|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1481 |
11.12.2023 |
SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Settembru 2023
li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Każ AT.40760 — Granati tal-idejn)
(notifikat bid-dokument Nru C(2023) 6290 final)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/1481)
Fil-21 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tirrigwarda ksur uniku u kontinwu skont l-Artikolu 101(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE. Il-ksur kien jikkonsisti fit-tqassim tas-suq b’rabta mal-bejgħ ta’ granati tal-idejn militari (“granati tal-idejn”) fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-entitajiet legali li ġejjin (imsejħin kollettivament “destinatarji” jew individwalment “destinatarju”): SwissP Defence AG u RUAG International Holding AG (flimkien “RUAG”), u Diehl Defence GmbH & Co. KG u Diehl Stiftung & Co. KG (flimkien “Diehl”). |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
|
(3) |
Wara applikazzjoni għal immunità minn RUAG fil-15 ta’ April 2021, il-Kummissjoni wettqet spezzjoni għal għarrieda fil-bini ta’ Diehl bejn it-23 ta’ Novembru u l-25 ta’ Novembru 2021. |
|
(4) |
Fl-24 ta’ Frar 2022, Diehl applikat għall-immunità jew, b’mod alternattiv, għat-tnaqqis tal-multi. |
|
(5) |
Fit-18 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni nediet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) kontra d-destinatarji tad-Deċiżjoni bil-għan li tiddiskuti magħhom riżolviment fil-qafas tal-Avviż ta’ Riżolviment (3). Id-diskussjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni mad-destinatarji saru bejn Frar u Mejju 2023. Kull destinatarju mbagħad ppreżenta t-talba formali ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (4). |
|
(6) |
Fit-3 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet indirizzata lid-destinatarji. Id-destinatarji wieġbu għad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet u kkonfermaw li kienet tikkorrispondi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment u li huma baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura tar-riżolviment. |
|
(7) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fit-18 ta’ Settembru 2023. |
|
(8) |
Fit-18 ta’ Settembru 2023, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ rapport finali f’dan il-każ. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fil-21 ta’ Settembru 2023. |
2.2. Sommarju tal-ksur
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tirrigwarda ksur relatat mal-bejgħ ta’ granati tal-idejn. |
|
(11) |
L-aġir kien jikkonsisti fl-allokazzjoni tas-swieq nazzjonali bejn id-destinatarji tal-bejgħ ta’ granati tal-idejn. Dan kien jinkludi wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva mill-perspettiva tal-kompetizzjoni. Wara l-allokazzjoni tas-swieq nazzjonali, id-destinatarju ddeżinjat biss kien intitolat li jbigħ granati tal-idejn fis-suq nazzjonali kkonċernat. Jekk wieħed mid-destinatarji kellu l-intenzjoni li jbigħ il-granati tal-idejn tiegħu fis-suq nazzjonali allokat lid-destinatarju l-ieħor, huwa kellu jitlob il-kunsens ta’ dan tal-aħħar minn qabel. |
|
(12) |
L-allokazzjoni tas-suq kienet tikkonċerna kemm il-bejgħ permezz ta’ offerti kif ukoll ir-risposti għal talbiet diretti ta’ offerta mill-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(13) |
Il-ksur kopert mid-Deċiżjoni kien mifrux fiż-ŻEE kollha u dam mis-7 ta’ Novembru 2007 sat-23 ta’ Novembru 2021. |
2.3. Destinatarji u durata
|
(14) |
Id-destinatarji tad-Deċiżjoni jinżammu responsabbli għall-ksur għad-durati li ġejjin:
|
2.4. Rimedji
|
(15) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 (6). |
2.4.1. Ammont bażiku tal-multa
|
(16) |
Fl-iffissar tal-multi, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-medja annwali tal-bejgħ ta’ granati tal-idejn minn kull destinatarju fi ħdan iż-ŻEE matul il-perjodu kollu tal-ksur, il-fatt li l-akkordji huma, min-natura tagħhom stess, fost ir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni l-iktar dannużi, it-tul tal-ksur, il-fatt li l-ksur kien ikopri ż-ŻEE u ammont addizzjonali li jiskoraġġixxi lill-impriżi milli jidħlu f’tali prattiki. |
2.4.2. Aġġustamenti għall-ammont bażiku
|
(17) |
Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda ċirkostanza aggravanti jew mitiganti. |
2.4.3. Punt 37 fil-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi
|
(18) |
Sabiex tikseb effett dissważiv suffiċjenti, il-Kummissjoni applikat, skont il-punt 37 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi, żieda fl-ammont tal-multa b’fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ 3,75 għaż-żewġ destinatarji. Dan wassal għal multa li hija dissważiva u proporzjonata biżżejjed, meta wieħed iqis kemm is-saħħa ekonomika tal-partijiet u l-ispeċifiċitajiet tal-ksur kif ukoll ir-rwol ta’ kull wieħed mid-destinatarji fil-ksur. |
2.4.4. Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
|
(19) |
Il-multi imposti (qabel l-applikazzjoni tat-tnaqqis b’rabta mal-klemenza u r-riżolviment) ma kinux jaqbżu l-10 % tal-fatturat dinji totali tagħhom fis-sena kummerċjali ta’ qabel id-data tad-Deċiżjoni. |
2.4.5. Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006
|
(20) |
Il-Kummissjoni tat lil RUAG immunità sħiħa mill-multi. Il-Kummissjoni tat lil Diehl tnaqqis ta’ 50 % tal-multa tagħha. |
2.4.6. Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Riżolviment
|
(21) |
B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi tnaqqas b’10 % oħra. |
3. KONKLUŻJONI
|
(22) |
Il-multi li ġejjin ġew imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003:
|
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(3) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18). Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1348 (ĠU L 208, 5.8.2015, p. 3).
(5) F’Lulju 2022, RUAG Ammotec AG ġiet akkwistata minn kumpanija oħra u ngħatat l-isem ġdid ta’ SwissP Defence AG.
(6) Il-Linji Gwida dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1481/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)