|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1622 |
22.12.2023 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(C/2023/1622)
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro għaċ-ċirkulazzjoni u maħruġa minn Monaco
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż emittenti: Monaco
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-mitt anniversarju mit-twelid tal-Prinċep Rainier III
Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri r-ritratt tal-Prinċep Rainier III. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs ċirku, hemm l-isem tal-pajjiż emittenti ‘MONACO’ segwit mis-sena tal-ħruġ ‘2023’. Fil-qiegħ hemm l-iskrizzjoni ‘RAINIER III’ segwita mid-data ‘ 31 MAI 1923 ’.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 25 000
Id-data tal-ħruġ: Ġunju 2023
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1622/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)