produzzjoni ta’ mudell tal-AI b’saħħtu li jirrikjedi riżorsi tal-computing ogħla minn limitu għoli ħafna;

Emenda 171

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

“fornitur fuq skala żgħira” tfisser fornitur li hu intrapriża mikro jew żgħira skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE  (61) ;

imħassar

Emenda 172

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

“utent” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li juża sistema tal-AI fl-awtorità tiegħu, għajr meta s-sistema tal-AI tintuża waqt attività personali mhux professjonali;

(4)

“amministratur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li juża sistema tal-AI fl-awtorità tiegħu, għajr meta s-sistema tal-AI tintuża waqt attività personali mhux professjonali;

Emenda 173

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

“operatur” tfisser il-fornitur, l-utent , ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(8)

“operatur” tfisser il-fornitur, l-amministratur , ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

Emenda 174

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

“persuna affettwata” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew grupp ta’ persuni li jkunu soġġetti għal sistema tal-AI jew inkella affettwati minnha;

Emenda 175

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

“tqegħid fis-servizz” tfisser il-forniment ta’ sistema tal-AI għall-ewwel użu direttament lill-utent jew għall-użu proprju fis-suq tal-Unjoni għall-għan maħsub tagħha;

(11)

“tqegħid fis-servizz” tfisser il-forniment ta’ sistema tal-AI għall-ewwel użu direttament lill-amministratur jew għall-użu proprju fis-suq tal-Unjoni għall-għan maħsub tagħha;

Emenda 176

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

“użu ħażin raġonevolment prevedibbli” tfisser l-użu ta’ sistema tal-AI b’mod li ma jkunx konformi mal-għan maħsub tagħha, iżda li jista’ jirriżulta minn imġiba umana jew interazzjoni ma’ sistemi oħra raġonevolment prevedibbli;

(13)

“użu ħażin raġonevolment prevedibbli” tfisser l-użu ta’ sistema tal-AI b’mod li ma jkunx konformi mal-għan maħsub tagħha kif indikat fl-istruzzjonijiet dwar l-użu stabbiliti mill-fornitur , iżda li jista’ jirriżulta minn imġiba umana jew interazzjoni ma’ sistemi oħra raġonevolment prevedibbli , inklużi sistemi oħra tal-AI ;

Emenda 177

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

“komponent tas-sikurezza ta’ prodott jew ta’ sistema” tfisser komponent ta’ prodott jew ta’ sistema li jaqdi funzjoni tas-sikurezza għal dak il-prodott jew għal dik is-sistema jew li l-falliment jew il-funzjonament ħażin tiegħu jipperikola s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni jew tal-proprjetà ;

(14)

“komponent tas-sikurezza ta’ prodott jew ta’ sistema” tfisser , f’konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II, komponent ta’ prodott jew ta’ sistema li jaqdi funzjoni tas-sikurezza għal dak il-prodott jew għal dik is-sistema jew li l-falliment jew il-funzjonament ħażin tiegħu jipperikola s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni;

Emenda 178

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

“struzzjonijiet għall-użu” tfisser l-informazzjoni pprovduta mill-fornitur biex jinforma lill-utent b’mod partikolari dwar l-għan maħsub u l-użu xieraq ta’ sistema tal-AI, inkluż l-issettjar ġeografiku, komportamentali jew funzjonali speċifiku, li s-sistema tal-AI b’riskju kbir hija maħsuba li tintuża skontu;

(15)

“struzzjonijiet għall-użu” tfisser l-informazzjoni pprovduta mill-fornitur biex jinforma lill-amministratur b’mod partikolari dwar l-għan maħsub u l-użu xieraq ta’ sistema tal-AI, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe prekawzjoni li għandha tittieħed; inkluż l-issettjar ġeografiku, komportamentali jew funzjonali speċifiku, li s-sistema tal-AI b’riskju kbir hija maħsuba li tintuża skontu;

Emenda 179

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

“ġbir lura ta’ sistema tal-AI” tfisser kwalunkwe miżura mmirata lejn il-kisba tar-ritorn lill-fornitur ta’ sistema tal-AI magħmula disponibbli għall-utenti ;

(16)

“ġbir lura ta’ sistema tal-AI” tfisser kwalunkwe miżura mmirata lejn il-kisba tar-ritorn lill-fornitur ta’ sistema tal-AI li tkun saret disponibbli għall-amministraturi ;

Emenda 180

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess ta’ verifika dwar jekk ġewx issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament relatati ma’ sistema tal-AI;

(20)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess biex jintwera jekk ġewx issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament relatati ma’ sistema tal-AI;

Emenda 181

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

“korp notifikat” tfisser korp tal-valutazzjoni tal-konformità maħtur f’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(22)

“korp notifikat” tfisser korp tal-valutazzjoni tal-konformità notifikat f’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

Emenda 182

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

“modifika sostanzjali” tfisser tibdil fis-sistema tal-AI wara t-tqegħid tagħha fis-suq jew fis-servizz li jaffettwa l-konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament jew jirriżulta f’modifika fl-għan maħsub li għalih tkun ġiet ivvalutata s-sistema tal-AI;

(23)

“modifika sostanzjali” tfisser modifika jew serje ta’ modifiki tas-sistema tal-AI wara t-tqegħid tagħha fis-suq jew fis-servizz, li ma kinux previsti jew ippjanati fil-valutazzjoni tar-riskju inizjali mill-fornitur u li bħala riżultat tagħhom il-konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament tiġi affettwata jew jirriżultaw f’modifika fl-għan maħsub li għalih tkun ġiet ivvalutata s-sistema tal-AI;

Emenda 183

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

“markatura CE ta’ konformità” (markatura CE) tfisser marka li permezz tagħha fornitur jindika li sistema tal-AI hi konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti (“leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni”) li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;

(24)

“markatura CE ta’ konformità” (markatura CE) tfisser marka fiżika jew diġitali li permezz tagħha fornitur jindika li sistema tal-AI jew prodott b’sistema tal-AI inkorporata huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti (“leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni”) li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;

Emenda 184

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

“data għal taħriġ” tfisser data użata għat-taħriġ ta’ sistema tal-AI bl-attrezzar tal-parametri tagħha li jistgħu jiġu mgħallma , inkluż il-ponderazzjonijiet ta’ network newrali ;

(29)

“data għal taħriġ” tfisser data użata għat-taħriġ ta’ sistema tal-AI bl-attrezzar tal-parametri tagħha li jistgħu jiġu mgħallma;

Emenda 185

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

“data għal validazzjoni” tfisser data użata għal evalwazzjoni tas-sistema mħarrġa tal-AI u għall-irfinar tal-parametri tagħha li ma jistgħux jiġu mgħallma u tal-proċess tat-tagħlim tagħha, fost affarijiet oħra, biex jiġi evitat attrezzar żejjed ; billi s-sett tad-data għal validazzjoni jista’ jkun sett tad-data separat jew parti mis-sett tad-data għal taħriġ, jew bħala qasma fissa jew varjabbli;

(30)

“data għal validazzjoni” tfisser data użata għal evalwazzjoni tas-sistema mħarrġa tal-AI u għall-irfinar tal-parametri tagħha li ma jistgħux jiġu mgħallma u tal-proċess tal-apprendiment tagħha, fost affarijiet oħra, biex jiġi evitat l-underfitting jew l-overfitting ; billi s-sett tad-data għal validazzjoni huwa sett tad-data separat jew parti mis-sett tad-data għal taħriġ, jew bħala qasma fissa jew varjabbli;

Emenda 186

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)

“data bijometrika” tfisser data personali li tirriżulta mill-ipproċessar tekniku speċifiku relatat mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew komportamentali ta’ persuna fiżika, li tippermetti jew tikkonferma l-identifikazzjoni unika ta’ dik il-persuna fiżika, bħal immaġnijiet tal-wiċċ jew data dattiloskopika ;

(33)

“data bijometrika” tfisser data bijometrika kif definita fl-Artikolu 4(14) tar-Regolament (UE) 2016/679 ;

Emenda 187

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 33a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)

“data bbażata fuq il-bijometrija” tfisser data li tirriżulta minn ipproċessar tekniku speċifiku relatat mas-sinjali fiżiċi, fiżjoloġiċi jew komportamentali ta’ persuna fiżika;

Emenda 188

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 33b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33b)

“identifikazzjoni bijometrika” tfisser ir-rikonoxximent awtomatizzat tal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi, komportamentali u psikoloġiċi tal-bniedem għall-fini li tiġi stabbilita l-identità ta’ individwu billi titqabbel id-data bijometrika ta’ dak l-individwu mad-data bijometrika maħżuna ta’ individwi f’bażi tad-data (identifikazzjoni one-to-many);

Emenda 189

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 33c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33c)

“verifika bijometrika” tfisser il-verifika awtomatizzata tal-identità ta’ persuni fiżiċi billi titqabbel id-data bijometrika ta’ individwu mad-data bijometrika pprovduta minn qabel (verifika “one-to-one”, inkluża l-awtentikazzjoni);

Emenda 190

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 33d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33d)

“kategoriji speċjali ta’ data personali” tfisser il-kategoriji ta’ data personali msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679;

Emenda 191

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)

“sistema tar-rikonoxximent tal-emozzjonijiet” tfisser sistema tal-AI għall-fini tal-identifikazzjoni jew tal-fehim tal-emozzjonijiet jew tal-intenzjonijiet ta’ persuni fiżiċi abbażi tad-data bijometrika tagħhom;

(34)

“sistema tar-rikonoxximent tal-emozzjonijiet” tfisser sistema tal-AI għall-fini tal-identifikazzjoni jew tal-fehim tal-emozzjonijiet , tal-ħsibijiet, tal-istati mentali jew tal-intenzjonijiet ta’ individwi jew gruppi abbażi tad-data bijometrika tagħhom u tad-data bbażata fuq il-bijometrija tagħhom;

Emenda 192

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)

“sistema tal-kategorizzazzjoni bijometrika” tfisser sistema tal-AI għall-fini ta’ assenjazzjoni ta’ persuni fiżiċi għal kategoriji speċifiċi, bħall-ġeneru, l-età, il-kulur tax-xagħar, il-kulur tal-għajnejn, tattoos, l-oriġini etnika jew l-orjentazzjoni sesswali jew politika, abbażi tad-data bijometrika tagħhom ;

(35)

“kategorizzazzjoni bijometrika” tfisser l-assenjazzjoni ta’ persuni fiżiċi għal kategoriji speċifiċi, jew l-inferenza tal-karatteristiċi u l-attributi tagħhom abbażi tad-data bijometrika tagħhom jew tad-data bbażata fuq il-bijometrija tagħhom, jew li jistgħu jiġu inferiti minn tali data ;

Emenda 193

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)

“sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota” tfisser sistema tal-AI għall-fini tal-identifikazzjoni remota ta’ persuni fiżiċi bi tqabbil tad-data bijometrika ta’ persuna mad-data bijometrika li tinsab f’bażi tad-data ta’ referenza, u mingħajr għarfien minn qabel tal-utent tas-sistema tal-AI dwar jekk il-persuna hix se tkun preżenti u tistax tiġi identifikata;

(36)

“sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota” tfisser sistema tal-AI għall-fini tal-identifikazzjoni remota ta’ persuni fiżiċi bi tqabbil tad-data bijometrika ta’ persuna mad-data bijometrika li tinsab f’bażi tad-data ta’ referenza, u mingħajr għarfien minn qabel tal-amministratur tas-sistema tal-AI dwar jekk il-persuna hix se tkun preżenti u tistax tiġi identifikata , għajr sistemi ta’ verifika ;

Emenda 194

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)

“sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota ‘fil-ħin reali’” tfisser sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota li biha l-qbid, it-tqabbil u l-identifikazzjoni tad-data bijometrika kollha jsiru mingħajr dewmien sinifikanti. Dan ma jinkludix biss identifikazzjoni immedjata iżda anki dewmien qasir limitat ħalli tkun evitata ċ-ċirkumvenzjoni.

(37)

“sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota ‘fil-ħin reali’” tfisser sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota li biha l-qbid, it-tqabbil u l-identifikazzjoni tad-data bijometrika kollha jsiru mingħajr dewmien sinifikanti. Dan ma jinkludix biss identifikazzjoni immedjata iżda anke dewmien limitat ħalli tkun evitata ċ-ċirkumvenzjoni;

Emenda 195

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)

“spazju aċċessibbli għall-pubbliku” tfisser kwalunkwe post fiżiku aċċessibbli għall-pubbliku, irrispettivament minn jekk jistgħux japplikaw ċerti kundizzjonijiet għall-aċċess;

(39)

“spazju aċċessibbli għall-pubbliku” tfisser kwalunkwe post fiżiku bi sjieda pubblika jew privata aċċessibbli għall-pubbliku, irrispettivament minn jekk jistgħux japplikaw ċerti kundizzjonijiet għall-aċċess , u irrispettivament mir-restrizzjonijiet potenzjali tal-kapaċità ;

Emenda 196

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)

“infurzar tal-liġi” tfisser attivitajiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddidiet għas-sigurtà pubblika;

(41)

“infurzar tal-liġi” tfisser attivitajiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika;

Emenda 197

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)

“awtorità superviżorja nazzjonali” tfisser l-awtorità li lilha Stat Membru jassenja r-responsabbiltà li timplimenta u tapplika dan ir-Regolament, tikkoordina l-attivitajiet fdati lil dak l-Istat Membru, taġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt għall-Kummissjoni, u tirrappreżenta l-Istat Membru fil-Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali ;

(42)

“awtorità superviżorja nazzjonali” tfisser l-awtorità pubblika (emenda 69) li lilha Stat Membru jassenja r-responsabbiltà li timplimenta u tapplika dan ir-Regolament, tikkoordina l-attivitajiet fdati lil dak l-Istat Membru, taġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt għall-Kummissjoni, u tirrappreżenta l-Istat Membru fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Uffiċċju tal-AI ;

Emenda 198

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)

“awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser l-awtorità superviżorja nazzjonali , l-awtorità tan-notifika u l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ;

(43)

“awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser kwalunkwe mill-awtoritajiet nazzjonali li hija responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament ;

Emenda 199

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)

“inċident serju” tfisser kull inċident li direttament jew indirettament wassal, seta’ wassal jew jista’ jwassal għal wieħed jew waħda minn dawn:

(44)

“inċident serju” tfisser kull inċident jew funzjonament ħażin ta’ sistema tal-AI li direttament jew indirettament wassal, seta’ wassal jew jista’ jwassal għal wieħed jew waħda minn dawn:

(a)

l-mewt ta’ persuna jew dannu serju għas-saħħa ta’ persuna, għall-proprjetà jew għall-ambjent,

(a)

il-mewt ta’ persuna jew dannu serju għas-saħħa ta’ persuna,

(b)

tfixkil serju u irriversibbli fil-ġestjoni u t-tħaddim ta’ infrastruttura kritika;

(b)

tfixkil serju fil-ġestjoni u t-tħaddim ta’ infrastruttura kritika,

 

(ba)

ksur tad-drittijiet fundamentali protetti skont id-dritt tal-Unjoni,

 

(bb)

ħsara serja lill-proprjetà jew lill-ambjent,

Emenda 200

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44a)

“data personali” tfisser data personali kif definita fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679;

Emenda 201

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44b)

“data mhux personali” tfisser data għajr data personali;

Emenda 202

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44c)

“tfassil tal-profil” tfisser kwalunkwe forma ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ data personali, kif definit fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/679; jew fil-każ tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi – fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew, fil-każ ta’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2018/1725;

Emenda 203

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44d)

“deepfake” tfisser kontenut ta’ awdjo, immaġni jew vidjo manipulat jew sintetiku li jidher b’mod falz li huwa awtentiku jew veritier, u li juri immaġnijiet ta’ persuni li jidhru li qed jgħidu jew jagħmlu affarijiet li ma qalux jew ma għamlux, prodott permezz ta’ tekniki tal-AI, inkluż l-apprendiment awtomatiku u l-apprendiment profond;

Emenda 204

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44e)

“ksur mifrux” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni li jmorru kontra l-liġi tal-Unjoni li tipproteġi l-interessi tal-individwi:

 

(a)

li jkunu għamlu ħsara jew li x’aktarx se jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-individwi li huma residenti f’mill-inqas żewġ Stat Membri apparti l-Istat Membru, fejn:

 

 

(i)

ikunu oriġinaw jew seħħew l-att jew l-ommissjoni;

 

 

(ii)

huwa stabbilit il-fornitur ikkonċernat, jew, meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu; jew,

 

 

(iii)

l-amministratur huwa stabbilit, meta l-ksur jitwettaq mill-amministratur;

 

(b)

jiġu protetti l-interessi tal-individwi, li jkunu kkawżaw, jew jikkawżaw jew li x’aktarx jikkawżaw ħsara lill-interessi kollettivi tal-individwi u li għandhom karatteristiċi komuni, inkluż l-istess prattika illegali, l-istess interess jinkiser u jseħħu flimkien, imwettqa mill-istess operatur, f’mill-inqas tliet Stati Membri;

Emenda 205

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44f)

“ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni” tfisser ksur mifrux li għamel ħsara jew li x’aktarx jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-individwi f’mill-inqas żewġ terzi tal-Istati Membri, li flimkien jammontaw għal mill-inqas żewġ terzi tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

Emenda 206

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44g)

“sandbox regolatorja” tfisser ambjent ikkontrollat stabbilit minn awtorità pubblika li jiffaċilita l-iżvilupp, l-ittestjar u l-validazzjoni sikuri ta’ sistemi innovattivi tal-AI għal żmien limitat qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq jew fis-servizz skont pjan speċifiku taħt superviżjoni regolatorja;

Emenda 207

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44h)

“infrastruttura kritika” tfisser assi, faċilità, tagħmir, network jew sistema, jew parti minn assi, faċilità, tagħmir, network jew sistema, li huma meħtieġa għall-forniment ta’ servizz essenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva (UE) 2022/2557;

Emenda 208

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44k (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44k)

“punteġġi soċjali” tfisser l-evalwazzjoni jew il-klassifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi abbażi tal-imġiba soċjali tagħhom, tal-istatus soċjoekonomiku tagħhom jew abbażi ta’ karatteristiċi personali jew tal-personalità magħrufin jew previsti;

Emenda 209

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44l (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44l)

“imġiba soċjali” tfisser il-mod kif persuna fiżika tinteraġixxi ma’ persuni fiżiċi oħra jew mas-soċjetà u tinfluwenzahom;

Emenda 210

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44m (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44m)

“l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku” tfisser l-istadju żviluppat tal-kapaċità teknika fi żmien partikolari fir-rigward ta’ prodotti, proċessi u servizzi, abbażi tas-sejbiet konsolidati rilevanti tax-xjenza, it-teknoloġija u l-esperjenza;

Emenda 211

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44n (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44n)

“ittestjar f’kundizzjonijiet reali” tfisser l-ittestjar temporanju ta’ sistema tal-AI għall-iskop maħsub tagħha f’kundizzjonijiet tad-dinja reali barra minn laboratorju jew ambjent simulat b’xi mod ieħor;

Emenda 212

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

imħassar

Emendi għall-Anness I

 

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-lista ta’ tekniki u ta’ approċċi elenkati fl-Anness I, biex taġġorna dik il-lista skont l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq abbażi ta’ karatteristiċi simili għat-tekniki u l-approċċi elenkati fiha.

 

Emenda 213

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Prinċipji ġenerali applikabbli għas-sistemi kollha tal-AI;

 

1.     L-operaturi kollha li jaqgħu taħt dan ir-Regolament għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżviluppaw u jużaw sistemi tal-AI jew mudelli bażi f’konformtà mal-prinċipji ġenerali li ġejjin li jistabbilixxu qafas ta’ livell għoli li jippromwovi approċċ Ewropew koerenti ċċentrat fuq il-bniedem għall-Intelliġenza Artifiċjali etika u affidabbli, li jkun kompletament konformi mal-Karta kif ukoll mal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni:

 

a)

“intervent u sorveljanza tal-bniedem” tfisser li s-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati u użati bħala għodda li taqdi lin-nies, tirrispetta d-dinjità u l-awtonomija personali tal-bniedem, u li tiffunzjona b’mod li jista’ jiġi kkontrollat u ssorveljat mill-bniedem kif xieraq;

 

b)

“robustezza u sikurezza teknika” tfisser li s-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati u użati b’mod li jimminimizzaw ħsara mhux intenzjonata u mhux mistennija kif ukoll li jkunu robusti f’każ ta’ problemi mhux intenzjonati u jkunu reżiljenti kontra tentattivi biex jinbidel l-użu jew il-prestazzjoni tas-sistema tal-AI b’mod li jiġi permess l-użu illegali min-naħa ta’ partijiet terzi malizzjużi;

 

c)

“privatezza u governanza tad-data” tfisser li s-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati u użati f’konformità mar-regoli eżistenti dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, filwaqt li tiġi pproċessata data li tissodisfa standards għoljin f’termini ta’ kwalità u integrità;

 

d)

“trasparenza” tfisser li s-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati u użati b’mod li jippermettu traċċabbiltà u spjegabbiltà xierqa, filwaqt li jissensibilizzaw lill-bnedmin li huma qed jikkomunikaw jew jinteraġixxu ma’ sistema tal-AI kif ukoll jinfurmaw kif xieraq lill-utenti dwar il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet ta’ dik is-sistema tal-AI u lill-persuni affettwati dwar id-drittijiet tagħhom;

 

e)

“diversità, nondiskriminazzjoni u ġustizzja” tfisser li s-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati u użati b’mod li jinkludi atturi differenti u jippromwovi aċċess ugwali, ugwaljanza bejn il-ġeneri u diversità kulturali filwaqt li jevitaw impatti diskriminatorji u preġudizzji inġusti li huma pprojbiti mid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali;

 

f)

“benesseri tas-soċjetà u tal-ambjent” tfisser li s-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati u użati b’mod sostenibbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent kif ukoll b’mod li jkunu ta’ benefiċċju għall-bnedmin kollha, filwaqt li jiġu mmonitorjati u vvalutati l-impatti fit-tul fuq l-individwu, is-soċjetà u d-demokrazija.

 

2.     Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti mid-dritt eżistenti tal-Unjoni u dak nazzjonali. Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, il-prinċipji ġenerali jiġu tradotti u rrispettati mill-fornituri jew mill-amministraturi permezz tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 15 u l-obbligi rilevanti stabbiliti fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament. Għall-mudelli bażi, il-prinċipji ġenerali jiġu tradotti u rrispettati mill-fornituri permezz tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 28 sa 28b. Għas-sistemi kollha tal-AI, l-applikazzjoni tal-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkiseb, kif applikabbli, permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28, l-Artikolu 52, jew l-applikazzjoni ta’ standards armonizzati, speċifikazzjonijiet tekniċi, u kodiċijiet ta’ kondotta kif imsemmi fl-Artikolu 69, mingħajr ma jinħolqu obbligi ġodda skont dan ir-Regolament.

 

3.     Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju tal-AI għandhom jinkorporaw dawn il-prinċipji gwida fit-talbiet ta’ standardizzazzjoni kif ukoll rakkomandazzjonijiet li jikkonsistu fi gwida teknika biex jassistu lill-fornituri u lill-amministraturi dwar kif jiżviluppaw u jużaw is-sistemi tal-AI. L-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni għandhom iqisu l-prinċipji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bħala objettivi bbażati fuq l-eżitu meta jiżviluppaw standards armonizzati xierqa għal sistemi tal-AI b’riskju kbir kif imsemmi fl-Artikolu 40(2b).

Emenda 214

Proposta għal regolament

Artikolu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4b

 

Litteriżmu fl-AI

 

1.     Meta jimplimentaw dan ir-Regolament, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu miżuri għall-iżvilupp ta’ livell suffiċjenti ta’ litteriżmu fl-AI, mas-setturi kollha u jieħdu inkunsiderazzjoni l-bżonnijiet differenti tal-gruppi ta’ fornituri, amministraturi u persuni affettwati kkonċernati, inkluż permezz ta’ programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ, taħriġ ta’ ħiliet u taħriġ mill-ġdid ta’ ħiliet u filwaqt li jiżguraw bilanċ xieraq bejn il-ġeneri u l-età, bil-ħsieb li jippermettu kontroll demokratiku tas-sistemi tal-AI.

 

2.     Il-fornituri u l-amministraturi tas-sistemi tal-AI għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw livell suffiċjenti ta’ litteriżmu fl-AI tal-persunal tagħhom u ta’ persuni oħra li jittrattaw it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-AI f’isimhom, filwaqt li jqisu l-għarfien tekniku, l-esperjenza, l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom u l-kuntest li fih se jintużaw is-sistemi tal-AI, u filwaqt li jqisu l-persuni jew il-gruppi ta’ persuni li fuqhom għandhom jintużaw is-sistemi tal-AI.

 

3.     Tali miżuri ta’ litteriżmu għandhom jikkonsistu, b’mod partikolari, fit-tagħlim ta’ kunċetti u ħiliet bażiċi dwar is-sistemi tal-AI u l-funzjonament tagħhom, inklużi t-tipi differenti ta’ prodotti u użi, ir-riskji u l-benefiċċji tagħhom.

 

4.     Livell suffiċjenti ta’ litteriżmu fl-AI huwa wieħed li jikkontribwixxi, kif meħtieġ, għall-kapaċità tal-fornituri u tal-amministraturi li jiżguraw il-konformità u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 215

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistema tal-AI li tuża tekniki subliminali lil hinn mill-konxju ta’ persuna biex materjalment tfixkel l-imġiba ta’ persuna b’mod li tikkawża jew li aktarx tikkawża dannu fiżiku jew psikoloġiku lil dik il-persuna jew lil persuna oħra;

(a)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistema tal-AI li tuża tekniki subliminali lil hinn mill-konxju ta’ persuna jew tekniki manipulattivi jew qarrieqa intenzjonalment, bl-objettiv jew bl-effett li materjalment tfixkel l-imġiba ta’ persuna jew ta’ grupp ta’ persuni billi ddgħajjef b’mod sinifikanti l-abbiltà tal-persuni li jieħdu deċiżjoni infurmata, u b’hekk twassal lill-persuna biex tieħu deċiżjoni li kieku ma kinitx tieħu, b’mod li tikkawża jew li aktarx tikkawża dannu sinifikanti lil dik il-persuna, lil persuna oħra , jew lil grupp ta’ persuni ;

 

Il-projbizzjoni tal-użu ta’ s-sistema tal-AI li tuża tekniki subliminali msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għas-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għal finijiet terapewtiċi approvati abbażi tal-kunsens infurmat speċifiku tal-individwi li huma esposti għalihom jew, meta applikabbli, tal-kustodju legali tagħhom;

Emenda 216

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1– punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistema tal-AI li tisfrutta xi waħda mill-vulnerabbiltajiet ta’ grupp speċifiku ta’ persuni minħabba l-età, diżabbiltà fiżika jew mentali tagħhom, biex tfixkel materjalment l-imġiba ta’ persuna li tappartjeni għal dak il-grupp b’mod li tikkawża jew li aktarx tikkawża dannu fiżiku jew psikoloġiku lil dik il-persuna jew lil persuna oħra;

(b)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistema tal-AI li tisfrutta xi waħda mill-vulnerabbiltajiet ta’ persuna jew ta’ grupp speċifiku ta’ persuni, inkluż il-karatteristiċi ta’ tali persuna jew il-karatteristiċi magħrufa jew previsti tal-personalità jew is-sitwazzjoni soċjali jew ekonomika, l-età, l-abbiltà fiżika jew mentali bl-objettiv jew bl-effett li tfixkel materjalment l-imġiba ta’ dik il-persuna jew ta’ persuna li tappartjeni għal dak il-grupp b’mod li tikkawża jew li aktarx tikkawża dannu sinifikanti lil dik il-persuna jew lil persuna oħra;

Emenda 217

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi ta’ kategorizzazzjoni bijometrika li jikkategorizzaw persuni fiżiċi skont attributi jew karatteristiċi sensittivi jew protetti, jew abbażi tal-inferenza ta’ dawk l-attributi jew il-karatteristiċi. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għas-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għal finijiet terapewtiċi approvati abbażi tal-kunsens infurmat speċifiku tal-individwi li huma esposti għalihom jew, meta applikabbli, tal-kustodju legali tagħhom;

Emenda 218

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom għall-evalwazzjoni jew għall-klassifikazzjoni tal-affidabbiltà ta’ persuni fiżiċi f’ċertu perjodu ta’ żmien abbażi tal-imġiba soċjali tagħhom jew tal-karatteristiċi personali jew tal-personalità magħrufa jew previsti, bil-punteġġ soċjali li jwassal għal wieħed minn dawn li ġejjin jew għat-tnejn li huma:

(c)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI għall-evalwazzjoni jew għall-klassifikazzjoni ta’ punteġġ soċjali ta’ persuni fiżiċi jew gruppi tagħhom f’ċertu perjodu ta’ żmien abbażi tal-imġiba soċjali tagħhom jew tal-karatteristiċi personali jew tal-personalità magħrufa , inferiti jew previsti, bil-punteġġ soċjali li jwassal għal wieħed minn dawn li ġejjin jew għat-tnejn li huma:

Emenda 219

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

trattament detrimentali jew mhux favorevoli ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ta’ gruppi sħaħ tagħhom f’kuntesti soċjali li mhumiex relatati mal-kuntesti li fihom id-data kienet oriġinarjament iġġenerata jew inġabret;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 220

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, sakemm u sa fejn tali użu jkun strettament meħtieġ għal wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(d)

l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku;

Emenda 221

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

it-tfittxija mmirata għal vittmi potenzjali speċifiċi ta’ reati, inkluż tfal neqsin;

imħassar

Emenda 222

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

il-prevenzjoni ta’ theddida speċifika, sostanzjali u imminenti għall-ħajja jew għas-sikurezza fiżika ta’ persuni fiżiċi jew ta’ attakk terroristiku;

imħassar

Emenda 223

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

is-sejbien, il-lokalizzazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ awtur jew ta’ persuna suspettata ta’ reat kriminal msemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/JHA  (62) u punibbli fl-Istat Membru kkonċernat b’piena li ċċaħħad il-libertà jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin, kif determinat bil-liġi ta’ dak l-Istat Membru .

imħassar

Emenda 224

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI biex isiru valutazzjonijiet tar-riskju ta’ persuni fiżiċi jew ta’ gruppi tagħhom sabiex jiġi evalwat ir-riskju ta’ persuna fiżika li twettaq reat jew ripetizzjoni ta’ reat, jew għall-previżjoni tal-okkorrenza jew tar-riokkorrenza ta’ reat kriminali jew amministrattiv attwali jew potenzjali bbażat fuq tfassil tal-profil ta’ persuna fiżika jew il-valutazzjoni ta’ karatteristiċi tal-personalità u karatteristiċi, inkluż il-lokalità ta’ persuna, jew imġiba kriminali tal-passat ta’ persuni fiżiċi jew gruppi ta’ persuni fiżiċi;

Emenda 225

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI li joħolqu jew jespandu l-bażijiet tad-data tar-rikonoxximent tal-wiċċ permezz ta’ scraping mhux immirat tal-immaġnijiet tal-wiċċ mill-internet jew mill-filmati tas-CCTV;

Emenda 226

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)

it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI biex jiġu inferiti emozzjonijiet ta’ persuna fiżika fl-oqsma tal-infurzar tal-liġi, tal-ġestjoni tal-fruntieri, fuq il-post tax-xogħol u fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni;

Emenda 227

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt dd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dd)

it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta’ sistemi tal-AI għall-analiżi ta’ filmati rreġistrati ta’ spazji aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ sistemi ta’ identifikazzjoni bijometrika remota “f’ħin aktar tard”, sakemm ma jkunux soġġetti għal awtorizzazzjoni preġudizzjarja f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u strettament meħtieġa għat-tfittxija mmirata konnessa ma’ reat kriminali serju speċifiku kif definit fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE li diġà jkun seħħ għall-fini tal-infurzar tal-liġi.

Emenda 228

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet li japplikaw meta prattika tal-intelliġenza artifiċjali tikser liġi oħra tal-UE, inkluż l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, in-nondiskriminazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur jew il-kompetizzjoni;

Emenda 229

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     L-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi għal xi wieħed mill-objettivi msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandu jqis l-elementi li ġejjin:

imħassar

(a)

in-natura tas-sitwazzjoni li twassal għall-użu possibbli, b’mod partikolari s-serjetà, il-probabbiltà u l-iskala tad-dannu kkawżat meta ma tintużax is-sistema;

 

(b)

il-konsegwenzi tal-użu tas-sistema għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kollha kkonċernati, b’mod partikolari s-serjetà, il-probabbiltà u l-iskala ta’ dawk il-konsegwenzi.

 

Barra minn hekk, l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi għal xi wieħed mill-objettivi msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandu jikkonforma mas-salvagwardji u l-kundizzjonijiet meħtieġa u proporzjonati fir-rigward tal-użu, b’mod partikolari fir-rigward tal-limitazzjonijiet temporali, ġeografiċi u personali.

 

Emenda 230

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.     Fir-rigward tal-punt (d) tal-paragrafu 1 u tal-paragrafu 2, kull użu individwali ta’ sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mogħtija minn awtorità ġudizzjarja jew awtorità amministrattiva indipendenti tal-Istat Membru li fih għandu jsir l-użu, maħruġa wara talba motivata u f’konformità mar-regoli dettaljati tal-liġi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 4. Madankollu, f’każ ta’ urġenza ġustifikata kif xieraq, l-użu tas-sistema jista’ jinbeda mingħajr awtorizzazzjoni u l-awtorizzazzjoni tista’ tintalab tul jew wara l-użu.

imħassar

L-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti għandha tagħti l-awtorizzazzjoni biss meta tkun sodisfatta, abbażi ta’ evidenza oġġettiva jew indikazzjonijiet ċari ppreżentati lilha, li l-użu tas-sistema tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” inkwistjoni hu meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħaq wieħed mill-objettivi speċifikati fil-punt (d) tal-paragrafu 1, kif identifikat fit-talba. Meta tiddeċiedi dwar it-talba, l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti għandha tqis l-elementi msemmijin fil-paragrafu 2.

 

Emenda 231

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jipprevedi l-possibbiltà li jawtorizza għalkollox jew parzjalment l-użu ta’ sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi skont il-limiti u l-kundizzjonijiet elenkati fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafi 2 u 3. Fil-liġi nazzjonali tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dettaljati meħtieġa għat-talba, il-ħruġ u l-eżerċitar tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll għas-superviżjoni relatata magħhom. Dawk ir-regoli għandhom jispeċifikaw ukoll b’rabta ma’ liema objettivi elenkati fil-punt (d) tal-paragrafu 1, inkluż liema reati kriminali msemmija fil-punt (iii) tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu awtorizzati jużaw dawk is-sistemi għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi.

imħassar

Emenda 232

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

is-sistema tal-AI tkun maħsuba biex tintuża bħala komponent tas-sikurezza ta’ prodott, jew hi stess tkun prodott, kopert bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II;

(a)

is-sistema tal-AI tkun maħsuba biex tintuża bħala komponent tas-sikurezza ta’ prodott, jew is-sistema tal-AI stess tkun prodott, kopert bil-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II;

Emenda 233

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-prodott li l-komponent tas-sikurezza tiegħu jkun is-sistema tal-AI, jew is-sistema tal-AI stess bħala prodott, jeħtieġ issirlu valutazzjoni tal-konformità minn parti terza biex dak il-prodott ikun jista’ jitqiegħed fis-suq jew fis-servizz skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II.

(b)

il-prodott li l-komponent tas-sikurezza tiegħu skont il-punt (a) ikun is-sistema tal-AI, jew is-sistema tal-AI stess bħala prodott, jeħtieġu li ssirlhom valutazzjoni tal-konformità minn parti terza relatata mar-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà, bil-ħsieb li dak il-prodott ikun jista’ jitqiegħed fis-suq jew fis-servizz skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II;

Emenda 234

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Minbarra s-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmija fil-paragrafu 1, anki s-sistemi tal-AI imsemmija fl-Anness III għandhom jitqiesu li għandhom riskju kbir.

2.   Minbarra s-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmija fil-paragrafu 1, is-sistemi tal-AI li jaqgħu f’wieħed jew aktar mill-oqsma kritiċi u l-każijiet ta’ użu msemmija fl-Anness III għandhom jitqiesu li għandhom riskju kbir jekk jippreżentaw riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa, għas-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi . Meta sistema tal-AI taqa’ taħt il-punt 2 tal-Anness III, din għandha titqies li għandha riskju kbir jekk tippreżenta riskju sinifikanti ta’ ħsara għall-ambjent.

 

Sitt xhur qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, wara konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-AI u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida li jispeċifikaw b’mod ċar iċ-ċirkostanzi fejn l-output tas-sistemi tal-AI msemmija fl-Anness III jippreżenta riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa, għas-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi jew il-każijiet li fihom dan ma jkunx.

Emenda 235

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Meta l-fornituri li jaqgħu taħt wieħed jew aktar mill-oqsma kritiċi u l-każijiet ta’ użu msemmija fl-Anness III jqisu li s-sistema tal-AI tagħhom ma tippreżentax riskju sinifikanti kif deskritt fil-paragrafu 2, huma għandhom jissottomettu notifika motivata lill-awtorità superviżorja nazzjonali li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tat-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament. Meta s-sistema tal-AI tkun maħsuba biex tintuża f’żewġ Stati Membri jew aktar, dik in-notifika għandha tiġi indirizzata lill-Uffiċċju tal-AI. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 65, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tirrieżamina u twieġeb għan-notifika, direttament jew permezz tal-Uffiċċju tal-AI, fi żmien tliet xhur jekk tqis li s-sistema tal-AI hija kklassifikata ħażin.

Emenda 236

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Il-fornituri li jikklassifikaw ħażin is-sistema tal-AI tagħhom bħala mhux soġġetta għar-rekwiżiti tat-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament u jqegħduha fis-suq qabel l-iskadenza għall-oġġezzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom ikunu soġġetti għal multi skont l-Artikolu 71.

Emenda 237

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.     L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jissottomettu rapport annwali lill-Uffiċċju tal-AI li jagħti dettalji dwar l-għadd ta’ notifiki riċevuti, l-oqsma ta’ riskju kbir relatati involuti u d-deċiżjonijiet meħuda dwar in-notifiki riċevuti.

Emenda 238

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 biex taġġorna l-lista fl-Anness  III billi żżid sistemi tal-AI b’riskju kbir meta jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 biex temenda l-Anness  III billi żżid jew timmodifika oqsma jew każijiet ta’ użu ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir , meta dawn jippreżentaw riskju ta’ dannu għas-saħħa u għas-sikurezza, jew impatt negattiv fuq l-ambjent, jew għad-demokrazija u l-istat tad-dritt, u li dak ir-riskju huwa, fir-rigward tas-severità u l-probabbiltà ta’ okkorrenza tiegħu, ekwivalenti għal riskju ta’ dannu jew għal impatt negattiv ippreżentat minn sistemi tal-AI b’riskju kbir diġà msemmija fl-Anness III jew akbar minnhom.

Emenda 239

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

is-sistemi tal-AI jkunu maħsuba biex jintużaw f’xi waħda miż-żoni elenkati fil-punti 1 sa 8 tal-Anness III;

imħassar

Emenda 240

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

is-sistemi tal-AI joħolqu riskju ta’ dannu għas-saħħa u s-sikurezza, jew riskju ta’ impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali, jiġifieri, fir-rigward tas-severità u tal-probabbiltà ta’ okkorrenza tiegħu, ekwivalenti għal jew akbar mir-riskju ta’ dannu jew ta’ impatt negattiv irrappreżentat mis-sistemi tal-AI b’riskju kbir diġà msemmijin fl-Anness III.

imħassar

Emenda 241

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 biex tneħħi l-każijiet ta’ użu ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir mil-lista fl-Anness III jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jibqgħux japplikaw;

Emenda 242

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta tivvaluta , għall-finijiet tal-paragrafu 1, jekk sistema tal-AI toħloqx riskju ta’ dannu għas-saħħa s-sikurezza jew riskju ta’ impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali ekwivalenti għal jew akbar mir-riskju ta’ dannu kkawżat mis-sistemi tal-AI b’riskju kbir diġà msemmija fl-Anness III , il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

2.   Meta tivvaluta sistema tal-AI għall-finijiet tal-paragrafi 1 1a , il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

Emenda 243

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

il-kapaċitajiet u l-funzjonalitajiet ġenerali tas-sistema tal-AI indipendenti mill-għan maħsub tagħha;

Emenda 244

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

it-tip u n-natura tad-data pproċessata u użata mis-sistema tal-AI;

Emenda 245

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

il-punt sa fejn is-sistema tal-AI taħdem b’mod awtonomu;

Emenda 246

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-punt sa fejn l-użu tas-sistema tal-AI diġà kkawża dannu għas-saħħa u  s-sikurezza jew impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali jew wassal għal tħassib sinifikanti fir-rigward tal-materjalizzazzjoni ta’ dan id-dannu jew l-impatt negattiv, kif juru xi rapporti jew allegazzjonijiet dokumentati ppreżentati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ;

(c)

il-punt sa fejn l-użu tas-sistema tal-AI diġà kkawża dannu għas-saħħa u  għas-sikurezza, kellu impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali , l-ambjent, id-demokrazija u l-istat tad-dritt jew wassal għal tħassib sinifikanti fir-rigward tal-probabbiltà ta’ tali dannu jew impatt negattiv, kif muri pereżempju minn rapporti jew allegazzjonijiet dokumentati ppreżentati lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali , lill-Kummissjoni, lill-Uffiiċċju tal-AI, lill-EPDS jew lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ;

Emenda 247

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-firxa potenzjali ta’ dan id-dannu jew l-impatt negattiv, b’mod partikolari f’termini ta’ intensità u kapaċità li jaffettwa l-pluralità ta’ persuni;

(d)

il-firxa potenzjali ta’ tali dannu jew tali impatt negattiv, b’mod partikolari f’termini tal-intensità u l-kapaċità tiegħu li jaffettwa l-pluralità ta’ persuni jew li jaffettwa b’mod sproporzjonat lil grupp partikolari ta’ persuni;

Emenda 248

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

il-punt sa fejn il-persuni potenzjalment vittmi tad-dannu jew affettwati b’mod negattiv ikunu dipendenti fuq l-eżitu prodott b’sistema tal-AI, b’mod partikolari meta għal raġunijiet prattiċi jew legali ma jkunx raġonevolment possibbli li wieħed jirrikorri għal esklużjoni fakultattiva minn dak l-eżitu ;

(e)

il-punt sa fejn il-persuni potenzjalment vittmi tad-dannu jew affettwati b’mod negattiv ikunu dipendenti fuq l-output prodott li jinvolvi sistema tal-AI, u li dak l-output huwa purament aċċessorju fir-rigward tal-azzjoni jew id-deċiżjoni rilevanti li għandha tittieħed, b’mod partikolari meta għal raġunijiet prattiċi jew legali ma jkunx raġonevolment possibbli li wieħed jirrikorri għal esklużjoni fakultattiva minn dak l-output ;

Emenda 249

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

l-użu ħażin u malizzjuż potenzjali tas-sistema tal-AI u t-teknoloġija li hija msejsa fuqha;

Emenda 250

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

il-punt sa fejn il-persuni potenzjalment vittmi tad-dannu jew affettwati b’mod negattiv ikunu f’pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tal-utent ta’ sistema tal-AI, b’mod partikolari minħabba żbilanċ fis-setgħa , fl-għarfien , fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi jew soċjali, jew fl-età ;

(f)

il-punt sa fejn ikun hemm żbilanċ fis-setgħa, jew il-persuni potenzjalment vittmi tad-dannu jew affettwati b’mod negattiv ikunu f’pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tal-utent ta’ sistema tal-AI, b’mod partikolari minħabba l-istatus, l-awtorità , l-għarfien , iċ-ċirkostanzi ekonomiċi jew soċjali, jew l-età ;

Emenda 251

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

il-punt sa fejn l-eżitu prodott b’sistema tal-AI ikun riversibbli faċilment, meta l-eżiti li jħallu impatt fuq is-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni m’għandhomx jitqiesu bħala riversibbli faċilment;

(g)

il-punt sa fejn l-eżitu prodott li jinvolvi sistema tal-AI jkun riversibbli jew rimedjat faċilment, meta l-eżiti li jħallu impatt negattiv fuq is-saħħa , is-sikurezza, id-drittijiet fundamentali tal-persuni, l-ambjent, jew fuq id-demokrazija u l-istat tad-dritt ma għandhomx jitqiesu bħala riversibbli faċilment;

Emenda 252

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)

il-punt sa fejn id-disponibbiltà u l-użu ta’ soluzzjonijiet u mekkaniżmi tekniċi effettivi għall-kontroll, l-affidabbiltà u l-kapaċità ta’ korrezzjoni tas-sistema tal-AI;

Emenda 253

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb)

id-daqs u l-probabbiltà tal-benefiċċju tal-użu tas-sistema tal-AI għal individwi, gruppi jew is-soċjetà ġenerali, inkluż it-titjib possibbli fis-sikurezza tal-prodotti;

Emenda 254

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt gc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gc)

il-limitu tas-sorveljanza mill-bniedem u l-possibbiltà li bniedem jinterċedi biex jibdel deċiżjoni jew rakkomandazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal ħsara potenzjali;

Emenda 255

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

miżuri effettivi ta’ rimedju fir-rigward tar-riskji maħluqa minn sistema tal-AI, għajr talbiet għad-danni;

(h)

il-punt sa fejn il-liġi eżistenti tal-Unjoni tipprevedi:

 

 

(i)

miżuri effettivi ta’ rimedju fir-rigward tad-dannu kkawżat minn sistema tal-AI, għajr talbiet għad-danni diretti jew indiretti;

 

 

(ii)

miżuri effettivi għal prevenzjoni jew tnaqqis sostanzjali ta’ dawk ir-riskji.

Emenda 256

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Meta tivvaluta sistema tal-AI għall-finijiet tal-paragrafi 1 jew 1a, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Uffiċċju tal-AI, u meta rilevanti, ir-rappreżentanti ta’ gruppi li fuqhom sistema tal-AI għandha impatt, lill-industrija, lill-esperti indipendenti, lis-sħab soċjali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni għandha torganizza wkoll konsultazzjonijiet pubbliċi f’dan ir-rigward u għandha tagħmel ir-riżultati ta’ dawk il-konsultazzjonijiet u tal-valutazzjoni finali disponibbli għall-pubbliku.

Emenda 257

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     L-Uffiċċju tal-AI, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew il-Parlament Ewropew jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid u tikklassifika mill-ġdid il-kategorizzazzjoni tar-riskju ta’ sistema tal-AI f’konformità mal-paragrafi 1 u 1a. Il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u tippubblikahom.

Emenda 258

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Fil-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, għandhom jitqiesu l-linji gwida żviluppati kif imsemmija fl-Artikolu 82b, l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali, inkluż kif rifless fl-istandards armonizzati rilevanti u fl-ispeċifikazzjonijiet komuni kif imsemmija fl-Artikoli 40 u 41 jew dawk diġà stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Emenda 259

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jitqiesu meta tiġi żgurata l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.

2.   L-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir , l-użi ħżiena raġonevolment prevedibbli u s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jitqiesu meta tiġi żgurata l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Emenda 260

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Sakemm ir-rekwiżiti tat-Titolu III, il-Kapitoli 2 u 3 jew it-Titolu VIII, il-Kapitoli 1, 2 u 3 għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jiġu indirizzati mil-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II, it-Taqsima A, ir-rekwiżiti jew l-obbligi ta’ dawk il-Kapitoli ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li ġew issodisfati, sakemm dawn jinkludu l-komponent tal-AI. Ir-rekwiżiti tal-Kapitoli 2 u 3 tat-Titolu III jew tat-Titolu VIII, tal-Kapitoli 1, 2 u 3 għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir mhux indirizzati mil-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II, it-Taqsima A, għandhom jiġu inkorporati f’dik il-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, meta applikabbli. Il-valutazzjoni tal-konformità rilevanti għandha titwettaq bħala parti mill-proċeduri stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II, it-Taqsima A.

Emenda 261

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għandha tiġi stabbilita, implimentata, dokumentata u miżmuma sistema tal-ġestjoni tar-riskju fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir.

1.   Għandha tiġi stabbilita, implimentata, dokumentata u miżmuma sistema tal-ġestjoni tar-riskju fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir , matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tas-sistema tal-AI. Is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju tista’ tiġi integrata fi proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju diġà eżistenti, jew f’parti minnhom, relatati mal-liġi settorjali rilevanti tal-Unjoni sakemm tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-artikolu.

Emenda 262

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-sistema tal-ġestjoni tar-riskju għandha tikkonsisti fi proċess iterattiv kontinwu tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir, li teħtieġ aġġornament sistematiku regolari. Għandu jkun fiha l-passi li ġejjin:

2.   Is-sistema tal-ġestjoni tar-riskju għandha tikkonsisti fi proċess iterattiv kontinwu tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir, li teħtieġ rieżami u aġġornament regolari tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju, biex tiġi żgurata l-effettività kontinwa tagħha, u d-dokumentazzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni u azzjoni meħuda soġġetti għal dan l-Artikolu . Għandu jkun fiha l-passi li ġejjin:

Emenda 263

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-identifikazzjoni u  l-analiżi tar-riskji magħrufa u prevedibbli assoċjati ma’ kull sistema tal-AI b’riskju kbir;

(a)

l-identifikazzjoni , l-istima l-evalwazzjoni tar-riskji magħrufa u  raġonevolment prevedibbli li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tista’ tippreżenta għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni fiżiċi, id-drittijiet fundamentali tagħhom inkluż l-aċċess u l-opportunitajiet indaqs, id-demokrazija u l-istat tad-dritt jew l-ambjent meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tintuża f’konformità mal-għan maħsub tagħha u f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli ;

Emenda 264

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2– punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-istima u l-evalwazzjoni tar-riskji li jistgħu jitfaċċaw meta tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-għan maħsub tagħha u f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli;

imħassar

Emenda 265

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-evalwazzjoni ta’ riskji possibbli oħrajn li jinħolqu abbażi tal-analiżi tad-data miġbura mis-sistema ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 61;

(c)

l-evalwazzjoni ta’ riskji emerġenti sinifikanti kif deskritti fil-paragrafu (a) u identifikati abbażi tal-analiżi tad-data miġbura mis-sistema ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 61;

Emenda 266

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa tal-ġestjoni tar-riskju f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi li ġejjin.

(d)

l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa u mmirati tal-ġestjoni tar-riskju ddisinjati biex jindirizzaw ir-riskji identifikati skont il-punti a u b ta’ dan il-paragrafu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi li ġejjin.

Emenda 267

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 għandhom iqisu kif xieraq l-effetti u l-interazzjonijiet possibbli li jirriżultaw mill-applikazzjoni kkombinata tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu 2 . Dawn għandhom iqisu l-aħħar avvanzi rikonoxxuti b’mod ġenerali, inkluż kif rifless fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni rilevanti .

3.   Il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 għandhom iqisu kif xieraq l-effetti u l-interazzjonijiet possibbli li jirriżultaw mill-applikazzjoni kkombinata tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu 2 , bil-ħsieb li jittaffew ir-riskji b’mod effettiv filwaqt li tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa u proporzjonata tar-rekwiżiti .

Emenda 268

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu tali li kull riskju residwu assoċjat ma’ kull periklu u kull riskju residwu ġenerali tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jitqies aċċettabbli, diment li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tintuża f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew b’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli. Dawk ir-riskji residwi għandhom jiġu kkomunikati lill-utent .

4.   Il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu tali li riskju residwu rilevanti assoċjat ma’ kull periklu u kull riskju residwu ġenerali tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir jitqies b’mod raġonevoli li huwa aċċettabbli, diment li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tintuża f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew b’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli. Dawk ir-riskji residwi u l-ġudizzji motivati li jsiru għandhom jiġu kkomunikati lill-amministratur .

 

Fl-identifikazzjoni tal-aktar miżuri xierqa tal-ġestjoni tar-riskju, għandu jkun żgurat li:

Emenda 269

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji kemm jista’ jkun permezz ta’ disinn u ta’ żvilupp adegwati;

(a)

l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji identifikati sa fejn ikun teknikament fattibbli permezz ta’ disinn u ta’ żvilupp adegwati tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, bl-involviment, meta rilevanti, ta’ esperti u partijiet ikkonċernati esterni ;

Emenda 270

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

meta xieraq, l-implimentazzjoni ta’ miżuri adegwati ta’ mitigazzjoni u ta’ kontroll fir-rigward ta’ riskji li ma jistgħux jiġu eliminati;

(b)

meta xieraq, l-implimentazzjoni ta’ miżuri adegwati ta’ mitigazzjoni u ta’ kontroll li jindirizzaw riskji sinifikanti li ma jistgħux jiġu eliminati;

Emenda 271

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-għoti ta’ informazzjoni adegwata skont l-Artikolu 13, b’mod partikolari rigward ir-riskji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu , u meta xieraq, taħriġ lill-utenti .

(c)

l-għoti ta’ informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 13, u, meta xieraq, taħriġ lill-amministraturi .

Emenda 272

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-eliminazzjoni jew fit-tnaqqis tar-riskji relatati mal-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, għandha tingħata kunsiderazzjoni dovuta lill-għarfien tekniku, lill-esperjenza, lill-edukazzjoni, lit-taħriġ li għandu jkun mistenni mill-utent u mill-ambjent li fih tkun maħsuba li tintuża s-sistema .

Fl-eliminazzjoni jew fit-tnaqqis tar-riskji relatati mal-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, il-fornituri għandhom jagħtu kunsiderazzjoni dovuta lill-għarfien tekniku, lill-esperjenza, lill-edukazzjoni u lit-taħriġ li l-amministratur jista’ jkollu bżonn, inkluż fir-rigward tal-kuntest tal-użu preżunt .

Emenda 273

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu ttestjati għall-finijiet ta’ identifikazzjoni tal-aktar miżuri xierqa tal-ġestjoni tar-riskju. L-ittestjar għandu jiżgura li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jaħdmu b’mod konsistenti għall-għan maħsub tagħhom u jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

5.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu ttestjati għall-finijiet ta’ identifikazzjoni tal-aktar miżuri xierqa u mmirati tal-ġestjoni tar-riskju u kwalunkwe tali miżura valutata fil-konfront tal-benefiċċji potenzjali u l-għanijiet maħsuba tas-sistema . L-ittestjar għandu jiżgura li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jaħdmu b’mod konsistenti għall-għan maħsub tagħhom u jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Emenda 274

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-proċeduri tal-ittestjar għandhom ikunu xierqa biex jintlaħaq l-għan maħsub tas-sistema tal-AI u m’għandhomx għalfejn imorru lil hinn minn dak meħtieġ biex jilħqu dak l-għan .

6.   Il-proċeduri tal-ittestjar għandhom ikunu xierqa biex jintlaħaq l-għan maħsub tas-sistema tal-AI.

Emenda 275

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-ittestjar tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandu jitwettaq , kif xieraq, fi kwalunkwe ħin matul il-proċess ta’ żvilupp, u, fi kwalunkwe każ, qabel it-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz. L-ittestjar għandu jsir skont metrika ddefinita b’mod preliminari u limiti probabilistiċi li huma adattati għall-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.

7.   L-ittestjar tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandu jitwettaq qabel it-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz. L-ittestjar għandu jsir skont metrika ddefinita minn qabel u limiti probabilistiċi li huma adattati għall-għan maħsub jew għall-użu ħażin raġonevolment prevedibbli tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.

Emenda 276

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   Meta tiġi implimentata s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju deskritta fil-paragrafi 1 sa 7, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċifika dwar jekk is-sistema tal-AI b’riskju kbir hix probabbli tiġi aċċessata minn tfal jew tħallix impatt fuqhom .

8.   Meta tiġi implimentata s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju deskritta fil-paragrafi 1 sa 7, il-fornituri għandhom jagħtu kunsiderazzjoni speċifika dwar jekk is-sistema tal-AI b’riskju kbir hix probabbli jkollha impatt negattiv fuq gruppi vulnerabbli ta’ nies jew tfal .

Emenda 277

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.    Għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE, l-aspetti deskritti fil-paragrafi 1 sa 8 għandhom ikunu parti mill-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti minn dawk l-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva .

9.    Għall-fornituri u s-sistemi tal-AI diġà koperti mil-liġi tal-Unjoni li tirrikjedihom jistabbilixxu sistemi speċifiċi ta’ ġestjoni tar-riskju, inklużi istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE, l-aspetti deskritti fil-paragrafi 1 sa 8 għandhom ikunu parti mill-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti minn dik il-liġi tal-Unjoni jew ikkombinati magħhom .

Emenda 278

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Sistemi tal-AI b’riskju kbir li jagħmlu użu minn tekniki li jinvolvu t-taħriġ ta’ mudelli b’data għandhom jiġu żviluppati abbażi ta’ settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar li jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità msemmijin fil-paragrafi 2 sa 5.

1.   Sistemi tal-AI b’riskju kbir li jagħmlu użu minn tekniki li jinvolvu t-taħriġ ta’ mudelli b’data għandhom jiġu żviluppati abbażi ta’ settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar li jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità msemmijin fil-paragrafi 2 sa 5 sa fejn dan ikun teknikament fattibbli skont is-segment tas-suq speċifiku jew il-kamp ta’ applikazzjoni .

 

Tekniki li ma jeħtiġux data tal-input ittikkettjata bħal apprendiment mingħajr superviżjoni u apprendiment ikkonsolidat għandhom jiġu żviluppati abbażi ta’ settijiet tad-data bħal dawk għall-ittestjar u l-verifika li jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità msemmija fil-paragrafi 2 sa 5.

Emenda 279

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar għandhom ikunu soġġetti għal prattiki xierqa ta’ governanza u ġestjoni tad-data . Dawk il-prattiki għandhom jikkonċernaw b’mod partikolari,

2.   Is-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar għandhom ikunu soġġetti għal governanza xierqa tad-data għall-kuntest tal-użu kif ukoll l-għan maħsub tas-sistema tal-AI . Dawk il-miżuri għandhom jikkonċernaw b’mod partikolari,

Emenda 280

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

it-trasparenza fir-rigward tal-għan oriġinali tal-ġbir tad-data;

Emenda 281

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-ġbir ta’ data ;

(b)

il-proċessi ta’ ġbir tad-data ;

Emenda 282

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

operazzjonijiet rilevanti ta’ pproċessar ta’ tħejjija tad-data, bħall-annotazzjoni, it-tikkettar, it-tindif, l-arrikkiment u l-aggregazzjoni;

(c)

operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ tħejjija tad-data, bħall-annotazzjoni, it-tikkettar, it-tindif , l-aġġornament , l-arrikkiment u l-aggregazzjoni;

Emenda 283

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-formulazzjoni tas-suppożizzjonijiet rilevanti , b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni li d-data suppost tkejjel u tirrappreżenta;

(d)

il-formulazzjoni tas-suppożizzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni li d-data suppost tkejjel u tirrappreżenta;

Emenda 284

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

valutazzjoni minn qabel tad-disponibbiltà, tal-kwantità u tal-adegwatezza tas-settijiet ta’ data li huma meħtieġa;

(e)

valutazzjoni tad-disponibbiltà, tal-kwantità u tal-adegwatezza tas-settijiet ta’ data li huma meħtieġa;

Emenda 285

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

l-eżaminazzjoni fid-dawl tal-preġudizzji possibbli;

(f)

l-eżaminazzjoni fid-dawl tal-preġudizzji possibbli li x’aktarx jaffettwaw is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, ikollhom impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali jew iwasslu għal diskriminazzjoni pprojbita skont id-dritt tal-Unjoni, speċjalment fejn l-outputs tad-data jinfluwenzaw l-inputs għal operazzjonijiet futuri (“feedback loops”) u miżuri xierqa għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ preġudizzji possibbli ;

Emenda 286

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

miżuri xierqa għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ preġudizzji possibbli;

Emenda 287

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

l-identifikazzjoni ta’ kull lakuna jew nuqqas possibbli fid-data, u kif dawk il-lakuni u n-nuqqasijiet jistgħu jiġu indirizzati.

(g)

l-identifikazzjoni ta’ lakuni jew nuqqasijiet rilevanti fid-data li jipprevjenu konformità ma’ dan ir-Regolament , u kif dawk il-lakuni u n-nuqqasijiet jistgħu jiġu indirizzati;

Emenda 288

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Is-settijiet ta’ data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar għandhom ikunu rilevanti , rappreżentattivi , mingħajr erruri u kompluti. Għandu jkollhom ukoll il-proprjetajiet statistiċi xierqa, inkluż, meta xieraq, rigward il-persuni jew il-gruppi ta’ persuni li fuqhom tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir. Dawn il-karatteristiċi tas-settijiet ta’ data jistgħu jiġu ssodisfati fil-livell ta’ settijiet tad-data individwali jew ta’ taħlita tagħhom.

3.   Is-settijiet tad-data għal taħriġ, u meta jintużaw, is-settijiet tad-data għal validazzjoni u ttestjar , inklużi t-tikketti, għandhom ikunu rappreżentattivi biżżejjed , skrutinizzati b’mod xieraq għall-erruri , u jkunu kompleti sa fejn huwa possibbli fid-dawl tal-għan maħsub, Għandu jkollhom ukoll il-proprjetajiet statistiċi xierqa, inkluż, meta xieraq, rigward il-persuni jew il-gruppi ta’ persuni li fir-rigward tagħhom tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir. Dawn il-karatteristiċi tas-settijiet tad-data għandhom jiġu ssodisfati fil-livell ta’ settijiet tad-data individwali jew ta’ taħlita tagħhom.

Emenda 289

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Is-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar għandhom iqisu, sa fejn ikun meħtieġ mill-għan maħsub tagħhom, il-karatteristiċi jew l-elementi li jkunu partikolari għall-ambjent jew għall-kuntest ġeografiku, komportamentali jew funzjonali speċifiku li fih tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir.

4.   Is-settijiet tad-data għandhom iqisu, sa fejn ikun meħtieġ mill-għan maħsub tagħhom jew l-użi ħżiena raġonevolment prevedibbli tas-sistema tal-AI , il-karatteristiċi jew l-elementi li jkunu partikolari għall-kuntest ġeografiku , kuntestwali , komportamentali jew funzjonali speċifiku li fih tkun maħsuba li tintuża s-sistema tal-AI b’riskju kbir.

Emenda 290

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Sa fejn ikun strettament meħtieġ biex ikunu żgurati l-monitoraġġ, id-detezzjoni u t-tiswija tal-preġudizzju fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, il-fornituri ta’ dawn is-sistemi jistgħu jipproċessaw kategoriji speċjali ta’ data personali msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, soġġetti għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, inkluż limitazzjonijiet tekniċi dwar l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ miżuri mill-aktar avvanzati għal sigurtà u preservazzjoni tal-privatezza, bħal psewdonimizzazzjoni, jew kriptaġġ meta l-anonimizzazzjoni tkun tista’ taffettwa b’mod sinifikanti l-għan fil-mira.

5.   Sa fejn ikun strettament meħtieġ biex ikunu żgurati d-detezzjoni u t-tiswija tal-preġudizzju negattiv fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, il-fornituri ta’ dawn is-sistemi jistgħu jipproċessaw b’mod eċċezzjonali kategoriji speċjali ta’ data personali msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, soġġetti għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, inkluż limitazzjonijiet tekniċi dwar l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ miżuri mill-aktar avvanzati għal sigurtà u preservazzjoni tal-privatezza . B’mod partikolari, il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin għandhom japplikaw sabiex iseħħ dan l-ipproċessar:

(a)

id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-preġudizzju ma jistgħux jiġu ssodisfati b’mod effettiv bl-ipproċessar ta’ data sintetika jew anonimizzata;

 

(b)

id-data hija psewdonimizzata;

 

(c)

il-fornitur jieħu miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex jiżgura li d-data pproċessata għall-fini ta’ dan il-paragrafu tkun sigura, protetta, soġġetta għal salvagwardji xierqa u li l-persuni awtorizzati biss ikollhom aċċess għal dik id-data b’obbligi xierqa ta’ kunfidenzjalità;

 

(d)

id-data pproċessata għall-fini ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tiġi trażmessa, trasferita jew aċċessata b’xi mod ieħor minn partijiet oħra;

 

(e)

id-data pproċessata għall-fini ta’ dan il-paragrafu hija protetta permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa u titħassar ladarba l-preġudizzju jiġi kkorreġut jew id-data personali tkun laħqet it-tmiem tal-perjodu ta’ żamma tagħha;

 

(f)

ikun hemm fis-seħħ miżuri effettivi u xierqa biex jiġu żgurati d-disponibbiltà, is-sigurtà u r-reżiljenza tas-sistemi u s-servizzi tal-ipproċessar kontra inċidenti tekniċi jew fiżiċi;

 

(g)

ikun hemm fis-seħħ miżuri effettivi u xierqa biex tiġi żgurata s-sigurtà fiżika tal-postijiet fejn tinħażen u tiġi pproċessata d-data, il-governanza u l-ġestjoni interna tal-IT u tas-sigurtà tal-IT, iċ-ċertifikazzjoni tal-proċessi u l-prodotti.

 

Il-fornituri li jirrikorru għal din id-dispożizzjoni għandhom ifasslu dokumentazzjoni li tispjega għaliex l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali kien meħtieġ biex jiġu identifikati u kkoreġuti l-preġudizzji.

Emenda 291

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     Meta l-fornitur tad-data ma jkunx jista’ jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu minħabba li tali fornitur ma jkollux aċċess għad-data u d-data tinżamm esklussivament mill-amministratur, l-amministratur jista’, abbażi ta’ kuntratt, jinżamm responsabbli għal kwalunkwe ksur ta’ dan l-Artikolu.

Emenda 292

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dokumentazzjoni teknika għandha titfassal b’mod li turi li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu u tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u lill-korpi notifikati biex jivvalutaw il-konformità tas-sistema tal-AI ma’ dawk ir-rekwiżiti. Bħala minimu, għandu jkun fiha l-elementi stabbiliti fl-Anness IV.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha titfassal b’mod li turi li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu u tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u lill-korpi notifikati biex jivvalutaw il-konformità tas-sistema tal-AI ma’ dawk ir-rekwiżiti. Bħala minimu, għandu jkun fiha l-elementi stabbiliti fl-Anness IV jew, fil-każ ta’ SMEs u negozji ġodda, kwalunkwe dokumentazzjoni ekwivalenti li tilħaq l-istess objettivi, soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti nazzjonali .

Emenda 293

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta sistema tal-AI b’riskju kbir relatata ma’ prodott, li għalih japplikaw l-atti legali elenkati fl-Anness II, it-Taqsima A, titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz, għandha titfassal dokumentazzjoni teknika waħda bl-informazzjoni kollha stabbilita fl-Anness IV u bl-informazzjoni meħtieġa skont dawk l-atti legali.

2.   Meta sistema tal-AI b’riskju kbir relatata ma’ prodott, li għalih japplikaw l-atti legali elenkati fl-Anness II, it-Taqsima A, titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz, għandha titfassal dokumentazzjoni teknika waħda bl-informazzjoni kollha stabbilita fil-paragrafu 1 u bl-informazzjoni meħtieġa skont dawk l-atti legali.

Emenda 294

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-fornituri li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika bħala parti mid-dokumentazzjoni tal-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi dwar il-governanza interna, skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva.

Emenda 295

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jitfasslu u jiġu żviluppati b’kapaċitajiet li jippermettu r-reġistrazzjoni awtomatika tal-avvenimenti (“logs”) waqt it-tħaddim tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Dawk il-kapaċitajiet tal-illoggjar għandhom jikkonformaw ma’ standards rikonoxxuti jew speċifikazzjonijiet komuni.

1.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jitfasslu u jiġu żviluppati b’kapaċitajiet li jippermettu r-reġistrazzjoni awtomatika tal-avvenimenti (“logs”) waqt it-tħaddim tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir. Dawk il-kapaċitajiet tal-illoggjar għandhom jikkonformaw mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u ma’ standards rikonoxxuti jew speċifikazzjonijiet komuni.

Emenda 296

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-kapaċitajiet tal-illoggjar għandhom jiżguraw livell ta’ traċċabbiltà tal-funzjonament tas-sistema tal-AI tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha li jkun xieraq għall-għan maħsub tas-sistema.

2.    Sabiex jiġi żgurat livell ta’ traċċabbiltà tal-funzjonament tas-sistema tal-AI tul il-ħajja kollha tagħha li jkun xieraq għall-għan maħsub tas-sistema , il-kapaċitajiet ta’ lloggjar għandhom jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29(4) kif ukoll is-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 61 . B’mod partikolari, huma għandhom jippermettu r-reġistrazzjoni ta’ avvenimenti rilevanti għall-identifikazzjoni ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu:

 

(a)

jirriżultaw f’sistema tal-AI li tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1); jew

 

(b)

iwasslu għall-modifika sostanzjali fis-sistema tal-AI.

Emenda 297

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu disinjati u żviluppati b’kapaċitajiet ta’ lloggjar li jippermettu r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-enerġija, il-kejl jew il-kalkolu tal-użu tar-riżorsi u l-impatt ambjentali tas-sistema tal-AI b’riskju kbir matul il-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema.

Emenda 298

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.     B’mod partikolari, il-kapaċitajiet tal-illoggjar għandhom jippermettu l-monitoraġġ tat-tħaddim tas-sistema tal-AI b’riskju kbir fir-rigward tal-okkorrenza ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu biex is-sistema tal-AI tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1) jew iwasslu għal modifika sostanzjali, u jiffaċilitaw is-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 61.

imħassar

Emenda 299

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasparenza u għoti tal-informazzjoni lill-utenti

Trasparenza u għoti tal-informazzjoni

Emenda 300

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu disinjati u żviluppati b’tali mod li jkun żgurat li t-tħaddim tagħhom ikun trasparenti biżżejjed biex l-utenti jkunu jistgħu jinterpretaw l-output tas-sistema u jużawh kif xieraq . Għandhom jiġu żgurati tip u grad xierqa ta’ trasparenza , biex tinkiseb konformità mal-obbligi rilevanti tal-utent tal-fornitur stabbiliti fil-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu.

1.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu disinjati u żviluppati b’tali mod li jkun żgurat li t-tħaddim tagħhom ikun trasparenti biżżejjed biex il-fornituri u l-utenti jkunu jistgħu jifhmu b’mod raġonevoli l-funzjonament tas-sistema . Għandha tiġi żgurata trasparenza xierqa f’konformità mal-għan maħsub tas-sistema tal-AI , biex tinkiseb konformità mal-obbligi rilevanti tal-fornitur tal-utent stabbiliti fil-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu.

 

B’hekk, it-trasparenza għandha tfisser li, meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir titqiegħed fis-suq, jintużaw il-mezzi tekniċi kollha disponibbli f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali biex jiġi żgurat li l-output tas-sistema tal-AI jkun jista’ jiġi interpretat mill-fornitur u mill-utent. L-utent għandu jkun jista’ jifhem u juża s-sistema tal-AI b’mod xieraq billi ġeneralment ikun jaf kif taħdem is-sistema tal-AI u liema data tipproċessa, biex b’hekk l-utent ikun jista’ jispjega d-deċiżjonijiet meħuda mis-sistema tal-AI lill-persuna affettwata skont l-Artikolu 68(c).

Emenda 301

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jingħataw struzzjonijiet għall-użu b’format diġitali xieraq jew b’xi format ieħor li jinkludu informazzjoni konċiża, kompluta, korretta ċara li tkun rilevanti, aċċessibbli u li tinftiehem mill-utenti.

2.   Mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jingħataw struzzjonijiet intelliġibbli għall-użu b’format diġitali xieraq jew inkella magħmula disponibbli b’mezz durabbli li jinkludu informazzjoni konċiża, korretta, ċara u kompluta kemm jista’ jkun possibbli , li tgħin fit-tħaddim ż-żamma tas-sistema AI kif ukoll biex jiġi appoġġat it-teħid ta’ deċiżjonijiet informati mill-utenti u li tkun raġonevolment rilevanti, aċċessibbli u li tinftiehem mill-utenti.

Emenda 302

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tispeċifika:

3.    Biex jinkisbu l-eżiti msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tispeċifika:

Emenda 303

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur u, meta applikabbli, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

(a)

l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur u, meta applikabbli, tar-rappreżentanti awtorizzati tiegħu;

Emenda 304

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

meta ma tkunx l-istess bħall-fornitur, l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-entità li tkun wettqet il-valutazzjoni tal-konformità u, meta applikabbli, tar-rappreżentant awtorizzat tagħha;

Emenda 305

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-karatteristiċi, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, inkluż:

(b)

il-karatteristiċi, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, inkluż , meta xieraq :

Emenda 306

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

il-livell ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà msemmi fl-Artikolu 15 li abbażi tiegħu tkun ġiet ittestjata u vvalidata s-sistema tal-AI b’riskju kbir u li jista’ jkun mistenni; u kull ċirkostanza magħrufa u prevedibbli li tista’ tħalli impatt fuq dak il-livell mistenni ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà;

(ii)

il-livell ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà msemmi fl-Artikolu 15 li abbażi tiegħu tkun ġiet ittestjata u vvalidata s-sistema tal-AI b’riskju kbir u li jista’ jkun mistenni; u kull ċirkostanza magħrufa u prevedibbli b’mod ċar li tista’ tħalli impatt fuq dak il-livell mistenni ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà;

Emenda 307

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

kwalunkwe ċirkostanza magħrufa jew prevedibbli, relatata mal-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli, li tista’ twassal għal riskji għas-saħħa u s-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali;

(iii)

kwalunkwe ċirkostanza magħrufa jew prevedibbli b’mod ċar , relatata mal-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli, li tista’ twassal għal riskji għas-saħħa u s-sikurezza, għad-drittijiet fundamentali jew l-ambjent, inkluż, meta xieraq, eżempji illustrattivi ta’ tali limitazzjonijiet u ta’ xenarji li għalihom ma għandhiex tintuża s-sistema ;

Emenda 308

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia)

il-grad sa fejn is-sistema tal-AI tista’ tipprovdi spjegazzjoni għad-deċiżjonijiet li tieħu;

Emenda 309

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)

meta jkun xieraq , l-ispeċifikazzjonijiet għad-data tal-input, jew kull informazzjoni rilevanti oħra f’termini tas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar użati, filwaqt li jitqies l-għan maħsub tas-sistema tal-AI.

(v)

informazzjoni rilevanti dwar l-azzjonijiet tal-utenti li jistgħu jinfluwenzaw il-prestazzjoni tas-sistema , inkluż it-tip jew il-kwalità tad-data tal-input, jew kull informazzjoni rilevanti oħra f’termini tas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar użati, filwaqt li jitqies l-għan maħsub tas-sistema tal-AI.

Emenda 310

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

il-ħajja mistennija tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u kull miżura ta’ manutenzjoni u kura meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament xieraq ta’ dik is-sistema tal-AI, inkluż fir-rigward tal-aġġornamenti tas-software.

(e)

kull miżura ta’ manutenzjoni u kura meħtieġa biex ikun żgurat il-funzjonament xieraq ta’ dik is-sistema tal-AI, inkluż fir-rigward tal-aġġornamenti tas-software tul il-ħajja mistennija tagħha .

Emenda 311

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi inklużi fis-sistema tal-AI li jippermettu lill-utenti jiġbru, jaħżnu u jinterpretaw kif suppost il-logs f’konformità mal-Artikolu 12(1).

Emenda 312

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)

L-informazzjoni għandha tingħata mill-inqas bil-lingwa tal-pajjiż fejn tiġi użata s-sistema tal-AI.

Emenda 313

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Sabiex jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, il-fornituri u l-utenti għandhom jiżguraw livell suffiċjenti ta’ litteriżmu fl-AI f’konformità mal-Artikolu 4b.

Emenda 314

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jitfasslu u jiġu żviluppati b’tali mod, inkluż b’għodod xierqa ta’ interfaċċja bejn il-bniedem u l-magna, li jistgħu jiġu ssorveljati b’mod effettiv minn persuni fiżiċi watq il-perjodu tal-użu tas-sistema tal-AI.

1.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu disinjati u żviluppati b’tali mod, inkluż b’għodod xierqa ta’ interfaċċja bejn il-bniedem u l-magna, li jistgħu jiġu ssorveljati b’mod effettiv minn persuni fiżiċi b’mod proporzjonat għar-riskji assoċjati ma’ dawk is-sistemi. Il-persuni fiżiċi inkarigati mill-iżgurar tas-sorveljanza umana għandu jkollhom livell suffiċjenti ta’ litteriżmu fl-AI f’konformità mal-Artikolu 4b u l-appoġġ u l-awtorità meħtieġa biex jeżerċitaw dik il-funzjoni, waqt il-perjodu tal-użu tas-sistema tal-AI u biex jippermettu investigazzjoni bir-reqqa wara inċident .

Emenda 315

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-sorveljanza umana għandu jkollha l-għan li tipprevjeni jew tnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali li jistgħu jinħolqu waqt l-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli, b’mod partikolari meta dawn ir-riskji jissoktaw minkejja l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti oħra stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

2.   Is-sorveljanza umana għandu jkollha l-għan li tipprevjeni jew tnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza, għad-drittijiet fundamentali jew għall-ambjent li jistgħu jinħolqu waqt l-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-għan maħsub tagħha jew f’kundizzjonijiet ta’ użu ħażin raġonevolment prevedibbli, b’mod partikolari meta dawn ir-riskji jissoktaw minkejja l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti oħra stabbiliti f’dan il-Kapitolu u meta deċiżjonijiet ibbażati biss fuq l-ipproċessar awtomatizzat minn sistemi tal-AI jipproduċu effetti sinifikanti legali jew ta’ tip ieħor fuq il-persuni jew gruppi ta’ persuni li fuqhom is-sistema tkun se tintuża .

Emenda 316

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Is-sorveljanza umana għandha tiġi żgurata bil-miżuri kollha li ġejjin, jew b’miżura waħda minnhom:

3.   Is-sorveljanza umana għandha tieħu inkunsiderazzjoni r-riskji speċifiċi, il-livell ta’ awtomatizzazzjoni, u l-kuntest tas-sistema tal-AI u għandha tiġi żgurata bit-tipi kollha tal-miżuri li ġejjin jew b’tip wieħed minnhom:

Emenda 317

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.    Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jippermettu lill-individwi li lilhom tiġi assenjata s-sorveljanza umana jagħmlu dan li ġej, kif xieraq għaċ-ċirkostanzi:

4.    Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 3 , is-sistema tal-AI b’riskju kbir għandha tiġi pprovduta lill-utent b’tali mod li l-persuni fiżiċi li lilhom tiġi assenjata s-sorveljanza umana jippermetilhom, kif xieraq u b’mod proporzjonat għaċ-ċirkostanzi:

Emenda 318

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jifhmu bis-sħiħ il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u jkunu jistgħu jimmonitorjaw kif xieraq it-tħaddim tagħha, biex ikunu jistgħu jiġu identifikati u indirizzati sinjali ta’ anomaliji, diżfunzjonijiet u prestazzjoni mhux mistennija mill-aktar fis possibbli;

(a)

ikunu konxji u jifhmu biżżejjed il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet rilevanti tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u jkunu jistgħu jimmonitorjaw kif xieraq it-tħaddim tagħha, biex ikunu jistgħu jiġu identifikati u indirizzati sinjali ta’ anomaliji, diżfunzjonijiet u prestazzjoni mhux mistennija mill-aktar fis possibbli;

Emenda 319

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

ikunu jistgħu jintervjenu fuq it-tħaddim tas-sistema tal-AI b’riskju kbir jew jinterrompu s-sistema b’buttuna ta’ “waqfien” jew bi proċedura simili.

(e)

ikunu jistgħu jintervjenu fuq it-tħaddim tas-sistema tal-AI b’riskju kbir jew jinterrompu s-sistema b’buttuna ta’ “waqfien” jew bi proċedura simili , li tippermetti li s-sistema tieqaf ħesrem b’mod sikur, ħlief jekk l-interferenza umana żżid ir-riskji jew tħalli impatt negattiv fuq il-prestazzjoni filwaqt li jiġi kkunsidrat l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali .

Emenda 320

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imsemmija fil-punt 1(a) tal-Anness III, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu tali li jiżguraw li, barra minn hekk, ma tittieħed l-ebda azzjoni jew deċiżjoni mill-utent abbażi tal-identifikazzjoni li tirriżulta mis-sistema sakemm din ma tkunx ġiet ivverifikata u kkonfermata minn tal-anqas żewġ persuni fiżiċi.

5.   Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imsemmija fil-punt 1(a) tal-Anness III, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu tali li jiżguraw li, barra minn hekk, ma tittieħed l-ebda azzjoni jew deċiżjoni mill-utent abbażi tal-identifikazzjoni li tirriżulta mis-sistema sakemm din ma tkunx ġiet ivverifikata u kkonfermata minn tal-anqas żewġ persuni fiżiċi bil-kompetenza, it-taħriġ u l-awtorità meħtieġa .

Emenda 321

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jitfasslu u jiġu żviluppati b’tali mod li jiksbu, fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom, livell xieraq ta’ eżattezza, robustezza u ċibersigurtà, u jaħdmu b’mod konsistenti f’dawk l-aspetti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

1.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu disinjati u żviluppati skont il-prinċipju tas-sigurtà mid-disinn u prestabbilita. Fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom, għandhom jiksbu livell xieraq ta’ eżattezza, robustezza , sikurezza u ċibersigurtà, u jaħdmu b’mod konsistenti f’dawk l-aspetti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tinkludi l-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, skont is-segment tas-suq speċifiku jew il-kamp ta’ applikazzjoni.

Emenda 322

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Biex jindirizza l-aspetti tekniċi ta’ kif jitkejlu l-livelli xierqa ta’ eżattezza u robustezza stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Uffiċċju tal-AI għandu jiġbor flimkien l-awtoritajiet nazzjonali u internazzjonali tal-metroloġija u tal-valutazzjoni komparattiva u jipprovdi gwida mhux vinkolanti dwar il-kwistjoni kif stabbilit fl-Artikolu 56, il-paragrafu 2, il-punt (a).

Emenda 323

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Biex tindirizza kwalunkwe kwistjoni emerġenti fis-suq intern kollu fir-rigward taċ-ċibersigurtà, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) għandha tkun involuta flimkien mal-Bord Ewropew tal-Intelliġenza Artifiċjali kif stabbilit fl-Artikolu 56, il-paragrafu 2, il-punt (b).

Emenda 324

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-livelli ta’ eżattezza u l-metrika tal-eżattezza rilevanti tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu ddikjarati fl-istruzzjonijiet tal-użu mogħtija.

2.   Il-livelli ta’ eżattezza u l-metrika tal-eżattezza rilevanti tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiġu ddikjarati fl-istruzzjonijiet tal-użu mogħtija. Il-lingwaġġ użat għandu jkun ċar, mingħajr nuqqas ta’ ftehim jew dikjarazzjonijiet qarrieqa.

Emenda 325

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom ikunu reżiljenti fir-rigward ta’ erruri, ħsarat jew inkonsistenzi li jistgħu jseħħu fis-sistema jew fl-ambjent li fih topera s-sistema, b’mod partikolari minħabba l-interazzjoni tagħhom ma’ persuni fiżiċi jew sistemi oħra.

Għandhom jittieħdu l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali biex ikun żgurat li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir ikunu reżiljenti kemm jista’ jkun fir-rigward ta’ erruri, ħsarat jew inkonsistenzi li jistgħu jseħħu fis-sistema jew fl-ambjent li fih topera s-sistema, b’mod partikolari minħabba l-interazzjoni tagħhom ma’ persuni fiżiċi jew sistemi oħra.

Emenda 326

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-robustezza tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir tista’ tinkiseb b’soluzzjonijiet tekniċi ta’ ridondanza, li jistgħu jinkludu pjanijiet ta’ backup jew ta’ fail-safe.

Ir-robustezza tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir tista’ tinkiseb mill-fornitur xieraq b’input mill-utent, meta meħtieġ, b’soluzzjonijiet tekniċi ta’ ridondanza, li jistgħu jinkludu pjanijiet ta’ backup jew ta’ fail-safe.

Emenda 327

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkomplu jitgħallmu wara li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz għandhom jiġu żviluppati b’tali mod li jkun żgurat li l-outputs possibbilment ippreġudikati minħabba l-outputs użati bħala input għal operazzjonijiet futuri (“feedback loops”) jiġu indirizzati kif xieraq b’miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa.

Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkomplu jitgħallmu wara li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz għandhom jiġu żviluppati b’tali mod li jkun żgurat li l-outputs possibbilment ippreġudikati li jinfluwenzaw input għal operazzjonijiet futuri (“feedback loops”) u l-manipulazzjoni malizzjuża tal-inputs li jintużaw fl-apprendiment waqt it-tħaddim jiġu indirizzati kif xieraq b’miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa.

Emenda 328

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom ikunu reżiljenti fir-rigward ta’ tentattivi minn partijiet terzi mhux awtorizzati biex ibiddlu l-użu jew il-prestazzjoni tagħhom billi jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tas-sistema.

Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom ikunu reżiljenti fir-rigward ta’ tentattivi minn partijiet terzi mhux awtorizzati biex ibiddlu l-użu , l-imġiba, l-outputs jew il-prestazzjoni tagħhom billi jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tas-sistema.

Emenda 329

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-soluzzjonijiet tekniċi biex jiġu indirizzati vulnerabbiltajiet speċifiċi għall-AI għandhom jinkludu, meta xieraq, miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ attakki li jippruvaw jimmanipulaw is-sett tad-data għal taħriġ (“avvelenament tad-data”), l-inputs imfasslin biex jġiegħlu lill-mudell jiżbalja (“eżempji avversarjali”), jew difetti fil-mudell.

Is-soluzzjonijiet tekniċi biex jiġu indirizzati vulnerabbiltajiet speċifiċi għall-AI għandhom jinkludu, meta xieraq, miżuri għall-prevenzjoni , id-detezzjoni u l-kontroll ta’ attakki u r-rispons u s-soluzzjoni għalihom, liema attakki jippruvaw jimmanipulaw is-sett tad-data għal taħriġ (“avvelenament tad-data”), jew komponenti mħarrġa minn qabel li jintużaw fit-taħriġ (“avvelenament tal-mudell”), l-inputs iddisinjati biex iġiegħlu lill-mudell jiżbalja (“eżempji avversarjali” jew “evażjoni tal-mudell” ), attakki fuq il-kunfidenzjalità jew difetti fil-mudell , li jistgħu jwasslu għal teħid ta’ deċiżjonijet dannużi .

Emenda 330

Proposta għal regolament

Titolu III – Kapitolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

OBBLIGI TAL-FORNITURI U  TAL-UTENTI TAS-SISTEMI TAL-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI B’RISKJU KBIR u partijiet oħrajn

OBBLIGI TAL-FORNITURI U  TAL-AMMINISTRATURI TAS-SISTEMI TAL-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI B’RISKJU KBIR U PARTIJIET OĦRAJN

Emenda 331

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Obbligi tal-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir

Obbligi tal-fornituri u l-amministraturi tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir u partijiet oħrajn

Emenda 332

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jiżguraw li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu;

(a)

jiżguraw li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu qabel ma jqegħduhom fis-suq jew fis-servizz ;

Emenda 333

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom, u l-indirizz tagħhom u l-informazzjoni tagħhom ta’ kuntatt fuq is-sistema tal-AI b’riskju kbir jew, meta dan ma jkunx possibbli fuq id-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament tagħha, kif xieraq;

Emenda 334

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

jiżguraw li l-persuni fiżiċi li tiġi assenjata lilhom is-sorveljanza umana tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir isiru konxji speċifikament tar-riskju ta’ preġudizzju tal-awtomatizzazzjoni jew tal-konferma;

Emenda 335

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac)

jipprovdu speċifikazzjonijiet għad-data tal-input, jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra f’termini tas-settijiet tad-data użati, inklużi l-limitazzjoni u s-suppożizzjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-għan maħsub u l-użu ħażin prevedibbli u raġonevolment prevedibbli tas-sistema tal-AI;

Emenda 336

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

ifasslu d-dokumentazzjoni teknika tas-sistema tal-AI b’riskju kbir;

(c)

ifasslu u jżommu d-dokumentazzjoni teknika tas-sistema tal-AI b’riskju kbir imsemmija fl-Artikolu 11 ;

Emenda 337

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

meta jkunu fil-kontroll tagħhom, iżommu l-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom;

(d)

meta jkunu fil-kontroll tagħhom, iżommu l-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom li huma meħtieġa biex jiżguraw u juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 20 ;

Emenda 338

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

jiżguraw li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tgħaddi mill-proċedura rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità, qabel ma titqiegħed fis-suq jew fis-servizz;

(e)

jiżguraw li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tgħaddi mill-proċedura rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità, qabel ma titqiegħed fis-suq jew fis-servizz , f’konformità mal-Artikolu 43 ;

Emenda 339

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE f’konformità mal-Artikolu 48;

Emenda 340

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)

iwaħħlu l-markatura CE mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir biex jindikaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 49;

Emenda 341

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

jieħdu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa , jekk is-sistema tal-AI b’riskju kbir ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu ;

(g)

jieħdu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa kif imsemmi fl-Artikolu 21 u jipprovdu informazzjoni f’dak ir-rigward ;

Emenda 342

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

jinformaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom huma jkunu qiegħdu s-sistema tal-AI għad-dispożizzjoni jew fis-servizz u, meta applikabbli, lill-korp notifikat dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull azzjoni korrettiva meħuda;

imħassar

Emenda 343

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

iwaħħlu l-markatura CE mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom biex jindikaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 49;

imħassar

Emenda 344

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)

meta jintalbu mill-awtorità nazzjonali kompetenti , juru l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu.

(j)

fuq talba motivata mill-awtorità superviżorja nazzjonali, juru l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu.

Emenda 345

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)

jiżguraw li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà.

Emenda 346

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jistabbilixxu sistema tal-ġestjoni tal-kwalità li tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik is-sistema għandha tiġi dokumentata b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub, u għandha tinkludi tal-anqas l-aspetti li ġejjin:

1.   Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandu jkollhom stabbilit sistema tal-ġestjoni tal-kwalità li tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għandha tiġi dokumentata b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ politiki, proċeduri jew istruzzjonijiet bil-miktub, u  tista’ tkun inkorporata f’sistema tal-ġestjoni tal-kwalità eżistenti skont atti leġiżlattivi settorjali tal-Unjoni. Għandha tinkludi tal-anqas l-aspetti li ġejjin:

Emenda 347

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

strateġija għall-konformità regolatorja, inkluż il-konformità mal-proċeduri ta’ valutazzjoni u mal-proċeduri għall-ġestjoni tal-modifiki fis-sistema tal-AI b’riskju kbir;

imħassar

Emenda 348

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż l-istandards, li jridu jiġu applikati u, meta l-istandards armonizzati rilevanti ma jiġux applikati għalkollox, il-mezzi li jridu jintużaw biex ikun żgurat li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu;

(e)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż l-istandards, li jridu jiġu applikati u, meta l-istandards armonizzati rilevanti ma jiġux applikati għalkollox, jew ma jkoprux ir-rekwiżiti rilevanti kollha, il-mezzi li jridu jintużaw biex ikun żgurat li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu;

Emenda 349

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

sistemi u proċeduri għall-ġestjoni tad-data, inkluż il-ġbir tad-data, l-analiżi tad-data, it-tikkettar tad-data, il-ħżin tad-data, il-filtrazzjoni tad-data, l-estrazzjoni tad-data, l-aggregazzjoni tad-data, iż-żamma tad-data u kwalunkwe operazzjoni oħra rigward id-data li titwettaq qabel u għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir;

(f)

sistemi u proċeduri għall-ġestjoni tad-data, inkluż l-akkwiżizzjoni tad-data, il-ġbir tad-data, l-analiżi tad-data, it-tikkettar tad-data, il-ħżin tad-data, il-filtrazzjoni tad-data, l-estrazzjoni tad-data, l-aggregazzjoni tad-data, iż-żamma tad-data u kwalunkwe operazzjoni oħra rigward id-data li titwettaq qabel u għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir;

Emenda 350

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)

it-trattament tal-komunikazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mal-awtoritajiet kompetenti , inkluż dawk settorjali , l-għoti jew l-appoġġ tal-aċċess għad-data, mal-korpi notifikati, ma’ operaturi oħra, ma’ klijenti jew ma’ partijiet interessati oħra ;

(j)

it-trattament tal-komunikazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti , inkluż dawk settorjali;

Emenda 351

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-implimentazzjoni tal-aspetti msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata għad-daqs tal-organizzazzjoni tal-fornitur.

2.   L-implimentazzjoni tal-aspetti msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata għad-daqs tal-organizzazzjoni tal-fornitur. Fi kwalunkwe każ, il-fornituri għandhom jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġ biex tiġi żgurata l-konformità tas-sistemi tal-AI tagħhom ma’ dan ir-Regolament.

Emenda 352

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Obbligu li titfassal dokumentazzjoni teknika

imħassar

Emenda 353

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.     Il-fornituri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 11 f’konformità mal-Anness IV.

imħassar

Emenda 354

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Il-fornituri li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika bħala parti mid-dokumentazzjoni tal-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi dwar il-governanza interna, skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva.

imħassar

Emenda 355

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19

imħassar

Valutazzjoni tal-konformità

 

1.     Il-fornituri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jiżguraw li s-sistemi tagħhom jgħaddu mill-proċedura rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 43, qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. Meta tkun intweriet il-konformità tas-sistemi tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu wara dik il-valutazzjoni tal-konformità, il-fornituri għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, f’konformità mal-Artikolu 48 u jwaħħlu l-markatura tal-konformità CE, f’konformità mal-Artikolu 49.

 

2.     Għal sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fil-punt 5(b) tal-Anness III li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz minn fornituri li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE, il-valutazzjoni tal-konformità għandha titwettaq bħala parti mill-proċedura msemmija fl-Artikoli 97 sa 101 ta’ dik id-Direttiva.

 

Emenda 356

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom iżommu l-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom, sa fejn dawn il-logs ikunu fil-kontroll tagħhom skont arranġament kuntrattwali mal-utent jew b’xi mod ieħor bil-liġi. Il-logs għandhom jinżammu għal perjodu li jkun xieraq fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u  tal-obbligi legali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali .

1.   Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom iżommu l-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistemi tal-AI b’riskju kbir tagħhom, sa fejn dawn il-logs ikunu fil-kontroll tagħhom . Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, il-logs għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur. Il-perjodu ta’ żamma għandu jkun f’konformità mal-istandards tal-industrija u xieraq fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.

Emenda 357

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jqisu jew li jkollhom raġuni biex iqisu li sistema tal-AI b’riskju kbir li jkunu qiegħdu fis-suq jew li jkunu qiegħdu fis-servizz ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, għandhom jieħdu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa minnufih biex dik is-sistema tinġieb konformi, titneħħa jew tinġabar lura, skont kif ikun xieraq. Dawn għandhom jinformaw lid-distributuri tas-sistema tal-AI b’riskju kbir inkwistjoni u, meta applikabbli, lir-rappreżentant awtorizzat u lill-importaturi kif xieraq.

Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jqisu jew li jkollhom raġuni biex iqisu li sistema tal-AI b’riskju kbir li jkunu qiegħdu fis-suq jew li jkunu qiegħdu fis-servizz ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, għandhom jieħdu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa minnufih biex dik is-sistema tinġieb konformi, titneħħa , tiġi diżattivata jew tinġabar lura, skont kif ikun xieraq.

 

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, il-fornituri tas-sistema tal-AI b’riskju kbir għandhom jinformaw minnufih:

 

a.

lid-distributuri;

 

b.

lill-importaturi;

 

c.

lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom għamlu s-sistema tal-AI disponibbli jew qegħduha fis-servizz; u

 

d.

meta possibbli, lill-amministratur.

Emenda 358

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-fornituri għandhom jinfurmaw ukoll lir-rappreżentant awtorizzat, jekk ikun inħatar wieħed f’konformità mal-Artikolu 25, u lill-korp notifikat jekk is-sistema tal-AI b’riskju kbir kellhiex tgħaddi minn valutazzjoni tal-konformità minn parti terza f’konformità mal-Artikolu 43. Meta applikabbli, huma għandhom jinvestigaw ukoll il-kawżi f’kollaborazzjoni mal-amministratur.

Emenda 359

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1) u  dak ir-riskju jkun magħruf mill-fornitur tas-sistema , dak il-fornitur għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikun għamel is-sistema disponibbli u, meta applikabbli, lill-korp notifikat li jkun ħareġ ċertifikat għas-sistema tal-AI b’riskju kbir, b’mod partikolari dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kull azzjoni korrettiva meħuda.

Meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1) u  l-fornitur tas-sistema jsir jaf b’dak ir-riskju , dak il-fornitur għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri li fihom ikun għamel is-sistema disponibbli u, meta applikabbli, lill-korp notifikat li jkun ħareġ ċertifikat għas-sistema tal-AI b’riskju kbir, b’mod partikolari dwar in-natura tan-nuqqas ta’ konformità u dwar kull azzjoni korrettiva rilevanti meħuda.

Emenda 360

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, il-fornituri tas-sistema tal-AI b’riskju kbir għandhom jinformaw minnufih:

 

a)

lid-distributuri;

 

b)

lill-importaturi;

 

c)

lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom għamlu s-sistema tal-AI disponibbli jew qegħduha fis-servizz; u

 

d)

fejn possibbli, lill-amministraturi.

Emenda 361

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-fornituri għandhom jinfurmaw ukoll lir-rappreżentant awtorizzat, jekk ikun inħatar wieħed f’konformità mal-Artikolu 25.

Emenda 362

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti , l-Uffiċċju u l-Kummissjoni

Emenda 363

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornituri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom, fuq talba minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex turi l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat. B’talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, il-fornituri għandhom jagħtu wkoll lil dik l-awtorità aċċess għal-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistema tal-AI b’riskju kbir, sa fejn dawn il-logs ikunu fil-kontroll tagħhom skont arranġament kuntrattwali mal-utent jew b’xi mod ieħor bil-liġi.

Il-fornituri u meta applikabbli, l-amministraturi ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti jew meta applikabbli , mill-Uffiċċju tal-AI jew mill-Kummissjoni, jipprovduhom bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex turi l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda 364

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti jew, meta applikabbli, mill-Kummissjoni, il-fornituri u, meta applikabbli, l-amministraturi għandhom jagħtu wkoll lill-awtorità nazzjonali kompetenti rikjedenti jew lill-Kummissjoni, kif applikabbli, aċċess għal-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistema tal-AI b’riskju kbir, sa fejn dawn il-logs ikunu fil-kontroll tagħhom.

Emenda 365

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kwalunkwe informazzjoni miksuba minn awtorità nazzjonali kompetenti jew mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkunsidrata bħala sigriet kummerċjali u tiġi trattata f’konformità mal-obbligi ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 70.

Emenda 366

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Qabel ma jagħmlu s-sistemi tagħhom disponibbli fis-suq tal-Unjoni, meta importatur ma jkunx jista’ jiġi identifikat, il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat li jkun stabbilit fl-Unjoni.

1.   Qabel ma jagħmlu s-sistemi tagħhom disponibbli fis-suq tal-Unjoni, il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom, b’mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat li jkun stabbilit fl-Unjoni.

Emenda 367

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jirrisjedi jew ikun stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri fejn ikunu qed iseħħu l-attivitajiet skont l-Artikolu 2, il-paragrafu 1(cb).

Emenda 368

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Il-fornitur għandu jipprovdi lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu bis-setgħat u r-riżorsi meħtieġa biex jikkonforma mal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament.

Emenda 369

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-fornitur. Il-mandat għandu jagħti s-setgħa lir-rappreżentant awtorizzat biex iwettaq il-kompiti li ġejjin:

2.   Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-fornitur. Huwa għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fuq talba, b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjoni tal-Unjoni determinata mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-mandat għandu jagħti s-setgħa lir-rappreżentant awtorizzat biex iwettaq il-kompiti li ġejjin:

Emenda 370

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

iżomm kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u tad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-awtoritajiet nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 63(7) ;

(a)

jiżgura li d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u tad-dokumentazzjoni teknika jkunu tfasslu u li tkun twettqet proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità mill-fornitur ;

Emenda 371

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 63(7) kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, u jekk applikabbli, iċ-ċertifikat maħruġ mill-korp notifikat;

Emenda 372

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jipprovdi lil awtorità nazzjonali kompetenti, fuq talba motivata, bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex turi l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, inkluż l-aċċess għal-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistema tal-AI b’riskju kbir sal-punt li tali logs ikunu fil-kontroll tal-fornitur skont arranġament kuntrattwali mal-utent jew b’xi mod ieħor bil-liġi ;

(b)

jipprovdi lil awtorità nazzjonali kompetenti, fuq talba motivata, bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex turi l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, inkluż l-aċċess għal-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistema tal-AI b’riskju kbir sal-punt li tali logs ikunu fil-kontroll tal-fornitur;

Emenda 373

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti , b’talba motivata, dwar kull azzjoni li dawn tal-aħħar jieħdu fir-rigward tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali , b’talba motivata, dwar kull azzjoni li l-awtorità tieħu biex tnaqqas u ttaffi r-riskji ppreżentati minn sistema tal-AI b’riskju kbir;

Emenda 374

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

meta applikabbli, jikkonforma mal-obbligi ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 51, jew, jekk ir-reġistrazzjoni titwettaq mill-fornitur innifsu, jiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-punt 3 tal-Anness VIII tkun korretta.

Emenda 375

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jingħata l-mandat li jiġi indirizzat, flimkien mal-fornitur jew minfloku, b’mod partikolari, mill-awtorità superviżorja nazzjonali jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-fatt li tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Emenda 376

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jtemm il-mandat jekk iqis jew ikollu raġuni biex iqis li l-fornitur jaġixxi kontra l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament. F’każ bħal dan, huwa għandu jinforma minnufih ukoll lill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita, kif ukoll, meta applikabbli, lill-korp notifikat rilevanti, dwar it-terminazzjoni tal-mandat u r-raġunijiet għal dan.

Emenda 377

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Qabel ma jqiegħdu sistema tal-AI b’riskju kbir fis-suq, l-importaturi tat-tali sistema għandhom jiżguraw li:

1.   Qabel ma jqiegħdu sistema tal-AI b’riskju kbir fis-suq, l-importaturi tat-tali sistema għandhom jiżguraw li tali sistema tkun f’konformità ma’ dan ir-Regolament billi jiżguraw li :

Emenda 378

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-proċedura xierqa tal-valutazzjoni tal-konformità twettqet mill-fornitur ta’ dik is-sistema tal-AI

(a)

il-proċedura rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 43 twettqet mill-fornitur ta’ dik is-sistema tal-AI

Emenda 379

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1– punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-fornitur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika f’konformità mal-Anness  IV;

(b)

il-fornitur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika f’konformità mal-Artikolu 11 u l-Anness  IV;

Emenda 380

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

meta applikabbli, il-fornitur ħatar rappreżentant awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 25(1).

Emenda 381

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex iqis li sistema tal-AI b’riskju kbir ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, dan m’għandux iqiegħed dik is-sistema fis-suq sakemm dik is-sistema tal-AI tkun inġiebet f’konformità. Meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), l-importatur għandu jinforma lill-fornitur tas-sistema tal-AI u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.

2.   Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex iqis li sistema tal-AI b’riskju kbir ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, jew tkun iffalsifikata, jew akkumpanjata minn dokumentazzjoni ffalsifikata, dan m’għandux iqiegħed dik is-sistema fis-suq sakemm dik is-sistema tal-AI tkun inġiebet f’konformità. Meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), l-importatur għandu jinforma lill-fornitur tas-sistema tal-AI u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.

Emenda 382

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, u l-indirizz li fuqu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq is-sistema tal-AI b’riskju kbir jew, meta dan ma jkunx possibbli , fuq l-imballaġġ tagħha jew fid-dokumentazzjoni li takkumpanjaha, kif ikun applikabbli.

3.   L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, u l-indirizz li fuqu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq is-sistema tal-AI b’riskju kbir u , fuq l-imballaġġ tagħha jew fid-dokumentazzjoni li takkumpanjaha, meta applikabbli.

Emenda 383

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-importaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’talba motivata, bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha neċessarji biex juru l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità nazzjonali kompetenti , inkluż l-aċċess għal-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistema tal-AI b’riskju kbir sal-punt li dawn il-logs ikunu fil-kontroll tal-fornitur skont arranġament kuntrattwali mal-utent jew b’xi mod ieħor bil-liġi. Dawn għandhom jikkooperaw ukoll ma’ dawk l-awtoritajiet fi kwalunkwe azzjoni li tieħu l-awtorità nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ dik is-sistema.

5.   L-importaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’talba motivata, bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha neċessarji biex juru l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minnhom , inkluż l-aċċess għal-logs iġġenerati awtomatikament mis-sistema tal-AI b’riskju kbir sal-punt li dawn il-logs ikunu fil-kontroll tal-fornitur f’konformità mal-Artikolu 20 .

Emenda 384

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     L-importaturi għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe azzjoni li jieħdu dawk l-awtoritajiet biex inaqqsu u jtaffu r-riskji b’rabta mas-sistema tal-AI b’riskju kbir.

Emenda 385

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Qabel ma jagħmlu sistema tal-AI b’riskju kbir disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li s-sistema tal-AI b’riskju kbir jkollha l-markatura tal-konformità CE meħtieġa, li tkun akkumpanjata mid-dokumentazzjoni u mill-istruzzjoni tal-użu meħtieġa, u li l-fornitur u l-importatur tas-sistema, kif applikabbli, ikunu ssodisfaw l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

1.   Qabel ma jagħmlu sistema tal-AI b’riskju kbir disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li s-sistema tal-AI b’riskju kbir ikollha l-markatura tal-konformità CE meħtieġa, li tkun akkumpanjata mid-dokumentazzjoni u mill-istruzzjoni tal-użu meħtieġa, u li l-fornitur u l-importatur tas-sistema, kif applikabbli, ikunu ssodisfaw l-obbligi tagħhom stabbiliti f’dan ir-Regolament fl-Artikoli 16 u 26 rispettivament .

Emenda 386

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex iqis li sistema tal-AI b’riskju kbir ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, dan m’għandux jagħmel is-sistema tal-AI b’riskju kbir disponibbli fis-suq sakemm dik is-sistema tkun inġiebet f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti. Barra minn hekk, meta s-sistema tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), id-distributur għandu jinforma lill-fornitur jew lill-importatur tas-sistema, kif ikun applikabbli, għal dak l-għan.

2.   Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex iqis , abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tiegħu, li sistema tal-AI b’riskju kbir ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, dan m’għandux jagħmel is-sistema tal-AI b’riskju kbir disponibbli fis-suq sakemm dik is-sistema tkun inġiebet f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti. Barra minn hekk, meta s-sistema tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), id-distributur għandu jinforma lill-fornitur jew lill-importatur tas-sistema u lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti , kif ikun applikabbli, għal dak l-għan.

Emenda 387

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Distributur li jqis jew li jkollu raġuni biex iqis li sistema tal-AI b’riskju kbir li jkun għamel disponibbli fis-suq ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, dan għandu jieħu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex iġib dik is-sistema konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, ineħħiha jew jiġborha lura, jew għandu jiżgura li l-fornitur, l-importatur jew xi operatur rilevanti, skont kif xieraq, jieħu dawk l-azzjonijiet korrettivi. Meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), id-distributur għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikun għamel il-prodott disponibbli għal dak l-għan, billi jagħti d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.

4.   Distributur li jqis jew li jkollu raġuni biex iqis , abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tiegħu, li sistema tal-AI b’riskju kbir li jkun għamel disponibbli fis-suq ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, dan għandu jieħu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex iġib dik is-sistema konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, ineħħiha jew jiġborha lura, jew għandu jiżgura li l-fornitur, l-importatur jew xi operatur rilevanti, skont kif xieraq, jieħu dawk l-azzjonijiet korrettivi. Meta s-sistema tal-AI b’riskju kbir tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), id-distributur għandu jinforma minnufih lill-fornitur jew lill-importatur tas-sistema u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikun għamel il-prodott disponibbli għal dak l-għan, billi jagħti d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.

Emenda 388

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, id-distributuri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jipprovdu lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta’ sistema b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu. Id-distributuri għandhom jikkooperaw ukoll ma’ dik l-awtorità nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe azzjoni meħuda minn dik l-awtorità.

5.   Fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, id-distributuri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jipprovdu lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha fil-pussess tagħhom jew disponibbli għalihom, f’konformità mal-obbligi tad-distributuri kif deskritti fil-paragrafu 1, li huma neċessarji biex juru l-konformità ta’ sistema b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu.

Emenda 389

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5 a.     Id-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe azzjoni li jieħdu dawk l-awtoritajiet biex inaqqsu u jtaffu r-riskji b’rabta mas-sistema tal-AI b’riskju kbir.

Emenda 390

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Obbligi tad-distributuri, tal-importaturi, tal-utenti jew ta’ xi parti terza oħra

Responsabbiltajiet tul il-katina tal-valur tal-AI tal-fornituri, tad-distributuri, tal-importaturi, tal-amministraturi jew ta’ partijiet terzi oħra

Emenda 391

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Distributuri, importaturi, utenti jew partijiet terzi oħra għandhom jitqiesu bħala fornitur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tal-fornitur skont l-Artikolu 16, f’xi ċirkostanza minn dawn:

1.   Distributuri, importaturi, amministraturi jew partijiet terzi oħra għandhom jitqiesu bħala fornitur ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tal-fornitur skont l-Artikolu 16, f’xi ċirkostanza minn dawn:

Emenda 392

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

iqiegħdu fis-suq jew idaħħlu fis-servizz sistema tal-AI b’riskju kbir b’isimhom jew bit-trademark tagħhom;

(a)

ipoġġu isimhom jew it-trademark fuq sistema tal-AI b’riskju kbir li diġà tkun tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz;

Emenda 393

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jimmodifikaw l-għan maħsub ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir li diġà tkun tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz;

(b)

jagħmlu modifika sostanzjali f’sistema tal-AI b’riskju kbir li tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew li tkun diġà tqiegħdet fis-servizz u b’mod li tibqa’ sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-Artikolu 6 ;

Emenda 394

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

jagħmlu modifika sostanzjali f’sistema tal-AI, inkluża sistema tal-AI bi skop ġenerali li ma tkunx ġiet ikklassifikata bħala ta’ riskju kbir u li tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz b’tali mod li s-sistema tal-AI ssir sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-Artikolu 6;

Emenda 395

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin fil-punt  ( b ) jew ( c ) tal-paragrafu 1 , il-fornitur li inizjalment ikun qiegħed is-sistema tal-AI b’riskju kbir fis-suq jew qegħedha fis-servizz m’għandux jibqa’ jitqies bħala fornitur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   Meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti  ( a ) sa ( ba ), il-fornitur li inizjalment ikun qiegħed is-sistema tal-AI b’riskju kbir fis-suq jew qegħedha fis-servizz m’għandux jibqa’ jitqies bħala fornitur ta’ dik is-sistema speċifika tal-AI għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Dan il-fornitur preċedenti għandu jipprovdi lill-fornitur il-ġdid bid-dokumentazzjoni teknika u l-kapaċitajiet ta’ informazzjoni rilevanti u raġonevolment mistennija l-oħra kollha tas-sistema tal-AI, l-aċċess tekniku jew assistenza oħra abbażi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali li huma meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

 

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-fornituri ta’ mudelli bażi kif definiti fl-Artikolu 3 meta l-mudell bażi jkun integrat direttament f’sistema tal-AI b’riskju kbir.

Emenda 396

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-fornitur ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir u l-parti terza li tforni għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati fis-sistema tal-AI b’riskju kbir għandhom, bi ftehim bil-miktub jispeċifikaw l-informazzjoni, il-kapaċitajiet, l-aċċess tekniku, u / jew assistenza oħra, abbażi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali, li l-parti terza hija meħtieġa tipprovdi sabiex il-fornitur tas-sistema tal-AI b’riskju kbir ikun jista’ jikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi skont dan ir-Regolament.

 

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tirrakkomanda kundizzjonijiet kuntrattwali mudell mhux vinkolanti bejn il-fornituri ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir u partijiet terzi li jipprovdu għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati f’sistemi tal-AI b’riskju kbir sabiex jgħinu liż-żewġ partijiet fl-abbozzar u fin-negozjar ta’ kuntratti bi drittijiet u obbligi kuntrattwali bbilanċjati, konsistenti mal-livell ta’ kontroll ta’ kull parti. Meta tiżviluppa kundizzjonijiet kuntrattwali mudell mhux vinkolanti, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rekwiżiti kuntrattwali possibbli applikabbli f’setturi jew każijiet ta’ negozju speċifiċi. Il-kundizzjonijiet kuntrattwali mhux vinkolanti għandhom jiġu ppubblikati u jkunu disponibbli mingħajr ħlas f’format elettroniku li jista’ jintuża faċilment fuq is-sit web tal-Uffiċċju tal-AI.

Emenda 397

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, is-sigrieti kummerċjali għandhom jiġu ppreservati u għandhom jiġu ddivulgati biss dment li jittieħdu minn qabel il-miżuri speċifiċi kollha meħtieġa skont id-Direttiva UE 2016/943 biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward ta’ partijiet terzi. Meta meħtieġ, arranġamenti tekniċi u organizzazzjonali xierqa jistgħu jiġu miftiehma biex jipproteġu d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew is-sigrieti kummerċjali.

Emenda 398

Proposta għal regolament

Artikolu 28a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 28a

 

Kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti imposti unilateralment fuq SME jew negozju ġdid

 

1.     Kundizzjoni kuntrattwali li tikkonċerna l-forniment ta’ għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati f’sistema tal-AI b’riskju kbir jew ir-rimedji għall-ksur jew it-terminazzjoni ta’ obbligi relatati li jkunu ġew imposti unilateralment minn intrapriża fuq SME jew negozju ġdid ma għandhiex tkun vinkolanti fuq l-intrapriża tal-aħħar jekk tkun inġusta.

 

2.     Kundizzjoni kuntrattwali ma għandhiex titqies inġusta meta tirriżulta mil-liġi applikabbli tal-Unjoni.

 

3.     Kundizzjoni kuntrattwali tkun inġusta jekk tkun ta’ tali natura li tfixkel oġġettivament il-kapaċità tal-parti li fuqha tkun ġiet imposta l-kundizzjoni unilateralment li tipproteġi l-interess kummerċjali leġittimu tagħha fl-informazzjoni inkwistjoni jew l-użu tagħha jiddevja ħafna minn prattika kummerċjali tajba fil-provvista ta’ għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati f’sistema tal-AI b’riskju kbir, għall-kuntrarju tal-bona fide u t-tranżazzjoni ġusta jew toħloq żbilanċ sinifikanti bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet fil-kuntratt. Kundizzjoni kuntrattwali hija wkoll inġusta jekk ikollha l-effett li ċċaqlaq il-penali msemmija fl-Artikolu 71 jew l-ispejjeż ta’ litigazzjoni assoċjati bejn il-partijiet għall-kuntratt, kif imsemmi fl-Artikolu 71(8).

 

4.     Kundizzjoni kuntrattwali hija inġusta għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu jekk l-objettiv jew l-effett tagħha jkun li:

 

(a)

teskludi jew tillimita r-responsabbiltà tal-parti li imponiet unilateralment il-kundizzjoni għal atti intenzjonali jew għal negliġenza serja;

 

(b)

teskludi r-rimedji disponibbli għall-parti li fuqha ġiet imposta l-kundizzjoni unilateralment fil-każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali jew ir-responsabbiltà tal-parti li imponiet il-kundizzjoni unilateralment fil-każ ta’ ksur ta’ dawk l-obbligi;

 

(c)

tagħti lill-parti li imponiet il-kundizzjoni unilateralment, id-dritt esklużiv li tiddetermina jekk id-dokumentazzjoni teknika u l-informazzjoni pprovduta humiex konformi mal-kuntratt jew li tinterpreta kwalunkwe kundizzjoni tal-kuntratt.

 

5.     Kundizzjoni kuntrattwali għandha titqies bħala imposta unilateralment skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu jekk tkun ġiet fornuta minn parti kontraenti waħda u l-parti kontraenti l-oħra ma setgħetx tinfluwenza l-kontenut tagħha minkejja tentattiv biex dan jiġi nnegozjat. Il-parti kontraenti li pprovdiet kundizzjoni kuntrattwali għandha l-oneru li tagħti provi li dak it-terminu ma ġiex impost unilateralment.

 

6.     Meta l-kundizzjoni kuntrattwali inġusta tkun tista’ tiġi magħmula indipendenti mill-kundizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt, dawk il-kundizzjonijiet l-oħra għandhom jibqgħu vinkolanti. Il-parti li pprovdiet il-kundizzjoni kkontestata ma għandhiex targumenta li l-kundizzjoni hija waħda inġusta.

 

7.     Dan l-Artikolu għandu japplika għall-kuntratti ġodda kollha li jkunu daħlu fis-seħħ wara … [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. In-negozji għandhom jirrevedu l-obbligi kuntrattwali eżistenti li huma soġġetti għal dan ir-Regolament sa. [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

 

8.     Minħabba r-rapidità tal-innovazzjonijiet fis-swieq, il-lista ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti fl-Artikolu 28a għandha tiġi riveduta regolarment mill-Kummissjoni u tiġi aġġornata għal prattiki kummerċjali ġodda jekk ikun meħtieġ.

Emenda 399

Proposta għal regolament

Artikolu 28b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 28 b

 

Obbligi tal-fornitur ta’ mudell bażi

 

1.     Fornitur ta’ mudell bażi għandu, qabel ma jagħmlu disponibbli fis-suq jew fis-servizz, jiżgura li jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk jiġix ipprovdut bħala mudell awtonomu jew jekk ikunx inkorporat f’sistema tal-AI jew prodott, jew ipprovdut taħt liċenzji bla ħlas u ta’ sors miftuħ, bħala servizz, kif ukoll kanali oħra ta’ distribuzzjoni.

 

2.     Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-fornitur ta’ mudell bażi għandu:

 

(a)

juri permezz ta’ disinn, ittestjar u analiżi xierqa l-identifikazzjoni, it-tnaqqis u l-mitigazzjoni ta’ riskji raġonevolment prevedibbli għas-saħħa, is-sikurezza, id-drittijiet fundamentali, l-ambjent u d-demokrazija u l-istat tad-dritt qabel u matul l-iżvilupp b’metodi xierqa bħal bl-involviment ta’ esperti indipendenti, kif ukoll id-dokumentazzjoni ta’ riskji mhux mitigabbli li jifdal wara l-iżvilupp

 

(b)

jipproċessa u jinkorpora biss settijiet ta’ data li huma soġġetti għal miżuri xierqa ta’ governanza tad-data għall-mudelli bażi, b’mod partikolari miżuri biex tiġi eżaminata l-adegwatezza tas-sorsi tad-data u l-preġudizzji possibbli u l-mitigazzjoni xierqa

 

(c)

jiddisinja u jiżviluppa l-mudell bażi sabiex matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jikseb livelli xierqa ta’ prestazzjoni, prevedibbiltà, interpretabbiltà, korreġġibbiltà, sikurezza u ċibersigurtà vvalutati permezz ta’ metodi xierqa bħall-evalwazzjoni tal-mudell bl-involviment ta’ esperti indipendenti, analiżi dokumentata, u ttestjar estensiv matul il-kunċettwalizzazzjoni, id-disinn, u l-iżvilupp;

 

(d)

jiddisinja u jiżviluppa l-mudell bażi, bl-użu ta’ standards applikabbli biex jitnaqqsu l-użu tal-enerġija, l-użu tar-riżorsi u l-iskart, kif ukoll biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, u l-effiċjenza ġenerali tas-sistema, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali eżistenti rilevanti. Dan l-obbligu m’għandux japplika qabel ma jiġu ppubblikati l-istandards imsemmija fl-Artikolu 40. Il-mudelli bażi għandhom jiġu mfassla b’kapaċitajiet li jippermettu l-kejl u l-illoggjar tal-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi, u, fejn teknikament fattibbli, impatt ambjentali ieħor li l-implimentazzjoni u l-użu tas-sistemi jista’ jkollhom tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom.

 

(e)

ifassal dokumentazzjoni teknika estensiva u struzzjonijiet intelliġibbli għall-użu, sabiex il-fornituri downstream ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 16 u 28(1);

 

(f)

jistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità biex tiġi żgurata u ddokumentata l-konformità ma’ dan l-Artikolu, bil-possibbiltà li t-twettiq ta’ dan ir-rekwiżit jiġi esperimentat,

 

(g)

jirreġistra dak il-mudell bażi fil-bażi tad-data tal-UE msemmija fl-Artikolu 60, f’konformità mal-istruzzjonijiet deskritti fl-Anness VIII, il-punt C.

 

Meta jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti, għandu jitqies l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali, inkluż kif rifless fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni rilevanti, kif ukoll l-aktar metodi ta’ valutazzjoni u ta’ kejl reċenti, riflessi b’mod partikolari fil-gwida u fil-kapaċitajiet tal-valutazzjoni komparattiva msemmija fl-Artikolu 58a;

 

3.     Il-fornituri tal-mudelli bażi għandhom, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li l-mudelli bażi tagħhom ikunu tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz, iżommu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 2(e) għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

 

4.     Il-fornituri ta’ mudelli bażi użati f’sistemi tal-AI speċifikament maħsuba biex jiġġeneraw, b’livelli differenti ta’ awtonomija, kontenut bħal test, immaġnijiet, awdjo jew vidjo kumplessi (“AI ġenerattiva”) u fornituri li jispeċjalizzaw mudell bażi f’sistema tal-AI ġenerattiva, għandhom ukoll

 

a)

jikkonformaw mal-obbligi ta’ trasparenza deskritti fl-Artikolu 52(1),

 

b)

iħarrġu, u meta applikabbli, ifasslu u jiżviluppaw il-mudell bażi b’tali mod li jiġu żgurati salvagwardji adegwati kontra l-ġenerazzjoni ta’ kontenut bi ksur tad-dritt tal-Unjoni f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni,

 

c)

mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-awtur, jiddokumentaw u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku sommarju dettaljat biżżejjed tal-użu tad-data tat-taħriġ protetta skont il-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur.

Emenda 400

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-utenti tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jużaw dawn is-sistemi f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-użu li jakkumpanjaw is-sistemi, skont il-paragrafi 2 u 5.

1.    L-amministraturi tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex jiżguraw li jużaw dawn is-sistemi f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-użu li jakkumpanjaw is-sistemi, skont il-paragrafi 2 u 5 ta’ dan l-Artikolu .

Emenda 401

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Sal-punt li l-amministraturi jeżerċitaw kontroll fuq is-sistema tal-AI b’riskju kbir, huma għandhom

 

i)

jimplimentaw sorveljanza mill-bniedem skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament

 

(ii)

jiżguraw li l-persuni fiżiċi fdati bis-sorveljanza umana tal-AI b’riskju kbir ikunu kompetenti, ikkwalifikati kif xieraq u mħarrġa, u jkollhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex jiżguraw is-superviżjoni effettiva tas-sistema tal-AI f’konformità mal-Artikolu 14.

 

(iii)

jiżguraw li l-miżuri rilevanti u xierqa ta’ robustezza u taċ-ċibersigurtà jiġu mmonitorjati regolarment għall-effettività u jiġu aġġustati jew aġġornati regolarment.

Emenda 402

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-obbligi fil-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra tal-utenti skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali u għad-diskrezzjoni tal-utent fl-organizzazzjoni tar-riżorsi u tal-attivitajiet proprji tiegħu għall-fini tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sorveljanza umana indikati mill-fornitur.

2.   L-obbligi fil-paragrafu 1 u 1a huma mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra tal-amministratur skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali u għad-diskrezzjoni tal-amministratur fl-organizzazzjoni tar-riżorsi u tal-attivitajiet proprji tiegħu għall-fini tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sorveljanza umana indikati mill-fornitur.

Emenda 403

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu  1, sa fejn l-utent jeżerċita kontroll fuq id-data tal-input, dak l-utent għandu jiżgura li d-data tal-input tkun rilevanti fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi  1 u 1a , sa fejn l-amministratur jeżerċita kontroll fuq id-data tal-input, dak l-amministratur għandu jiżgura li d-data tal-input tkun rilevanti u rappreżentattiva biżżejjed fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.

Emenda 404

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.    L-utenti għandhom jimmonitorjaw it-tħaddim tas-sistema tal-AI b’riskju kbir abbażi tal-istruzzjonijiet tal-użu. Meta jkollhom raġunijiet biex iqisu li l-użu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-użu jista’ jwassal biex is-sistema tal-AI tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), huma għandhom jinformaw lill-fornitur jew lid-distributur u jissospendu l-użu tas-sistema. Għandhom jinformaw ukoll lill-fornitur jew lid-distributur meta jkunu identifikaw xi inċident serju jew funzjonament ħażin skont it-tifsira tal-Artikolu 62 u jwaqqfu l-użu tas-sistema tal-AI. F’każ li l-utent ma jkunx jista’ jikkuntattja lill-fornitur, l-Artikolu 62 għandu japplika mutatis mutandis.

4.    L-amministraturi għandhom jimmonitorjaw it-tħaddim tas-sistema tal-AI b’riskju kbir abbażi tal-istruzzjonijiet tal-użu u, meta rilevanti, jinfurmaw lill-fornituri f’konformità mal-Artikolu 61 . Meta jkollhom raġunijiet biex iqisu li l-użu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-użu jista’ jwassal biex is-sistema tal-AI tippreżenta riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 65(1), huma għandhom , mingħajr dewmien żejjed, jinformaw lill-fornitur jew lid-distributur u  lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali rilevanti u jissospendu l-użu tas-sistema. Għandhom jinformaw ukoll immedjatament l-ewwel lill-fornitur , u mbagħad lill-importatur jew lid-distributur u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali rilevanti meta jkunu identifikaw xi inċident serju jew funzjonament ħażin skont it-tifsira tal-Artikolu 62 u jwaqqfu l-użu tas-sistema tal-AI. F’każ li l-amministratur ma jkunx jista’ jikkuntattja lill-fornitur, l-Artikolu 62 għandu japplika mutatis mutandis.

Emenda 405

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-fornituri li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE, l-obbligu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu jitqies issodisfat billi jiġu konformi mar-regoli dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi ta’ governanza interna skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva.

Għall-amministraturi li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE, l-obbligu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu jitqies issodisfat billi jiġu konformi mar-regoli dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi ta’ governanza interna skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva.

Emenda 406

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.    L-utenti ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom iżommu l-logs iġġenerati awtomatikament minn dik is-sistemi tal-AI b’riskju kbir, sa fejn dawn il-logs ikunu fil-kontroll tagħhom. Il-logs għandhom jinżammu għal perjodu li jkun xieraq fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir tal-obbligi legali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali .

5.    L-amministraturi ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom iżommu l-logs iġġenerati awtomatikament minn dik is-sistemi tal-AI b’riskju kbir, sa fejn dawn il-logs ikunu fil-kontroll tagħhom u jkunu meħtieġa biex tiġi żgurata u tintwera konformità ma’ dan ir-Regolament, awditi ex post ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin, inċident jew użu ħażin tas-sistema raġonevolment prevedibbli, jew biex jiġi żgurat u mmonitorjat il-funzjonament xieraq tas-sistema tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħha . Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, il-logs għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur. Il-perjodu ta’ żamma għandu jkun f’konformità mal-istandards tal-industrija xieraq fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistema tal-AI b’riskju kbir .

Emenda 407

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-utenti li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE għandhom iżommu l-logs bħala parti mid-dokumentazzjoni dwar il-governanza interna, l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva.

L-amministraturi li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE għandhom iżommu l-logs bħala parti mid-dokumentazzjoni dwar il-governanza interna, l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi skont l-Artikolu 74 ta’ dik id-Direttiva.

Emenda 408

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Qabel ma jqiegħdu fis-servizz jew jużaw sistema tal-AI b’riskju kbir fuq il-post tax-xogħol, l-amministraturi għandhom jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-ħaddiema bil-ħsieb li jilħqu ftehim f’konformità mad-Direttiva 2002/14/KE u jinfurmaw lill-impjegati affettwati li se jkunu soġġetti għas-sistema.

Emenda 409

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.     L-amministraturi ta’ sistemi ta’ AI b’riskju kbir li jkunu awtoritajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 51(1a)(b) għandhom jikkonformaw mal-obbligi tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 51.

Emenda 410

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.    L-utenti ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jużaw l-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 13 biex jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2016/680, meta applikabbli .

6.    Meta applikabbli, l-amministraturi ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jużaw l-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 13 biex jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2016/680, u għandu jiġu ppubblikat sommarju tagħha, fir-rigward tal-użu speċifiku u l-kuntest speċifiku li fih hija maħsuba li topera s-sistema tal-AI . L-amministraturi jistgħu jerġgħu lura parzjalment għal dawk il-valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data biex jissodisfaw uħud mill-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, dment li l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data tissodisfa dawk l-obbligi.

Emenda 411

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52, l-amministraturi ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir imsemmija fl-Anness III, li jieħdu deċiżjonijiet jew jassistu fit-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ persuni fiżiċi, għandhom jinfurmaw lill-persuni fiżiċi li huma soġġetti għall-użu ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-iskop maħsub u t-tip ta’ deċiżjonijiet li tieħu. L-amministratur għandu jinforma wkoll lill-persuna fiżika dwar id-dritt tagħha għal spjegazzjoni msemmija fl-Artikolu 68c.

Emenda 412

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b.     L-amministraturi għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti dwar kwalunkwe azzjoni li dawk l-awtoritajiet jieħdu fir-rigward ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir biex jimplimentaw dan ir-Regolament.

Emenda 413

Proposta għal regolament

Artikolu 29a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 29a

 

Valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir

 

Qabel ma jqiegħdu sistema tal-AI b’riskju kbir fl-użu kif definit fl-Artikolu 6(2), bl-eċċezzjoni ta’ sistemi tal-AI maħsuba li jintużaw fil-qasam 2 tal-Anness III, l-amministraturi għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt tas-sistemi fil-kuntest speċifiku tal-użu. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi, bħala minimu, l-elementi li ġejjin:

 

(a)

deskrizzjoni ċara tal-iskop maħsub li għalih tkun se tintuża s-sistema;

 

(b)

deskrizzjoni ċara tal-ambitu ġeografiku u temporali maħsub tal-użu tas-sistema;

 

(c)

kategoriji ta’ persuni u gruppi fiżiċi li aktarx jiġu affettwati mill-użu tas-sistema;

 

(d)

verifika li l-użu tas-sistema jkun konformi mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali dwar id-drittijiet fundamentali;

 

(e)

l-impatt raġonevolment prevedibbli tat-tqegħid fl-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir fuq id-drittijiet fundamentali;

 

(f)

riskji speċifiċi ta’ dannu li aktarx ikollhom impatt fuq persuni emarġinati jew gruppi vulnerabbli;

 

(g)

l-impatt negattiv raġonevolment prevedibbli tal-użu tas-sistema fuq l-ambjent;

 

(h)

pjan dettaljat dwar kif il-ħsarat u l-impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali identifikati se jittaffew.

 

(j)

is-sistema ta’ governanza li l-amministratur se jistabbilixxi, inklużi s-sorveljanza umana, it-trattament tal-ilmenti u r-rimedju.

 

2.     Jekk pjan dettaljat biex jittaffew ir-riskji deskritti matul il-valutazzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ma jkunx jista’ jiġi identifikat, l-amministratur għandu joqgħod lura milli jqiegħed fl-użu s-sistema tal-AI b’riskju kbir u jinforma lill-fornitur u lill-Awtorità Superviżorja Nazzjonali kompetenti mingħajr dewmien żejjed. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, skont l-Artikoli 65 u 67, għandhom iqisu din l-informazzjoni meta jinvestigaw sistemi li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali.

 

3.     L-obbligu deskritt fil-paragrafu 1 japplika għall-ewwel użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir. L-amministratur jista’, f’każijiet simili, jirreferi għal valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali mwettqa qabel jew valutazzjoni eżistenti mwettqa mill-fornituri. Jekk, waqt l-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, l-amministratur iqis li l-kriterji elenkati fil-paragrafu 1 ma għadhomx jiġu ssodisfati, huwa għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt ġdida fuq id-drittijiet fundamentali.

 

4.     Matul il-valutazzjoni tal-impatt, l-amministratur, bl-eċċezzjoni tal-SMEs, għandu jinnotifika lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti u għandu, safejn possibbli, jinvolvi lir-rappreżentanti tal-persuni jew tal-gruppi ta’ persuni li aktarx jiġu affettwati mis-sistema tal-AI b’riskju kbir, kif identifikat fil-paragrafu 1, inkluż iżda mhux limitati għal: il-korpi tal-ugwaljanza, l-aġenziji tal-protezzjoni tal-konsumatur, is-sħab soċjali u l-aġenziji tal-protezzjoni tad-data, bil-ħsieb li jirċievu kontribut fil-valutazzjoni tal-impatt. L-amministratur għandu jħalli perjodu ta’ sitt ġimgħat biex il-korpi jwieġbu. L-SMEs jistgħu japplikaw volontarjament id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu.

 

Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 47(1), l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiġu eżentati minn dawn l-obbligi.

 

5.     L-amministratur li jkun awtorità pubblika jew impriża msemmija fl-Artikolu 51(1a)(b)għandu jippubblika sommarju tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt bħala parti mir-reġistrazzjoni tal-użu skont l-obbligu tagħhom taħt l-Artikolu 51(2).

 

6.     Meta l-amministratur ikun diġà meħtieġ iwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2016/680, il-valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq flimkien mal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data. Il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data għandha tiġi ppubblikata bħala addendum.

Emenda 414

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull Stat Membru għandu jiddeżinja jew jistabbilixxi awtorità tan-notifika responsabbli għall-istabbiliment u għat-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni, għad-deżinjazzjoni u għan-notifika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ tagħhom.

1.   Kull Stat Membru għandu jiddeżinja jew jistabbilixxi awtorità tan-notifika responsabbli għall-istabbiliment u għat-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni, għad-deżinjazzjoni u għan-notifika tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ tagħhom. Dawk il-proċeduri għandhom jiġu żviluppati b’kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tan-notifika tal-Istati Membri kollha.

Emenda 415

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-awtoritajiet tan-notifika għandu jkollhom numru biżżejjed ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħhom biex jagħmlu x-xogħol tagħhom sewwa.

7.   L-awtoritajiet tan-notifika għandu jkollhom numru biżżejjed ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħhom biex jagħmlu x-xogħol tagħhom sewwa. Meta applikabbli, il-persunal kompetenti għandu jkollu l-għarfien espert meħtieġ, bħal lawrja f’qasam legali xieraq, fis-superviżjoni tad-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 416

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet tal-konformità jsiru b’mod proporzjonat, filwaqt li jevitaw il-piżijiet bla bżonn għall-fornituri, u li l-korpi notifikati jwettqu l-attivitajiet tagħhom filwaqt li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li topera fih, l-istruttura tagħha u l-grad ta’ kumplessità tas-sistema tal-AI inkwistjoni.

8.   L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet tal-konformità jsiru b’mod proporzjonat u fil-ħin , filwaqt li jevitaw il-piżijiet bla bżonn għall-fornituri, u li l-korpi notifikati jwettqu l-attivitajiet tagħhom filwaqt li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li topera fih, l-istruttura tagħha u l-grad ta’ kumplessità tas-sistema tal-AI inkwistjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu minimizzati l-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet ta’ konformità għall-intrapriżi mikro u żgħar kif definit fl-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

Emenda 417

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33.

1.   L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw biss lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33.

Emenda 418

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tal-għodda ta’ notifika elettronika żviluppata u mmexxija mill-Kummissjoni.

2.   L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tal-għodda ta’ notifika elettronika żviluppata u mmexxija mill-Kummissjoni ta’ kull korp ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmi fil-paragrafu 1 .

Emenda 419

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u t-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali kkonċernati.

3.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u t-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali kkonċernati , kif ukoll l-attestazzjoni rilevanti tal-kompetenza .

Emenda 420

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien xahar mid-data tan-notifika.

4.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp notifikat biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn mill-validazzjoni tan-notifika meta din tinkludi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni msemmi fl-Artikolu 31(2), jew fi żmien xahrejn min-notifika meta din tkun tinkludi l-evidenza dokumentata msemmija fl-Artikolu 31(3) .

Emenda 421

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Fejn jitressqu oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri rilevanti u mal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-awtorizzazzjoni hijiex iġġustifikata jew le. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat u lill-korp rilevanti ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Emenda 422

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.     L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Emenda 423

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-korpi notifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti organizzazzjonali, tal-ġestjoni tal-kwalità, tar-riżorsi u tal-proċessi li huma meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti organizzazzjonali, tal-ġestjoni tal-kwalità, tar-riżorsi u tal-proċessi li huma meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom kif ukoll ir-rekwiżiti minimi taċ-ċibersigurtà stabbiliti għall-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika identifikati bħala operaturi ta’ servizzi essenzjali skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 .

Emenda 424

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-korpi notifikati għandhom ikunu indipendenti mill-fornitur tas-sistema tal-AI b’riskju kbir li fir-rigward tagħha jsiru attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità. Il-korpi notifikati għandhom ikunu indipendenti wkoll minn kull operatur ieħor li jkollu interess ekonomiku fis-sistema tal-AI b’riskju kbir li tiġi vvalutata, kif ukoll minn kull kompetitur tal-fornitur.

4.   Il-korpi notifikati għandhom ikunu indipendenti mill-fornitur tas-sistema tal-AI b’riskju kbir li fir-rigward tagħha jsiru attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità. Il-korpi notifikati għandhom ikunu indipendenti wkoll minn kull operatur ieħor li jkollu interess ekonomiku fis-sistema tal-AI b’riskju kbir li tiġi vvalutata, kif ukoll minn kull kompetitur tal-fornitur. Dan ma għandux jipprekludi l-użu ta’ sistemi tal-AI vvalutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali sistemi għal skopijiet personali.

Emenda 425

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Valutazzjoni tal-konformità skont il-paragrafu 1 għandha titwettaq mill-impjegati tal-korpi notifikati li ma jkunu pprovdew l-ebda servizz ieħor relatat mal-kwistjoni vvalutata għajr il-valutazzjoni tal-konformità lill-fornitur ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir jew lil kwalunkwe persuna ġuridika konnessa ma’ dak il-fornitur fil-perjodu ta’ 12-il xahar qabel il-valutazzjoni u li jkunu impenjaw ruħhom li ma jipprovdulhom tali servizzi fil-perjodu ta’ 12-il xahar wara t-tlestija tal-valutazzjoni.

Emenda 426

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-korpi notifikati għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri dokumentati li jiżguraw li l-persunal, il-kumitati, is-sussidjarji, is-sottokuntratturi tagħhom, u kwalunkwe korp assoċjat jew persunal ta’ korpi esterni jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tiġi fil-pussess tagħhom waqt it-twettiq tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, għajr meta l-iżvelar ikun meħtieġ bil-liġi. Il-persunal tal-korpi notifikati għandu jkun marbut li josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba waqt li jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament, għajr fir-rigward tal-awtoritajiet tan-notifika tal-Istat Membru li fih ikunu qed isiru l-attivitajiet tiegħu.

6.   Il-korpi notifikati għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri dokumentati li jiżguraw li l-persunal, il-kumitati, is-sussidjarji, is-sottokuntratturi tagħhom, u kwalunkwe korp assoċjat jew persunal ta’ korpi esterni jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tiġi fil-pussess tagħhom waqt it-twettiq tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, għajr meta l-iżvelar ikun meħtieġ bil-liġi. Il-persunal tal-korpi notifikati għandu jkun marbut li josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba waqt li jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament, għajr fir-rigward tal-awtoritajiet tan-notifika tal-Istat Membru li fih ikunu qed isiru l-attivitajiet tiegħu. Kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni miksuba minn korpi notifikati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-obbligi ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 70.

Emenda 427

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew jitwettqu minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-fornitur.

3.   L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew jitwettqu minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-fornitur. Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu lista tas-sussidjarji tagħhom disponibbli għall-pubbliku.

Emenda 428

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Korpi notifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika, id-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont dan ir-Regolament.

4.   Korpi notifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika, id-dokumenti rilevanti dwar il-verifika tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont dan ir-Regolament.

Emenda 429

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Numri tal-identifikazzjoni u listi tal-korpi notifikati deżinjati skont dan ir-Regolament

Numri tal-identifikazzjoni u listi tal-korpi notifikati

Emenda 430

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta awtorità tan-notifika jkollha suspetti jew tkun ġiet informata li korp notifikat m’għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33, jew li qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tinvestiga l-kwistjoni bl-akbar diliġenza possibbli. F’dak il-kuntest, hija għandha tinforma lill-korp notifikat ikkonċernat dwar l-oġġezzjonijiet imqajmin u tagħtih il-possibbiltà li jaqsam il-fehmiet tiegħu. Jekk l-awtorità tan-notifika tasal għall-konklużjoni li l-investigazzjoni tal-korp notifikat m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33 jew li qed tonqos milli tissodisfa l-obbligi tagħha , din għandha tillimita , tissospendi jew tirtira n-notifika, kif xieraq, skont is-serjetà tan-nuqqas. Din għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan.

1.   Meta awtorità tan-notifika jkollha suspetti jew tkun ġiet informata li korp notifikat m’għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33, jew li qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tinvestiga l-kwistjoni bl-akbar diliġenza possibbli. F’dak il-kuntest, hija għandha tinforma lill-korp notifikat ikkonċernat dwar l-oġġezzjonijiet imqajmin u tagħtih il-possibbiltà li jaqsam il-fehmiet tiegħu. Jekk l-awtorità tan-notifika tasal għall-konklużjoni li l-korp notifikat m’għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33 jew li qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu , dan għandu jillimita , jissospendi jew jirtira n-notifika, kif xieraq, skont is-serjetà tan-nuqqas. Din għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan.

Emenda 431

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fil-każ ta’ restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ notifika, jew meta l-korp notifikat ikun waqqaf l-attività tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tieħu passi xierqa biex tiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp notifikat jittieħdu fil-kontroll ta’ korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtoritajiet tan-notifika responsabbli meta dawn jitolbu dan.

2.   Fil-każ ta’ restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ notifika, jew meta l-korp notifikat ikun waqqaf l-attività tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tieħu passi xierqa biex tiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp notifikat jittieħdu fil-kontroll ta’ korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtoritajiet tan-notifika u għall-awtorità ta’ sorveljanza tas-suq responsabbli meta dawn jitolbu dan.

Emenda 432

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha meta jkun hemm raġunijiet biex jiġi kkontestat jekk korp notifikat jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33 .

1.   Meta meħtieġ. il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha meta jkun hemm raġunijiet biex tiġi ddubitata l-kompetenza ta’ korp notifikat jew l-issodisfar kontinwu minn korp notifikat tar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet applikabbli .

Emenda 433

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Awtorità tan-notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, meta tintalab, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar in-notifika tal-korp notifikat ikkonċernat.

2.   L-Awtorità tan-notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, meta tintalab, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar in-notifika jew iż-żamma tal-kompetenza tal-korp notifikat ikkonċernat.

Emenda 434

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kunfidenzjali kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha skont dan l-Artikolu tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha skont dan l-Artikolu tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali.

Emenda 435

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33 , hija għandha tadotta deċiżjoni motivata li titlob lill-Istat Membru tan-notifika biex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika jekk dan ikun meħtieġ. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

4.   Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew li ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu , hija għandha tinforma b’dan lill-Istat Membru tan-notifika u titolbu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inklużi s-sospensjoni jew l-irtirar tan-notifika, jekk ikun meħtieġ . Meta l-Istat Membru jonqos milli jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissospendi, tirrestrinġi jew tirtira l-ħatra. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

Emenda 436

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-iskambju tal-għarfien u l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika ta’ notifika.

Emenda 437

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, sa fejn dawk l-istandards ikopru dawk ir-rekwiżiti.

Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir u l-mudelli bażi li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mar-Regolament (UE) 1025/2012 għandhom ikunu preżunti li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu jew tal-Artikolu 28b , sa fejn dawk l-istandards ikopru dawk ir-rekwiżiti.

Emenda 438

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha toħroġ talbiet ta’ standardizzazzjoni li jkopru r-rekwiżiti essenzjali kollha ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 sa… [xahrejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Meta tħejji talba ta’ standardizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Uffiċċju tal-AI u lill-Forum Konsultattiv;

Emenda 439

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta toħroġ talba ta’ standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tispeċifika li l-istandards iridu jkunu konsistenti, inkluż mal-liġi settorjali elenkata fl-Anness II, u mmirati biex jiżguraw li s-sistemi tal-AI jew il-mudelli bażi mqiegħda fis-suq jew fis-servizz fl-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament;

Emenda 440

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-atturi involuti fil-proċess ta’ standardizzazzjoni għandhom iqisu l-prinċipji ġenerali għal AI affidabbli stabbiliti fl-Artikolu 4(a), ifittxu li jippromwovu l-investiment u l-innovazzjoni fl-AI kif ukoll il-kompetittività u t-tkabbir tas-suq tal-Unjoni, u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni globali dwar l-istandardizzazzjoni u filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali eżistenti fil-qasam tal-AI li huma konsistenti mal-valuri, id-drittijiet fundamentali u l-interessi tal-Unjoni, u jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata tal-interessi u parteċipazzjoni effettiva tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha f’konformità mal-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Emenda 441

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.     Meta ma jeżistux standards armonizzati msemmijin fl-Artikolu 40 jew meta l-Kummissjoni tqis li l-istandards armonizzati rilevanti ma jkunux biżżejjed jew li jkun hemm bżonn li jiġi indirizzat tħassib speċifiku dwar is-sikurezza jew id-drittijiet fundamentali, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tadotta speċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

imħassar

Emenda 442

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 74(2) u wara konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-AI u mal-Forum Konsultattiv dwar l-AI, tadotta speċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu jew fl-Artikolu 28b fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

 

(a)

ma hemm l-ebda referenza għal standards armonizzati diġà ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea relatati mar-rekwiżit/i essenzjali, sakemm l-istandard armonizzat inkwistjoni ma jkunx standard eżistenti li jrid jiġi rivedut;

 

(b)

il-Kummissjoni tkun talbet organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza/jabbozzaw standard armonizzat għar-rekwiżit/i essenzjali stabbilit/i fil-Kapitolu 2;

 

(c)

it-talba msemmija fil-punt (b) ma ġiet aċċettata minn ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, jew ikun hemm dewmien bla bżonn fl-istabbiliment ta’ standard armonizzat xieraq; jew l-istandard ipprovdut ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-liġi rilevanti tal-Unjoni, jew ma jikkonformax mat-talba tal-Kummissjoni.

Emenda 443

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Meta l-Kummissjoni tqis li jkun hemm il-ħtieġa li jiġi indirizzat tħassib speċifiku dwar id-drittijiet fundamentali, l-ispeċifikazzjonijiet komuni adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 1a għandhom jindirizzaw ukoll dak it-tħassib speċifiku dwar id-drittijiet fundamentali.

Emenda 444

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa speċifikazzjonijiet komuni għall-metodoloġija biex tissodisfa r-rekwiżit ta’ rapportar u dokumentazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi matul l-iżvilupp, it-taħriġ u l-użu tas-sistema tal-AI b’riskju kbir.

Emenda 445

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-Kummissjoni, meta tħejji l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fil-paragrafu 1 , għandha tiġbor il-fehmiet tal-korpi jew tal-gruppi ta’ esperti rilevanti stabbiliti skont id-dritt settorjali rilevanti tal-Unjoni.

2.    Matul il-proċess kollu tal-abbozzar tal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafi 1a u 1b , il-Kummissjoni għandha tikkonsulta regolarment lill-Uffiċċju tal-AI u lill-Forum Konsultattiv, lill-organizzazzjonijiet u lill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni jew lill-gruppi ta’ esperti stabbiliti skont id-dritt settorjali rilevanti tal-Unjoni kif ukoll lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra . Il-Kummissjoni għandha tissodisfa l-objettivi msemmija fl-Artikolu 40(1c) u tiġġustifika kif xieraq għaliex iddeċidiet li tirrikorri għal speċifikazzjonijiet komuni.

 

Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tadotta speċifikazzjonijiet komuni skont il-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tidentifika wkoll b’mod ċar it-tħassib speċifiku dwar id-drittijiet fundamentali li għandu jiġi indirizzat.

 

Meta tadotta speċifikazzjonijiet komuni skont il-paragrafi 1a u 1b ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni maħruġa mill-Uffiċċju tal-AI msemmija fl-Artikolu 56e(b) ta’ dan ir-Regolament. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma ssegwix l-opinjoni tal-Uffiċċju tal-AI, hija għandha tipprovdi spjegazzjoni motivata lill-Uffiċċju tal-AI.

Emenda 446

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fil-paragrafu  1 għandhom jiġu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, sa fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jkopru dawk ir-rekwiżiti.

3.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fil-paragrafu  1a u 1b għandhom jiġu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, sa fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Emenda 447

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Meta jiġi adottat standard armonizzat minn Organizzazzjoni Ewropea tal-Istandardizzazzjoni u jiġi propost lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-istandard armonizzat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta r-referenza ta’ standard armonizzat tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti msemmija fil-paragrafu 1a u 1b, jew partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu.

Emenda 448

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Meta l-fornituri ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fil-paragrafu 1, huma għandhom jiġġustifikaw kif xieraq li jkunu adottaw soluzzjonijiet tekniċi li jkunu tal-anqas ekwivalenti għalihom.

4.   Meta l-fornituri ta’ sistemi ta’ AI b’riskju kbir ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fil-paragrafu 1, huma għandhom jiġġustifikaw kif xieraq li jkunu adottaw soluzzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-Kapitolu II sa livell tal-anqas ekwivalenti għalihom.

Emenda 449

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   B’kont meħud tal-għan maħsub tagħhom, is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkunu ġew imħarrġa u ttestjati fuq data li tikkonċerna l-issettjar ġeografiku, komportamentali u funzjonali speċifiku li fih ikunu maħsubin li jintużaw għandhom jiġu preżunti li huma f’konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 10(4).

1.   B’kont meħud tal-għan maħsub tagħhom, is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jkunu ġew imħarrġa u ttestjati fuq data li tikkonċerna l-issettjar ġeografiku, komportamentali , kuntestwali u funzjonali speċifiku li fih ikunu maħsubin li jintużaw għandhom jiġu preżunti li huma f’konformità mar-rekwiżiti rispettivi stabbiliti fl-Artikolu 10(4).

Emenda 450

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir elenkati fil-punt 1 tal-Anness III, jekk meta kien qed juri l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, il-fornitur applika standards armonizzati msemmija fl-Artikolu 40 jew, meta applikabbli, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 41, il-fornitur għandu jsegwi waħda mill-proċeduri li ġejjin:

1.   Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir elenkati fil-punt 1 tal-Anness III, jekk meta kien qed juri l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, il-fornitur applika standards armonizzati msemmija fl-Artikolu 40 jew, meta applikabbli, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 41, il-fornitur għandu jagħżel waħda mill-proċeduri li ġejjin:

Emenda 451

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità bbażata fuq il-kontroll intern kif imsemmi fl-Anness VI;

(a)

il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità bbażata fuq il-kontroll intern kif imsemmi fl-Anness VI; jew

Emenda 452

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1– punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità bbażata fuq il-valutazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità u  fuq il-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika, bl-involviment ta’ korp notifikat, imsemmija fl-Anness VII.

(b)

il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità bbażata fuq il-valutazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità u tad-dokumentazzjoni teknika, bl-involviment ta’ korp notifikat, imsemmija fl-Anness VII.

Emenda 453

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk, meta kien qed juri l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, il-fornitur ma applikax jew applika biss parzjalment l-istandards armonizzati msemmijin fl-Artikolu 40 jew, meta dawn l-istandards armonizzati ma jkunux jeżistu u l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fl-Artikolu 41 ma jkunux disponibbli, il-fornitur għandu jsegwi l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness VII.

Meta juri l-konformità ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, il-fornitur għandu jsegwi l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness VII fil-każijiet li ġejjin:

 

(a)

meta ma jeżistux l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 40, li n-numru ta’ referenza tagħhom ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha tas-sikurezza għas-sistema tal-AI, u l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fl-Artikolu 41 ma jkunux disponibbli;

 

(b)

meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (a) jkunu jeżistu iżda l-fornitur ma jkunx applikahom jew ikun applikahom biss parzjalment;

 

(c)

meta wieħed jew aktar mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (a) ikun ġie ppubblikat/ikunu ġew ippubblikati b’restrizzjoni jew biss fuq il-parti tal-istandard li kienet ġiet ristretta;

 

(d)

meta l-fornitur iqis li n-natura, id-disinn, il-kostruzzjoni jew l-iskop tas-sistema tal-AI jeħtieġu verifika minn parti terza, irrispettivament mil-livell ta’ riskju.

Emenda 454

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-fini tal-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Anness VII, il-fornitur jista’ jagħżel xi wieħed mill-korpi notifikati. Madankollu, meta s-sistema tkun maħsuba biex titqiegħed fis-servizz mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil kif ukoll mill-istituzzjonijiet, mill-korpi jew mill-aġenziji tal-UE, l-awtorità ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 63(5) jew (6), kif applikabbli, għandha taġixxi bħala korp notifikat.

Għall-fini tat-twettiq tal-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Anness VII, il-fornitur jista’ jagħżel xi wieħed mill-korpi notifikati. Madankollu, meta s-sistema tkun maħsuba biex titqiegħed fis-servizz mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil kif ukoll mill-istituzzjonijiet, mill-korpi jew mill-aġenziji tal-UE, l-awtorità ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 63(5) jew (6), kif applikabbli, għandha taġixxi bħala korp notifikat.

Emenda 455

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir għandhom jgħaddu minn proċedura ġdida tal-valutazzjoni tal-konformità kull meta jiġu mmodifikati b’mod sostanzjali, irrispettivament minn jekk is-sistema modifikata tkunx maħsuba li tkompli titqassam jew tkompli tintuża mill-utent attwali.

4.   Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir li diġà ġew soġġetti għal proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jgħaddu minn proċedura ġdida tal-valutazzjoni tal-konformità kull meta jiġu mmodifikati b’mod sostanzjali, irrispettivament minn jekk is-sistema modifikata tkunx maħsuba li tkompli titqassam jew tkompli tintuża mill-amministratur attwali.

Emenda 456

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     L-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti t-tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità minn partijiet terzi skont dan l-Artikolu, filwaqt li jitnaqqsu dawk it-tariffi b’mod proporzjonat għad-daqs tagħhom u s-sehem tas-suq tagħhom.

Emenda 457

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 għall-fini tal-aġġornament tal-Annessi VI u tal-Anness VII biex tintroduċi elementi tal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità li jsiru neċessarji fid-dawl tal-progress tekniku.

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 għall-fini tal-aġġornament tal-Annessi VI u tal-Anness VII biex tintroduċi elementi tal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità li jsiru neċessarji fid-dawl tal-progress tekniku. Meta tħejji tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Uffiċċju tal-AI u lill-partijiet ikkonċernati affettwati;

Emenda 458

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-paragrafi 1 u 2 bl-għan li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fil-punti 2 sa 8 tal-Anness III jiġu soġġetti għall-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmijin fl-Anness VII jew għal partijiet minnha. Il-Kummissjoni għandha tadotta tali atti delegati filwaqt li tqis l-effettività tal-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità abbażi ta’ kontroll intern imsemmi fl-Anness VI fil-prevenzjoni jew fil-minimizzazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza u fil-ħarsien tad-drittijiet fundamentali ppreżentati minn tali sistemi kif ukoll id-disponibbiltà ta’ kapaċitajiet u ta’ riżorsi adegwati fost il-korpi notifikati.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-paragrafi 1 u 2 bl-għan li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fil-punti 2 sa 8 tal-Anness III jiġu soġġetti għall-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmijin fl-Anness VII jew għal partijiet minnha. Il-Kummissjoni għandha tadotta tali atti delegati filwaqt li tqis l-effettività tal-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità abbażi ta’ kontroll intern imsemmi fl-Anness VI fil-prevenzjoni jew fil-minimizzazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza u fil-ħarsien tad-drittijiet fundamentali ppreżentati minn tali sistemi kif ukoll id-disponibbiltà ta’ kapaċitajiet u ta’ riżorsi adegwati fost il-korpi notifikati. Meta tħejji tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Uffiċċju tal-AI u lill-partijiet ikkonċernati affettwati;

Emenda 459

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Iċ-ċertifikati maħruġin mill-korpi notifikati f’konformità mal-Annessi  VII , X u XI għandhom jitfasslu b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni determinata mill-Istat Membru meta jkun stabbilit il-korp notifikat jew inkella b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni aċċettabbli b’xi mod ieħor għall-korp notifikat.

1.   Iċ-ċertifikati maħruġin mill-korpi notifikati f’konformità mal-Anness  VII għandhom jitfasslu b’lingwa uffiċjali waħda jew bosta lingwi ddeterminati mill-Istat Membru meta ikun stabbilit il-korp notifikat jew inkella b’lingwa uffiċjali waħda jew bosta lingwi aċċettabbli b’xi mod ieħor għall-korp notifikat.

Emenda 460

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi għall-perjodu indikat minnhom, li m’għandux jaqbeż il-ħames snin. Wara applikazzjoni mill-fornitur, il-validità taċ-ċertifikat tista’ tiġi estiża għal perjodi ulterjuri, li kull wieħed minnhom ma jistax jaqbeż il-ħames snin, fuq bażi ta’ rivalutazzjoni f’konformità mal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità applikabbli.

2.   Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi għall-perjodu indikat minnhom, li m’għandux jaqbeż l-erba’ snin. Wara applikazzjoni mill-fornitur, il-validità taċ-ċertifikat tista’ tiġi estiża għal perjodi ulterjuri, li kull wieħed minnhom ma jistax jaqbeż l-erba’ snin, fuq bażi ta’ rivalutazzjoni f’konformità mal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità applikabbli.

Emenda 461

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta korp notifikat isib li sistema tal-AI m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, waqt li jikkunsidra l-prinċipju tal-proporzjonalità, dan għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat maħruġ jew jimponi restrizzjonijiet fuqha, sakemm ma tkunx żgurata l-konformità mat-tali rekwiżiti b’azzjoni korrettiva xierqa meħuda mill-fornitur tas-sistema sa data tal-iskadenza xierqa stabbilita mill-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

3.   Meta korp notifikat isib li sistema tal-AI m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu, dan għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat maħruġ jew jimponi restrizzjonijiet fuqha, sakemm ma tkunx żgurata l-konformità mat-tali rekwiżiti b’azzjoni korrettiva xierqa meħuda mill-fornitur tas-sistema sa data tal-iskadenza xierqa stabbilita mill-korp notifikat. Il-korp notifikat għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Emenda 462

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati tkun disponibbli għall-partijiet li jkollhom interess leġittimu f’dik id-deċiżjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati , inkluż dwar ċertifikati tal-konformità maħruġa, tkun disponibbli għall-partijiet li jkollhom interess leġittimu f’dik id-deċiżjoni.

Emenda 463

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Korp notifikat għandu jipprovdi lill-korpi notifikati l-oħra li jwettqu attivitajiet simili tal-valutazzjoni tal-konformità li jkopru l-istess teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati mar-riżultati negattivi u, fuq talba, pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.

3.   Korp notifikat għandu jipprovdi lill-korpi notifikati l-oħra li jwettqu attivitajiet simili tal-valutazzjoni tal-konformità bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati mar-riżultati negattivi u, fuq talba, pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.

Emenda 464

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   B’deroga mill-Artikolu 43, kwalunkwe awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista’ tawtorizza t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ sistemi tal-AI speċifiċi b’riskju kbir fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, għal raġunijiet eċċezzjonali ta’ sigurtà pubblika jew għall-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-persuni, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-protezzjoni ta’ assi industrijali u infrastrutturali ewlenin . Dik l-awtorizzazzjoni għandha tkun għal perjodu taż-żmien limitat, filwaqt li jkunu qed jitwettqu l-proċeduri meħtieġa tal-valutazzjoni tal-konformità, u għandha tintemm ladarba jkunu tlestew dawk il-proċeduri. It-tlestija ta’ dawk il-proċeduri għandha ssir mingħajr dewmien żejjed.

1.   B’deroga mill-Artikolu 43, kwalunkwe awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista’ titlob lil awtorità ġudizzjarja biex tawtorizza t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ sistemi tal-AI speċifiċi b’riskju kbir fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, għal raġunijiet eċċezzjonali tal-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-persuni, għall-ħarsien ambjentali u għall-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika . Dik l-awtorizzazzjoni għandha tkun għal perjodu taż-żmien limitat, filwaqt li jkunu qed jitwettqu l-proċeduri meħtieġa tal-valutazzjoni tal-konformità, u għandha tintemm ladarba jkunu tlestew dawk il-proċeduri. It-tlestija ta’ dawk il-proċeduri għandha ssir mingħajr dewmien żejjed.

Emenda 465

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħareġ biss jekk l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tikkonkludi li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu. L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1.

2.   L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħareġ biss jekk l-awtorità superviżorja nazzjonali u l-awtorità ġudizzjarja jikkonkludu li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma lill-Kummissjoni , lill-uffiċċju tal-AI, u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe talba li ssir u kwalunkwe awtorizzazzjoni sussegwenti maħruġa skont il-paragrafu 1.

Emenda 466

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Jekk, fi żmien 15-il jum tal-kalendarju minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni rigward awtorizzazzjoni maħruġa minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies iġġustifikata.

3.   Jekk, fi żmien 15-il jum tal-kalendarju minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni rigward it-talba tal-awtorità superviżorja nazzjonali għal awtorizzazzjoni maħruġa minn awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies iġġustifikata;

Emenda 467

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Meta, fi żmien 15-il jum tal-kalendarju minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, jitqajmu oġġezzjonijiet minn Stat Membru kontra awtorizzazzjoni maħruġa minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru ieħor, jew meta l-Kummissjoni tqis li l-awtorizzazzjoni tmur kontra l-liġi tal-Unjoni jew il-konklużjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-konformità tas-sistema kif imsemmija fil-paragrafu 2 tkun bla bażi valida, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istat Membru rilevanti; l-operatur(i) kkonċernat(i) għandu/għandhom jiġi/u kkonsultat(i) u jkollu/ikollhom il-possibbiltà li jippreżenta(w) il-fehmiet tiegħu/tagħhom. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-awtorizzazzjoni hijiex iġġustifikata jew le. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat u lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi relevanti.

4.   Meta, fi żmien 15-il jum tal-kalendarju minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, jitqajmu oġġezzjonijiet minn Stat Membru kontra talba maħruġa minn awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor, jew meta l-Kummissjoni tqis li l-awtorizzazzjoni tmur kontra l-liġi tal-Unjoni jew il-konklużjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-konformità tas-sistema kif imsemmija fil-paragrafu 2 tkun bla bażi valida, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istat Membru rilevanti u mal-Uffiċċju tal-AI ; l-operatur(i) kkonċernat(i) għandu/għandhom jiġi/u kkonsultat(i) u jkollu/ikollhom il-possibbiltà li jippreżenta(w) il-fehmiet tiegħu/tagħhom. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-awtorizzazzjoni hijiex iġġustifikata jew le. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru kkonċernat u lill-operatur (i) relevanti;

Emenda 468

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Jekk l-awtorizzazzjoni titqies mhux iġġustifikata, din għandha tiġi rtirata mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru kkonċernat.

5.   Jekk l-awtorizzazzjoni titqies mhux iġġustifikata, din għandha tiġi rtirata mill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda 469

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal kull sistema tal-AI u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal 10 snin wara li s-sistema tal-AI tkun tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika s-sistema tal-AI li għaliha tkun tħejjiet. Fuq talba, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti.

1.    Il-fornitur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub li tinqara mill-magni, fiżika jew elettronika għal kull sistema tal-AI b’riskju kbir u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għal 10 snin wara li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tkun tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz. Fuq talba, għandha tiġi sottomessa kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtorità superviżorja nazzjonali u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;

Emenda 470

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li s-sistema tal-AI b’riskju kbir inkwistjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V u għandha tiġi tradotta f’lingwa jew fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni mitlubin mill-Istat(i) Membru/i li fih titqiegħed għad-dispożizzjoni s-sistema tal-AI b’riskju kbir.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li s-sistema tal-AI b’riskju kbir inkwistjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 ta’ dan it-Titolu. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V u għandha tiġi tradotta f’lingwa jew fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni mitlubin mill-Istat(i) Membru/i li fih titqiegħed fis-suq jew għad-dispożizzjoni s-sistema tal-AI b’riskju kbir.

Emenda 471

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jkunu soġġetti għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tkun teħtieġ ukoll dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità unika tal-UE fir-rigward tal-leġiżlazzjonijiet kollha tal-Unjoni applikabbli għas-sistema tal-AI b’riskju kbir. Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li magħha tkun marbuta d-dikjarazzjoni.

3.   Meta s-sistemi tal-AI b’riskju kbir ikunu soġġetti għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tkun teħtieġ ukoll dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, tista’ titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità unika tal-UE fir-rigward tal-leġiżlazzjonijiet kollha tal-Unjoni applikabbli għas-sistema tal-AI b’riskju kbir. Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li magħha tkun marbuta d-dikjarazzjoni.

Emenda 472

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 għall-fini li taġġorna l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE stabbilita fl-Anness V biex tintroduċi elementi li jsiru meħtieġa fid-dawl tal-progress tekniku.

5.    Wara li tikkonsulta l-Uffiċċju tal-AI, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 73 għall-fini li taġġorna l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE stabbilita fl-Anness V biex tintroduċi elementi li jsiru meħtieġa fid-dawl tal-progress tekniku.

Emenda 473

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-markatura CE għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx għal sistemi tal-AI b’riskju kbir. Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx jaqbel li jsir minħabba n-natura tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, din għandha titwaħħal mal-imballaġġ u mad-dokumentazzjoni li takkumpanjaha, skont kif ikun xieraq.

1.   Il-markatura fiżika CE għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġġibbli u li ma jitħassarx għal sistemi tal-AI b’riskju kbir qabel ma s-sistema tal-AI b’riskju kbir titqiegħed fis-suq . Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx jaqbel li jsir minħabba n-natura tas-sistema tal-AI b’riskju kbir, din għandha titwaħħal mal-imballaġġ u mad-dokumentazzjoni li takkumpanjaha, skont kif ikun xieraq. Magħha jista’ jkun hemm ukoll pittogramma jew kwalunkwe markatura oħra li tindika riskju speċjali tal-użu.

Emenda 474

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Għal sistemi tal-AI diġitali b’riskju kbir biss, għandha tintuża markatura CE diġitali biss jekk jista’ jkun hemm aċċess għaliha faċilment permezz tal-interfaċċa li minnha jinkiseb aċċess għas-sistema tal-AI jew permezz ta’ kodiċi li jinqara mill-magni faċilment aċċessibbli jew mezzi elettroniċi oħra.

Emenda 475

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta applikabbli, il-markatura CE għandha tiġi segwita bin-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Artikolu 43. In-numru tal-identifikazzjoni għandu jkun indikat ukoll f’kull materjal promozzjonali li jsemmi li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tissodisfa r-rekwiżiti għall-markatura CE.

3.   Meta applikabbli, il-markatura CE għandha tiġi segwita bin-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Artikolu 43. In-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, taħt l-istruzzjonijiet tiegħu, mir-rappreżentant awtorizzat tal-fornitur. In-numru tal-identifikazzjoni għandu jkun indikat ukoll f’kull materjal promozzjonali li jsemmi li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tissodisfa r-rekwiżiti għall-markatura CE.

Emenda 476

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Meta s-sistemi tal-AI b’riskju kbir ikunu soġġetti għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tipprevedi wkoll it-twaħħil tal-markatura CE, il-markatura CE għandha tindika li s-sistema tal-AI b’riskju kbir tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta’ dik il-liġi l-oħra.

Emenda 477

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornitur għandu, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li s-sistema tal-AI tkun tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

Il-fornitur għandu, għal perjodu li jintemm 10 snin wara li s-sistema tal-AI tkun tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità superviżorja nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

Emenda 478

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma jqiegħed fis-suq jew fis-servizz sistema tal-AI b’riskju kbir msemmija fl-Artikolu 6(2), il-fornitur jew, meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jirreġistra dik is-sistema fil-bażi tad-data tal-UE msemmija fl-Artikolu 60.

Qabel ma jqiegħed fis-suq jew fis-servizz sistema tal-AI b’riskju kbir msemmija fl-Artikolu 6(2), il-fornitur jew, meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jirreġistra dik is-sistema fil-bażi tad-data tal-UE msemmija fl-Artikolu 60 , f’konformità mal-Artikolu 60(2) .

Emenda 479

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Qabel ma jqiegħdu fis-servizz jew jużaw sistema tal-AI b’riskju kbir f’konformità mal-Artikolu 6(2), il-kategoriji ta’ amministraturi li ġejjin għandhom jirreġistraw l-użu ta’ dik is-sistema tal-AI fil-bażi tad-data tal-UE msemmija fl-Artikolu 60.

 

a)

amministraturi li huma awtoritajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni jew amministraturi li jaġixxu f’isimhom;

 

b)

amministraturi li huma impriżi ddeżinjati bħala gwardjan skont ir-Regolament (UE) 2022/1925.

Emenda 480

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-amministraturi li ma jaqgħux taħt is-subparagrafu 1a, għandhom ikunu intitolati jirreġistraw b’mod volontarju l-użu ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir imsemmija fl-Artikolu 6(2) fil-bażi tad-data tal-UE msemmija fl-Artikolu 60.

Emenda 481

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Entrata ta’ reġistrazzjoni aġġornata trid timtela immedjatament wara kull modifika sostanzjali.

Emenda 482

Proposta għal regolament

Titolu IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

OBBLIGI TA’ TRASPARENZA GĦAL ĊERTI SISTEMI TAL-AI

OBBLIGI TA’ TRASPARENZA

Emenda 483

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Obbligi ta’ trasparenza għal ċerti sistemi tal-AI

Obbligi ta’ trasparenza

Emenda 484

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li s-sistemi tal-AI maħsubin biex jinteraġixxu ma’ persuni fiżiċi jkunu ddisinjati u żviluppati b’tali mod li l-persuni fiżiċi jiġu informati li qed jinteraġixxu ma’ sistema tal-AI, sakemm dan ma jkunx ovvju miċ-ċirkostanzi u mill-kuntest tal-użu. Dan l-obbligu m’għandux japplika għas-sistemi tal-AI awtorizzati bil-liġi biex jidentifikaw, jipprevjenu, jinvestigaw u jipprosegwixxu reati kriminali, sakemm dawk is-sistemi ma jkunux disponibbli għall-pubbliku biex jirrapporta reat kriminali.

1.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li s-sistemi tal-AI maħsubin biex jinteraġixxu ma’ persuni fiżiċi jkunu ddisinjati u żviluppati b’tali mod li s-sistema tal-AI, il-fornitur innifsu jew l-utent jinfurmaw lill-persuna fiżika esposta għal sistema tal-AI li qed tinteraġixxi ma’ sistema tal-AI b’mod f’waqtu , ċar intelliġibbli , sakemm dan ma jkunx ovvju miċ-ċirkostanzi u mill-kuntest tal-użu .

 

Meta jkun xieraq u rilevanti, din l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll liema funzjonijiet huma ffaċilitati permezz tal-AI, jekk hemmx sorveljanza umana, u min huwa responsabbli għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, kif ukoll id-drittijiet u l-proċessi eżistenti li, skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, jippermettu lil persuni fiżiċi jew lir-rappreżentanti tagħhom joġġezzjonaw għall-applikazzjoni ta’ tali sistemi għalihom u jfittxu rimedju ġudizzjarju għal deċiżjonijiet meħuda minn sistemi tal-AI jew għal dannu kkawżat minnhom, inkluż id-dritt tagħhom li jitolbu spjegazzjoni. Dan l-obbligu m’għandux japplika għas-sistemi tal-AI awtorizzati bil-liġi biex jidentifikaw, jipprevjenu, jinvestigaw u jipprosegwixxu reati kriminali, sakemm dawk is-sistemi ma jkunux disponibbli għall-pubbliku biex jirrapporta reat kriminali.

Emenda 485

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-utenti ta’ sistema ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet jew ta’ sistema ta’ kategorizzazzjoni bijometrika għandhom jinformaw dwar it-tħaddim tas-sistema lill-persuni fiżiċi esposti għaliha. Dan l-obbligu m’għandux japplika għas-sistemi tal-AI użati għal kategorizzazzjoni bijometrika, li huma permessi bil-liġi li jidentifikaw, jipprevjenu u jinvestigaw reati kriminali.

2.   L-utenti ta’ sistema ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet jew ta’ sistema ta’ kategorizzazzjoni bijometrika li ma tkunx ipprojbita skont l-Artikolu 5 għandhom jinformaw b’mod f’waqtu, ċar u intelliġibbli dwar it-tħaddim tas-sistema lill-persuni fiżiċi esposti għaliha u jiksbu l-kunsens tagħhom qabel l-ipproċessar tad-data bijometrika u data personali oħra tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, ir-Regolament (UE) 2016/1725 u d-Direttiva (UE) 2016/280, kif applikabbli . Dan l-obbligu m’għandux japplika għas-sistemi tal-AI użati għal kategorizzazzjoni bijometrika, li huma permessi bil-liġi li jidentifikaw, jipprevjenu u jinvestigaw reati kriminali.

Emenda 486

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-utenti ta’ sistema tal-AI li tiġġenera jew timmanipula kontenut ta’ immaġni , ta’ awdjo jew ta’ vidjo li sostanzjalment jixbah persuni, oġġetti, postijiet jew entitajiet jew avvenimenti eżistenti u li juri b’mod falz lil persuna li jkun awtentiku jew veritier ( “deep fake” ), għandhom jiżvelaw li l-kontenut ikun ġie ġġenerat jew immanipulat b’mod artifiċjali.

3.   L-utenti ta’ sistema tal-AI li tiġġenera jew timmanipula kontenut ta’ test , ta’ awdjo jew viżiv li juri b’mod falz li jkun awtentiku jew veritier u li fih rappreżentazzjonijiet ta’ persuni li jkun jidher li qed jgħidu jew jagħmlu affarijiet li ma qalux jew li m’għamlux, mingħajr il-kunsens tagħhom ( “deepfake” ), għandhom jiżvelaw b’mod f’waqtu, ċar u viżibbli li l-kontenut ikun ġie ġġenerat jew immanipulat b’mod artifiċjali , kif ukoll, meta jkun possibbli, l-isem tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun iġġeneratu jew immanipulatu. L-iżvelar għandu jfisser l-immarkar tal-kontenut b’mod li jinforma li l-kontenut mhuwiex awtentiku u li jkun viżibbli b’mod ċar għar-riċevitur ta’ dak il-kontenut. Biex jimmarkaw il-kontenut, l-utenti għandhom iqisu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati rilevanti rikonoxxuti b’mod ġenerali.

Emenda 487

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, l-ewwel subparagrafu m’għandux japplika meta l-użu jkun awtorizzat bil-liġi għas-sejbien , għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew ikun meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tad-dritt għal-libertà tal-arti u tax-xjenzi ggarantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u soġġett għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet ta’ partijiet terzi.

3a.     Il-paragrafu 3 m’għandux japplika meta l-użu ta’ sistema tal-AI li tiġġenera jew timmanipula kontenut ta’ test , ta’ awdjo jew viżiv ikun awtorizzat bil-liġi jew jekk ikun meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tad-dritt għal-libertà tal-arti u tax-xjenzi ggarantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u soġġett għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet ta’ partijiet terzi. Meta l-kontenut jifforma parti minn programm ċinematografiku evidentement kreattiv, satiriku, artistiku jew fittizju, minn effetti viżivi ta’ video games u minn xogħlijiet jew programmi analoġi, l-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti fil-paragrafu 3 huma limitati għall-iżvelar tal-eżistenza ta’ tali kontenut iġġenerat jew immanipulat b’mod xieraq, ċar u viżibbli li ma jfixkilx il-wiri tax-xogħol u għall-iżvelar tad-drittijiet tal-awtur applikabbli, meta rilevanti. Lanqas ma għandu jipprevjeni lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi milli jużaw sistemi tal-AI maħsuba biex jidentifikaw id-deepfakes u jipprevjenu, jinvestigaw u jipprosegwixxu reati kriminali marbuta mal-użu tagħhom.

Emenda 488

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 għandha tiġi pprovduta lill-persuni fiżiċi mhux aktar tard miż-żmien tal-ewwel interazzjoni jew esponiment. Għandha tkun aċċessibbli għall-persuni vulnerabbli, bħall-persuni b’diżabilità jew it-tfal, kompleta, meta rilevanti u xieraq, bi proċeduri ta’ intervent jew ta’ senjalazzjoni għall-persuna fiżika esposta, filwaqt li jitqiesu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u rilevanti rikonoxxuti b’mod ġenerali u l-ispeċifikazzjonijiet komuni.

Emenda 489

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Is-sandboxes regolatorji tal-AI stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jew aktar jew mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jipprovdu ambjent ikkontrollat li jiffaċilita l-iżvilupp, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ sistemi innovattivi tal-AI għal żmien limitat qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq jew fis-servizz skont pjan speċifiku. Dan għandu jsir bis-superviżjoni u l-gwida diretti tal-awtoritajiet kompetenti biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u, meta rilevanti, ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri sorveljata fis-sandbox.

1.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mill-inqas sandbox regolatorja waħda tal-AI fil-livell nazzjonali, li għandha tkun operazzjonali sa mhux aktar tard mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Din is-sandbox tista’ tiġi stabbilita wkoll b’mod konġunt ma’ Stat Membru wieħed jew bosta;

Emenda 490

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Jistgħu jiġu stabbiliti wkoll sandboxes regolatorji addizzjonali tal-AI fil-livelli reġjonali jew lokali jew b’mod konġunt ma’ Stati Membri oħra;

Emenda 491

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 b.     Il-Kummissjoni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, waħedhom, b’mod konġunt jew b’kollaborazzjoni ma’ Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jistabbilixxu wkoll sandboxes regolatorji tal-AI fil-livell tal-Unjoni;

Emenda 492

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jallokaw biżżejjed riżorsi biex jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu b’mod effettiv u f’waqtu;

Emenda 493

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.     Is-sandboxes regolatorji tal-AI għandhom, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 53a, jipprovdu ambjent ikkontrollat li jrawwem l-innovazzjoni u jiffaċilita l-iżvilupp, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ sistemi innovattivi tal-AI għal żmien limitat qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq jew fis-servizz skont pjan speċifiku miftiehem bejn il-fornituri prospettivi u l-awtorità kostitwenti.

Emenda 494

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1e.     L-istabbiliment ta’ sandboxes regolatorji tal-AI għandu jkollu l-għan li jikkontribwixxi għall-objettivi li ġejjin:

 

a)

biex l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu gwida għas-sistemi tal-AI lill-fornituri prospettivi biex jiksbu konformità regolatorja ma’ dan ir-Regolament jew meta rilevanti leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

 

b)

biex il-fornituri prospettivi jippermettu u jiffaċilitaw l-ittestjar u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi relatati mas-sistemi tal-AI;

 

c)

apprendiment regolatorju f’ambjent ikkontrollat.

Emenda 495

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1f.     L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jipprovdu gwida u superviżjoni fis-sandbox bil-ħsieb li jidentifikaw ir-riskji, b’mod partikolari għad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, is-saħħa u s-sikurezza u l-ambjent, jittestjaw u juru miżuri ta’ mitigazzjoni għar-riskji identifikati, u l-effettività tagħhom u jiżguraw konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u, meta rilevanti, ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

Emenda 496

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1g.     L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jipprovdu lill-fornituri prospettivi tas-sandbox li jiżviluppaw sistemi tal-AI b’riskju kbir bi gwida u superviżjoni dwar kif jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, sabiex is-sistemi tal-AI jkunu jistgħu joħorġu mis-sandbox li tkun fi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ dan ir-Regolament li ġew ivvalutati fis-sandbox. Sa fejn is-sistema tal-AI tikkonforma mar-rekwiżiti meta toħroġ mis-sandbox, għandu jiġi preżunt li hija f’konformità ma’ dan ir-Regolament. F’dan ir-rigward, ir-rapporti ta’ ħruġ maħluqa mill-awtorità kostitwenti għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew mill-korpi notifikati, kif applikabbli, fil-kuntest tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità jew tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq;

Emenda 497

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sa fejn is-sistemi innovattivi tal-AI jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali jew inkella jaqgħu fil-mandat superviżorju ta’ awtoritajiet nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra li jipprovdu jew jappoġġaw l-aċċess għad-data, l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data u dawk l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra jkunu assoċjati mat-tħaddim tas-sandboxes regolatorji tal-AI.

2.    L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jiżguraw li sa fejn is-sistemi innovattivi tal-AI jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali jew inkella jaqgħu fil-mandat superviżorju ta’ awtoritajiet nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra li jipprovdu jew jappoġġaw l-aċċess għad-data personali , l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data , jew f’każijiet imsemmija fil-paragrafu 1b tal-EDPS, u dawk l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra jkunu assoċjati mat-tħaddim tas-sandboxes regolatorji tal-AI u jkunu involuti fis-superviżjoni ta’ dawk l-aspetti sal-potenzjal sħiħ tal-kompiti u s-setgħat rispettivi tagħhom .

Emenda 498

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Is-sandboxes regolatorji tal-AI m’għandhomx jaffettwaw is-setgħat superviżorji u korrettivi tal-awtoritajiet kompetenti. Kwalunkwe riskju sinifikanti għas-saħħa għas-sikurezza għad-drittijiet fundamentali identifikati matul l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ tali sistemi għandu jirriżulta f’mitigazzjoni immedjata u , fin-nuqqas ta’ din, fis-sospensjoni tal-proċess tal-iżvilupp tal-ittestjar sakemm isseħħ tali mitigazzjoni.

3.   Is-sandboxes regolatorji tal-AI m’għandhomx jaffettwaw is-setgħat superviżorji u korrettivi tal-awtoritajiet kompetenti , inkluż fil-livell reġjonali jew lokali . Kwalunkwe riskju sinifikanti għad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija l-istat tad-dritt, is-saħħa s-sikurezza jew l-ambjent identifikat matul l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ tali sistemi tal-AI għandu jirriżulta f’mitigazzjoni immedjata u adegwata. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu temporanjament jew b’mod permanenti l-proċess tal-ittestjar , jew il-parteċipazzjoni fis-sandbox jekk ma tkun possibbli l-ebda mitigazzjoni effettiva jinformaw lill-uffiċċju tal-AI b’din id-deċiżjoni;

Emenda 499

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-parteċipanti fis-sandboxes regolatorji tal-AI għandhom jibqgħu responsabbli skont il-leġiżlazzjoni dwar ir-responsabbiltà applikabbli tal-Unjoni u tal-Istati Membri għal kwalunkwe ħsara kkawżata lil partijiet terzi bħala riżultat tal-esperimentazzjoni li sseħħ fis-sandbox.

4.   Il-fornituri prospettivi fis-sandboxe regolatorja tal-AI għandhom jibqgħu responsabbli skont il-leġiżlazzjoni dwar ir-responsabbiltà applikabbli tal-Unjoni u tal-Istati Membri għal kwalunkwe ħsara kkawżata lil partijiet terzi bħala riżultat tal-esperimentazzjoni li sseħħ fis-sandbox. Madankollu, dment li l-fornitur/i jirrispetta/w il-pjan speċifiku msemmi fil-paragrafu 1c u t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tiegħu/tagħhom u jsegwi/jsegwu b’rieda tajba l-gwida mogħtija mill-awtoritajiet kostitwenti, ma għandha tiġi imposta ebda multa amministrattiva mill-awtoritajiet għall-ksur ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 500

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkunu stabbilixxew sandboxes regolatorji tal-AI għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali. Dawn għandhom jippreżentaw rapporti annwali lill-Bord u lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati mill-implimentazzjoni ta’ dik l-iskema, inkluż prattiki tajbin, tagħlimiet meħudin u rakkomandazzjonijiet dwar il-konfigurazzjoni tagħhom u, meta rilevanti, dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni sorveljata fis-sandbox.

5.   L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-Uffiċċju tal-AI .

Emenda 501

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jinfurmaw lill-Uffiċċju tal-AI dwar l-istabbiliment ta’ sandbox u jistgħu jitolbu appoġġ u gwida. L-Uffiċċju tal-AI għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku lista ta’ sandboxes ippjanati u eżistenti u din għandha tinżamm aġġornata sabiex titħeġġeġ aktar interazzjoni fis-sandboxes regolatorji u fil-kooperazzjoni tranżnazzjonali;

Emenda 502

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.     L-awtoritajiet kostitwenti għandhom jissottomettu lill-uffiċċju tal-AI u, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx l-unika awtorità kostitwenti, lill-Kummissjoni, rapporti annwali, li jibdew sena wara l-istabbiliment tas-sandbox u mbagħad kull sena sat-terminazzjoni tagħha u rapport finali. Dawk ir-rapporti għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-progress u r-riżultati tal-implimentazzjoni ta’ dawk is-sandboxes, inklużi l-aħjar prattiki, inċidenti, tagħlimiet meħudin u rakkomandazzjonijiet dwar il-konfigurazzjoni tagħhom u, meta rilevanti, dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni sorveljata fis-sandbox. Dawk ir-rapporti annwali jew sommarji tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku online;

Emenda 503

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.    Il-modalitajiet l-kundizzjonijiet tat-tħaddim tas-sandboxes regolatorji tal-AI , inklużi l-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-proċedura għall-applikazzjoni, għall-għażla, għall-parteċipazzjoni u għall-ħruġ mis-sandbox, d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti għandhom ikunu stabbiliti f’atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 74(2).

6.    Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċa unika ddedikata li jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha relatata mas-sandboxes , flimkien ma’ punt ta’ kuntatt uniku fil-livell tal-Unjoni biex issir interazzjoni mas-sandboxes regolatorji biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jqajmu mistoqsijiet mal-awtoritajiet kompetenti, u biex tinstab gwida mhux vinkolanti dwar il-konformità ta’ prodotti, servizzi, mudelli kummerċjali innovattivi li jinkorporaw teknoloġiji tal-AI;

 

Il-Kummissjoni għandha tikkoordina b’mod proattiv mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali kif ukoll lokali, meta rilevanti.

Emenda 504

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     Għall-finijiet tal-paragrafu 1 u 1a, il-Kummissjoni għandu jkollha rwol komplementari, billi tippermetti lill-Istati Membri jibnu fuq l-għarfien espert tagħhom u, min-naħa l-oħra, jassistu u jipprovdu fehim u riżorsi tekniċi lil dawk l-Istati Membri li jitolbu gwida dwar il-konfigurazzjoni u t-tmexxija ta’ dawn is-sandboxes regolatorji.

Emenda 505

Proposta għal regolament

Artikolu 53a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 53a

 

Modalitajiet u funzjonament tas-sandboxes regolatorji tal-AI

 

1.     Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-uffiċċju tal-AI, għandha tadotta att delegat li jagħti dettalji dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-funzjonament u s-superviżjoni tas-sandboxes regolatorji tal-AI, inklużi l-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-proċedura għall-applikazzjoni, l-għażla, il-parteċipazzjoni u l-ħruġ mis-sandbox, u d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti abbażi tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu;

 

2.     Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 73 mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandha tiżgura:

 

a)

li sandboxes regolatorji jkunu miftuħa għal kwalunkwe fornitur prospettiv li japplika ta’ sistema tal-AI li tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla. Il-kriterji għall-aċċess għas-sandbox regolatorja jkunu trasparenti u ġusti u l-awtoritajiet kostitwenti jinfurmaw lill-applikanti bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien tliet xhur mill-applikazzjoni;

 

b)

sandboxes regolatorji jippermettu aċċess wiesa’ u ugwali u jlaħħqu mad-domanda għall-parteċipazzjoni;

 

c)

l-aċċess għas-sandboxes regolatorji tal-AI ikun bla ħlas għall-SMEs u n-negozji ġodda mingħajr preġudizzju għall-kostijiet eċċezzjonali li l-awtoritajiet kostitwenti jistgħu jirkupraw b’mod ġust u proporzjonat;

 

d)

sandboxes regolatorji jiffaċilitaw l-involviment ta’ atturi rilevanti oħra fi ħdan l-ekosistema tal-AI, bħal korpi notifikati u organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni (SMEs, negozji ġodda, intrapriżi, innovaturi, faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni, laboratorji tar-riċerka u tal-esperimentazzjoni u ċentri tal-innovazzjoni diġitali, ċentri ta’ eċċellenza, riċerkaturi individwali), sabiex jippermettu u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni mas-settur pubbliku u privat;

 

e)

jippermettu lin-negozji ġodda jissodisfaw, f’ambjent ikkontrollat, l-obbligi tal-valutazzjoni tal-konformità ta’ dan ir-Regolament jew l-applikazzjoni volontarja tal-kodiċijiet ta’ kondotta msemmija fl-Artikolu 69;

 

f)

il-proċeduri, il-proċessi u r-rekwiżiti amministrattivi għall-applikazzjoni, l-għażla, il-parteċipazzjoni u l-ħruġ mis-sandbox ikunu sempliċi, intelliġibbli faċilment, ikkomunikati b’mod ċar sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-SMEs u tan-negozji ġodda b’kapaċitajiet legali u amministrattivi limitati u jiġu ssimplifikati madwar l-Unjoni, sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni u li l-parteċipazzjoni f’sandbox regolatorja stabbilita minn Stat Membru, mill-Kummissjoni, jew mill-EDPS tkun rikonoxxuta b’mod reċiproku u uniformi u jkollha l-istess effetti legali madwar l-Unjoni;

 

g)

il-parteċipazzjoni fis-sandbox regolatorja tkun limitata għal perjodu li jkun xieraq għall-kumplessità u l-iskala tal-proġett.

 

h)

is-sandboxes għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ għodod u infrastruttura għall-ittestjar, għall-analiżi komparattiva, għall-valutazzjoni u għall-ispjegazzjoni tad-dimensjonijiet tas-sistemi tal-AI rilevanti għas-sandboxes, bħall-eżattezza, ir-robustezza u ċ-ċibersigurtà kif ukoll il-minimizzazzjoni tar-riskji għad-drittijiet fundamentali, l-ambjent u s-soċjetà inġenerali.

 

3.     Il-fornituri prospettivi fis-sandboxes, b’mod partikolari l-SMEs u n-negozji ġodda, għandhom jiġu ffaċilitati l-aċċess għal servizzi ta’ qabel l-użu bħal gwida dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għal servizzi oħra li jżidu l-valur bħal għajnuna bid-dokumenti ta’ standardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni u l-konsultazzjoni, u għal inizjattivi oħra tas-Suq Uniku Diġitali bħal Faċilitajiet tal-Ittestjar ta’ Esperimentazzjoni, Ċentri Diġitali, Ċentri ta’ Eċċellenza, u kapaċitajiet ta’ valutazzjoni komparattiva tal-UE;

Emenda 506

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proċessar ulterjuri ta’ data personali għall-iżvilupp ta’ ċerti sistemi tal-AI fl-interess pubbliku fis-sandbox regolatorja tal-AI

Proċessar ulterjuri ta’ data għall-iżvilupp ta’ ċerti sistemi tal-AI fl-interess pubbliku fis-sandbox regolatorja tal-AI

Emenda 507

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fis-sandbox regolatorja tal-AI, id-data personali miġbura legalment għal finijiet oħrajn għandha tiġi pproċessata għall-finijiet tal-iżvilupp u tal-ittestjar ta’ ċerti sistemi innovattivi tal-AI fis-sandbox bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.   Fis-sandbox regolatorja tal-AI, id-data personali miġbura legalment għal finijiet oħrajn tista’ tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-iżvilupp u tal-ittestjar ta’ ċerti sistemi innovattivi tal-AI fis-sandbox meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

Emenda 508

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

is-sistemi innovattivi tal-AI għandhom jiġu żviluppati għas-salvagwardja tal-interess pubbliku sostanzjali f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:

(a)

is-sistemi tal-AI għandhom jiġu żviluppati għas-salvagwardja tal-interess pubbliku sostanzjali f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:

 

 

(ii)

is-sikurezza pubblika u s-saħħa pubblika, inklużi l-identifikazzjoni, id-dijanjożi, il-prevenzjoni, il-kontroll u t-trattament tal-mard;

 

 

(iii)

livell għoli ta’ protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent, protezzjoni tal-bijodiversità, tniġġis kif ukoll mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih;

 

 

(iiia)

is-sikurezza u r-reżiljenza tas-sistemi tat-trasport, l-infrastruttura u n-networks kritiċi.

Emenda 509

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddidiet għas-sigurtà pubblika, fil-kontroll u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti. L-ipproċessar għandu jkun ibbażat fuq id-dritt tal-Istat Membru jew tal-Unjoni;

imħassar

Emenda 510

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

ikun hemm mekkaniżmi effettivi ta’ monitoraġġ biex jiġi identifikat jekk jistax jinħoloq xi riskju kbir għad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data waqt l-esperimentazzjoni fis-sandbox, u mekkaniżmu ta’ rispons biex jittaffew minnufih dawk ir-riskji u, meta meħtieġ, jitwaqqaf l-ipproċessar;

(c)

ikun hemm mekkaniżmi effettivi ta’ monitoraġġ biex jiġi identifikat jekk jistax jinħoloq xi riskju kbir għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data , kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725 waqt l-esperimentazzjoni fis-sandbox, u mekkaniżmu ta’ rispons biex jittaffew minnufih dawk ir-riskji u, meta meħtieġ, jitwaqqaf l-ipproċessar;

Emenda 511

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

kwalunkwe data personali li għandha tiġi pproċessata fil-kuntest tas-sandbox tkun f’ambjent ta’ pproċessar tad-data funzjonalment separat, iżolat u protett fil-kontroll tal-parteċipanti u persuni awtorizzati biss ikollhom aċċess għal dik id-data;

(d)

kwalunkwe data personali li għandha tiġi pproċessata fil-kuntest tas-sandbox tkun f’ambjent ta’ pproċessar tad-data funzjonalment separat, iżolat u protett fil-kontroll tal-fornitur prospettiv u persuni awtorizzati biss ikollhom aċċess għal dik id-data;

Emenda 512

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

kwalunkwe pproċessar ta’ data personali fil-kuntest tas-sandbox m’għandux iwassal għal miżuri jew għal deċiżjonijiet li jaffettwaw lis-suġġetti tad-data;

(f)

kwalunkwe pproċessar ta’ data personali fil-kuntest tas-sandbox m’għandux iwassal għal miżuri jew għal deċiżjonijiet li jaffettwaw lis-suġġetti tad-data u lanqas ma jaffettwa l-applikazzjoni tad-drittijiet tagħhom stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali ;

Emenda 513

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

kwalunkwe data personali pproċessata fil-kuntest tas-sandbox titħassar ladarba l-parteċipazzjoni fis-sandbox tkun intemmet jew id-data personali tkun laħqet it-tmiem tal-perjodu ta’ żamma tagħha;

(g)

kwalunkwe data personali pproċessata fil-kuntest tas-sandbox tiġi protetta permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa u titħassar ladarba l-parteċipazzjoni fis-sandbox tkun intemmet jew id-data personali tkun laħqet it-tmiem tal-perjodu ta’ żamma tagħha;

Emenda 514

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

il-logs tal-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tas-sandbox jinżammu għad-durata tal-parteċipazzjoni fis-sandbox u għal sena (1) wara t-terminazzjoni tagħha, għall-finijiet uniċi ta’ u biss sakemm tkun meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ responsabbiltà u ta’ dokumentazzjoni skont dan l-Artikolu jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tal-applikazzjoni ;

(h)

il-logs tal-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tas-sandbox jinżammu għad-durata tal-parteċipazzjoni fis-sandbox;

Emenda 515

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)

sommarju qasir tal-proġett tal-AI żviluppat fis-sandbox, tal-objettivi tiegħu u tar-riżultati mistennijin ippubblikata fuq is-sit web tal-awtoritajiet kompetenti.

(j)

sommarju qasir tas-sistema tal-AI żviluppata fis-sandbox, tal-objettivi tagħha, tal-ipotesijiet u tar-riżultati mistennijin, ippubblikata fuq is-sit web tal-awtoritajiet kompetenti;

Emenda 516

Proposta għal regolament

Artikolu 54a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 54a

 

Promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp tal-AI b’appoġġ għal eżiti ta’ benefiċċju soċjali u ambjentali

 

1.     L-Istati Membri għandhom jippromwovu r-riċerka u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tal-AI li jappoġġaw eżiti ta’ benefiċċju soċjali u ambjentali, inklużi iżda mhux limitati għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-AI biex tiżdied l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità, jiġu indirizzati l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi, u jintlaħqu l-miri ta’ sostenibbiltà u ambjentali, billi:

 

(a)

jipprovdu lill-proġetti rilevanti b’aċċess prijoritarju għas-sandboxes regolatorji tal-AI sal-punt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà;

 

(b)

jallokaw finanzjament pubbliku, inkluż minn fondi rilevanti tal-UE, għar-riċerka u l-iżvilupp tal-AI b’appoġġ għal eżiti ta’ benefiċċju soċjali u ambjentali;

 

(c)

jorganizzaw attivitajiet speċifiċi ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, id-disponibbiltà ta’ proċeduri ta’ applikazzjoni għal finanzjament iddedikat, imfassla apposta għall-ħtiġijiet ta’ dawk il-proġetti;

 

(d)

meta xieraq, jistabbilixxu mezzi ddedikati aċċessibbli, inkluż fi ħdan is-sandboxes, għall-komunikazzjoni ma’ proġetti biex jipprovdu gwida u jwieġbu għal domandi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

 

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lis-soċjetà ċivili u lill-partijiet ikkonċernati soċjali biex imexxu jew jipparteċipaw f’tali proġetti;

Emenda 517

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri għall-fornituri u għall-utenti fuq skala żgħira

Miżuri għall-SMEs, għan-negozji ġodda u għall-utenti

Emenda 518

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jipprovdu lill-fornituri fuq skala żgħira u lin-negozji ġodda b’aċċess prijoritarju għas-sandboxes regolatorji tal-AI sal-punt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà;

(a)

jipprovdu lill-SMEs u lin-negozji ġodda , stabbiliti fl-Unjoni, b’aċċess prijoritarju għas-sandboxes regolatorji tal-AI sal-punt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà;

Emenda 519

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1– punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jorganizzaw attivitajiet speċifiċi ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imfasslin għall-ħtiġijiet tal-fornituri u tal-utenti fuq skala żgħira ;

(b)

jorganizzaw attivitajiet speċifiċi ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ żvilupp tal-ħiliet diġitali mtejba dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imfasslin għall-ħtiġijiet tal-SMEs, tan-negozji ġodda u tal-utenti ;

Emenda 520

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

meta xieraq, jistabbilixxu mezz iddedikat għall-komunikazzjoni ma’ fornituri u ma’ utenti fuq skala żgħira u ma’ innovaturi oħrajn biex jipprovdu gwida u jwieġbu għal domandi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(c)

jużaw il-kanali ddedikati eżistenti u meta xieraq, jistabbilixxu kanali ddedikati ġodda għall-komunikazzjoni mal-SMEs, man-negozji ġodda, mal-utenti u ma’ innovaturi oħrajn biex jipprovdu gwida u jwieġbu għal domandi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 521

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

irawmu l-parteċipazzjoni tal-SMEs u ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-proċess tal-iżvilupp tal-istandardizzazzjoni.

Emenda 522

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-fornituri fuq skala żgħira għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti t-tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 43, u jitnaqqsu dawk it-tariffi b’mod proporzjonat għad-daqs tagħhom u  għad-daqs tas-suq.

2.   L-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs, tan-negozji ġodda u tal-utenti għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti t-tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 43, u jitnaqqsu dawk it-tariffi b’mod proporzjonat għall-istadju tal-iżvilupp, għad-daqs tagħhom , għad-daqs tas-suq għad-domanda tas-suq. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod regolari l-kostijiet ta’ ċertifikazzjoni u ta’ konformità għall-SMEs u għan-negozji ġodda, inkluż permezz ta’ konsultazzjonijiet trasparenti mal-SMEs, man-negozji ġodda u mal-utenti u għandha taħdem mal-Istati Membri biex tnaqqas dawn il-kostijiet kemm jista’ jkun. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar dawn is-sejbiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala parti mir-rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta’ dan ir-Regolament previst fl-Artikolu 84(2).

Emenda 523

Proposta għal regolament

Kapitolu 56 – taqsima 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Titolu

 

TAQSIMA 1 Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-Uffiċċju Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali

Emenda 524

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Twaqqif tal-Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali

Twaqqif tal-Uffiċċju Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali

Emenda 525

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Huwa stabbilit “Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali” ( il-“Bord” ).

1.    B’dan huwa stabbilit “Uffiċċju Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali” ( l-“Uffiċċju tal-AI” ). L-Uffiċċju tal-AI għandu jkun korp indipendenti tal-Unjoni. Għandu jkollu personalità ġuridika.

Emenda 526

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-Bord għandu jipprovdi pariri assistenza lill-Kummissjoni biex:

2.    L-Uffiċċju tal-AI għandu jkollu segretarjat, u għandu jkun iffinanzjat mgħammar b’persunal b’mod adegwat għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament.

Emenda 527

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Is-sede tal-Uffiċċju tal-AI għandha tkun fi Brussell.

Emenda 528

Proposta għal regolament

Artikolu 56a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 56a

Struttura

L-istruttura amministrattiva u tat-tmexxija tal-Uffiċċju tal-AI għandha tinkludi:

(a)

bord tat-tmexxija, inkluż president

(b)

segretarjat immaniġġjat minn direttur eżekuttiv;

(c)

forum konsultattiv.

Emenda 529

Proposta għal regolament

Artikolu 56b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 56b

 

Kompiti tal-Uffiċċju tal-AI

 

L-Uffiċċju tal-AI għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

 

a)

jappoġġa u jagħti pariri lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji l-oħra tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jikkoopera magħhom;

 

b)

jimmonitorja u jiżgura l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali;

 

c)

jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament,

 

d)

iservi bħala medjatur f’diskussjonijiet dwar nuqqas ta’ qbil serju li jista’ jinqala’ bejn l-awtoritajiet kompetenti rigward l-applikazzjoni tar-Regolament

 

e)

jikkoordina investigazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 66a;

 

f)

jikkontribwixxi għall-kooperazzjoni effettiva mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

 

g)

jiġbor u jikkondividi l-għarfien espert u l-aħjar prattiki u jassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-għarfien espert organizzattiv u tekniku meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż billi jiffaċilita l-ħolqien u ż-żamma ta’ grupp ta’ esperti tal-Unjoni

 

h)

jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-bord tat-tmexxija tiegħu jew tal-Kummissjoni, kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u joħroġ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew kontributi bil-miktub, inkluż fir-rigward ta’:

 

 

(i)

speċifikazzjonijiet tekniċi jew standards eżistenti;

 

 

(ii)

il-linji gwida tal-Kummissjoni

 

 

(iii)

il-kodiċijiet ta’ kondotta u l-applikazzjoni tagħhom, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;

 

 

(iv)

ir-reviżjoni possibbli tar-Regolament, it-tħejjija tal-atti delegati, u l-allinjamenti possibbli ta’ dan ir-Regolament mal-atti legali elenkati fl-Anness II;

 

 

(v)

ix-xejriet, bħall-kompetittività globali Ewropea fl-intelliġenza artifiċjali, l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fl-Unjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali, u t-theddid sistemiku emerġenti relatat mal-intelliġenza artifiċjali

 

 

(vi)

gwida dwar kif dan ir-Regolament japplika għat-tipoloġija dejjem tevolvi tal-ktajjen tal-valur tal-AI, b’mod partikolari dwar l-implikazzjonijiet li jirriżultaw f’termini ta’ obbligu ta’ rendikont tal-entitajiet kollha involuti

 

i)

joħroġ:

 

 

(i)

rapport annwali li jinkludi evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, rieżami tar-rapporti dwar inċidenti serji kif imsemmi fl-Artikolu 62 u l-funzjonament tal-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 60 u

 

 

(ii)

rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-kategorizzazzjoni ta’ prattiki pprojbiti, sistemi tal-AI b’riskju kbir imsemmija fl-Anness III, il-kodiċijiet ta’ kondotta msemmija fl-Artikolu 69, u l-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali deskritti fl-Artikolu 4a

 

j)

jassisti lill-awtoritajiet fl-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ sandboxes regolatorji u jiffaċilita l-kooperazzjoni fost is-sandboxes regolatorji;

 

k)

jorganizza laqgħat mal-aġenziji u l-korpi ta’ governanza tal-Unjoni li l-kompiti tagħhom huma relatati mal-intelliġenza artifiċjali u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

 

l)

jorganizza konsultazzjonijiet trimestrali mal-forum konsultattiv, u, meta xieraq, konsultazzjonijiet pubbliċi ma’ partijiet ikkonċernati oħra, u jagħmel ir-riżultati ta’ dawk il-konsultazzjonijiet pubbliċi fuq is-sit web tiegħu;

 

m)

jippromwovi s-sensibilizzazzjoni u l-fehim tal-pubbliku dwar il-benefiċċji, ir-riskji, is-salvagwardji u d-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tal-użu ta’ sistemi tal-AI;

 

n)

jiffaċilita l-iżvilupp ta’ kriterji komuni u fehim kondiviż fost l-operaturi tas-suq u l-awtoritajiet kompetenti tal-kunċetti rilevanti previsti f’dan ir-Regolament;

 

o)

jipprovdi monitoraġġ ta’ mudelli bażi u jorganizza djalogu regolari mal-iżviluppaturi ta’ mudelli bażi fir-rigward tal-konformità tagħhom, kif ukoll tas-sistemi tal-AI li jagħmlu użu minn tali mudelli tal-AI

 

p)

jipprovdi gwida interpretattiva dwar kif l-Att dwar l-AI japplika għat-tipoloġija dejjem tevolvi tal-ktajjen tal-valur tal-AI, u x’se jkunu l-implikazzjonijiet li jirriżultaw f’termini ta’ obbligu ta’ rendikont tal-entitajiet kollha involuti fix-xenarji differenti bbażati fuq l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali, inkluż kif rifless fl-istandards armonizzati rilevanti;

 

q)

jipprovdi sorveljanza u monitoraġġ partikolari u jistituzzjonalizza djalogu regolari mal-fornituri ta’ mudelli bażi dwar il-konformità tal-mudelli bażi kif ukoll tas-sistemi tal-AI li jagħmlu użu minn tali mudelli tal-AI mal-Artikolu 28b ta’ dan ir-Regolament, u dwar l-aħjar prattiki tal-industrija għall-awtogovernanza. Kwalunkwe laqgħa bħal din għandha tkun miftuħa għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, għall-korpi notifikati u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jattendu u jagħtu l-kontribut tagħhom.

 

r)

joħroġ u jaġġorna perjodikament linji gwida dwar il-limiti li jikkwalifikaw it-taħriġ ta’ mudell bażi bħala sessjoni kbira ta’ taħriġ; jirreġistra u jimmonitorja każijiet magħrufa ta’ sessjonijiet kbar ta’ taħriġ, u joħroġ rapport annwali dwar is-sitwazzjoni attwali fl-iżvilupp, il-proliferazzjoni, u l-użu ta’ mudelli bażi flimkien ma’ għażliet ta’ politika biex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet speċifiċi għall-mudelli bażi.

 

s)

jippromwovi l-litteriżmu fl-AI skont l-Artikolu 4b.

Emenda 530

Proposta għal regolament

Artikolu 56c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 56c

 

Obbligu ta’ rendikont, indipendenza u trasparenza

 

1.     L-Uffiċċju tal-AI għandu:

 

a.

ikollu obbligu ta’ rendikont lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill, f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

 

b.

jaġixxi b’mod indipendenti meta jwettaq il-kompiti tiegħu jew jeżerċita s-setgħat tiegħu; u

 

c.

jiżgura livell għoli ta’ trasparenza fir-rigward tal-attivitajiet tiegħu u jiżviluppa prattiki amministrattivi tajbin f’dan ir-rigward.

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju tal-AI.

Emenda 531

Proposta għal regolament

Artikolu 57a (ġdid) – TAQSIMA 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Titolu

 

TAQSIMA 2: Bord tat-Tmexxija

Emenda 532

Proposta għal regolament

Artikolu 57a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 57a

 

Kompożizzjoni tal-bord tat-tmexxija

 

1.     Il-bord tat-tmexxija għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin:

 

(a)

rappreżentant wieħed tal-awtorità superviżorja nazzjonali ta’ kull Stat Membru;

 

(b)

rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni,

 

(c)

rappreżentant wieħed mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)

 

(d)

rappreżentant wieħed mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)

 

(e)

rappreżentant wieħed mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

 

Kull rappreżentant ta’ awtorità superviżorja nazzjonali għandu jkollu vot wieħed. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EDPS u tal-FRA ma għandux ikollhom drittijiet tal-vot. Kull membru għandu jkollu membru sostitut. Il-ħatra tal-membri u tal-membri sostituti tal-bord tat-tmexxija għandha tqis il-ħtieġa ta’ bilanċ bejn il-ġeneri. Il-membri tal-bord tat-tmexxija u l-membri sostituti tagħhom għandhom ikunu magħrufa pubblikament.

 

2.     Il-membri u l-membri sostituti tal-bord tat-tmexxija ma għandux ikollhom pożizzjonijiet konfliġġenti jew interessi kummerċjali fir-rigward ta’ kwalunkwe suġġett relatat mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

 

3.     Ir-regoli għal-laqgħat u l-votazzjoni tal-bord tat-tmexxija u l-ħatra u t-tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura msemmija fl-Artikolu – 57b, il-punt (a).

Emenda 533

Proposta għal regolament

Artikolu 57b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 57b

 

Funzjonijiet tal-bord tat-tmexxija

 

1.     Il-bord tat-tmexxija għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

 

(a)

jieħu deċiżjonijiet strateġiċi dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-AI u jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.

 

(b)

jimplimenta r-regoli ta’ proċedura tiegħu;

 

(c)

jadotta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-Uffiċċju tal-AI kif ukoll ir-rapport pubbliku annwali tiegħu u jittrażmetti kemm lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri;

 

(d)

jadotta l-baġit tal-Uffiċċju tal-AI;

 

(e)

jaħtar id-direttur eżekuttiv u, meta rilevanti, jestendi jew iqassar il-mandat tad-direttur eżekuttiv jew ineħħih mill-kariga;

 

(f)

jiddeċiedi dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Uffiċċju tal-AI u, fejn meħtieġ, dwar il-modifika ta’ dawk l-istrutturi interni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Uffiċċju tal-AI;

Emenda 534

Proposta għal regolament

Artikolu 57c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 57c

President tal-bord tat-tmexxija

1.     Il-bord tat-tmexxija għandu jeleġġi President u żewġ Viċi Presidenti minn fost il-membri votanti tiegħu permezz ta’ maġġoranza sempliċi.

2.     Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta’ erba’ snin. Il-mandati tal-President u tal-Viċi President għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu darba.

Emenda 535

Proposta għal regolament

Kapitolu 57 – TAQSIMA 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Struttura tal-Bord

Segretarjat

Emenda 536

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Il-Bord għandu jkun magħmul mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, li għandhom ikunu rrappreżentati mill-kap jew minn uffiċjal ta’ livell għoli ekwivalenti ta’ dik l-awtorità , u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Awtoritajiet nazzjonali oħrajn jistgħu jiġu mistiedna għal-laqgħat, meta l-kwistjonijiet diskussi jkunu rilevanti għalihom .

1.    L-attivitajiet tas-segretarjat għandhom jitmexxew minn direttur eżekuttiv. Id-direttur eżekuttiv għandu jkollu obbligu ta’ rendikont lejn il-bord tat-tmexxija. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat rispettivi tal-bord tat-tmexxija u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni , id-direttur eżekuttiv ma għandu la jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor .

Emenda 537

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-Bord għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, wara l-kunsens tal-Kummissjoni. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jinkludu wkoll l-aspetti operazzjonali relatati mal-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-Bord kif elenkati fl-Artikolu 58. Il-Bord jista’ jistabbilixxi sottogruppi kif xieraq għall-fini tal-eżaminazzjoni ta’ mistoqsijiet speċifiċi.

2.    Id-direttur eżekuttiv għandu jattendi seduti ta’ smigħ dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-AI u għandu jirrapporta dwar it-twettiq tad-dmirijiet tad-direttur eżekuttiv meta jiġi mistieden jagħmel dan mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill .

Emenda 538

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Il-Kummissjoni għandha tippresjedi fuq il-Bord. Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ il-laqgħat u tħejji l-aġenda f’konformità mal-kompiti tal-Bord skont dan ir-Regolament u mar-regoli ta’ proċedura tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ amministrattiv u analitiku għall-attivitajiet tal-Bord skont dan ir-Regolament.

3.    Id-direttur eżekuttiv għandu jirrappreżenta lill-Uffiċċju tal-AI, inkluż f’fora internazzjonali għall-kooperazzjoni fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali;

Emenda 539

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.    Il-Bord jista’ jistieden esperti esterni osservaturi biex jattendu l-laqgħat tiegħu jista’ jorganizza skambji ma’ partijiet terzi interessati biex jinforma l-attivitajiet tiegħu sa livell xieraq. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni tista’ tiffaċilita l-iskambji bejn il-Bord u korpi, uffiċċji , aġenziji u gruppi konsultattivi oħrajn tal-Unjoni.

4.    Is-segretarjat għandu jipprovdi lill-bord tat-tmexxija lill-forum konsultattiv bl-appoġġ analitiku, amministrattiv loġistiku meħtieġ biex iwettaq il-kompiti tal-Uffiċċju tal-AI , inkluż billi:

 

(a)

jimplimenta d-deċiżjonijiet, il-programmi u l-attivitajiet li għandhom jiġu adottati mill-bord tat-tmexxija.

 

(b)

iħejji kull sena l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni, l-abbozz tal-baġit, ir-rapport annwali tal-attività dwar l-Uffiċċju tal-AI, l-abbozzi ta’ opinjonijiet u l-abbozzi ta’ pożizzjonijiet tal-Uffiċċju tal-AI, u jissottomettihom lill-bord tat-tmexxija;

 

(c)

jikkoordina ma’ fora internazzjonali għall-kooperazzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali;

Emenda 540

Proposta għal regolament

Kapitolu 58 – TAQSIMA 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kompiti tal-Bord

Forum Konsultattiv

Emenda 541

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jipprovdi pariri u assistenza lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-Artikolu 56(2), il-Bord għandu b’mod partikolari:

Il-forum konsultattiv għandu jipprovdi lill-Uffiċċju tal-AI bl-input tal-partijiet ikkonċernati fi kwistjonijiet relatati ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 56b, il-punt (l).

Emenda 542

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-sħubija tal-forum konsultattiv għandha tirrappreżenta għażla bbilanċjata ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi l-industrija, in-negozji ġodda, l-SMEs, is-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u l-akkademja. Is-sħubija fil-forum konsultattiv għandha tkun ibbilanċjata fir-rigward tal-interessi kummerċjali u mhux kummerċjali u, fil-kategorija tal-interessi kummerċjali, fir-rigward tal-SMEs u impriżi oħra.

Emenda 543

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 3 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-bord tat-tmexxija għandu jaħtar il-membri tal-forum konsultattiv f’konformità mal-proċedura tal-għażla stabbilita fir-regoli ta’ proċedura tal-Uffiċċju tal-AI u filwaqt li jqis il-ħtieġa ta’ trasparenza u f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2;

Emenda 544

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 4 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-mandat tal-membri tal-forum konsultattiv għandu jkun ta’ sentejn, li jista’ jiġi estiż sa mhux aktar minn erba’ snin.

Emenda 545

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 5 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC), u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għandhom ikunu membri permanenti tal-Forum Konsultattiv. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jkun membru permanenti, mingħajr drittijiet tal-vot.

Emenda 546

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 6 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-forum konsultattiv għandu jfassal ir-regoli ta’ proċedura tiegħu. Huwa għandu jeleġġi żewġ Kopresidenti minn fost il-membri tiegħu, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2. Il-mandat tal-Kopresidenti għandu jkun għal sentejn, li jista’ jiġġedded darba.

Emenda 547

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 7 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-forum konsultattiv għandu jagħmel laqgħat tal-inqas erba’ darbiet fis-sena. Il-forum konsultattiv jista’ jistieden esperti u partijiet ikkonċernati oħra għal-laqgħat tiegħu. Id-direttur eżekuttiv jista’ jattendi, ex officio, il-laqgħat tal-forum konsultattiv.

Emenda 548

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 8 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fit-twettiq tar-rwol tiegħu kif stabbilit fil-paragrafu 1, il-forum konsultattiv jista’ jħejji opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u kontributi bil-miktub.

Emenda 549

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 9 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-forum konsultattiv jista’ jistabbilixxi sottogruppi permanenti jew temporanji kif xieraq bl-iskop li jeżamina kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 550

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 10 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-forum konsultattiv għandu jħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu. Dak ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Emenda 551

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – TAQSIMA 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet Ewropej tal-valutazzjoni komparattiva

Emenda 552

Proposta għal regolament

Artikolu 58a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 58a

Valutazzjoni komparattiva

L-awtoritajiet Ewropej tal-valutazzjoni komprensiva msemmija fl-Artikolu 15(1a) u l-Uffiċċju tal-AI għandhom, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab internazzjonali, jiżviluppaw b’mod konġunt gwida u kapaċitajiet kosteffettivi biex ikejlu u jivvalutaw b’mod komparattiv aspetti tas-sistemi tal-AI u tal-komponenti tal-AI, u b’mod partikolari ta’ mudelli bażi rilevanti għall-konformità u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali, inkluż kif rifless fl-istandards armonizzati rilevanti.

Emenda 553

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Deżinjazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

Deżinjazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali

Emenda 554

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiġu stabbiliti jew iddiżinjati minn kull Stat Membru għall-fini li jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu organizzati b’mod li jkunu ssalvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet u tal-kompiti tagħhom .

1.   Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità superviżorja nazzjonali waħda, li għandha tkun organizzata b’mod li jkunu ssalvagwardjati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet u tal-kompiti tagħha sa …[tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] .

Emenda 555

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità superviżorja nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha taġixxi bħala awtorità tan-notifika u awtorità tas-sorveljanza tas-suq sakemm Stat Membru ma jkollux raġunijiet organizzazzjonali u amministrattivi biex jiddeżinja aktar minn awtorità waħda .

2.    L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tiżgura l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir, relatati ma’ prodotti li għalihom japplikaw l-atti legali elenkati fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti ddiżinjati fl-ambitu ta’ dawk l-atti legali għandhom ikomplu jmexxu l-proċeduri amministrattivi . Madankollu, sakemm każ jinvolvi aspetti koperti esklużivament minn dan ir-Regolament, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu marbuta bil-miżuri relatati ma’ dawk l-aspetti maħruġa mill-awtorità superviżorja nazzjonali ddiżinjata fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha taġixxi bħala awtorità tas-sorveljanza tas-suq .

Emenda 556

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deżinjazzjoni jew bid-deżinjazzjonijiet tagħhom u , meta applikabbli, bir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ aktar minn awtorità waħda .

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku u jikkomunikaw lill-Uffiċċju tal-AI u lill-Kummissjoni l-awtorità superviżorja nazzjonali u informazzjoni dwar kif din tista’ tiġi kkuntattjata, sa… [tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha taġixxi bħala punt uniku ta’ kuntatt għal dan ir-Regolament għandha tkun tista’ tiġi kkuntattjata permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika .

Emenda 557

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiġu pprovduti b’riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom numru suffiċjenti ta’ persunal disponibbli b’mod permanenti li l-kompetenzi u l-għarfien espert tiegħu għandhom jinkludu fehim fil-fond tat-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali, tad-data u tal-computing tad-data, tad-drittijiet fundamentali, tar-riskji għas-saħħa u għas-sikurezza u għarfien tal-istandards u tar-rekwiżiti legali eżistenti.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja nazzjonali tiġi pprovduta b’riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati , u bl-infrastruttura biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal disponibbli b’mod permanenti li l-kompetenzi u l-għarfien espert tiegħu għandu jinkludi fehim fil-fond tat-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali, tad-data u tal-computing tad-data, tal-protezzjoni ta’ data personali, taċ-ċibersigurtà, tal-liġi tal-kompetizzjoni, tad-drittijiet fundamentali, tar-riskji għas-saħħa u għas-sikurezza u għarfien tal-istandards u tar-rekwiżiti legali eżistenti. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u, jekk meħtieġ, jaġġornaw ir-rekwiżiti ta’ kompetenza u riżorsi msemmija f’dan il-paragrafu fuq bażi annwali.

Emenda 558

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a.     Kull awtorità superviżorja nazzjonali għandha teżerċita s-setgħat tagħha u twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod indipendenti, imparzjali u mingħajr preġudizzju. Il-membri ta’ kull awtorità superviżorja nazzjonali għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont dan ir-Regolament, la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand kwalunkwe korp ieħor u għandhom iżommu lura minn kwalunkwe azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom.

Emenda 559

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 b.     L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi taċ-ċibersigurtà stabbiliti għall-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika identifikati bħala operaturi ta’ servizzi essenzjali skont id-Direttiva (UE) 2022/2555.

Emenda 560

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 c.     Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha taġixxi f’konformità mal-obbligi ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 70.

Emenda 561

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar l-istatus tar-riżorsi finanzjarji u umani tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b’valutazzjoni tal-adegwatezza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Bord għad-diskussjoni u għar-rakkomandazzjonijiet possibbli.

5.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar l-istatus tar-riżorsi finanzjarji u umani tal-awtorità superviżorja nazzjonali b’valutazzjoni tal-adegwatezza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Uffiċċju tal-AI għad-diskussjoni u għar-rakkomandazzjonijiet possibbli.

Emenda 562

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.     Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

imħassar

Emenda 563

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jipprovdu gwida u pariri dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż lill-fornituri fuq skala żgħira . Kull meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu gwida u pariri fir-rigward ta’ sistema tal-AI f’oqsma koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu kkonsultati , kif xieraq. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll punt ta’ kuntatt ċentrali wieħed għall-komunikazzjoni mal-operaturi.

7.   L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu jipprovdu gwida u pariri dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż lill-SMEs u lin-negozji ġodda, filwaqt li jqisu l-gwida u l-pariri tal-Uffiċċju tal-AI jew tal-Kummissjoni . Kull meta l-awtorità superviżorja nazzjonali jkollha l-intenzjoni li tipprovdi gwida u pariri fir-rigward ta’ sistema tal-AI f’oqsma koperti minn liġi oħra tal-Unjoni, il-gwida għandha tiġi abbozzata f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont dik il-liġi tal-Unjoni, kif xieraq.

Emenda 564

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   Meta l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi bħala l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni tagħhom.

8.   Meta l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi bħala l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni u għall-koordinazzjoni tagħhom.

Emenda 565

Proposta għal regolament

Artikolu 59a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 59a

 

Il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali f’każijiet li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar

 

1.     Kull awtorità superviżorja nazzjonali għandha twettaq il-kompiti u s-setgħat mogħtija lilha f’konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess.

 

2.     F’każ li jinvolvi żewġ awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew aktar, l-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn sar il-ksur għandha titqies bħala l-awtorità superviżorja nazzjonali ewlenija.

 

3.     Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet superviżorji rilevanti għandhom jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha fi żmien xieraq. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jikkooperaw sabiex jilħqu kunsens.

Emenda 566

Proposta għal regolament

Titolu VII

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

VII BAŻI TAD-DATA TAL-UE GĦAS-SISTEMI AWTONOMI TAL-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI B’RISKJU KBIR

BAŻI TAD-DATA TAL-UE GĦAS-SISTEMI TAL-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI B’RISKJU KBIR

Emenda 567

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bażi tad-data tal-UE għas-sistemi awtonomi tal-AI b’riskju kbir

Bażi tad-data tal-UE għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir

Emenda 568

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   F’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data tal-UE li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 dwar is-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fl-Artikolu 6(2) li huma rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 51.

1.   F’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data pubblika tal-UE li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 2 a dwar is-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fl-Artikolu 6(2) li huma rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 51.

Emenda 569

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Id-data elenkata fl-Anness VIII għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-UE mill-fornituri. Il-Kummissjoni għandha tipprovdilhom appoġġ tekniku u loġistiku.

2.   Id-data elenkata fl-Anness VIII , Taqsima A, għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-UE mill-fornituri.

Emenda 570

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.     Id-data elenkata fl-Anness VIII, Taqsima B, għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-UE mill-amministraturi li huma jew li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet pubbliċi jew l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni u mill-amministraturi li huma impriżi msemmija fl-Artikolu 51(1a) u (1b).

Emenda 571

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data tal-UE għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

3.   L-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data tal-UE għandha tkun disponibbli b’xejn għall-pubbliku , faċli għall-utent u aċċessibbli, faċilment navigabbli u tinqara mill-magni filwaqt li jkun fiha data diġitali strutturata bbażata fuq protokoll standardizzat .

Emenda 572

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-bażi tad-data tal-UE għandu jkun fiha data personali biss sa fejn tkun meħtieġa għall-ġbir u għall-ipproċessar ta’ informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni fiżiċi li huma responsabbli għar-reġistrazzjoni tas-sistema u li għandhom l-awtorità legali biex jirrappreżentaw lill-fornitur.

4.   Il-bażi tad-data tal-UE għandu jkun fiha data personali biss sa fejn tkun meħtieġa għall-ġbir u għall-ipproċessar ta’ informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni fiżiċi li huma responsabbli għar-reġistrazzjoni tas-sistema u li għandhom l-awtorità legali biex jirrappreżentaw lill-fornitur jew lill-amministratur li huwa awtorità pubblika jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni jew amministratur li jaġixxi f’isimhom jew amministratur li huwa impriża msemmija fl-Artikolu 51(1a)(b) u fl-Artikolu 51(1b) .

Emenda 573

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur tal-bażi tad-data tal-UE. Għandha tiżgura wkoll appoġġ tekniku u amministrattiv adegwat lill-fornituri.

5.   Il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur tal-bażi tad-data tal-UE. Għandha tiżgura wkoll appoġġ tekniku u amministrattiv adegwat lill-fornituri u lill-amministraturi .

 

Il-bażi tad-data għandha tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/882.

Emenda 574

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-sistema ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandha tiġbor, tiddokumenta u tanalizza b’mod attiv u sistematiku d-data rilevanti pprovduta mill-utenti jew miġbura permezz ta’ sorsi oħrajn dwar il-prestazzjoni tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir matul il-ħajja tagħhom, u tippermetti lill-fornitur jevalwa l-konformità kontinwa tas-sistemi tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III.

2.   Is-sistema ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandha tiġbor, tiddokumenta u tanalizza b’mod attiv u sistematiku d-data rilevanti pprovduta mill-amministraturi jew miġbura permezz ta’ sorsi oħrajn dwar il-prestazzjoni tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir matul il-ħajja tagħhom, u tippermetti lill-fornitur jevalwa l-konformità kontinwa tas-sistemi tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III. Meta rilevanti, is-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandha tinkludi analiżi tal-interazzjoni ma’ ambjent ta’ sistemi oħra tal-AI, inkluż apparati u software oħra, filwaqt li jitqiesu r-regoli applikabbli minn oqsma bħall-protezzjoni tad-data, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi tal-kompetizzjoni.

Emenda 575

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Is-sistema ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandha tkun ibbażata fuq pjan ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-pjan ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandu jkun parti mid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistipula dispożizzjonijiet dettaljati li jistabbilixxu mudell għall-pjan ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq u l-lista ta’ elementi li għandhom jiġu inklużi fil-pjan.

3.   Is-sistema ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandha tkun ibbażata fuq pjan ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-pjan ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq għandu jkun parti mid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistipula dispożizzjonijiet dettaljati li jistabbilixxu mudell għall-pjan ta’ sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq u l-lista ta’ elementi li għandhom jiġu inklużi fil-pjan sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] .

Emenda 576

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rapportar ta’ inċidenti serji u funzjonament ħażin

Rapportar ta’ inċidenti serji

Emenda 577

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir mqiegħda fis-suq tal-Unjoni għandhom jirrapportaw kull inċident serju jew funzjonament ħażin relatati ma’ dawk is-sistemi li jikkostitwixxu ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsubin biex iħarsu d-drittijiet fundamentali, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn ikun seħħ dak l-inċident jew il-ksur.

1.   Il-fornituri u, meta l-amministraturi jkunu identifikaw inċident serju, l-amministraturi tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imqiegħda fis-suq tal-Unjoni għandhom jirrapportaw kull inċident serju jew funzjonament ħażin relatati ma’ dawk is-sistemi li jikkostitwixxu ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsubin biex iħarsu d-drittijiet fundamentali, lill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istati Membri fejn ikun seħħ dak l-inċident jew il-ksur.

Emenda 578

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din in-notifika għandha ssir minnufih wara li l-fornitur ikun stabbilixxa rabta kawżali bejn is-sistema tal-AI u l-inċident jew il-funzjonament ħażin jew il-probabbiltà raġonevoli ta’ rabta bħal din, u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara li l-fornituri jsiru jafu bl-inċident serju jew bil-funzjonament ħażin .

Din in-notifika għandha ssir mingħajr dewmien żejjed wara li l-fornitur , jew, meta applikabbli l-amministratur, ikun stabbilixxa rabta kawżali bejn is-sistema tal-AI u l-inċident jew il-funzjonament ħażin jew il-probabbiltà raġonevoli ta’ rabta bħal din, u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li l-fornitur jew, meta applikabbli, l-amministratur isir jaf bl-inċident serju .

Emenda 579

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a.     Malli jistabbilixxu rabta kawżali bejn is-sistema tal-AI u l-inċident serju jew il-probabbiltà raġonevoli ta’ tali rabta, il-fornituri għandhom jieħdu azzjonijiet korrettivi xierqa skont l-Artikolu 21.

Emenda 580

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Malli tirċievi notifika relatata ma’ ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma lill-awtoritajiet jew lill-korpi pubbliċi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 64(3). Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida ddedikata biex tiffaċilita l-konformità mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1. Dik il-gwida għandha tinħareġ mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Malli tirċievi notifika relatata ma’ ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma lill-awtoritajiet jew lill-korpi pubbliċi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 64(3). Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida ddedikata biex tiffaċilita l-konformità mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1. Dik il-gwida għandha tinħareġ sa [id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ] u għandha tiġi vvalutata b’mod regolari .

Emenda 581

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.     L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tieħu miżuri xierqa fi żmien 7 ijiem mid-data li tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1. Meta l-ksur iseħħ jew x’aktarx iseħħ fi Stati Membri oħra, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinnotifika lill-Uffiċċju tal-AI u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali rilevanti ta’ dawn l-Istati Membri.

Emenda 582

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmija fil-punt 5(b) tal-Anness III u mqiegħda fis-suq jew imqiegħda fis-servizz minn fornituri li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu regolati bid-Direttiva 2013/36/UE, u għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li huma komponenti tas-sikurezza ta’ apparati, jew li huma stess huma apparati, koperti bir-Regolament (UE) 2017/745 u bir-Regolament (UE) 2017/746 , in-notifika ta’ inċidenti serji jew ta’ funzjonament ħażin għandha tkun limitata għal dak li jikkostitwixxi ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsuba biex tħares id-drittijiet fundamentali .

3.   Għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imsemmija fl-Anness III li huma mqiegħda fis-suq jew imqiegħda fis-servizz minn fornituri li huma soġġetti għal strumenti leġiżlattivi tal-Unjoni li jistabbilixxu obbligi tar-rapportar ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament , in-notifika ta’ inċidenti serji li tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali skont il-liġi tal-Unjoni għandha tkun trasferita għall-awtorità superviżorja nazzjonali .

Emenda 583

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.     L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, fuq bażi annwali, għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju tal-AI dwar l-inċidenti serji rrappurtati lilhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Emenda 584

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Ir-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għas-sistemi tal-AI koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, għall-fini ta’ infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament:

1.   Ir-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għas-sistemi tal-AI u l-mudelli bażi koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, għall-fini ta’ infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament:

Emenda 585

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)

l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jaġixxu bħala awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament u għandu jkollhom l-istess setgħat u obbligi bħall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont ir-Regolament (UE) 2019/1020.

Emenda 586

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tirrapporta lill-Kummissjoni fuq bażi regolari l-eżiti tal-attivitajiet rilevanti ta’ sorveljanza tas-suq. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tirrapporta, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-kompetizzjoni kwalunkwe informazzjoni identifikata matul l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq li tista’ tkun ta’ interess potenzjali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni.

2.   L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju tal-AI kull sena l-eżiti tal-attivitajiet rilevanti ta’ sorveljanza tas-suq. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tirrapporta, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-kompetizzjoni kwalunkwe informazzjoni identifikata matul l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq li tista’ tkun ta’ interess potenzjali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni.

Emenda 587

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.     Għall-fini li jiġi żgurat l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu:

 

(a)

iwettqu spezzjonijiet fuq il-post u remoti mhux imħabbra ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir;

 

(b)

jakkwistaw kampjuni relatati ma’ sistemi tal-AI b’riskju kbir, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet remoti, biex is-sistemi tal-AI jkunu soġġetti għal inġinerija inversa u tinkiseb evidenza ħalli jiġi identifikat in-nuqqas ta’ konformità.

Emenda 588

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Għas-sistemi tal-AI elenkati fil-punt 1(a) sa fejn is-sistemi jintużaw għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, fil-punti 6 u 7 tal-Anness III, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw bħala awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jew l-awtoritajiet superviżorji kompetenti tal-protezzjoni tad-data skont id-Direttiva (UE) 2016/680 , jew ir-Regolament 2016/679 jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jissorveljaw l-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil li jqiegħdu fis-servizz jew li jużaw dawk is-sistemi.

5.   Għas-sistemi tal-AI li jintużaw għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw bħala awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament l-awtoritajiet superviżorji kompetenti tal-protezzjoni tad-data skont id-Direttiva (UE) 2016/680.

Emenda 589

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.    L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iddeżinjati skont dan ir-Regolament u awtoritajiet jew korpi nazzjonali rilevanti oħrajn li jissorveljaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II jew ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tista’ tkun rilevanti għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fl-Anness III.

7.   L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ddeżinjati skont dan ir-Regolament għandhom jikkoordinaw ma’ awtoritajiet jew korpi nazzjonali rilevanti oħrajn li jissorveljaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II jew ta’ liġi oħra tal-Unjoni li tista’ tkun rilevanti għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fl-Anness III.

Emenda 590

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-aċċess għad-data għad-dokumentazzjoni fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jingħataw aċċess sħiħ għas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar użati mill-fornitur, inkluż b’interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (“API”) jew b’mezzi għodod tekniċi xierqa oħra li jippermettu aċċess remot .

1.    Fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom, fuq talba motivata tagħhom, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tingħata aċċess sħiħ għas-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar użati mill-fornitur, jew, fejn rilevanti, mill-amministratur, li huma rilevanti strettament meħtieġa għall-fini tat-talba tagħha b’mezzi u għodod tekniċi xierqa .

Emenda 591

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta jkun meħtieġ biex tiġi vvalutata l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III, u fuq talba motivata, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jingħataw aċċess għall-kodiċi sors tas-sistema tal-AI.

2.   Meta jkun meħtieġ biex tiġi vvalutata l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III, wara li l-modi l-oħrajn kollha raġonevoli biex tiġi vverifikata l-konformità, inkluż il-paragrafu 1, ikunu ġew eżawriti u ntwerew li ma humiex suffiċjenti, u fuq talba motivata, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tingħata wkoll aċċess għall-mudelli għat-taħriġ u dawk imħarrġin tas-sistema tal-AI , inklużi l-parametri rilevanti tagħha għall-mudelli . L-informazzjoni kollha miksuba f’konformità mal-Artikolu 70 għandha tiġi ttrattata bħala informazzjoni kunfidenzjali u għandha tkun soġġetta għal-liġi eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali u għandha titħassar mat-tlestija tal-investigazzjoni li għaliha tkun intalbet l-informazzjoni.

Emenda 592

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.     Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet proċedurali tal-operatur ikkonċernat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

Emenda 593

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali li jissorveljaw jew jinfurzaw ir-rispett tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni u li jipproteġu d-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-użu ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fl-Anness III għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu u jaċċessaw kwalunkwe dokumentazzjoni maħluqa jew miżmuma skont dan ir-Regolament meta l-aċċess għal dik id-dokumentazzjoni jkun meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-kompetenzi skont il-mandat tagħhom fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħhom. L-awtorità jew il-korp pubbliku rilevanti għandu jinforma lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru kkonċernat dwar kwalunkwe talba bħal din.

3.   L-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali li jissorveljaw jew jinfurzaw ir-rispett tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni u li jipproteġu d-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-użu ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fl-Anness III għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu u jaċċessaw kwalunkwe dokumentazzjoni maħluqa jew miżmuma skont dan ir-Regolament meta l-aċċess għal dik id-dokumentazzjoni jkun meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-kompetenzi skont il-mandat tagħhom fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħhom. L-awtorità jew il-korp pubbliku rilevanti għandu jinforma lill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat dwar kwalunkwe talba bħal din.

Emenda 594

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Sa 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jidentifika l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi msemmijin fil-paragrafu 3 u jagħmel lista disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-awtorità superviżorja nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-lista lill-Kummissjoni u  lill-Istati Membri l-oħrajn kollha u jżommu l-lista aġġornata.

4.   Sa 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jidentifika l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi msemmijin fil-paragrafu 3 u jagħmel lista disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-awtorità superviżorja nazzjonali. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw il-lista lill-Kummissjoni , lill-Uffiċċju tal-AI, lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali l-oħrajn kollha u jżommu l-lista aġġornata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq sit web apposta l-lista tal-awtoritajiet kompetenti kollha ddeżinjati mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu.

Emenda 595

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Meta d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ma tkunx biżżejjed biex jiġi aċċertat jekk ikunx seħħ ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali, l-awtorità jew il-korp pubbliku msemmi fil-paragrafu 3 jista’ jagħmel talba motivata lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq biex torganizza l-ittestjar tas-sistema tal-AI b’riskju kbir permezz ta’ mezzi tekniċi. L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha torganizza l-ittestjar bl-involviment mill-qrib tal-awtorità jew tal-korp pubbliku rikjedenti fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli wara t-talba.

5.   Meta d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ma tkunx biżżejjed biex jiġi aċċertat jekk ikunx seħħ ksur tal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali, l-awtorità jew il-korp pubbliku msemmi fil-paragrafu 3 jista’ jagħmel talba motivata lill-awtorità superviżorja nazzjonali, biex torganizza l-ittestjar tas-sistema tal-AI b’riskju kbir permezz ta’ mezzi tekniċi. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha torganizza l-ittestjar bl-involviment mill-qrib tal-awtorità jew tal-korp pubbliku rikjedenti fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli wara t-talba.

Emenda 596

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Is-sistemi tal-AI li jippreżentaw riskju għandhom jinftiehmu bħala prodott li jippreżenta riskju ddefinit fil-punt 19 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020 sa fejn ikunu kkonċernati riskji għas-saħħa jew għas-sikurezza jew għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni .

1.   Is-sistemi tal-AI li jippreżentaw riskju għandhom jinftiehmu bħala sistema tal-AI li għandha l-potenzjal li taffettwa b’mod negattiv is-saħħa u s-sikurezza, id-drittijiet fundamentali tal-persuni b’mod ġenerali, inkluż fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ambjent, is-sigurtà pubblika, jew id-demokrazija jew l-istat tad-dritt u interessi pubbliċi oħra, li huma protetti bil-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli, sa punt li jmur lil hinn minn dak li huwa meqjus bħala raġonevoli u aċċettabbli fir-rigward tal-għan maħsub tagħha jew skont il-kundizzjonijiet normali jew prevedibbli b’mod raġonevoli tal-użu tas-sistema kkonċernata, inkluż it-tul tal-użu u, meta applikabbli, ir-rekwiżiti tat-tqegħid tagħha fis-servizz, l-installazzjoni u l-manutenzjoni tagħha .

Emenda 597

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru jkollha raġunijiet suffiċjenti biex tikkunsidra li sistema tal-AI tippreżenta riskju kif imsemmi fil-paragrafu 1, hija għandha twettaq valutazzjoni tas-sistema tal-AI ikkonċernata fir-rigward tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti u mal-obbligi kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Meta jkunu preżenti riskji għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet jew lill-korpi pubbliċi nazzjonali rilevanti msemmijin fl-Artikolu 64(3). L-operaturi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u mal-awtoritajiet jew mal-korpi pubbliċi nazzjonali l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 64(3).

2.   Meta l-awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru jkollha raġunijiet suffiċjenti biex tikkunsidra li sistema tal-AI tippreżenta riskju kif imsemmi fil-paragrafu 1, hija għandha twettaq valutazzjoni tas-sistema tal-AI ikkonċernata fir-rigward tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti u mal-obbligi kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Meta jkunu preżenti riskji għad-drittijiet fundamentali, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma minnufih ukoll u tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet jew mal-korpi pubbliċi nazzjonali rilevanti msemmijin fl-Artikolu 64(3). Fejn ikun hemm raġuni suffiċjenti biex jitqies li sistema tal-AI tisfrutta l-vulnerabbiltajiet tat-tfal jew tikser id-drittijiet tagħhom intenzjonalment jew mhux intenzjonalment, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandu jkollha d-dmir li tinvestiga l-għanijiet tad-disinn, l-inputs tad-data, l-għażla tal-mudell, l-implimentazzjoni u l-eżiti tas-sistema tal-AI. L-operaturi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtorità superviżorja nazzjonali u mal-awtoritajiet jew mal-korpi pubbliċi nazzjonali l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 64(3);

Emenda 598

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta, waqt li tkun qed issir dik l-evalwazzjoni, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li s-sistema tal-AI ma tkunx konformi mar-rekwiżiti u mal-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament, din għandha mingħajr dewmien teżiġi li l-operatur rilevanti jieħu kull azzjoni korrettiva xierqa biex iġib is-sistema tal-AI konformi, ineħħi s-sistema tal-AI mis-suq, jew jiġbor lura fi żmien raġonevoli, b’mod proporzjonat għan-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxi.

Meta, waqt li tkun qed issir dik l-evalwazzjoni, l-awtorità superviżorja nazzjonali jew, meta rilevanti, l-awtorità pubblika nazzjonali msemmija fl-Artikolu 64(3) issib li s-sistema tal-AI ma tkunx konformi mar-rekwiżiti u mal-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament, din għandha mingħajr dewmien teżiġi li l-operatur rilevanti jieħu kull azzjoni korrettiva xierqa biex iġib is-sistema tal-AI konformi, ineħħi s-sistema tal-AI mis-suq, jew jiġbor lura fi żmien raġonevoli, b’mod proporzjonat għan-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxi , u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il jum ta’ xogħol jew kif previst fil-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni kif applikabbli

Emenda 599

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma lill-korp notifikat rilevanti kif meħtieġ. L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għall-miżuri msemmijin fit-tieni subparagrafu.

L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma lill-korp notifikat rilevanti kif meħtieġ. L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għall-miżuri msemmijin fit-tieni subparagrafu.

Emenda 600

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tqis li n-nuqqas ta’ konformità ma jkunx ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħha, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni u  lill-Istati Membri l-oħrajn dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li hija tkun eżiġiet li jittieħdu mill-operatur.

3.   Meta l-awtorità superviżorja nazzjonali tqis li n-nuqqas ta’ konformità ma jkunx ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħha, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni , lill-Uffiċċju tal-AI lill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien żejjed dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li hija tkun eżiġiet li jittieħdu mill-operatur.

Emenda 601

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Meta l-operatur ta’ sistema tal-AI ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tieħu l-miżuri proviżorji xierqa kollha biex tipprojbixxi jew tirrestrinġi li s-sistema tal-AI issir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħha, tneħħiha mis-suq jew tiġborha lura. L-awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni u  lill-Istati Membri l-oħrajn , mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.   Meta l-operatur ta’ sistema tal-AI ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tieħu l-miżuri proviżorji xierqa kollha biex tipprojbixxi jew tirrestrinġi li s-sistema tal-AI ssir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħha jew titqiegħed fis-servizz , tneħħi s-sistema tal-AI mis-suq jew tiġborha lura. L-awtorità għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni , lill-Uffiċċju tal-AI lill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn dwar dawk il-miżuri.

Emenda 602

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 6 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tas-sistema tal-AI mhux konformi, l-oriġini tas-sistema tal-AI, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u tar-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħudin u l-argumenti mressqin mill-operatur rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

6.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tas-sistema tal-AI mhux konformi, l-oriġini tas-sistema tal-AI u l-katina tal-provvista , in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u tar-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħudin u l-argumenti mressqin mill-operatur rilevanti. B’mod partikolari, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tindika jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

Emenda 603

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

nuqqas tas-sistema tal-AI li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III ;

(a)

nuqqas tas-sistema tal-AI ta’ riskju kbir li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ;

Emenda 604

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 6 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)

nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmijin fl-Artikolu 5;

Emenda 605

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 6 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b b)

nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52.

Emenda 606

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li ma jkunux l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru l tniedi l-proċedura għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI ikkonċernata, u, f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri li ma jkunux l-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru li tniedi l-proċedura għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni , lill-Uffiċċju tal-AI u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI kkonċernata, u, f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

Emenda 607

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies iġġustifikata. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet proċedurali tal-operatur ikkonċernat f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

8.   Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ miżura proviżorja meħuda minn awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor , dik il-miżura għandha titqies iġġustifikata. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet proċedurali tal-operatur ikkonċernat f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020. Il-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu għandu jitnaqqas għal tletin jum fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmija fl-Artikolu 5.

Emenda 608

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-prodott ikkonċernat , bħalma huwa l-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

9.   L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tas-sistema tal-AI kkonċernata , bħalma huwa l-irtirar tas-sistema tal-AI mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

Emenda 609

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9 a.     Kull sena, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jirrappurtaw lill-Uffiċċju tal-AI dwar l-użu ta’ prattiki pprojbiti li jkunu seħħew matul dik is-sena u dwar il-miżuri li jittieħdu biex jiġu eliminati jew jittaffew ir-riskji skont dan l-Artikolu.

Emenda 610

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta, fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 65(5), jitqajmu oġġezzjonijiet minn Stat Membru kontra miżura meħuda minn Stat Membru ieħor , jew meta l-Kummissjoni tqis li l-miżura tmur kontra l-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien mal-operatur jew mal-operaturi rilevanti tal-Istati Membri u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura nazzjonali hix ġustifikata jew le fi żmien 9 xhur min-notifika msemmija fl-Artikolu 65(5) u tinnotifika t-tali deċiżjoni lill-Istat Membru kkonċernat.

1.   Meta, fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 65(5), jew 30 jum fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmija fl-Artikolu 5, jitqajmu oġġezzjonijiet mill-awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru kontra miżura meħuda minn awtorità superviżorja nazzjonali oħra , jew meta l-Kummissjoni tqis li l-miżura tmur kontra l-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien mal-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti u mal-operatur jew mal-operaturi u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura nazzjonali hix ġustifikata jew le fi żmien tliet xhur , jew 60 jum fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmija fl-Artikolu  5, li jibdew min-notifika msemmija fl-Artikolu  65(5) u tinnotifika t-tali deċiżjoni lill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha wkoll tinforma lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali l-oħra kollha b’tali deċiżjoni.

Emenda 611

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li s-sistema tal-AI mhux konformi tiġi rtirata mis-suq tagħhom, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kif xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.

2.   Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kollha ddeżinjati skont dan ir-Regolament għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li s-sistema tal-AI mhux konformi tiġi rtirata mis-suq tagħhom mingħajr dewmien , u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju tal-AI kif xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tirtira l-miżura.

Emenda 612

Proposta għal regolament

Artikolu 66a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 66a

Investigazzjonijiet konġunti

Meta awtorità superviżorja nazzjonali jkollha raġunijiet biex tissuspetta li l-ksur minn fornitur jew amministratur ta’ sistema tal-AI b’riskju kbir jew ta’ mudell bażi għal dan ir-Regolament jammonta għal ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni, jew jaffettwa jew x’aktarx jaffettwa mill-inqas 45 miljun individwu, f’aktar minn Stat Membru wieħed, dik l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma lill-Uffiċċju tal-AI u tista’ titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri fejn ikun seħħ tali ksur biex jibdew investigazzjoni konġunta. L-Uffiċċju tal-AI għandu jipprovdi koordinazzjoni ċentrali għall-investigazzjoni konġunta. Is-setgħat ta’ investigazzjoni għandhom jibqgħu fil-kompetenza tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.

Emenda 613

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta, wara evalwazzjoni skont l-Artikolu 65, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru ssib li għalkemm sistema tal-AI hi konformi ma’ dan ir-Regolament, din tippreżenta riskju għas-saħħa jew s-sikurezza tal-persuni, għal konformità mal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali jew aspetti oħra ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku, din għandha titlob li l-operatur rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li s-sistema tal-AI ikkonċernata , meta titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz, ma tibqax tippreżenta dak ir-riskju , tneħħi s-sistema tal-AI mis-suq jew tiġborha lura fi żmien raġonevoli, b’mod proporzjonat għan-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxi .

1.   Meta, wara evalwazzjoni skont l-Artikolu 65, f’kooperazzjoni sħiħa mal-awtorità pubblika nazzjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 64(3), l-awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru ssib li għalkemm sistema tal-AI hi konformi ma’ dan ir-Regolament, din tippreżenta riskju serju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, għal konformità mal-obbligi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali , jew l-ambjent jew id-demokrazija u l-istat tad-dritt jew aspetti oħra ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku, din għandha titlob li l-operatur rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li s-sistema tal-AI kkonċernata , meta titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz, ma tibqax tippreżenta dak ir-riskju.

Emenda 614

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-fornitur jew operaturi rilevanti oħrajn għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tas-sistemi tal-AI kollha kkonċernati li huma jkunu qiegħdu disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha fl-iskeda ta’ żmien stipulata mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1.

2.   Il-fornitur jew operaturi rilevanti oħrajn għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tas-sistemi tal-AI kollha kkonċernati li huma jkunu qiegħdu disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha fl-iskeda ta’ żmien stipulata mill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda 615

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.     Meta l-fornitur jew operaturi rilevanti oħra jonqsu milli jieħdu azzjoni korrettiva kif imsemmi fil-paragrafu 2 u s-sistema tal-AI tkompli tippreżenta riskju kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità superviżorja nazzjonali tista’ tirrikjedi lill-operatur rilevanti jirtira s-sistema tal-AI mis-suq jew jiġborha lura f’perjodu raġonevoli, proporzjonat man-natura tar-riskju.

Emenda 616

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u  lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data neċessraja għall-identifikazzjoni tas-sistema tal-AI ikkonċernata, tal-oriġini u tal-katina tal-provvista tas-sistema tal-AI, tan-natura tar-riskju involut u tan-natura u tad-durata tal-miżuri nazzjonali meħudin.

3.    L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni , lill-Uffiċċju tal-AI lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data neċessraja għall-identifikazzjoni tas-sistema tal-AI ikkonċernata, tal-oriġini u tal-katina tal-provvista tas-sistema tal-AI, tan-natura tar-riskju involut u tan-natura u tad-durata tal-miżuri nazzjonali meħudin.

Emenda 617

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħudin. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura tkunx iġġustifikata jew le, u meta jkun meħtieġ, tipproponi miżuri xierqa.

4.   Il-Kummissjoni , f’konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-AI, għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati u mal-operatur rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħudin. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, l-Uffiċċju tal-AI għandu jiddeċiedi jekk il-miżura tkunx iġġustifikata jew le, u meta jkun meħtieġ, jipproponi miżuri xierqa.

Emenda 618

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri.

5.   Il-Kummissjoni , f’konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-AI, għandha tikkomunika minnufih id-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati u lill-operaturi rilevanti . Hija għandha tinforma wkoll id-deċiżjoni lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali l-oħra kollha.

Emenda 619

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5 a.     Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida biex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jidentifikaw u jirrettifikaw, fejn meħtieġ, problemi simili li jinqalgħu f’sistemi tal-AI oħra.

Emenda 620

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru tasal għal xi waħda mis-sejbiet li ġejjin, hija għandha tirrikjedi li l-fornitur rilevanti jtemm in-nuqqas fir-rigward ta’ konformità kkonċernat:

1.   Meta awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru tasal għal xi waħda mis-sejbiet li ġejjin, hija għandha tirrikjedi li l-fornitur rilevanti jtemm in-nuqqas fir-rigward ta’ konformità kkonċernat:

Emenda 621

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-markatura tal-konformità tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 49;

(a)

il-markatura CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 49;

Emenda 622

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-markatura tal-konformità ma tkunx twaħħlet;

(b)

il-markatura CE ma tkunx twaħħlet;

Emenda 623

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e a)

id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli;

Emenda 624

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e b)

ir-reġistrazzjoni fil-bażi tad-data tal-UE ma tkunx saret;

Emenda 625

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e c)

meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat ma jkunx inħatar.

Emenda 626

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1 jissokta, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tas-sistema tal-AI b’riskju kbir jew jiżgura li din tinġabar lura jew titneħħa mis-suq.

2.   Meta n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1 jissokta, l-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa u proporzjonati biex tirrestrinġi jew tipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tas-sistema tal-AI b’riskju kbir jew tiżgura li din tinġabar lura jew titneħħa mis-suq mingħajr dewmien. L-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tinforma minnufih lill-Uffiċċju tal-AI dwar in-nuqqas ta’ konformità u l-miżuri meħuda.

Emenda 627

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.

Rimedji

Emenda 628

Proposta għal regolament

Artikolu 68a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 68a

 

Dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità superviżorja nazzjonali

 

1.     Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, kull persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment quddiem awtorità superviżorja nazzjonali, b’mod partikolari fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu jew tagħha, il-post tax-xogħol tiegħu jew tagħha jew il-post tal-ksur allegat tiegħu jew tagħha, jekk huma jqisu li s-sistema tal-AI relatata miegħu jew magħha tikser dan ir-Regolament.

 

2.     L-awtorità superviżorja nazzjonali li magħha jkun sar l-ilment għandha tinforma lill-ilmentatur dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment inkluża l-possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju skont l-Artikolu 78.

Emenda 629

Proposta għal regolament

Artikolu 68b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 68b

 

Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra awtorità superviżorja nazzjonali

 

1.     Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni legalment vinkolanti ta’ awtorità superviżorja nazzjonali li tikkonċernaha.

 

2.     Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv meta l-awtorità superviżorja nazzjonali li tkun kompetenti skont l-Artikolu 59 ma tittrattax ilment jew ma tinformax lis-suġġett tad-data fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu ta’ lment imressaq skont l-Artikolu 68a.

 

3.     Il-proċedimenti kontra awtorità superviżorja nazzjonali għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità superviżorja nazzjonali.

 

4.     Meta jitressqu proċedimenti kontra deċiżjoni ta’ awtorità superviżorja nazzjonali li kienet preċeduta minn opinjoni jew deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni, l-awtorità superviżorja għandha tibgħat dik l-opinjoni jew id-deċiżjoni lill-qorti.

Emenda 630

Proposta għal regolament

Artikolu 68c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 68c

 

Dritt għal spjegazzjoni tat-teħid ta’ deċiżjonijiet individwali

 

1.     Kwalunkwe persuna affettwata soġġetta għal deċiżjoni meħuda mill-amministratur abbażi tal-output minn sistema tal-AI b’riskju kbir li tipproduċi effetti legali jew b’mod simili u sinifikanti taffettwa lilu jew lilha b’mod li huma jqisu li jħalli impatt negattiv fuq is-saħħa, is-sikurezza, id-drittijiet fundamentali, il-benesseri soċjoekonomiku jew kwalunkwe dritt ieħor tagħhom li jirriżulta mill-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandu jkollha d-dritt li titlob mingħand l-amministratur spjegazzjoni ċara u sinifikanti skont l-Artikolu 13(1) dwar ir-rwol tas-sistema tal-AI fil-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, il-parametri ewlenin tad-deċiżjoni meħuda u dwar id-data tal-input relatata.

 

2.     Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-użu ta’ sistemi tal-AI li għalihom jiġu pprovduti eċċezzjonijiet minn jew restrizzjonijiet għall-obbligu skont il-paragrafu 1 mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali sa fejn tali eċċezzjoni jew restrizzjonijiet jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u jkunu miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika.

 

3.     Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13, 14, 15, 55 u 22 tar-Regolament 2016/679.

Emenda 631

Proposta għal regolament

Artikolu 68d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 68d

 

Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828

 

Fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) , għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

“(67A)

Regolament xxxx/xxxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni (ĠU L …)]”.

Emenda 632

Proposta għal regolament

Artikolu 68e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 68e

Rapportar ta’ ksur u protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw

Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tapplika għar-rapportar ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament u l-protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw ksur bħal dan.

Emenda 633

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw it-tfassil ta’ kodiċijiet tal-kondotta maħsuba biex irawmu l-applikazzjoni volontarja għal sistemi tal-AI għajr sistemi tal-AI b’riskju kbir tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III abbażi ta’ speċifikazzjonijiet u soluzzjonijiet tekniċi li huma mezzi xierqa biex tkun żgurata l-konformità ma’ tali rekwiżiti fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistemi.

1.   Il-Kummissjoni , l-Uffiċċju tal-AI u l-Istati Membri għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw it-tfassil ta’ kodiċijiet tal-kondotta maħsuba , inkluż meta jitfasslu sabiex juru kif sistemi tal-AI jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4a u għalhekk jistgħu jitqiesu affidabbli, biex irawmu l-applikazzjoni volontarja għal sistemi tal-AI għajr sistemi tal-AI b’riskju kbir tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III abbażi ta’ speċifikazzjonijiet u soluzzjonijiet tekniċi li huma mezzi xierqa biex tkun żgurata l-konformità ma’ tali rekwiżiti fid-dawl tal-għan maħsub tas-sistemi.

Emenda 634

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-Kummissjoni u l-Bord għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw it-tfassil ta’ kodiċijiet tal-kondotta maħsubin biex irawmu l-applikazzjoni volontarja għas-sistemi tal-AI ta’ rekwiżiti relatati pereżempju mas-sostenibbiltà ambjentali , mal-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà , mal-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fit-tfassil u fl-iżvilupp tas-sistemi tal-AI u mad-diversità tat-timijiet tal-iżvilupp abbażi ta’ objettivi ċari u ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex titkejjel il-kisba ta’ dawk l-objettivi.

2.    Il-kodiċijiet tal-kondotta maħsubin biex irawmu l-konformità volontarja mal-prinċipji sottostanti għas-sistemi tal-AI affidabbli , għandhom , b’mod partikolari:

 

(a)

jimmiraw li jiksbu livell suffiċjenti ta’ litteriżmu fl-AI fost il-persunal tagħhom u persuni oħra li jittrattaw it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-AI sabiex josservaw tali prinċipji;

 

(b)

jivvalutaw sa liema punt is-sistemi tal-AI tagħhom jistgħu jaffettwaw lil persuni vulnerabbli jew lil gruppi ta’ persuni, inklużi t-tfal, l-anzjani, il-migranti u l-persuni b’diżabilità jew jekk jistgħux jiġu stabbiliti miżuri sabiex tiżdied l-aċċessibbiltà, jew inkella jiġu appoġġati tali persuni jew gruppi ta’ persuni;

 

(c)

iqisu l-mod li bih l-użu tas-sistemi tal-AI tagħhom jista’ jkollu impatt jew jista’ jżid id-diversità, il-bilanċ u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

 

(d)

iqisu jekk is-sistemi tal-AI tagħhom jistgħux jintużaw b’mod li, direttament jew indirettament, jista’ jsaħħaħ b’mod residwu jew sinifikanti l-preġudizzji jew l-inugwaljanzi eżistenti;

 

(e)

jirriflettu dwar il-ħtieġa u r-rilevanza li jkunu stabbiliti timijiet ta’ żvilupp diversi bil-ħsieb li jiġi żgurat disinn inklużiv tas-sistemi tagħhom;

 

(f)

iqisu bir-reqqa jekk is-sistemi tagħhom jistax ikollhom impatt negattiv fuq is-soċjetà, b’mod partikolari fir-rigward tal-istituzzjonijiet politiċi u l-proċessi demokratiċi;

 

(g)

jevalwaw kif is-sistemi tal-AI jistgħu jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà ambjentali u b’mod partikolari għall-impenji tal-Unjoni skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew u d-Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali.

Emenda 635

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jitfasslu minn fornituri individwali ta’ sistemi tal-AI jew minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom jew mit-tnejn li huma, inkluż bl-involviment tal-utenti u ta’ kwalunkwe parti kkonċernata u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom. Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jkopru sistema waħda jew aktar tal-AI filwaqt li titqies is-similarità tal-għan maħsub tas-sistemi rilevanti.

3.   Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jitfasslu minn fornituri individwali ta’ sistemi tal-AI jew minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom jew mit-tnejn li huma, inkluż bl-involviment tal-utenti u ta’ kwalunkwe parti kkonċernata , inklużi r-riċerkaturi xjentifiċi, u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom , b’mod partikolari t-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur . Il-kodiċijiet tal-kondotta jistgħu jkopru sistema waħda jew aktar tal-AI filwaqt li titqies is-similarità tal-għan maħsub tas-sistemi rilevanti. Il-fornituri li jadottaw kodiċijiet tal-kondotta jiddeżinjaw mill-inqas persuna fiżika waħda responsabbli għall-monitoraġġ intern.

Emenda 636

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni u  l-Bord għandhom iqisu l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-fornituri fuq skala żgħira u tan-negozji ġodda meta jħeġġu u jiffaċilitaw it-tfassil ta’ kodiċijiet tal-kondotta.

4.   Il-Kummissjoni u  l-Uffiċċju tal-AI għandhom iqisu l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs u tan-negozji ġodda meta jħeġġu u jiffaċilitaw it-tfassil ta’ kodiċijiet tal-kondotta.

Emenda 637

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-korpi notifikati involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti u tal-attivitajiet tagħhom b’tali mod li jipproteġu, b’mod partikolari:

1.    Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-korpi notifikati , l-Uffiċċju tal-AI u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti u tal-attivitajiet tagħhom b’tali mod li jipproteġu, b’mod partikolari;

Emenda 638

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew is-sigrieti kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, inkluż il-kodiċi sors, għajr il-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2016/943 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom.

(a)

id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew is-sigrieti kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2004/48/KE u 2016/943/KE, inkluż il-kodiċi sors, għajr il-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2016/943 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom;

Emenda 639

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)

l-interessi pubbliċi u tas-sigurtà nazzjonali

Emenda 640

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a.     L-awtoritajiet involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont il-paragrafu 1 għandhom jimminimizzaw il-kwantità ta’ data mitluba għall-iżvelar tad-data li hija strettament meħtieġa għar-riskju perċepit u għall-valutazzjoni ta’ dak ir-riskju. Huma għandhom iħassru d-data hekk kif ma tkunx aktar meħtieġa għall-iskop li tkun intalbet għalih. Huma għandhom ipoġġu fis-seħħ ċibersigurtà, miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati u effettivi biex jipproteġu s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data miksuba fit-twettiq tal-kompiti u l-attivitajiet tagħhom;

Emenda 641

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-informazzjoni skambjata fuq bażi kunfidenzjali bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Kummissjoni m’għandhiex tiġi żvelata mingħajr il-konsultazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-oriġini u  tal-utent meta s-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fil-punti 1, 6 u 7 tal-Anness III jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil, meta tali żvelar ikun jipperikola l-interessi tas-sigurtà pubblika u nazzjonali.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 1 a , l-informazzjoni skambjata fuq bażi kunfidenzjali bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Kummissjoni m’għandhiex tiġi żvelata mingħajr il-konsultazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-oriġini u  tal-amministratur meta s-sistemi tal-AI b’riskju kbir msemmijin fil-punti 1, 6 u 7 tal-Anness III jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil, meta tali żvelar ikun jipperikola s-sigurtà pubblika jew nazzjonali.

Emenda 642

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u l-obbligi tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-korpi notifikati fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni u d-disseminazzjoni tat-twissijiet, u lanqas l-obbligi tal-persuni kkonċernati li jipprovdu informazzjoni skont il-liġi kriminali tal-Istati Membri.

3.   Il-paragrafi 1 , 1a u 2 m’għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u l-obbligi tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-korpi notifikati fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni u d-disseminazzjoni tat-twissijiet, u lanqas l-obbligi tal-persuni kkonċernati li jipprovdu informazzjoni skont il-liġi kriminali tal-Istati Membri;

Emenda 643

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw, meta meħtieġ, informazzjoni kunfidenzjali mal-awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi li magħhom ikunu kkonkludew arranġamenti bilaterali jew multilaterali dwar il-kunfidenzjalità li jiggarantixxu livell adegwat ta’ kunfidenzjalità.

4.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw, meta strettament meħtieġ u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ ftehimiet internazzjonali u kummerċjali , informazzjoni kunfidenzjali mal-awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi li magħhom ikunu kkonkludew arranġamenti bilaterali jew multilaterali dwar il-kunfidenzjalità li jiggarantixxu livell adegwat ta’ kunfidenzjalità.

Emenda 644

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Penali u multi

Penali

Emenda 645

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   F’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali, inklużi l-multi amministrattivi, applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati kif xieraq u b’mod effettiv. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, u dissważivi. Għandhom iqisu b’mod partikolari l-interessi tal-fornituri fuq skala żgħira u tan-negozji ġodda u l-vijabbiltà ekonomika tagħhom.

1.   F’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali, applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament minn kwalunkwe operatur, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati kif xieraq u b’mod effettiv u allinjati mal-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni u mill-Uffiċċju tal-AI, skont l-Artikolu 82b . Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, u dissważivi. Għandhom iqisu l-interessi tal-SMEs u tan-negozji ġodda u l-vijabbiltà ekonomika tagħhom;

Emenda 646

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha , mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] dwar dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawhom , mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Emenda 647

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Il-ksur li ġej għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR  30 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 6  % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla:

3.    In-nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmija fl-Artikolu 5 għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 40 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 7  % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla:

Emenda 648

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmijin fl-Artikolu 5;

imħassar

Emenda 649

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10.

imħassar

Emenda 650

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.     In-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 u 13 għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 20 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 4 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla.

Emenda 651

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   In-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI ma’ kwalunkwe rekwiżit jew obbligu skont dan ir-Regolament, għajr dawk stabbiliti fl-Artikoli 5 u  10 , għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR  20 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 4 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla.

4.   In-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI jew tal-mudell bażi ma’ kwalunkwe rekwiżit jew obbligu skont dan ir-Regolament, għajr dawk stabbiliti fl-Artikoli 5 , 10 13 , għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR  10 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 2 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla;

Emenda 652

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-forniment ta’ informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa lill-korpi notifikati u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bi tweġiba għal talba għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR  10 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 2 % tal-fatturat annwali dinji totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-iżjed.

5.   Il-forniment ta’ informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa lill-korpi notifikati u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bi tweġiba għal talba għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR  5 000 000 jew, jekk l-awtur ikun kumpanija, sa 1 % tal-fatturat annwali dinji totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-iżjed.

Emenda 653

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont tal-multa amministrattiva f’kull każ individwali, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika u għandha tingħata attenzjoni xierqa lil dawn li ġejjin:

6.    Jistgħu jiġu imposti multi minbarra jew minflok miżuri mhux monetarji bħal ordnijiet jew twissijiet. Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont tal-multa amministrattiva f’kull każ individwali, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika u għandha tingħata attenzjoni xierqa lil dawn li ġejjin;

Emenda 654

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u l-konsegwenzi tiegħu;

(a)

in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u l-konsegwenzi tiegħu , filwaqt li jitqiesu l-iskop tas-sistema tal-AI, kif ukoll, fejn xieraq, in-numru ta’ persuni affettwati, u l-livell ta’ dannu mġarrab minnhom ;

Emenda 655

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jekk ikunux diġà ġew applikati multi amministrattivi minn awtoritajiet oħrajn tas-sorveljanza tas-suq fuq l-istess operatur għall-istess ksur.

(b)

jekk ikunux diġà ġew applikati multi amministrattivi minn awtoritajiet superviżorji nazzjonali oħrajn ta’ Stat Membru wieħed jew aktar fuq l-istess operatur għall-istess ksur;

Emenda 656

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

id-daqs u  s-sehem mis-suq tal-operatur li jwettaq il-ksur;

(c)

id-daqs u  l-fatturat annwali tal-operatur li jwettaq il-ksur;

Emenda 657

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c a)

kwalunkwe azzjoni li tittieħed mill-operatur biex ittaffi l-ħsara tad-dannu li jġarrbu l-persuni affettwati;

Emenda 658

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c b)

il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

Emenda 659

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c c)

il-grad ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sabiex jiġi rimedjat il-ksur u jittaffew l-effetti avversi possibbli tal-ksur;

Emenda 660

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c d)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-operatur filwaqt li jitqiesu l-miżuri tekniċi u organizzattivi implimentati minnhom;

Emenda 661

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt ce (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c e)

il-mod li bih il-ksur sar magħruf mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’mod partikolari jekk, u jekk il-każ ikun hekk, sa liema punt, l-operatur innotifika l-ksur;

Emenda 662

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt cf (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c f)

aderenza ma’ kodiċijiet ta’ kondotta approvati jew mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni approvati;

Emenda 663

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt cg (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c g)

kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti mill-operatur;

Emenda 664

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6 – punt ch (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c h)

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

Emenda 665

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi regoli dwar jekk jistgħux jiġu imposti multi amministrattivi fuq l-awtoritajiet u fuq il-korpi pubbliċi stabbiliti f’dak l-Istat Membru u, jekk jistgħu, sa liema punt.

7.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi regoli dwar multi amministrattivi li għandhom jiġu imposti fuq l-awtoritajiet u fuq il-korpi pubbliċi stabbiliti f’dak l-Istat Membru u, jekk jistgħu, sa liema punt;

Emenda 666

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8 a.     Il-penali msemmija f’dan l-Artikolu kif ukoll il-kostijiet ta’ litigazzjoni assoċjati u t-talbiet ta’ indennifikazzjoni jistgħu ma jkunux is-soġġett ta’ klawżoli kuntrattwali jew forma oħra ta’ ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-piż bejn il-fornituri u d-distributuri, l-importaturi, l-amministraturi jew kwalunkwe parti terza oħra;

Emenda 667

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8 b.     Fuq bażi annwali, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, għandhom jirrapportaw lill-Uffiċċju tal-AI dwar il-multi li jkunu ħarġu matul dik is-sena, skont dan l-Artikolu;

Emenda 668

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 8c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8 c.     L-eżerċizzju mill-awtoritajiet kompetenti tas-setgħat tagħhom skont dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għal salvagwardji proċedurali xierqa skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, inklużi rimedju ġudizzjarju u proċess dovut.

Emenda 669

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u l-konsegwenzi tiegħu;

(a)

in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u l-konsegwenzi tiegħu; , filwaqt li jitqiesu l-iskop tas-sistema tal-AI kkonċernata, kif ukoll in-numru ta’ persuni affettwati u l-livell ta’ dannu mġarrab minnhom, u kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti ieħor;

Emenda 670

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a a)

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-istituzzjoni, aġenzija jew korp tal-Unjoni biex jittaffa d-dannu mġarrab mill-persuni affettwati;

Emenda 671

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a b)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-istituzzjoni, aġenzija jew korp tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-miżuri tekniċi u organizzattivi implimentati minnhom;

Emenda 672

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 1– punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex jiġi rrimedjat il-ksur u jittaffew l-effetti avversi possibbli tal-ksur, inkluża l-konformità ma’ kwalunkwe waħda mill-miżuri li qabel kienu ordnati mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kontra l-istituzzjoni jew l-aġenzija jew il-korp tal-Unjoni kkonċernati fir-rigward tal-istess suġġett;

(b)

il-grad ta’ kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex jiġi rrimedjat il-ksur u jittaffew l-effetti avversi possibbli tal-ksur, inkluża l-konformità ma’ kwalunkwe waħda mill-miżuri li qabel kienu ordnati mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kontra l-istituzzjoni jew l-aġenzija jew il-korp tal-Unjoni kkonċernati fir-rigward tal-istess suġġett;

Emenda 673

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c a)

il-mod li bih il-ksur sar magħruf mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, b’mod partikolari jekk, u jekk ikun hekk il-każ sa fejn, l-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni nnotifikawx il-ksur;

Emenda 674

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c b)

il-baġit annwali tal-korp;

Emenda 675

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-ksur li ġej għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 500 000 :

2.    In-nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmija fl-Artikolu 5 għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 1 500 000 000 .

Emenda 676

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

nuqqas ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-intelliġenza artifiċjali msemmijin fl-Artikolu 5;

imħassar

Emenda 677

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.     in-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 1 000 000 .

Emenda 678

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   In-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI ma’ kwalunkwe rekwiżit jew obbligu skont dan ir-Regolament, għajr dawk stabbiliti fl-Artikoli 5 u 10, għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 250 000 .

3.   In-nuqqas ta’ konformità tas-sistema tal-AI ma’ kwalunkwe rekwiżit jew obbligu skont dan ir-Regolament, għajr dawk stabbiliti fl-Artikoli 5 u 10, għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 750 000 .

Emenda 679

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-fondi miġburin bl-impożizzjoni ta’ multi f’dan l-Artikolu għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

6.   Il-fondi miġburin bl-impożizzjoni ta’ multi f’dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-multi ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim effettiv tal-istituzzjoni, tal-korp jew tal-aġenzija tal-Unjoni mmultati.

Emenda 680

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6 a.     Fuq bażi annwali, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandu jinnotifika lill-Uffiċċju tal-AI dwar il-multi li jkun impona skont dan l-Artikolu.

Emenda 681

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 11(3), fl-Artikolu 43(5) u (6) u fl-Artikolu 48(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat minn [id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4, fl-Artikolu 7(1), fl-Artikolu 11(3), fl-Artikolu 43(5) u (6) u fl-Artikolu 48(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

Emenda 682

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.     Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-istituzzjonijiet, l-Uffiċċju, il-Forum Konsultattiv u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

Ladarba l-Kummissjoni tiddeċiedi li tabbozza att delegat, għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew b’dan il-fatt. Din in-notifika ma tpoġġix obbligu fuq il-Kummissjoni li tadotta l-att imsemmi.

Emenda 683

Proposta għal regolament

Artikolu 81a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 81a

 

Emenda għar-Regolament (UE) 2019/1020

 

Ir-Regolament (UE) 2019/1020 huwa emendat kif ġej:

 

fl-Artikolu 14(4) jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

“(l).

is-setgħa li jiġu implimentati s-setgħat previsti f’dan l-Artikolu b’mod remot, meta applikabbli;”

Emenda 684

Proposta għal regolament

Artikolu 82a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 82a

Regolamentazzjoni Aħjar

filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament skont l-Emendi fl-Artikoli 75, 76, 77, 78, 79, 80, 81, u 82, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi u tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex tiddetermina l-lakuni potenzjali kif ukoll is-sovrappożizzjonijiet bejn il-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 685

Proposta għal regolament

Artikolu 82b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 82b

 

Linji gwida mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, f’konsultazzjoni mal-uffiċċju tal-IA, linji gwida dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari dwar:

 

(a)

l-applikazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 8 sa 15 u fl-Artikoli 28 sa 28b;

 

(b)

il-prattiki pprojbiti msemmija fl-Artikolu 5;

 

(c)

l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ modifika sostanzjali;

 

(d)

iċ-ċirkostanzi prattiċi meta l-output ta’ sistema tal-AI msemmija fl-Anness III joħloq riskju sinifikanti ta’ dannu għas-saħħa, għas-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2, inklużi eżempji b’rabta mas-sistemi tal-AI b’riskju kbir imsemmija fl-Anness III;

 

(e)

l-implimentazzjoni prattika tal-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 52;

 

(f)

l-iżvilupp ta’ kodiċijiet tal-kondotta msemmija fl-Artikolu 69;

 

(g)

ir-relazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma’ dritt rilevanti ieħor tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-konsistenza fl-infurzar tagħhom.

 

(h)

l-implimentazzjoni prattika tal-Artikolu 12, l-Artikolu 28b dwar l-impatt ambjentali tal-mudelli bażi u l-Anness IV 3(b), b’mod partikolari l-metodi ta’ kejl u ta’ lloggjar biex jippermettu l-kalkoli u r-rappurtar tal-impatt ambjentali tas-sistemi biex jikkonformaw mal-obbligi f’dan ir-Regolament, inkluż l-impronta tal-karbonju u l-effiċjenza enerġetika, filwaqt li jitqiesu l-metodi tal-ogħla livell u l-ekonomiji ta’ skala.

 

Meta toħroġ tali linji gwida, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet tal-SMEs inkluż negozji ġodda, l-awtoritajiet pubbliċi lokali u s-setturi li x’aktarx jiġu affettwati minn dan ir-Regolament.

 

2.     Fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Uffiċċju tal-AI, jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-linji gwida diġà adottati meta jitqies meħtieġ.

Emenda 686

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Dan ir-Regolament m’għandux japplika għas-sistemi tal-AI li huma komponenti tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira stabbiliti bl-atti legali elenkati fl-Anness IX li tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel [12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)], sakemm is-sostituzzjoni jew l-emenda ta’ dawk l-atti legali ma twassalx għal tibdil sinifikanti fid-disinn jew fl-għan maħsub tas-sistema tal-AI jew tas-sistemi tal-AI ikkonċernati .

1.    L-operaturi tas-sistemi tal-AI li huma komponenti tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira stabbiliti bl-atti legali elenkati fl-Anness IX li tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandhom jieħdu l-passi meħtieħa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament sa [erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] .

Emenda 687

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jitqiesu , meta applikabbli, fl-evalwazzjoni ta’ kull sistema tal-IT fuq skala kbira stabbilita bl-atti legali elenkati fl-Anness IX li għandha titwettaq kif previst f’dawk l-atti rispettivi.

Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jitqiesu fl-evalwazzjoni ta’ kull sistema tal-IT fuq skala kbira stabbilita bl-atti legali elenkati fl-Anness IX li għandha titwettaq kif previst f’dawk l-atti rispettivi u kull meta dawk l-atti legali jiġu sostitwiti jew emendati .

Emenda 688

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, li tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)], biss jekk, minn dik id-data, dawk is-sistemi jkunu soġġetti għal tibdiliet sinifikanti fid-disinn jew fl-għan maħsub tagħhom .

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-operaturi tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, li tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)], biss jekk, minn dik id-data, dawk is-sistemi jkunu soġġetti għal modifiki sostanzjali kif definit fl-Artikolu 3(23) . Fil-każ ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi, il-fornituri u l-amministraturi ta’ tali sistemi għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] .

Emenda 689

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal emenda tal-lista fl-Anness III darba fis-sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

1.    Wara li tikkonsulta lill-Uffiċċju tal-AI, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal emenda tal-lista fl-Anness III , inkluża l-estensjoni ta’ intestaturi ta’ oqsma eżistenti jew iż-żieda ta’ intestaturi ta’ oqsma ġodda f’dak l-Anness il-lista ta’ prattiki projbiti tal-AI fl-Artikolu 5, u l-lista ta’ sistemi tal-AI li jirrikjedu miżuri addizzjonali ta’ trasparenza fl-Artikolu 52 darba fis-sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u wara rakkomandazzjoni tal-Uffiċċju tal-AI.

 

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta s-sejbiet ta’ dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Emenda 690

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Sa [ tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)] u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.

2.   Sa … [ sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)] u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni , flimkien mal-Uffiċċju tal-AI, għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.

Emenda 691

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-istatus tar-riżorsi finanzjarji u umani tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex iwettqu b’mod effettiv il-kompiti assenjati lilhom skont dan ir-Regolament;

(a)

l-istatus tar-riżorsi finanzjarji , tekniċi u umani tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex iwettqu b’mod effettiv il-kompiti assenjati lilhom skont dan ir-Regolament;

Emenda 692

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)

l-istat tal-iżvilupp ta’ standards armonizzati u speċifikazzjonijiet komuni għall-Intelliġenza Artifiċjali;

Emenda 693

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b b)

il-livelli ta’ investimenti fir-riċerka, l-iżvilupp u l-applikazzjoni tas-sistemi tal-AI fl-Unjoni kollha,

Emenda 694

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b c)

il-kompetittività tas-settur aggregat tal-AI Ewropew meta mqabbel mas-setturi tal-AI f’pajjiżi terzi;

Emenda 695

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt bd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b d)

l-impatt tar-Regolament fir-rigward tal-użu tar-riżorsi u l-enerġija, kif ukoll il-produzzjoni tal-iskart u impatti ambjentali oħrajn;

Emenda 696

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt be (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b e)

l-implimentazzjoni tal-pjan ikkoordinat dwar l-AI, filwaqt li jitqies il-livell differenti ta’ progress fost l-Istati Membri u jiġu identifikati l-ostakli eżistenti għall-innovazzjoni fl-AI;

Emenda 697

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt bf (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b f)

l-aġġornament tar-rekwiżiti speċifiċi rigward is-sostenibbiltà tas-sistemi tal-AI u tal-mudelli bażi, li jibnu fuq ir-rekwiżit ta’ rapportar u ta’ dokumentazzjoni fl-Anness IV u fl-Artikolu 28b;

Emenda 698

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt bg (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b g)

ir-reġim legali li jirregola l-mudelli bażi;

Emenda 699

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt bh (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b h)

il-lista ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti fl-Artikolu 28a filwaqt li jitqiesu prattiki kummerċjali ġodda jekk ikun meħtieġ;

Emenda 700

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.     Sa … [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)] il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament tal-uffiċċju tal-AI, jekk l-uffiċċju ngħatax biżżejjed setgħat u kompetenzi biex iwettaq il-kompiti tiegħu u jekk ikunx rilevanti u meħtieġ għall-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa ta’ dan ir-Regolament li jaġġorna l-Uffiċċju u l-kompetenzi tal-infurzar tiegħu u li jżid ir-riżorsi tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dan ir-rapport tagħha ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 701

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Fi żmien [ tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)] u kull erba’ snin wara din, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt u l-effettività tal-kodiċijiet tal-kondotta biex trawwem l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III u possibbilment ta’ rekwiżiti addizzjonali oħra għas-sistemi tal-AI għajr is-sistemi tal-AI b’riskju kbir.

4.   Fi żmien [ sena wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 85(2)] u kull sentejn wara din, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt u l-effettività tal-kodiċijiet tal-kondotta biex trawwem l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III u possibbilment ta’ rekwiżiti addizzjonali oħra għas-sistemi tal-AI għajr is-sistemi tal-AI b’riskju kbir;

Emenda 702

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Għall-fini tal-paragrafi 1 sa 4, il-Bord , l-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar it-talba tagħha.

5.   Għall-fini tal-paragrafi 1 sa 4, l-Uffiċċju tal-AI , l-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar it-talba tagħha mingħajr dewmien żejjed .

Emenda 703

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet u tar-rieżamijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 4, il-Kummissjoni għandha tqis il-pożizzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Bord , tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, u ta’ korpi jew ta’ sorsi rilevanti oħrajn.

6.   Fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet u tar-rieżamijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 4, il-Kummissjoni għandha tqis il-pożizzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Uffiċċju tal-AI , tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, u ta’ korpi jew ta’ sorsi rilevanti oħrajn u għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti . Ir-riżultat ta’ tali konsultazzjoni għandu jkun mehmuż mar-rapport;

Emenda 704

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa biex jiġi emendat dan ir-Regolament, b’mod partikolari billi tieħu kont tal-iżviluppi fit-teknoloġija u fid-dawl tal-istat tal-progress fis-soċjetà tal-informazzjoni.

7.   Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa biex jiġi emendat dan ir-Regolament, b’mod partikolari billi tieħu kont tal-iżviluppi fit-teknoloġija , l-effett tas-sistemi tal-AI fuq is-saħħa u s-sikurezza, id-drittijiet fundamentali, l-ambjent, l-ugwaljanza, u l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u fid-dawl tal-istat tal-progress fis-soċjetà tal-informazzjoni.

Emenda 705

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7 a.     Biex jiġu ggwidati l-evalwazzjonijiet u r-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Uffiċċju għandu jimpenja ruħu li jiżviluppa metodoloġija oġġettiva u parteċipattiva għall-evalwazzjoni tal-livell tar-riskju bbażata fuq il-kriterji deskritti fl-artikoli rilevanti u l-inklużjoni ta’ sistemi ġodda: fil-lista fl-Anness III, inkluża l-estensjoni ta’ intestaturi ta’ oqsma eżistenti jew iż-żieda ta’ intestaturi ta’ oqsma ġodda f’dak l-Anness; il-lista ta’ prattiki projbiti stabbilita fl-Artikolu 5; u l-lista tas-sistemi tal-AI li jirrikjedu miżuri addizzjonali ta’ trasparenza skont l-Artikolu 52.

Emenda 706

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7 b.     Kwalunkwe emenda għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, jew atti delegati jew ta’ implimentazzjoni rilevanti futuri, li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni settorjali elenkata fl-Anness II Taqsima B, għandha tqis l-ispeċifiċitajiet regolatorji ta’ kull settur, u l-mekkaniżmi u l-awtoritajiet eżistenti ta’ governanza, ta’ valutazzjoni tal-konformità u ta’ infurzar stabbiliti fihom.

Emenda 707

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 7c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7 c.     Sa … [ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-infurzar ta’ dan ir-Regolament u għandha tirrapportaha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, filwaqt li jitqiesu l-ewwel snin tal-applikazzjoni tar-Regolament. Abbażi tas-sejbiet, dak ir-rapport għandu, meta xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta għal emenda ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-istruttura tal-infurzar u l-ħtieġa ta’ aġenzija tal-Unjoni biex jiġi solvut kwalunkwe nuqqas identifikat.

Emenda 708

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

TEKNIKI U APPROĊĊI TAL-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI Imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt 1

imħassar

(a)

L-approċċi tat-tagħlim awtomatiku, inkluż tagħlim sorveljat, mhux sorveljat u rinforzat, bl-użu ta’ varjetà wiesgħa ta’ metodi, inkluż it-tagħlim profond;

 

(b)

Approċċi bbażati fuq il-loġika u l-għarfien, inkluż ir-rappreżentazzjoni tal-għarfien, l-ipprogrammar induttiv (tal-loġika), il-bażijiet tal-għarfien, l-inferenza u l-magni deduttivi, ir-raġunament (simboliku) u s-sistemi tal-esperti;

 

(c)

Approċċi statistiċi, stima Bayesjana, metodi ta’ tiftix u ottimizzazzjoni.

 

Emenda 709

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir skont l-Artikolu 6(2) huma sistemi tal-AI elenkati f’xi wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin :

Is-sistemi tal-AI msemmija speċifikament fil-punti 1 sa 8a jirrappreżentaw każijiet kritiċi ta’ użu u kull waħda minnhom titqies li hija sistema tal-AI b’riskju kbir skont l-Artikolu 6(2) , dment li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dak l-Artikolu :

Emenda 710

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.

Identifikazzjoni bijometrika kategorizzazzjoni ta’ persuni fiżiċi:

1.

Sistemi bijometriċi bbażati fuq il-bijometrija

Emenda 711

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni fiżiċi “fil-ħin reali” u “f’ħin aktar tard” ;

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika ta’ persuni fiżiċi , bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 5 ;

Emenda 712

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex isiru inferenzi dwar il-karatteristiċi personali ta’ persuni fiżiċi abbażi ta’ data bijometrika jew ibbażata fuq il-bijometrija, inklużi sistemi ta’ rikonoxximent tal-emozzjonijiet, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 5;

 

Il-punt 1 ma għandux jinkludi sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-verifika bijometrika li l-uniku skop tagħhom huwa li jikkonfermaw li persuna fiżika speċifika hija l-persuna li hija tiddikjara li hija.

Emenda 713

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bħala komponenti tas-sikurezza fil-ġestjoni u t-tħaddim tat-traffiku fit-toroq u  l-provvista tal-ilma, il-gass, it-tisħin u l-elettriku .

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bħala komponenti tas-sikurezza fil-ġestjoni u t-tħaddim tat-traffiku fit-toroq , tat-traffiku ferrovjarju tal-ajru sakemm dawn ma jkunux irregolati f’liġi armonizzata jew settorjali .

Emenda 714

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw bħala komponenti tas-sikurezza fil-ġestjoni u t-tħaddim tal-provvista tal-ilma, il-gass, it-tisħin, l-elettriku u l-infrastruttura kritika diġitali;

Emenda 715

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex jiddeterminaw l-aċċess jew l-assenjazzjoni ta’ persuni fiżiċi lil istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali;

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex jiddeterminaw l-aċċess jew jinfluwenzaw materjalment deċiżjonijiet dwar l-ammissjoni jew l-assenjazzjoni ta’ persuni fiżiċi lil istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali;

Emenda 716

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex issir valutazzjoni tal-istudenti f’istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali u biex issir valutazzjoni tal-parteċipanti f’testijiet li s-soltu jkunu meħtieġa għal dħul fl-istituzzjonijiet edukattivi.

(b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex issir valutazzjoni tal-istudenti f’istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali u biex issir valutazzjoni tal-parteċipanti f’testijiet li s-soltu jkunu meħtieġa għal dħul f’dawk l-istituzzjonijiet;

Emenda 717

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)

Sistemi tal-AI li huma maħsuba biex jintużaw għall-fini ta’ valutazzjoni tal-livell xieraq ta’ edukazzjoni għal individwu u li jinfluwenzaw materjalment il-livell ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali li l-individwu se jirċievi jew se jkun jista’ jaċċessa;

Emenda 718

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-monitoraġġ u d-detezzjoni ta’ mġiba pprojbita tal-istudenti waqt it-testijiet fil-kuntest ta’/fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

Emenda 719

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għar-reklutaġġ jew għall-għażla ta’ persuni fiżiċi, b’mod partikolari għar-reklamar ta’ postijiet tax-xogħol battala , għall-iskrinjar jew l-iffiltrar tal-applikazzjonijiet, għall-evalwazzjoni tal-kandidati waqt l-intervisti jew għat-testijiet;

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għar-reklutaġġ jew għall-għażla ta’ persuni fiżiċi, b’mod partikolari għat-tqegħid ta’ reklami mmirati għall-impjieg , għall-iskrinjar jew l-iffiltrar tal-applikazzjonijiet, għall-evalwazzjoni tal-kandidati waqt l-intervisti jew għat-testijiet;

Emenda 720

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

L-Intelliġenza Artifiċjali maħsuba biex tintuża għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-promozzjoni u t-terminazzjoni ta’ relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, għall-allokazzjoni tal-kompiti u għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-imġiba ta’ persuni f’dawn ir-relazzjonijiet.

(b)

Is-sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali maħsuba biex jintużaw biex jittieħdu deċiżjonijiet jew jinfluwenzawhom materjalment li jaffettwaw l-inizjazzjoni, dwar il-promozzjoni u t-terminazzjoni ta’ relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, għall-allokazzjoni tal-kompiti bbażata fuq imġiba individwali jew karatteristiċi personali, jew għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-imġiba ta’ persuni f’dawn ir-relazzjonijiet;

Emenda 721

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isem l-awtoritajiet pubbliċi biex jevalwaw l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi għal benefiċċji u servizzi ta’ assistenza pubblika, u biex jagħtu, inaqqsu, jirrevokaw, jew jitolbu lura dawn il-benefiċċji u s-servizzi;

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom biex jevalwaw l-eliġibbiltà ta’ persuni fiżiċi għal benefiċċji u servizzi ta’ assistenza pubblika, inklużi s-servizzi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi essenzjali, inkluż iżda mhux limitati għall-akkomodazzjoni, l-elettriku, it-tisħin/it-tkessiħ u l-internet, kif ukoll biex jagħtu, inaqqsu, jirrevokaw, iżidu jew jitolbu lura dawn il-benefiċċji u s-servizzi;

Emenda 722

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għal evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi jew biex jiġi stabbilit il-punteġġ tal-kreditu tagħhom, għajr is-sistemi tal-AI imdaħħla fis-servizz minn fornituri fuq skala żgħira għall-użu tagħhom stess ;

(b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għal evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi jew biex jiġi stabbilit il-punteġġ tal-kreditu tagħhom, għajr is-sistemi tal-AI użati għall-finijiet tad-detezzjoni tal-frodi finanzjarja ;

Emenda 723

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 5 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew għall-influwenzar ta’ deċiżjonijiet materjalment dwar l-eliġibbiltà tal-persuni fiżiċi għall-assigurazzjoni tas-saħħa u tal-ħajja;

Emenda 724

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għad-dispaċċ, jew biex tiġi stabbilita prijorità fid-dispaċċ ta’ servizzi tal-ewwel rispons ta’ emerġenza, inkluż minn ħaddiema tat-tifi tan-nar u tal-għajnuna medika.

(c)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jevalwaw u jikklassifikaw telefonati ta’ emerġenza minn persuni fiżiċi jew jintużaw għad-dispaċċ, jew biex tiġi stabbilita prijorità fid-dispaċċ ta’ servizzi tal-ewwel rispons ta’ emerġenza, inkluż mill-pulizija u l-infurzar tal-liġi, minn ħaddiema tat-tifi tan-nar u tal-għajnuna medika , kif ukoll minn sistemi ta’ klassifikazzjoni ta’ pazjenti tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza;

Emenda 725

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex isiru valutazzjonijiet tar-riskju individwali ta’ persuni fiżiċi ħalli jiġi vvalutat ir-riskju ta’ persuna fiżika li twettaq reat, jew reat mill-ġdid, jew ir-riskju għal vittmi potenzjali ta’ reati kriminali;

imħassar

Emenda 726

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi bħala poligrafi u għodod simili jew biex jiġi identifikat l-istat emozzjonali ta’ persuna fiżika ;

(b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom, jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni b’appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi bħala poligrafi u għodod simili , sakemm l-użu tagħhom ikun permess skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti ;

Emenda 727

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għad-detezzjoni ta’ deep-fakes kif imsemmi fl-Artikolu 52(3);

imħassar

Emenda 728

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà tal-evidenza waqt investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali;

(d)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom, jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni b’appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex jevalwaw l-affidabbiltà tal-evidenza waqt investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali;

Emenda 729

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex ibassru l-okkorrenza jew l-okkorrenza mill-ġdid ta’ reat kriminali effettiv jew potenzjali abbażi tat-tfassil ta’ profili ta’ persuni fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew għal valutazzjoni ta’ karattri u karatteristiċi tal-personalità jew ta’ imġiba kriminali fil-passat ta’ persuni fiżiċi jew gruppi;

imħassar

Emenda 730

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għat-tfassil ta’ profili ta’ persuni fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2016/680 waqt sejbien, investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali;

(f)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni b’appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għat-tfassil ta’ profili ta’ persuni fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2016/680 waqt sejbien, investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew, fil-każ tal-aġenziji, l-uffiċċji jew il-korpi tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2018/1725 ;

Emenda 731

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 6 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-analitika tal-kriminalità fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, li jippermettu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jfittxu settijiet tad-data kbar relatati u mhux relatati kumplessi li jkunu disponibbli f’sorsi differenti tad-data jew b’formati tad-data differenti biex jidentifikaw xejriet mhux magħrufa jew jiskopru relazzjonijiet moħbija fid-data.

(g)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni b’appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-analitika tal-kriminalità fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, li jippermettu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jfittxu settijiet tad-data kbar relatati u mhux relatati kumplessi li jkunu disponibbli f’sorsi differenti tad-data jew b’formati tad-data differenti biex jidentifikaw xejriet mhux magħrufa jew jiskopru relazzjonijiet moħbija fid-data.

Emenda 732

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi bħala poligrafi u għodod simili jew biex jiġi identifikat l-istat emozzjonali ta’ persuna fiżika ;

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f’isimhom, jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni bħala poligrafi u għodod simili , sakemm l-użu tagħhom ikun permess skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti ;

Emenda 733

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti biex jivvalutaw riskju, inkluż riskju għas-sigurtà, riskju ta’ immigrazzjoni irregolari, jew riskju għas-saħħa, maħluq minn persuna fiżika li jkun beħsiebha tidħol jew li tkun daħlet fit-territorju ta’ Stat Membru;

(b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew f’isimhom jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni biex jivvalutaw riskju, inkluż riskju għas-sigurtà, riskju ta’ immigrazzjoni irregolari, jew riskju għas-saħħa, maħluq minn persuna fiżika li jkun beħsiebha tidħol jew li tkun daħlet fit-territorju ta’ Stat Membru;

Emenda 734

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 7 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn ta’ persuni fiżiċi, u għad-detezzjoni ta’ dokumenti mhux awtentiċi b’verifika tal-karatteristiċi tas-sigurtà tagħhom;

(c)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew f’isimhom jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni għall-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn ta’ persuni fiżiċi, u għad-detezzjoni ta’ dokumenti mhux awtentiċi b’verifika tal-karatteristiċi tas-sigurtà tagħhom;

Emenda 735

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 7 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jassistu lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-ażil, viża u permessi ta’ residenza u l-ilmenti assoċjati fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-persuni fiżiċi li japplikaw għal status.

(d)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew f’isimhom jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni biex jassistu lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-eżami u l-valutazzjoni tal-veraċità tal-evidenza fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-ażil, viża u permessi ta’ residenza u l-ilmenti assoċjati fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-persuni fiżiċi li japplikaw għal status;

Emenda 736

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 7 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(d a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw minn jew f’isem l-awtoritajiet kompetenti jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-ażil u l-kontroll tal-fruntieri biex jimmonitorjaw, jissorveljaw jew jipproċessaw id-data fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri għall-fini tad-detezzjoni, ir-rikonoxximent jew l-identifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi;

Emenda 737

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 7 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(d b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw minn jew f’isem l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew minn aġenziji, uffiċċji jew korpi tal-Unjoni fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-ażil u l-kontroll tal-fruntieri għat-tbassir jew il-previżjoni ta’ xejriet relatati mal-moviment migratorju u l-qsim tal-fruntieri;

Emenda 738

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 8 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jassistu awtorità ġudizzjarja fir-riċerka u l-interpretazzjoni ta’ fatti u l-liġi u fl-applikazzjoni tal-liġi għal sett konkret ta’ fatti.

(a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw minn awtorità ġudizzjarja jew korp amministrattiv jew f’isimhom biex jassistu awtorità ġudizzjarja jew korp amministrattiv fir-riċerka u l-interpretazzjoni ta’ fatti u l-liġi u fl-applikazzjoni tal-liġi għal sett konkret ta’ fatti jew biex jintużaw b’mod simili f’soluzzjoni alternattiva ta’ tilwim .

Emenda 739

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 8 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a a)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw biex jinfluwenzaw l-eżitu ta’ elezzjoni jew referendum jew l-imġiba tal-votazzjoni ta’ persuni fiżiċi fl-eżerċizzju tal-vot tagħhom fl-elezzjonijiet jew fir-referenda. Dan ma jinkludix sistemi tal-AI li l-output tagħhom ma jkunx espost għal persuni fiżiċi, bħal għodod użati għall-organizzazzjoni, l-ottimizzazzjoni u l-istruttura ta’ kampanji politiċi minn perspettiva amministrattiva u loġistika.

Emenda 740

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – punt 8 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a b)

Sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw minn pjattaformi tal-media soċjali li ġew iddeżinjati bħala pjattaformi online kbar ħafna skont it-tifsira tal-Artikolu 33 tar-Regolament UE 2022/2065, fis-sistemi ta’ rakkomandazzjoni tagħhom biex jirrakkomandaw lir-riċevitur tal-kontenut iġġenerat mill-utent tas-servizz disponibbli fuq il-pjattaforma.

Emenda 741

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-għan maħsub tagħha, il-persuni li jiżviluppaw is-sistema, id-data l-verżjoni tas-sistema ;

(a)

l-għan maħsub tagħha, isem il-fornitur u l-verżjoni tas-sistema li jirriflettu r-rabta tagħha ma’ verżjonijiet preċedenti u , meta applikabbli, aktar reċenti, fis-suċċessjoni tar-reviżjonijiet ;

Emenda 742

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a a)

in-natura tad-data li x’aktarx jew li hija maħsuba li tiġi pproċessata mis-sistema u, fil-każ ta’ data personali, il-kategoriji ta’ persuni fiżiċi u gruppi li x’aktarx jew li huma maħsuba li jiġu affettwati;

Emenda 743

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

kif is-sistema tal-AI tinteraġixxi jew tista’ tintuża biex tinteraġixxi ma’ hardware jew software li mhux parti mis-sistema tal-AI nnifisha, meta applikabbli;

(b)

kif is-sistema tal-AI tista’ tinteraġixxi jew tista’ tintuża biex tinteraġixxi ma’ hardware jew software , inklużi sistemi oħra tal-AI li mhumiex parti mis-sistema tal-AI nnifisha, meta applikabbli;

Emenda 744

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-verżjonijiet tas-software jew tal-firmware rilevanti u kwalunkwe rekwiżit relatat mal-aġġornament tal-verżjoni;

(c)

il-verżjonijiet tas-software jew tal-firmware rilevanti u , meta applikabbli, informazzjoni għall-amministratur dwar kwalunkwe rekwiżit relatat mal-aġġornament tal-verżjoni;

Emenda 745

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

id-deskrizzjoni tal-forom kollha li fihom is-sistema tal-AI titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz;

(d)

id-deskrizzjoni tal-konfigurazzjonijiet varji u l-varjanti tas-sistema tal-AI li huma maħsuba li jitqiegħdu fis-suq jew li jitqiegħdu fis-servizz;

Emenda 746

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(f a)

id-deskrizzjoni tal-interfaċċja tal-amministraturi;

Emenda 747

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

l-istruzzjonijiet tal-użu għall-utenti u, meta applikabbli, l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni;

(g)

l-istruzzjonijiet tal-użu għall-amministratur skont l-Artikolu 13(2) u (3) kif ukoll 14(4)(e) u, meta applikabbli, l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni;

Emenda 748

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(g a)

deskrizzjoni dettaljata u li tinftiehem faċilment tal-għan jew tal-għanijiet ta’ ottimizzazzjoni ewlenin tas-sistema;

Emenda 749

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(g b)

deskrizzjoni dettaljata u li tinftiehem faċilment tal-output mistenni u tal-kwalità tal-output mistennija tas-sistema;

Emenda 750

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt gc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(g c)

struzzjonijiet dettaljati u li jinftiehmu faċilment għall-interpretazzjoni tal-output tas-sistema;

Emenda 751

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 1 – punt gd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(g d)

eżempji ta’ xenarji li fihom ma għandhiex tintuża s-sistema;

Emenda 752

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tas-sistema , jiġifieri l-loġika ġenerali tas-sistema tal-AI tal-algoritmi ; l-għażliet ewlenin tad-disinn, inkluż ir-raġunijiet u s-suppożizzjonijiet magħmula, anke fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni li fuqhom is-sistema maħsuba li tintuża; l-għażliet ewlenin tal-klassifikazzjoni; dak li s-sistema tfasslet biex tottimizza u r-rilevanza tal-parametri differenti; id-deċiżjonijiet dwar kwalunkwe kompromess possibbli li jkun sar rigward is-soluzzjonijiet tekniċi adottati għal konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2;

(b)

deskrizzjoni tal-arkitettura, l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn , l-algoritmi u l-istrutturi tad-data inkluż dekompożizzjoni tal-komponenti u l-interfaċċi tagħha , kif dawn jirrelataw ma’ xulxin kif jipprevedu l-ipproċessar jew il-loġika ġenerali tas-sistema tal-AI ; l-għażliet ewlenin tad-disinn, inkluż ir-raġunijiet u s-suppożizzjonijiet magħmula, anke fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni li fuqhom is-sistema maħsuba li tintuża; l-għażliet ewlenin tal-klassifikazzjoni; dak li s-sistema tfasslet biex tottimizza u r-rilevanza tal-parametri differenti; id-deċiżjonijiet dwar kwalunkwe kompromess possibbli li jkun sar rigward is-soluzzjonijiet tekniċi adottati għal konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2;

Emenda 753

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

id-deskrizzjoni tal-arkitettura tas-sistema li tispjega kif il-komponenti tas-software jibnu fuq jew jikkontribwixxu għal xulxin u jintegraw fl-ipproċessar ġenerali; ir-riżorsi komputazzjonali użati għall-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni tas-sistema tal-AI;

(c)

imħassar

Emenda 754

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

valutazzjoni tal-miżuri ta’ sorveljanza umana meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 14, inkluż valutazzjoni tal-miżuri tekniċi meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni tal-outputs tas-sistemi tal-AI mill-utenti , f’konformità mal-Artikolu 13(3)(d);

(e)

valutazzjoni tal-miżuri ta’ sorveljanza umana meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 14, inkluż valutazzjoni tal-miżuri tekniċi meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni tal-outputs tas-sistemi tal-AI mill-amministraturi , f’konformità mal-Artikolu 13(3)(d);

Emenda 755

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

il-proċeduri ta’ validazzjoni u ttestjar użati, inkluż informazzjoni dwar il-validazzjoni u d-data tal-ittestjar użati u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom; il-metriċi użati biex jitkejlu l-eżattezza, ir-robustezza , iċ-ċibersigurtà u l-konformità ma’ rekwiżiti rilevanti oħra stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2, kif ukoll impatti potenzjalment diskriminatorji; ir-reġistri tat-testijiet u r-rapporti tat-testijiet kollha datati u ffirmati mill-persuni responsabbli, inkluż rigward il-bidliet predeterminati msemmija fil-punt (f).

(g)

il-proċeduri ta’ validazzjoni u ttestjar użati, inkluż informazzjoni dwar il-validazzjoni u d-data tal-ittestjar użati u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom; l-informazzjoni użata biex jitkejlu l-eżattezza, ir-robustezza u l-konformità ma’ rekwiżiti rilevanti oħra stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2, kif ukoll impatti potenzjalment diskriminatorji; ir-reġistri tat-testijiet u r-rapporti tat-testijiet kollha datati u ffirmati mill-persuni responsabbli, inkluż rigward il-bidliet predeterminati msemmija fil-punt (f).

Emenda 756

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(g a)

il-miżuri taċ-ċibersigurtà stabbiliti.

Emenda 757

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.

Informazzjoni dettaljata dwar il-monitoraġġ, il-funzjonament u l-kontroll tas-sistema tal-AI, b’mod partikolari rigward: il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tagħha fil-prestazzjoni, inkluż il-gradi tal-eżattezza għal persuni jew gruppi ta’ persuni speċifiċi li għalihom ikun maħsub li tintuża s-sistema, u l-livell ġenerali mistenni ta’ eżattezza rigward l-iskop maħsub tagħha; l-eżiti mhux intenzjonati prevedibbli u s-sorsi tar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza, għad-drittijiet fundamentali u għad-diskriminazzjoni fid-dawl tal-iskop maħsub tas-sistema tal-AI; il-miżuri ta’ sorveljanza umana meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 14, inkluż il-miżuri tekniċi mdaħħla fis-seħħ biex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni tal-outputs tas-sistemi tal-AI mill-utenti ; speċifikazzjonijiet dwar id-data tal-input, kif xieraq;

3.

Informazzjoni dettaljata dwar il-monitoraġġ, il-funzjonament u l-kontroll tas-sistema tal-AI, b’mod partikolari rigward: il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tagħha fil-prestazzjoni, inkluż il-gradi tal-eżattezza għal persuni jew gruppi ta’ persuni speċifiċi li għalihom ikun maħsub li tintuża s-sistema, u l-livell ġenerali mistenni ta’ eżattezza rigward l-iskop maħsub tagħha; l-eżiti mhux intenzjonati prevedibbli u s-sorsi tar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza, għad-drittijiet fundamentali u għad-diskriminazzjoni fid-dawl tal-iskop maħsub tas-sistema tal-AI; il-miżuri ta’ sorveljanza umana meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 14, inkluż il-miżuri tekniċi mdaħħla fis-seħħ biex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni tal-outputs tas-sistemi tal-AI mill-amministraturi ; speċifikazzjonijiet dwar id-data tal-input, kif xieraq;

Emenda 758

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.

Deskrizzjoni tal-adegwatezza tal-metrika tal-prestazzjoni għas-sistema speċifika tal-AI;

Emenda 759

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 b.

Informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija tas-sistema tal-AI matul il-fażi tal-iżvilupp u l-konsum tal-enerġija mistenni waqt l-użu, filwaqt li titqies, meta applikabbli, il-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali;

Emenda 760

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.

Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe bidla li ssir fis-sistema waqt iċ-ċiklu ta’ ħajjitha;

5.

Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe bidla rilevanti li ssir mill-fornituri fis-sistema waqt iċ-ċiklu ta’ ħajjitha;

Emenda 761

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.

Lista tal-istandards armonizzati applikati għalkollox jew parzjalment li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; meta ma jkunux ġew applikati standards armonizzati bħal dawn, deskrizzjoni dettaljata tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2, inkluż lista ta’ standards u speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati;

6.

Lista tal-istandards armonizzati applikati għalkollox jew parzjalment li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; meta ma jkunux ġew applikati standards armonizzati bħal dawn, deskrizzjoni dettaljata tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2, inkluż lista ta’ standards jew speċifikazzjonijiet komuni rilevanti oħra applikati;

Emenda 762

Proposta għal regolament

Anness V – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a.

Meta sistema tal-AI tinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali, dikjarazzjoni li dik is-sistema tal-AI tikkonforma mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u mad-Direttiva (UE) 2016/680.

Emenda 763

Proposta għal regolament

Anness V – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.

Il-post u d-data tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni, l-isem u l-funzjoni tal-persuni firmatarji, u indikazzjoni għal, u f’isem min, dik il-persuna ffirmat, il-firma.

7.

Il-post u d-data tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni , il-firma , l-isem u l-funzjoni tal-persuni firmatarji, u indikazzjoni għal, u f’isem min, dik il-persuna ffirmat, il-firma.

Emenda 764

Proposta għal regolament

Anness VII – punt 4 – punt 4.5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.5.

Meta meħtieġ, biex tiġi vvalutata l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 u fuq talba motivata, il-korp notifikat għandu jingħata wkoll aċċess għall-kodiċi tas-sors tas-sistema tal-AI.

4.5.

Meta meħtieġ biex tiġi vvalutata l-konformità tas-sistema tal-AI b’riskju kbir mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu 2 , wara li l-modi l-oħrajn kollha raġonevoli biex tiġi vverifikata l-konformità jkunu ġew eżawriti u ntwerew li ma humiex suffiċjenti, u fuq talba motivata, il-korp notifikat għandu jingħata wkoll aċċess għall-mudelli għat-taħriġ u dawk imħarrġin tas-sistema tal-AI , inklużi l-parametri rilevanti tagħha. Tali aċċess għandu jkun soġġett għal-liġi eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali. Huma għandhom jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u s-sigrieti kummerċjali.

Emenda 765

Proposta għal regolament

Anness VIII – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jridu jiġu rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 51.

Taqsima A - L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jridu jiġu rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 51 (1) .

Emenda 766

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a.

L-isem kummerċjali tal-mudell bażi u kwalunkwe referenza mhux ambigwa addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà

Emenda 767

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.

Deskrizzjoni tal-iskop maħsub tas-sistema tal-AI;

5.

Deskrizzjoni sempliċi u li tinftiehem

 

a.

tal-iskop maħsub tas-sistema tal-AI;

 

b.

il-komponenti u l-funzjonijiet appoġġati permezz tal-AI;

 

c.

spjegazzjoni bażika tal-loġika tas-sistema tal-AI

Emenda 768

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5 a.

meta applikabbli, il-kategoriji u n-natura tad-data li x’aktarx jew hija prevista li tiġi pproċessata mis-sistema tal-AI.

Emenda 769

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.

Struzzjonijiet elettroniċi għall-użu; din l-informazzjoni ma għandhiex tingħata għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jintużaw fl-oqsma tal-infurzar tal-liġi u tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-ażil u l-kontroll tal-fruntieri msemmija fil-punti 1, 6 u 7 tal-Anness III.

imħassar

Emenda 770

Proposta għal regolament

ANNESS VIII – TAQSIMA B (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

TAQSIMA B – L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-AI b’riskju kbir li jridu jiġu rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 51(1a)(a) u (1b).

 

1.

l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-amministratur;

 

2.

l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tressaq informazzjoni f’isem l-amministratur;

 

3.

l-isem kummerċjali tas-sistema tal-AI b’riskju kbir u kwalunkwe referenza mhux ambigwa addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tas-sistema tal-AI użata;

 

4.

a) Deskrizzjoni sempliċi u li tinftiehem tal-użu maħsub tas-sistema tal-AI, inkluż l-eżiti speċifiċi mfittxija permezz tal-użu tas-sistema, il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku u temporali

 

b.

Meta applikabbli, il-kategoriji u n-natura tad-data li għandha tiġi pproċessata mis-sistema tal-AI;

 

c.

Arranġamenti għall-governanza u s-sorveljanza umana

 

d.

Meta rilevanti, il-korpi jew il-persuni fiżiċi responsabbli għad-deċiżjonijiet meħuda jew appoġġati mis-sistema tal-AI;

 

5.

sommarju tas-sejbiet tal-valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali mwettqa f’konformità mal-Artikolu 29a

 

6.

Il-URL tad-dħul tas-sistema tal-AI fil-bażi tad-data tal-UE mill-fornitur tagħha

 

7.

Sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mwettqa f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2016/680 kif speċifikat fil-paragrafu 6 tal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament, meta applikabbli.

Emenda 771

Proposta għal regolament

Anness VIII – Taqsima C (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima C – L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tal-mudelli bażi li jridu jiġu rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 28b(e).

 

1.

L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur;

 

2.

Meta l-informazzjoni titressaq minn persuna oħra f’isem il-fornitur, l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dik il-persuna;

 

3.

L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentant awtorizzat, meta applikabbli;

 

4.

L-isem kummerċjali u kwalunkwe referenza mhux ambigwa addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-mudell bażi

 

5.

Id-deskrizzjoni tas-sorsi tad-data użati fl-iżvilupp tal-mudell bażi

 

6.

Id-deskrizzjoni tal-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tal-mudell bażi, inklużi r-riskji raġonevolment prevedibbli u l-miżuri li ttieħdu biex jittaffew kif ukoll ir-riskji mhux imtaffija li jifdal bi spjegazzjoni dwar ir-raġuni għaliex ma jistgħux jittaffew

 

7.

Id-deskrizzjoni tar-riżorsi tat-taħriġ użati mill-mudell bażi inkluża l-potenza komputazzjonali meħtieġa, il-ħin tat-taħriġ, u informazzjoni rilevanti oħra relatata mad-daqs u l-potenza tal-mudell 8. Id-deskrizzjoni tal-prestazzjoni tal-mudell, inkluż dwar parametri referenzjarji pubbliċi jew parametri referenzjarji tal-industrija tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku

 

8.

Deskrizzjoni tar-riżultati tal-ittestjar intern u estern rilevanti u l-ottimizzazzjoni tal-mudell

 

9.

L-Istati Membri fejn jinsab il-mudell bażi jew ikun tqiegħed fis-suq, fis-servizz jew magħmul disponibbli fl-Unjoni;

 

10.

Il-URL għal informazzjoni addizzjonali (fakultattiv).

(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu. (A9-0188/2023).

(33)  Il-Kunsill Ewropew, Laqgħa Speċjali tal-Kunsill Ewropew (l-1 u t-2 ta’ Ottubru 2020) – Konklużjonijiet (EUCO 13/20, 2020, p. 6).

(34)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2020 b’rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u teknoloġiji relatati (2020/2012(INL)).

(33)  Il-Kunsill Ewropew, Laqgħa Speċjali tal-Kunsill Ewropew (l-1 u t-2 ta’ Ottubru 2020) – Konklużjonijiet (EUCO 13/20, 2020, p. 6).

(34)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2020 b’rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u teknoloġiji relatati (2020/2012(INL)).

(35)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(36)   Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39)

(37)   Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(35)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(38)   Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

(39)  Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72).

(40)  Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

(41)  Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

(42)  Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).

(43)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(44)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

(45)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

(46)  Ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1).

(39)  Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72).

(40)  Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

(41)  Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

(42)  Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).

(43)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(44)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

(45)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

(46)  Ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1).

(47)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1);

(48)  Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).

(47)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1);

(48)  Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).

(49)  Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

(50)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(49)  Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

(50)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(54)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(54)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(55)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(55)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(56)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(56)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(57)  Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4)

(57)  Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4)

(58)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(58)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(61)   Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(62)   Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

(1a)   Id-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 409, 4.12.2020, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/506/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)