European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/90014

6.11.2023

Rettifika għall-avviż li jemenda l-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali — EPSO/AD/404/23 — ġuristi-lingwisti bil-lingwa Ingliża (EN) (AD 7) — EPSO/AD/405/23 — ġuristi-lingwisti bil-lingwa Spanjola (ES) (AD 7) — EPSO/AD/406/23 — ġuristi-lingwisti bil-lingwa Litwana (LT) (AD 7) — EPSO/AD/407/23 — ġuristi-lingwisti bil-lingwa Olandiża (NL) (AD 7) — EPSO/AD/408/23 — ġuristi-lingwisti bil-lingwa Portugiża (PT) (AD 7) — EPSO/AD/409/23 — ġuristi-lingwisti bil-lingwa Slovakka (SK) (AD 7)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C, C/2023/236, il-11 ta’ Ottubru 2023 )

(C/2023/90014)

Fil-paġna 1, il-punt 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej,

“2.

Fil-paġna 3, it-Taqsima 3.3.1:

minflok:

‘3.3.1.    EPSO/AD/404/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Ingliża

Biex ikun eliġibbli għall-kompetizzjoni EPSO/AD/404/23, kandidat irid ikollu livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ċċertifikati b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin: lawrja fil-liġi jew l-ekwivalenti tagħha mogħtija fir-Repubblika tal-Irlanda jew kwalifika bħala barrister jew solicitor fir-Repubblika tal-Irlanda.’,

aqra:

‘3.3.1.    EPSO/AD/404/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Ingliża

Biex ikun eliġibbli għall-kompetizzjoni EPSO/AD/404/23, kandidat irid jissodisfa r-rekwiżiti elenkati f’wieħed mill-punti li ġejjin:

(a)

Ikollu livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ċċertifikati b’lawrja fil-liġi jew l-ekwivalenti tagħha mogħtija fl-Irlanda jew ikollu kwalifika ta’ barrister jew solicitor mogħtija fl-Irlanda;

(b)

Ikun kiseb lawrja akkademika fil-liġi skont id-dispożizzjonijiet tal-Istatut tal-Università ta’ Malta;

(c)

Ikollu livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ċċertifikati b’lawrja fil-liġi jew l-ekwivalenti tagħha mogħtija fir-Renju Unit jew ikollu kwalifika bħala barrister jew solicitor mogħtija fir-Renju Unit, dment li l-lawrja jew il-kwalifika jkunu nkisbu qabel il-31 ta’ Diċembru 2020.’.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/236/corrigendum/2023-11-06/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)