Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/363 |
15.1.2024 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2023 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża T-981/23)
(C/2024/363)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J. Martínez Gimeno, X. Codina García-Andrade, F. Díaz-Grande Rojo u S. Fernández Tourné, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-att ta’ likwidazzjoni b’konsegwenza tal-illegalità tal-Artikolu 76(1a) tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (MII), fil-verżjoni tiegħu kif tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2023 (1), u, għall-istess raġuni, tannulla wkoll l-likwidazzjonijiet kollha ta’ drittijiet sussegwenti għall-att ta’ likwidazzjoni; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew joħroġ atti ta’ likwidazzjoni ġodda ta’ drittijiet tal-Iskema ta’ Pensjoni Addizzjonali Volontarja (SPAV) tar-rikorrent bl-ammont li kien ikun applikabbli skont il-formulazzjoni tal-Artikolu 76 tal-MAE kif kienet qabel id-Deċiżjoni tal-2023, kemm fir-rigward tal-istess att ta’ likwidazzjoni, kif ukoll fir-rigward tal-atti ta’ likwidazzjoni kollha sussegwenti li seħħew wara din id-data; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew, abbażi ta’ dawn l-atti ta’ likwidazzjoni l-ġodda, sabiex iżomm l-ammonti diġà mħallsa lir-rikorrent bħala drittijiet tas-SPAV u għall-ħlas tad-differenza bejn l-ammont tal-att ta’ likwidazzjoni (u tal-atti ta’ likwidazzjoni sussegwenti maħruġa sas-sentenza) u l-ammont li kien ikun applikabbli skont il-formulazzjoni tal-Artikolu 76 tal-MII kif kienet qabel id-Deċiżjoni tal-2023, bl-interessi legali korrispondenti li jibdew jiddekorru mid-data li fiha din id-differenza kellha titħallas sad-data tal-ħlas sħiħ tagħha; u |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-620/23 Barón Crespo vs Il-Parlament.
(1) Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (2023/C 227/05). ĠU 2023, C 227, p. 5.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/363/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)