|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1607 |
21.12.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11344 — WT / FEI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/1607)
1.
Fit-13 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
WT Microelectronics Co., Ltd. (“WT”, it-Tajwan), |
|
— |
Future Electronics Inc. (“FEI”, il-Kanada), li bħalissa hija proprjetà ta’ u kkontrollata minn Alonim Investments Inc. (“Alonim”, il-Kanada). |
WT se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ FEI kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
WT qassmet komponenti elettroniċi fl-Asja, b’enfasi fuq is-semikondutturi iżda wkoll fuq il-forniment ta’ komponenti passivi u servizzi addizzjonali. |
|
— |
FEI jiddistribwixxi l-komponenti elettroniċi globalment, b’enfasi fuq is-semikondutturi kif ukoll fuq il-komponenti interkonnettivi, passivi u elettromekkaniċi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11344 — WT / FEI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1607/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)