|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/496 |
23.1.2024 |
P9_TA(2023)0221
Assistenza makrofinanzjarja lill-Maċedonja ta’ Fuq
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2023 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment ta’ assistenza makrofinanzjarja lill-Maċedonja ta’ Fuq (COM(2023)0074 – C9-0015/2023 – 2023/0034(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2024/496)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0074), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0015/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-31 ta’ Mejju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0203/2023), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-gvern u lill-parlament tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq; |
P9_TC1-COD(2023)0034
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Ġunju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq
(Ġaladarba ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament tikkorrispondi għall-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (EU) 2023/1461.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/496/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)