European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1338

1.12.2023

AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Linji Gwida dwar l-għeluq tal-Programmi ta’ Kooperazzjoni Transfruntiera tal-ENI 2014-2020

(C/2023/1338)

DIKJARAZZJONI TA’ ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ:

Dan huwa dokument ta’ ħidma mħejji mis-servizzi tal-Kummissjoni. Abbażi tal-liġi applikabbli tal-UE, dan jipprovdi gwida teknika għall-kollegi u l-korpi involuti fl-għeluq tal-programmi ENI CBC. Din il-gwida hija mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali.

WERREJ

1.

Introduzzjoni u fini 2

2.

Qafas legali u prinċipji ġenerali 3

3.

Preparazzjoni għall-għeluq 5

3.1.

Skadenzi u skeda ta’ żmien indikattiva 5

3.2.

Emendar ta’ programmi 6

3.3.

Prattiki tajbin u miżuri għall-għeluq f’waqtu ta’ proġetti u programmi 6

4.

Ġestjoni finanzjarja 7

4.1.

Diżimpenn tal-għeluq 7

4.2.

Kofinanzjament u kontribuzzjoni massima tal-UE 7

4.3.

Approvazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-UE mħallsa bħala prefinanzjament 8

4.4.

Kalkolu tal-bilanċ finali inkluża l-flessibbiltà fl-għeluq 8

4.5.

Ibbukkjar eċċessiv 8

5.

Indikaturi u prestazzjoni fl-għeluq 9

6.

Proġetti mhux implimentati bis-sħiħ 9

7.

Proġetti affettwati minn proċediment legali, minn appell amministrattiv li jkollu effett sospensiv jew minn investigazzjoni li tkun għaddejja 10

8.

Trattament tal-irregolaritajiet fis-sena kontabilistika finali 11

9.

Irkupri u rinunzji 11

9.1.

Regoli komuni 11

9.2

Rapportar ta’ ammonti rekuperabbli u mhux rekuperabbli fl-għeluq 11

9.3

Ammonti rkuprati wara l-għeluq 12

10.

Imgħax fuq pre-finanzjament 12

11.

Programmi bi tfixkil fl-implimentazzjoni 12

11.1.

Valutazzjoni tal-impatt tal-kooperazzjoni transfruntiera 12

11.2.

Użu tal-infrastruttura 13

11.3.

Rata ta’ kofinanzjament 13

11.4

Proċedura speċifika ta’ rkupru għal programmi taħt tfixkil fl-implimentazzjoni 13

12.

Sottomissjoni tad-dokumenti tal-għeluq 13

12.1.

Skadenza għas-sottomissjoni tad-dokumenti tal-għeluq 13

12.2.

Modifika tad-dokumenti tal-għeluq wara s-sottomissjoni 14

12.3.

Disponibbiltà ta’ dokumenti u rekords tal-IT 14

13.

Kontenut tad-dokumenti tal-għeluq 14

13.1.

Dispożizzjonijiet ġenerali fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC 14

13.2.

Il-parti teknika finali 14

13.3.

Kontijiet Finali 15

13.4.

Dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u sommarju annwali tal-kontrolli 15

13.5.

Opinjoni tal-awditjar u rapport tal-awditjar 15

14.

Pagament jew irkupru tal-bilanċ finali 16

15.

Kwistjonijiet ta’ legalità u regolarità 16
Anness 17

1.   Introduzzjoni u fini

Dawn il-Linji Gwida dwar l-għeluq tal-Programmi ta’ Kooperazzjoni Transfruntiera tal-ENI 2014-2020 (“linji gwida”) jistabbilixxu qafas ċar rigward l-għeluq tal-Programmi Operattivi Konġunti (minn hawn ’il quddiem “programmi”) tal-komponent transfruntiera tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat għall-2014-2020 (“ENI CBC”), iffinanzjat mill-ENI, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) u, f’ċerti każijiet, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (“IPA”).

L-għan tal-linji gwida huwa li jiffaċilitaw il-proċess tal-għeluq billi jipprovdu l-qafas metodoloġiku għall-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni u tal-Awditjar tal-ENI CBC għall-għeluq tal-programmi. Dawn il-linji gwida jallinjaw mal-“Linji Gwida dwar l-għeluq ta’ programmi operazzjonali adottati għall-assistenza mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond Soċjali Ewropew, mill-Fond ta’ Koeżjoni u mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u mill-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera taħt l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (2014-2020)”  (1) (“il-linji gwida tal-FSIE”) sa fejn ikun possibbli. Dawn il-linji gwida jirregolaw b’mod eżawrjenti l-proċess tal-għeluq tal-programmi ENI CBC u jindirizzaw ukoll l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw mill-qafas legali tal-ENI CBC. Għalhekk, jenħtieġ li dan id-dokument biss jiggwida l-għeluq tal-programmi ENI CBC.

Il-linji gwida jqisu l-kriżi tal-COVID-19 fl-2020 u fl-2021 kif ukoll l-impatt tagħha fuq l-implimentazzjoni tal-programmi. Barra minn hekk, minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-biċċa l-kbira tal-programmi ENI CBC sofrew tfixkil fl-implimentazzjoni u dawn il-linji gwida jqisu l-att legali speċifiku tad-9 ta’ Novembru 2022  (2) li jindirizza l-isfidi relatati għal dawn il-programmi. Kapitolu speċifiku ta’ dawn il-linji gwida huwa ddedikat għal dan is-suġġett.

Il-proċess tal-għeluq għas-saldu finanzjarju tal-impenji baġitarji pendenti tal-Unjoni fir-rigward ta’ programm, kif ukoll id-diżimpenn jew l-irkupru potenzjali, jibni fuq il-proċess ta’ eżami u aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet. Jenħtieġ li l-għeluq finali tal-programm ikun ibbażat biss fuq id-dokumenti relatati mas-sena kontabilistika finali (il-kontijiet finali, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u s-sommarju annwali tal-kontrolli, l-opinjoni tal-awditjar u r-rapport tal-awditjar, kollha jiffurmaw il-pakkett ta’ aċċertament) u r-rapport finali (il-parti teknika u finanzjarja finali). Għal dak il-għan, il-linji gwida jagħtu orjentazzjonijiet għall-passi differenti li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet tal-programm kif ukoll il-mudell speċifiku għall-parti finanzjarja finali.

2.   Qafas legali u prinċipji ġenerali

It-testi legali ewlenin rilevanti għall-għeluq tal-programmi ENI CBC huma:

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, (minn hawn’ il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”) ;

Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) dwar l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat ;

Ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna ;

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, li tadotta dokument ta’ programmazzjoni għall-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni Transfruntiera tal-ENI għall-perjodu 2014–2020 (C (2014) 7172 final) ;

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 897/2014 (6), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/879 (7) (“ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC”) ;

Ir-Regolament (UE) 2022/2192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) dwar programmi taħt tfixkil fl-implimentazzjoni (“ir-Regolament dwar it-Tfixkil”) ;

Dispożizzjonijiet tal-programmi ENI CBC ;

Dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet ta’ Finanzjament iffirmati ma’ pajjiżi sħab.

L-Artikoli li ġejjin fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC fihom id-dispożizzjonijiet ewlenin relatati mal-għeluq:

Artikolu

Werrej

15

Perjodu ta’ eżekuzzjoni

18

Skadenza għall-iffirmar tal-kuntratti ta’ għotja u tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-proġett

19

Attivitajiet eliġibbli wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-proġett, definizzjoni tal-għeluq u kontrolli mill-Kummissjoni wara l-għeluq

48

Skadenza għall-eliġibbiltà tan-nefqa tal-proġett

64

Il-pagament tal-bilanċ finali

65

Eċċezzjonijiet għad-diżimpenn

68

Il-kontenut tar-rapport finali

70

Perjodu għaż-żamma tar-rekords

77

Skadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali

Fil-linji gwida kollha, se tintuża t-terminoloġija li ġejja:

“rapport finali” tfisser ir-rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni għall-aħħar sena kontabilistika u għad-durata kollha tal-programm, li jikkonsisti f’parti teknika u finanzjarja;

“parti teknika finali” tfisser il-parti teknika tar-rapport finali li fiha l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC;

“parti finanzjarja finali” tfisser il-parti finanzjarja tar-rapport finali li tikkonsisti minn:

il-“kontijiet finali” ppreżentati fil-mudell ipprovdut fl-Anness I u għad-durata kollha tal-programm;

id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 68(2) u 68 (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC.

Image 1

Il-pakkett leġiżlattiv u l-linji gwida għall-għeluq tal-programmi taħt il-politika ta’ koeżjoni, inklużi l-programmi Interreg, ma japplikawx għall-programmi ENI CBC.

Skont l-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC, “programm għandu jitqies magħluq meta:

a)

il-kuntratti kollha konklużi skont il-programm ikunu ngħalqu;

b)

il-bilanċ finali jkun tħallas jew ġie rimborżat;

c)

l-approprjazzjonijiet pendenti jkunu ġew diżimpenjati mill-Kummissjoni”.

Għalhekk, l-istadji importanti ewlenin fil-proċess tal-għeluq jistgħu jiġu ppreżentati kif ġej:

Image 2

Il-passi msemmija qabel is-sottomissjoni tar-rapport finali huma taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità ta’ Ġestjoni u tal-Awtorità tal-Awditjar, filwaqt li dawk wara s-sottomissjoni tar-rapport finali se jitwettqu mis-servizzi tal-Kummissjoni, li jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mill-Awtorità ta’ Ġestjoni u mill-Awtorità tal-Awditjar matul il-proċess ta’ valutazzjoni.

3.   Preparazzjoni għall-għeluq

3.1.   Skadenzi u skeda ta’ żmien indikattiva

L-iskadenzi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC huma:

31 ta’ Diċembru 2022: skadenza għall-iffirmar tal-kuntratti ta’ għotja. Fi programmi taħt tfixkil fl-implimentazzjoni, din l-iskadenza mhijiex applikabbli (9).

31 ta’ Diċembru 2023 : tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-proġett. Huma biss l-attivitajiet marbuta mal-għeluq ta’ proġetti mill-benefiċjarji (10) jew marbuta mal-għeluq ta’ programmi taħt assistenza teknika li jistgħu jitwettqu bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u t-30 ta’ Settembru 2024  (11).

30 ta’ Settembru 2024 : tmiem tal-attivitajiet marbuta mal-għeluq ta’ proġetti mill-benefiċjarji jew marbuta mal-għeluq minn programmi u awtoritajiet nazzjonali. Is-sena kontabilistika finali hija twila 15-il xahar, mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Settembru 2024.

15 ta’ Frar 2025 : skadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali u l-pakkett ta’ aċċertament (12). Dan jista’ jiġi estiż b’mod eċċezzjonali sal-1 ta’ Marzu mill-Kummissjoni.

31 ta’ Mejju 2025 : l-iskadenza għall-eżami u l-informazzjoni tal-kontijiet finali mill-Kummissjoni.

31 ta’ Diċembru 2025 : tmiem il-perjodu ta’ eżekuzzjoni tal-programm.

Il-perjodu ta’ żmien mill-iskadenza finali (31 ta’ Diċembru 2023) għall-implimentazzjoni tal-proġett sal-preżentazzjoni tar-rapport finali mill-Awtorità ta’ Ġestjoni (15 ta’ Frar 2025) huwa ta’ 13.5 xahar, li huwa iqsar minn dak għall-ENPI CBC  (13) .

Abbażi tal-esperjenza preċedenti, huwa raġonevoli li jitqies iż-żmien indikattiv meħtieġ għal kull pass għall-proġetti u l-finalizzazzjoni tal-ħidma tal-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni kif jidher hawn taħt:

Passi

Żmien

(f’xhur)

Żmien kumulattiv

(f’xhur)

Preżentazzjoni tar-rapport finali tal-proġetti

3

3

Reviżjoni tar-rapport finali tal-proġett, kjarifiki u informazzjoni addizzjonali u deċiżjoni dwar il-ħlas jew l-irkupru

1,5

4,5

Pagament finali u rkupri mhux kontenzjużi

2

6,5

L-aħħar awditu fuq kampjun ta’ proġetti mill-Awtorità tal-Awditjar

2

8,5

Deċiżjoni dwar irkupri finali, dwar proċeduri kontradittorji u rkupri mhux kontenzjużi miksuba

2

10,5

It-tħejjija tal-kontijiet finali u r-rapport finali

1,5

12

Opinjoni tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali u r-rapport tal-awditjar (finali)

1,5

13,5


Image 3

Peress li dan il-perjodu ta’ żmien indikattiv għall-finalizzazzjoni tal-proġetti huwa l-istess bħaż-żmien bejn l-iskadenza finali għall-implimentazzjoni tal-proġett u l-ħtieġa li jiġi ppreżentat ir-rapport finali lill-Kummissjoni, il-proġetti li jispiċċaw fl-aħħar 6 xhur tal-2023 se jkollhom jipproċedu b’finalizzazzjoni aktar mgħaġġla mill-medja biex ikunu lesti fil-ħin.

Il-kuntratti kollha relatati mal-użu tal-assistenza teknika, kemm għall-persunal kif ukoll għall-kuntratturi esterni, jeħtieġ li jiġu ffinalizzati qabel ma jitfasslu l-kontijiet finali, sabiex ikunu jistgħu jiġu awditjati u inklużi fir-rapport finali.

3.2.   Emendar ta’ programmi

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-programmi u t-tħejjija f’waqtha tal-għeluq, l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jistgħu jikkunsidraw li jkun meħtieġ aġġustament jew reviżjoni tal-programm tagħhom.

Jenħtieġ li talbiet għal reviżjoni tal-programm (14), inklużi reviżjonijiet ta’ pjanijiet ta’ finanzjament għat-trasferiment ta’ fondi bejn objettivi tematiċi, jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni kmieni biżżejjed biex jippermettu li d-deċiżjonijiet jiġu adottati qabel l-31 ta’ Diċembru 2023 (data finali għall-implimentazzjoni tal-proġett).

Jenħtieġ li l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-aġġustamenti magħmula fil-programmi skont l-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC jew skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar it-Tfixkil qabel id-data finali tal-implimentazzjoni tal-proġett, jiġifieri l-31 ta’ Diċembru 2023.

3.3.   Prattiki tajbin u miżuri għall-għeluq f’waqtu ta’ proġetti u programmi

L-iżgurar ta’ għeluq effettiv, effiċjenti u f’waqtu tal-proġetti huwa l-aktar sfida diffiċli tal-proċess kollu minħabba li kwalunkwe dewmien, anki jekk minn għadd limitat ta’ benefiċjarji, jista’ jipprevjeni l-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapport finali tal-programm lill-Kummissjoni.

Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-kuntratti ta’ għotja jistipulaw li r-rapport finali tal-proġett jeħtieġ li jiġi ppreżentat fi żmien tliet xhur mit-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni, għadd sinifikanti ta’ benefiċjarji tal-proġett qed jissottomettu r-rapporti finali tagħhom tard. Hija prattika tajba li l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jimmonitorjaw mill-qrib dan l-element biex jippermettu li jitwettqu verifiki f’waqthom u kompluti. Jista’ jkun meħtieġ ukoll appoġġ qawwi għall-proġetti li jiffinalizzaw fit-tieni semestru tal-2023 biex jiġi evitat dewmien bħal dan.

Image 4

Bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u t-30 ta’ Settembru 2024, hija biss in-nefqa għal attivitajiet marbuta mal-għeluq ta’ proġetti jew marbuta mal-għeluq ta’ programmi taħt l-assistenza teknika li hija eliġibbli.

F’konformità mal-punt (a)(iii) tal-Artikolu 48(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC, eżempji ta’ kostijiet relatati mal-għeluq tal-proġett jew tal-programm jinkludu l-verifika tan-nefqa, l-awditjar u l-evalwazzjoni finali tal-proġetti. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-programmi jinkludu fil-kuntratti ta’ għotja tagħhom perjodu ta’ eżekuzzjoni ta’ 12 jew 18-il xahar. F’każijiet bħal dawn, il-proġetti li jiffinalizzaw l-implimentazzjoni fit-tieni semestru tal-2023 ikollhom skadenzi għall-għeluq f’kontradizzjoni ma’ dawk għall-għeluq tal-programm, kif previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC. Dan huwa element li jenħtieġ li jitqies mill-Awtorità ta’ Ġestjoni fit-tħejjija tal-ħidma tagħha għall-għeluq.

Image 5

L-iskadenzi applikabbli għall-għeluq tal-programm imsemmija taħt il-punt 3.1 jieħdu post il-perjodi ta’ eżekuzzjoni li setgħu ġew stabbiliti f’kuntratti ta’ għotja.

Prattiki tajbin oħra implimentati fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti biex jiġi żgurat għeluq f’waqtu kienu:

It-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju speċifika sabiex jiġu identifikati l-benefiċjarji li x’aktarx jissottomettu rapporti mdewma jew ta’ kwalità baxxa u l-għoti ta’ appoġġ lill-benefiċjarji ta’ tali proġetti.

Il-ħruġ ta’ noti ta’ informazzjoni lill-benefiċjarji li jenfasizzaw l-importanza tas-sottomissjoni fil-pront tar-rapporti u possibbilment l-għoti ta’ struzzjonijiet speċifiċi għall-għeluq.

Ir-reviżjoni tal-proċeduri u l-kriterji għall-kontrolli amministrattivi mis-Segretarjat Tekniku Konġunt u l-Awtorità ta’ Ġestjoni, it-tnaqqis tal-piż formali u l-minimizzazzjoni taż-żmien meħtieġ għal proċedura kontradittorja.

Ma tintalab l-ebda sottomissjoni mill-ġdid mhux fundamentali ta’ dokumenti mill-benefiċjarji u s-sħab meta l-iżbalji identifikati jkunu jistgħu jiġu kkwantifikati faċilment u jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet li jippermettu l-approvazzjoni tar-rapport u d-determinazzjoni tal-pagament tal-bilanċ tal-għotja meta jkun meħtieġ.

It-titjib, meta meħtieġ, tal-fluss ta’ komunikazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-korpi tal-programm u bejn l-unitajiet differenti ta’ dawn il-korpi li jaħdmu fl-għeluq.

L-għażla bikrija tal-kampjun ta’ proġetti għall-aħħar verifiki fuq il-post, filwaqt li jitqies li l-popolazzjoni ta’ rapporti ta’ proġetti pendenti hija magħrufa minn qabel.

4.   Ġestjoni finanzjarja

4.1.   Diżimpenn tal-għeluq

Ma hemm l-ebda regola speċifika dwar id-diżimpenn tal-fondi matul il-proċedura tal-għeluq, lil hinn mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC li tipprevedi li, ladarba l-bilanċ finali jitħallas jew jiġi rimborżat, l-ammonti kollha mhux użati, jiġifieri l-approprjazzjonijiet li jifdal, għandhom jiġu diżimpenjati mill-programmi.

L-Artikolu 65 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC jipprovdi l-eċċezzjonijiet għad-diżimpenn għall-kontijiet annwali. Għall-għeluq, l-ammonti soġġetti għal dawk l-eċċezzjonijiet se jiġu ttrattati b’mod differenti, peress li jistgħu jiġu ddikjarati mal-kontijiet finali. Din hija kunsiderazzjoni importanti għall-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni minħabba l-fatt li l-kontijiet finali jagħtu l-aħħar għażla għad-dikjarazzjoni tan-nefqa.

4.2.   Kofinanzjament u kontribuzzjoni massima tal-UE

Image 6

It-terminu “kofinanzjament” f’dawn il-linji gwida jirreferi għad-differenza bejn in-nefqa eliġibbli u l-kontribuzzjoni tal-UE.

L-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC jiddikjara li l-kofinanzjament għandu jammonta għal mill-inqas 10 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Il-programmi setgħu jistabbilixxu livell ogħla ta’ kofinanzjament (kif indikat fil-pjan ta’ finanzjament tal-programmi).

Il-Kummissjoni trid tkun tista’ tivverifika fl-għeluq li l-ammont ta’ kofinanzjament ippjanat jew minimu jkun intlaħaq, li jfisser li n-nefqa rrappurtata fir-rapport finali trid turi li l-perċentwal tal-kofinanzjament stabbilit fil-programm huwa rispettat. Għal dak il-għan, żewġ kolonni li juru l-kontribuzzjoni u r-rata attwali tal-UE ġew inklużi fil-mudell tal-parti finanzjarja finali.

Il-programmi li għażlu li jagħmlu użu mill-għażla ta’ ebda kofinanzjament għal ċerti snin bħala rispons għall-COVID-19 jew għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (15) jistgħu jindikaw l-ebda kofinanzjament għal dawk is-snin. Madankollu, jenħtieġ li dawn il-programmi xorta juru li ssodisfaw il-perċentwal minimu jew ippjanat meħtieġ ta’ kofinanzjament stabbilit għas-snin kontabilistiċi l-oħra.

Jenħtieġ li l-informazzjoni rilevanti tiġi inkluża fil-worksheet tal-kontijiet finali “1.3 Rikonċiljazzjoni mal-JOP u l-kofinanzjament”.

4.3.   Approvazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-UE mħallsa bħala prefinanzjament

L-Artikolu 60(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC jiddikjara li “ Kull sena finanzjarja tal-implimentazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha tapprova l-pagamenti ta’ prefinanzjament preċedenti abbażi tan-nefqa eliġibbli effettivament imġarrba […] ”.

Dan ifisser għalhekk li l-Kummissjoni se twettaq eżerċizzju ta’ approvazzjoni għas-sena kontabilistika finali, filwaqt li tqis in-nefqa eliġibbli effettivament imġarrba fis-sena kontabilistika finali kif ukoll in-nefqa eliġibbli li tinsab fil-kontijiet finali.

Jenħtieġ li din l-informazzjoni tiġi inkluża fil-worksheet tal-kontijiet finali “1.4 Informazzjoni għall-ikklerjar”.

Għall-programmi taħt tfixkil fl-implimentazzjoni, l-ammonti mġarrba u mħallsa mill-benefiċjarji u l-kuntratturi Russi u Belarussi, li ġew esklużi mill-ikklerjar fil-kontijiet annwali ppreżentati wara s-sospensjoni tal-Ftehimiet ta’ Finanzjament iffirmati mar-Russja u l-Belarussja, mhux se jkunu nefqa eliġibbli taħt il-programm ikkonċernat minħabba l-impossibbiltà li jitwettqu verifiki u awditi kompluti u affidabbli fuqu. Din l-esklużjoni hija applikabbli wkoll għal ammonti inizjalment aċċettati mill-Awtorità ta’ Ġestjoni bejn l-1 ta’ Lulju 2021 u d-data limitu tas-sospensjoni tal-Ftehimiet ta’ Finanzjament, li għalihom ma seta’ jitwettaq l-ebda xogħol ta’ awditjar.

4.4.   Kalkolu tal-bilanċ finali inkluża l-flessibbiltà fl-għeluq

Il-Kummissjoni se tikkonferma l-kalkolu tal-bilanċ finali abbażi tad-data sottomessa mill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni.

B’kuntrast mal-approvazzjoni annwali tal-prefinanzjament, dan l-eżerċizzju se jqis ukoll il-kontribuzzjoni tal-UE li tikkorrispondi għall-ammont totali tan-nefqa eliġibbli tal-programm, kemm mill-proġetti kif ukoll mill-assistenza teknika, kif “iċċertifikata mill-opinjoni tal-awditjar”  (16) fir-rapport finali. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li r-rata ta’ kofinanzjament rilevanti ġiet irrispettata mill-programmi.

L-ammont li għandu jitħallas/jiġi rkuprat ikkalkolat f’konformità mar-regoli spjegati hawn fuq se jikkostitwixxi l-bilanċ finali tal-programm.

F’konformità mal-Artikolu 64 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC, il-pagament tal-bilanċ finali jista’ jaqbeż sa 10 % tal-kontribuzzjoni totali tal-UE allokata għal kull objettiv tematiku. Madankollu, il-pagament finali mill-Kummissjoni ma għandux jaqbeż il-kontribuzzjoni totali tal-UE għal kull programm kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm.

Ta’ min jinnota li l-bilanċ finali se jinkludi l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati minn benefiċjarji mhux pubbliċi f’pajjiżi sħab kif stabbilit fil-Ftehimiet ta’ Finanzjament. Bl-istess mod, l-ammont tal-bilanċ finali se jinkludi l-ammonti mhux rekuperabbli bbażati fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 tar-Regolament dwar it-Tfixkil dwar programmi taħt tfixkil fl-implimentazzjoni.

L-ammonti mhux rekuperabbli mill-benefiċjarji fl-Istati Membri u l-benefiċjarji pubbliċi fil-pajjiżi sħab se jiġu esklużi mill-kalkolu tal-bilanċ finali, peress li jridu jiġu rimborżati lill-Awtorità ta’ Ġestjoni mill-pajjiż rispettiv.

Il-Kapitolu 9 jipprovdi aktar informazzjoni dwar it-trattament ta’ ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati.

Jenħtieġ li din l-informazzjoni tiġi inkluża fil-worksheet tal-kontijiet finali “1.5 Bilanċ finali”.

4.5.   Ibbukkjar eċċessiv

Prenotazzjoni żejda hija aċċettabbli għall-programmi ENI CBC. L-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jistgħu jiddikjaraw lill-Kummissjoni nefqa eliġibbli li taqbeż il-kontribuzzjoni massima tal-UE stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm. Tali nefqa bbukkjata żżejjed iddikjarata lill-Kummissjoni fis-sena kontabilistika finali, irrispettivament minn f’liema sena kontabilistika tkun iġġarrbet u tħallset, se titqies fl-għeluq u wara biex jiġu sostitwiti l-ammonti irregolari (iddikjarati fi kwalunkwe sena kontabilistika, inkluża s-sena kontabilistika finali) u għall-flessibbiltà ta’ 10 % bejn l-objettivi tematiċi fl-għeluq.

5.   Indikaturi u prestazzjoni fl-għeluq

Id-data għall-indikaturi tal-output u tar-riżultati trid tiġi inkluża fil-parti teknika finali u trid tinkludi:

Il-valuri kumulattivi għall-indikaturi tal-output u tar-riżultati miksuba sa tmiem is-sena 2023.

Kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm, inkluż l-ilħuq tal-miri.

Il-kisba tal-indikaturi u tal-miri relatati se jiġu vvalutati mill-Kummissjoni, filwaqt li titqies l-informazzjoni pprovduta fil-parti teknika finali, inklużi elementi u fatturi bħat-tfixkil tal-programmi li setgħu affettwaw serjament l-ilħuq tal-miri stabbiliti.

Il-valuri tal-kisba tal-indikatur tal-output irrapportati fir-rapport finali ta’ programm jenħtieġ li jirreferu għal dak li jkun twettaq mill-proġetti appoġġati taħt il-programm sa tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni (l-31 ta’ Diċembru 2023). Għalkemm il-valuri tal-kisba tal-indikaturi jenħtieġ li jikkorrispondu għas-sitwazzjoni fl-31 ta’ Diċembru 2023, fil-prattika, l-outputs mogħtija mill-operazzjonijiet kofinanzjati sad-data tas-sottomissjoni tar-rapport finali jistgħu jiġu rrapportati f’dawn id-dokumenti.

Huma biss l-outputs li fil-fatt twasslu abbażi tan-nefqa ddikjarata u aċċettata bħala eliġibbli mill-programm li jenħtieġ li jiġu rrapportati fir-rapport finali. F’ċerti każijiet, dan se jfisser li jiġi rrapportat output żero.

L-awtoritajiet tal-programm huma mħeġġa jiddeskrivu jekk il-kriżi tal-COVID-19 u l-impatt tagħha waqqfux l-ilħuq ta’ xi miri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jivvalutaw ukoll jekk in-nuqqas li jintlaħqu l-miri huwiex dovut għall-impatt ta’ fatturi soċjoekonomiċi jew ambjentali, bidliet sinifikanti fil-kundizzjonijiet ekonomiċi jew ambjentali fiż-żona tal-programm.

Fl-istess sens, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-programm jiddeskrivu wkoll l-impatt tat-tfixkil fl-implimentazzjoni wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-involviment tal-Belarussja f’dik l-aggressjoni (ara l-Kapitolu 11).

6.   Proġetti mhux implimentati bis-sħiħ

F’konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC, “ proġett huwa serje ta’ attivitajiet definiti u ġestiti fir-rigward tal-objettivi, l-outputs, ir-riżultati u l-impatti li għandu l-għan li jikseb f’perjodu ta’ żmien u baġit definiti ” u li jikkontribwixxu għall-prijoritajiet tal-programm. F’dan il-kuntest, il-proġetti kollha jenħtieġ li jimmiraw li jiġu implimentati bis-sħiħ fil-perjodu ta’ implimentazzjoni tagħhom jew sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023, id-data meta l-attivitajiet kollha tal-proġett għandhom jintemmu f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC.

L-Artikolu 48 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC jistabbilixxi kriterji ċari għall-eliġibbiltà tan-nefqa. Dan ifisser li l-kostijiet effettivament imġarrba mill-benefiċjarji u taħt l-Assistenza Teknika huma eliġibbli jekk huma:

iġġarrbu matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ proġett u:

tħallsu qabel is-sottomissjoni tar-rapport finali tal-proġett jew

ġew elenkati fir-rapport finali tal-proġett flimkien mad-data stmata tal-pagament u tħallsu wara (17) (din il-prattika hija skoraġġuta ħafna, minħabba li ddewwem il-verifiki u l-proċess tal-għeluq);

iġġarrbu u tħallsu wara l-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-proġett għall-kostijiet relatati mal-attivitajiet tal-għeluq tal-proġett;

kienu indikati fl-istima tal-baġit globali tal-proġett;

kienu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett;

kienu identifikabbli u verifikabbli;

ikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tat-taxxa u soċjali applikabbli;

kienu raġonevoli u ġġustifikati;

kienu sostnuti minn fatturi jew dokumenti ta’ valur probatorju ekwivalenti.

L-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni se jkollhom iqisu dawn il-kriterji meta jiddikjaraw in-nefqa eliġibbli fir-rapport finali. L-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jistgħu jikkunsidraw li n-nefqa mġarrba u mħallsa għal attivitajiet imwettqa matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-proġett hija eliġibbli irrispettivament mill-grad ta’ implimentazzjoni finali tal-proġett, sakemm il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-proġett ma jipprovdux mod ieħor.

Tmienja minn ħmistax-il programm jinkludu artikolu fil-kuntratti ta’ għotja tagħhom dwar proġetti batuti jew parzjalment implimentati:

“[…] jekk il-proġett jiġi implimentat ħażin, parzjalment – u għalhekk mhux skont id-Deskrizzjoni tal-Azzjoni fl-Anness I – jew tard, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’, permezz ta’ deċiżjoni debitament motivata u wara li tippermetti lill-benefiċjarju/i jissottometti/u l-osservazzjonijiet tiegħu/tagħhom, tnaqqas l-għotja inizjali f’konformità mal-implimentazzjoni attwali tal-proġett […]”

F’każijiet bħal dawn, l-Awtorità ta’ Ġestjoni jenħtieġ li tivvaluta l-kwalità tal-implimentazzjoni ta’ kull proġett u tiddeċiedi jekk tnaqqasx l-ammont finali tal-għotja/il-kostijiet eliġibbli tal-proġett iddikjarati lill-Kummissjoni billi tqis pereżempju l-grad ta’ kisba tal-indikaturi meta mqabbla mal-miri msemmija fil-kuntratt tal-għotja u r-raġunijiet għad-diskrepanzi.

Meta l-Awtorità ta’ Ġestjoni tieħu deċiżjoni li tnaqqas l-għotja lil benefiċjarju ta’ proġett jew lill-benefiċjarji tal-proġett, huwa rrakkomandat li tinforma lill-Kumitat Konġunt ta’ Monitoraġġ peress li tali deċiżjoni tista’ tiġi kkontestata mill-benefiċjarju/i tal-proġett. Kwalunkwe każ bħal dan se jiġi ttrattat barra mill-proċess tal-għeluq, minħabba li parti minn tali nefqa ma tiġix iddikjarata lill-Kummissjoni abbażi tad-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Ġestjoni.

Għal programmi taħt tfixkil fl-implimentazzjoni, l-Awtorità ta’ Ġestjoni se jkollha tqis ukoll iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali meta twettaq l-analiżi dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti fid-dawl tal-possibbiltajiet previsti fir-Regolament dwar it-Tfixkil (ara l-Kapitolu 11).

7.   Proġetti affettwati minn proċediment legali, minn appell amministrattiv li jkollu effett sospensiv jew minn investigazzjoni li tkun għaddejja

Jenħtieġ li qabel ma jippreżentaw ir-rapport finali, l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jiddeċiedu jekk jeskludux mill-kontijiet finali n-nefqa kollha jew parti minnha għal kwalunkwe operazzjoni affettwata minn investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin jew sospiża minn proċediment legali jew minn appell amministrattiv li jkollu effett sospensiv.

Eżempji ta’ investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin jinkludu investigazzjonijiet imwettqin minn korpi nazzjonali differenti mill-awtoritajiet tal-programmi (bħal investigazzjonijiet tal-pulizija, investigazzjonijiet ġudizzjarji jew kriminali) li l-eżitu tagħhom jista’ jaffettwa l-legalità u r-regolarità tan-nefqa.

Is-sospensjoni ta’ proġett permezz ta’ proċediment legali jew permezz ta’ appell amministrattiv ma testendix id-data finali għall-infiq eliġibbli kif stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC.

L-awtoritajiet tal-programm huma mistiedna jeskludu mill-kontijiet finali n-nefqa affettwata minn irregolaritajiet potenzjali identifikati fl-investigazzjonijiet tal-OLAF li jkunu għaddejjin, fir-rapporti tal-OLAF jew fl-awditi tal-Kummissjoni jew tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Peress li l-kontijiet finali huma l-aħħar possibbiltà għad-dikjarazzjoni tan-nefqa, dawn jistgħu jinkludu wkoll l-ammonti taħt proċedimenti legali li jkunu għaddejjin u appelli amministrattivi li jkollhom effett sospensiv. Tali nefqa tista’ tiġi ttrattata bħala nefqa eliġibbli fil-mument tas-sottomissjoni tal-kontijiet finali u tista’ tiġi ċċertifikata mill-Awtoritajiet tal-Awditjar.

Jekk in-nefqa ta’ proġetti affettwati minn investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin jew ta’ proġetti sospiżi minn proċediment legali jew minn appell amministrattiv li jkollu effett sospensiv ma tkunx eskluża mill-kontijiet finali, l-Awtorità ta’ Ġestjoni jenħtieġ li tissottometti, mar-rapport finali, l-ammonti u lista ta’ tali operazzjonijiet u dawk li għalihom in-nefqa tkun qed tiġi investigata bl-użu tal-mudell ipprovdut fil-worksheet tal-kontijiet finali “ 2.2 Korrezzjonijiet finanzjarji, irkupri, OLAF, proċedimenti legali (fondi tal-UE) ”.

L-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet u, fejn jiġu stabbiliti irregolaritajiet wara l-għeluq tal-programm, jipproċedu bl-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament u jirrimborżawhom lill-Kummissjoni.

8.   Trattament tal-irregolaritajiet fis-sena kontabilistika finali

Wara t-talba għall-pagament tal-bilanċ finali, ma tista’ tiġi sottomessa l-ebda applikazzjoni għal pagament sussegwenti lill-Kummissjoni. Għalhekk, kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja meħtieġa, li tirriżulta kemm minn irregolaritajiet individwali kif ukoll sistemiċi, trid titwettaq fil-kontijiet finali, anki jekk tikkonċerna n-nefqa ddikjarata fis-snin kontabilistiċi preċedenti.

Jekk l-Awtorità ta’ Ġestjoni tiddeċiedi li ma tiddikjarax ammonti minħabba valutazzjoni kontinwa ta’ dik il-legalità u r-regolarità tan-nefqa fis-sena kontabilistika finali, dik in-nefqa ma tistax tiġi ddikjarata mill-ġdid anki jekk sussegwentement tinstab li tkun legali u regolari. Għalhekk, jenħtieġ li l-valutazzjonijiet kollha li għaddejjin mill-programm u l-korrezzjonijiet finanzjarji potenzjali jiġu ffinalizzati minn qabel biex jippermettu t-tħejjija tal-kontijiet finali.

9.   Irkupri u rinunzji

9.1.   Regoli komuni

F’konformità mal-Artikolu 68(3)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC, il-kontijiet għal kwalunkwe sena kontabilistika, inkluż l-aħħar waħda, iridu jinkludu minbarra n-nefqa mġarrba u mħallsa u d-dħul miksub u riċevut mill-Awtorità ta’ Ġestjoni:

l-ammonti rinunzjati jew irkuprati matul is-sena fiskali;

l-ammonti irrekuperabbli.

Jenħtieġ li l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jippruvaw jirkupraw kwalunkwe ammont qabel tmiem is-sena kontabilistika finali u fi kwalunkwe każ saż-żmien tal-finalizzazzjoni tal-kontijiet qabel is-sottomissjoni tar-rapport finali, peress li mhux se jkun hemm possibbiltà sussegwenti li jiġu rrappurtati bħala mhux rekuperabbli. Għal din ir-raġuni, il-kontijiet finali ma fihomx tabella “ammonti li għandhom jiġu rkuprati”.

L-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati huma maqsuma f’żewġ tabelli: wieħed għall-ammonti li għalihom l-Istati Membri jew il-pajjiżi sħab huma responsabbli u ieħor li għalih mhumiex responsabbli. L-ammonti tal-aħħar, inklużi l-ammonti mhux rekuperabbli minn benefiċjarji mhux pubbliċi f’pajjiżi sħab, se jitqiesu għall-kalkolu tal-bilanċ finali.

L-ammonti li l-irkupru tagħhom ġie rrinunzjat mill-Awtorità ta’ Ġestjoni wara approvazzjoni minn qabel mill-Kumitat Konġunt ta’ Monitoraġġ ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-bilanċ finali.

L-informazzjoni msemmija f’din it-taqsima hija pprovduta fit-tabelli speċifiċi tal-worksheet 2.2.

9.2   Rapportar ta’ ammonti rekuperabbli u mhux rekuperabbli fl-għeluq

Fil-kontijiet finali, l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jridu jirrapportaw ammonti mhux rekuperabbli relatati man-nefqa ddikjarata mhux biss fis-snin kontabilistiċi preċedenti, iżda wkoll fis-sena kontabilistika finali. Huwa possibbli wkoll li jiġu rrapportati, fil-kontijiet finali, l-ammonti li jkunu saru rekuperabbli jew li ma jistgħux jiġu rkuprati wara t-tmiem tas-sena kontabilistika finali iżda qabel is-sottomissjoni tar-rapport finali.

Jenħtieġ li l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni dejjem l-ewwel jippruvaw jirkupraw l-ammonti sabiex juru d-diliġenza dovuta.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC u tal-Ftehimiet ta’ Finanzjament rilevanti ma stabbilixxewx responsabbiltà tal-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni għall-ammonti mhux irkuprati minn benefiċjarji mhux pubbliċi stabbiliti f’pajjiżi sħab. Għalhekk, jenħtieġ li it-tipi ta’ ammonti mhux irkuprati li ġejjin jiġu rrappurtati fil-kontijiet finali:

Ammonti mhux irkuprati minn benefiċjarji mill-Istati Membri u minn entitajiet pubbliċi minn pajjiżi sħab, barra mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar it-Tfixkil. Dawn l-ammonti se jiġu esklużi mill-kalkolu tal-bilanċ finali (u ma għandhomx jitqiegħdu fil-worksheet 1.5) minħabba li huma koperti mill-obbligazzjoni ta’ parti oħra. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 74 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC, l-Istat Membru rilevanti jrid “ iħallas l-ammont dovut lill-Awtorità ta’ Ġestjoni ”; u l-livell ta’ responsabbiltà tal-pajjiż sieħeb rilevanti huwa stabbilit mill-ftehim ta’ finanzjament rilevanti.

Ammonti mhux irkuprati minn benefiċjarji mhux pubbliċi minn pajjiżi sħab, barra mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar it-Tfixkil. Dawn l-ammonti se jiġu inklużi fil-kalkolu tal-bilanċ finali bl-istess mod bħall-ammonti ċċertifikati lill-Kummissjoni minħabba li l-Ftehimiet ta’ Finanzjament rilevanti ma jistabbilixxux obbligazzjoni għall-pajjiżi sħab. Għal dawn l-ammonti, il-Kummissjoni tista’ tieħu f’idejha l-kompitu li tirkupra.

Ammonti mhux irkuprati rrapportati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 tar-Regolament dwar it-Tfixkil. Dawn l-ammonti se jiġu inklużi fil-kalkolu tal-bilanċ finali bl-istess mod bħall-ammonti ċċertifikati lill-Kummissjoni. Bl-inklużjoni ta’ dawn l-ammonti fit-tabella 4 tal-worksheet 2.2, l-Awtorità ta’ Ġestjoni titqies li talbet li l-Kummissjoni tieħu f’idejha l-kompitu li tirkupra l-ammonti.

9.3   Ammonti rkuprati wara l-għeluq

Kwalunkwe ammont li jkun ġie ddikjarat lill-Kummissjoni u li sussegwentement jiġi rkuprat wara l-għeluq irid jitħallas lura mill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni lill-baġit tal-Unjoni.

10.   Imgħax fuq pre-finanzjament

L-Artikolu 8(4) tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi li “ l-imgħax iġġenerat minn pagamenti ta’ prefinanzjament magħmula mill-baġit ma għandux ikun dovut lill-Unjoni, ħlief jekk ikun previst mod ieħor […] fil-ftehimiet ta’ finanzjament ikkonċernati ”.

Għalhekk, l-imgħax iġġenerat ma għandu jiġi ddikjarat fl-ebda mument, inkluż fil-kontijiet finali u għalhekk, mhux se jitnaqqas mill-kalkolu tal-bilanċ finali.

11.   Programmi bi tfixkil fl-implimentazzjoni

Bħala konsegwenza tal-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, ir-Regolament dwar it-Tfixkil ġie adottat fid-9 ta’ Novembru 2022. Dak ir-Regolament jikkonċerna 13 mill-15 programm ENI CBC affettwati minn tfixkil fl-implimentazzjoni (18) u jindirizza diversi suġġetti, bħal:

Valutazzjoni tal-impatt tal-kooperazzjoni transfruntiera;

L-użu tal-infrastruttura;

Rata ta’ kofinanzjament;

Proċedura ta’ rkupru;

Fondi ta’ kofinanzjament li jifdal trasferiti minn pajjiż sieħeb.

11.1.   Valutazzjoni tal-impatt tal-kooperazzjoni transfruntiera

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar it-Tfixkil jiddikjara li l-impatt u l-benefiċċji tal-kooperazzjoni transfruntiera tal-proġetti għandhom jiġu vvalutati fi tliet fażijiet:

L-1el Fażi sad-data li fiha beda t-tfixkil fl-implimentazzjoni tal-programm;

It-2ni Fażi għad-durata tat-tfixkil fl-implimentazzjoni tal-programm;

It-3et Fażi wara li jkun intemm it-tfixkil fl-implimentazzjoni tal-programm.

Għal dak l-għan, il-programmi se jindikaw id-data tal-bidu u t-tip ta’ tfixkil f’konformità mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament dwar it-Tfixkil.

Il-parti teknika finali jenħtieġ li tinkludi valuri aggregati għall-indikaturi definiti fil-programm, filwaqt li jitqiesu l-valuri miksuba mill-benefiċjarji fl-Istati Membri u fil-pajjiżi sħab matul l-1el Fażi (u t-3et Fażi, jekk rilevanti) u l-valuri fil-mira miksuba mill-benefiċjarji fl-Istati Membri fit-2ni Fażi.

Il-programmi jistgħu jirrapportaw ukoll dwar l-indikaturi miksuba fil-pajjiżi sħab matul it-2ni Fażi filwaqt li jipprovdu l-ispjegazzjoni rilevanti fil-parti teknika finali.

L-impatt transfruntier tal-proġetti, inkluż meta dan jista’ jaffettwa l-eliġibbiltà tan-nefqa, mhux se jiġi ddubitat minħabba l-konsegwenzi tat-tfixkil fl-implimentazzjoni tal-proġetti minn sħab mill-pajjiżi sħab rilevanti fit-2ni Fażi.

11.2.   Użu tal-infrastruttura

L-Artikolu 8(3) tar-Regolament dwar it-Tfixkil jistabbilixxi eċċezzjoni għall-Artikolu 39(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC li jistabbilixxi l-obbligu ta’ durabbiltà għal proġett li jinkludi komponent ta’ infrastruttura li ma jkunx soġġett għal bidliet sostanzjali li jaffettwaw in-natura, l-objettivi jew il-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu li jirriżultaw fl-imminar tal-objettivi oriġinali tiegħu, fi żmien ħames snin mill-għeluq tal-proġett jew fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Fejn ma jkunx possibbli għall-Awtorità ta’ Ġestjoni li tivverifika l-issodisfar tal-obbligu tad-durabbiltà għal proġetti li jinsabu f’pajjiżi sħab affettwati minn tfixkil fl-implimentazzjoni, ma tkunx meħtieġa mill-Awtorità ta’ Ġestjoni li tirkupra s-somom u lanqas li tħallas lura l-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi żgurat rekord tal-awditjar xieraq għal dawk il-proġetti.

11.3.   Rata ta’ kofinanzjament

L-Artikolu 3 tar-Regolament dwar it-Tfixkil jiddikjara li mhu se jkun meħtieġ l-ebda kofinanzjament tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi sħab għan-nefqa mġarrba u mħallsa u inkluża fil-kontijiet annwali għall-aħħar tliet snin kontabilistiċi tal-implimentazzjoni tal-programm, jiġifieri, li tibda mill-1 ta’ Lulju tas-snin 2021, 2022 u 2023, rispettivament.

Il-mudell tal-kontijiet finali fih id-diżaggregazzjoni tan-nefqa u l-kofinanzjament. Dan jiddistingwi s-snin mingħajr miżuri eċċezzjonali ta’ kofinanzjament u dawk b’kontribuzzjoni tal-UE sa 100 %, jew minħabba l-COVID-19 jew minħabba tfixkil fl-implimentazzjoni. It-Taqsima speċifika tal-worksheet 1.3 tal-kontijiet finali trid timtela biss għall-programmi li ma jkunu applikaw l-ebda kofinanzjament.

11.4   Proċedura speċifika ta’ rkupru għal programmi taħt tfixkil fl-implimentazzjoni

Meta l-irkupru jkun relatat ma’ pretensjoni kontra benefiċjarju stabbilit f’pajjiż sieħeb, l-Artikolu 14(5) tar-Regolament dwar it-Tfixkil jippermetti lill-Awtorità ta’ Ġestjoni titlob li l-Kummissjoni tieħu f’idejha l-kompitu li tirkupra l-ammonti meta ma tkunx tista’ tpaċihom. Dan huwa possibbli dment li l-Awtorità ta’ Ġestjoni ma tirnexxix fit-tentattiv ta’ rkupru simplifikat. Kif deskritt fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament dwar it-Tfixkil, huwa biżżejjed li l-Awtorità ta’ Ġestjoni tiddokumenta d-deċiżjoni tagħha li ma twettaqx aktar minn tentattiv wieħed ta’ rkupru.

Il-mudell tal-kontijiet finali jinkludi tabella speċifika fil-worksheet 2.2 bil-lista ta’ rkupri mgħoddija lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament dwar it-Tfixkil.

Il-kontijiet finali jinkludu wkoll tabella speċifika dwar l-użu tal-kofinanzjament ta’ pajjiż sieħeb fil-kontijiet bankarji tal-Awtorità ta’ Ġestjoni fid-data tat-tfixkil fl-implimentazzjoni tal-programm (worksheet “2.4 Offsets” ).

12.   Sottomissjoni tad-dokumenti tal-għeluq

12.1.   Skadenza għas-sottomissjoni tad-dokumenti tal-għeluq

Id-dokumenti tal-għeluq iridu jiġu sottomessi sal-15 ta’ Frar 2025 permezz tal-SFC. Din l-iskadenza tista’ tiġi estiża sal-1 ta’ Marzu 2025 mill-Kummissjoni, wara komunikazzjoni mill-Awtorità ta’ Ġestjoni kkonċernata, skont l-Artikolu 77 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC.

In-nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ kwalunkwe wieħed mid-dokumenti tal-għeluq jista’ jkun indikazzjoni ta’ nuqqas serju fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm, li jpoġġi f’riskju l-kontribuzzjoni tal-Unjoni diġà mħallsa lill-programm. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li timponi korrezzjoni finanzjarja f’każijiet bħal dawn, skont l-Artikolu 72 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC.

Madankollu, fuq talba mill-Awtorità ta’ Ġestjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni se jagħtu flessibbiltà simili għal dik proposta għall-programmi ta’ koeżjoni biex jissottomettu r-rapport finali sal-15 ta’ Frar 2026.

12.2.   Modifika tad-dokumenti tal-għeluq wara s-sottomissjoni

L-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni ma jistgħu jimmodifikaw l-ebda wieħed mid-dokumenti tal-għeluq wara l-iskadenza għas-sottomissjoni tagħhom, ħlief meta l-Kummissjoni titlob modifika jew f’każ ta’ żbalji klerikali.

12.3.   Disponibbiltà ta’ dokumenti u rekords tal-IT

L-Artikolu 70 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC jistabbilixxi l-perjodu għaż-żamma tar-rekords relatati mal-programm jew proġett mill-Awtorità ta’ Ġestjoni u l-benefiċjarji, għal ħames snin mid-data tal-pagament tal-bilanċ għall-programm.

Jenħtieġ li jinżammu rapporti, dokumenti ta’ sostenn, kif ukoll kontijiet, dokumenti tal-kontabbiltà u kwalunkwe dokument ieħor relatat mal-finanzjament tal-programm (inklużi d-dokumenti kollha relatati mal-għoti tal-kuntratt) u tal-proġetti.

Anki jekk mhux espliċitu fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC, l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni huma mistiedna jżommu rekords tal-IT, siti web, software, bażijiet tad-data, u kwalunkwe riżultat f’forma elettronika meta dawn ikunu relatati ma’ proġetti kofinanzjati jew Assistenza Teknika.

Hija r-responsabbiltà tal-Awtorità ta’ Ġestjoni li tiżgura rekord tal-awditjar xieraq, inkluża lista ta’ tranżazzjonijiet, għal awditi ulterjuri potenzjali mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Ir-rekords li jappartjenu għal awditi, appelli, litigazzjonijiet, jew insegwiment ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw mill-programm jew mill-prestazzjoni tal-proġett għandhom jinżammu sakemm jitlestew tali awditi, appelli, litigazzjonijiet jew pretensjonijiet, anki jekk dan ikun lil hinn mill-perjodu ta’ 5 snin imsemmi hawn fuq.

13.   Kontenut tad-dokumenti tal-għeluq

13.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC

F’konformità mal-Artikolu 77 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC, il-parti teknika finali li għandha tiġi ppreżentata mill-Awtorità ta’ Ġestjoni lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Frar 2025 wara l-approvazzjoni mill-Kumitat Konġunt ta’ Monitoraġġ, se jkun fiha, mutatis mutandis, l-informazzjoni mitluba għar-rapporti annwali, għas-sena kontabilistika finali kif ukoll għad-durata kollha tal-programm.

Il-parti teknika finali trid timtela biex tikkonforma ma’ din it-talba doppja, għas-sena kontabilistika finali u għad-durata kollha tal-programm, u l-mudell tas-soltu użat mill-programmi għar-rapporti ta’ implimentazzjoni (annwali) ma għandux għalfejn jinbidel għal dan l-għan.

Madankollu, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-previżjoni tal-attivitajiet li għandhom jiġu implimentati fis-sena kontabilistika ta’ wara (l-Artikolu 77(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC) u l-istima tal-kostijiet imġarrba mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti (l-Artikolu 68(2)(f) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC) ma jitħejjewx jew jiġu sottomessi peress li mhumiex rilevanti fl-għeluq, f’konformità mal-Artikolu 77(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC.

13.2.   Il-parti teknika finali

Jenħtieġ li l-mudell tas-soltu tal-parti teknika għar-rapport annwali jintuża mill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni wkoll għar-rapport finali. Jenħtieġ li l-informazzjoni tkopri t-tul kollu tal-programm.

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC, se jiġu applikati proċeduri simili bi programmi skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (19). B’mod partikolari, l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni se jingħataw xahrejn biex iwieġbu għall-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-rapport. Il-Kummissjoni tista’ testendi l-iskadenza b’xahrejn oħra fuq talba mill-Awtorità ta’ Ġestjoni. Ir-rapport finali se jiġi aċċettat jekk il-Kummissjoni ma jkollha l-ebda osservazzjoni jew jekk l-osservazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni jkunu ġew indirizzati b’mod xieraq.

13.3.   Kontijiet Finali

Il-kontijiet finali jridu jinkludu l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 68(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC, bl-eċċezzjoni tal-punt (f) (20), kemm għas-sena kontabilistika finali kif ukoll għad-durata kollha tal-programm.

Bl-istess mod, l-Artikolu 69 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC li jirregola l-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet annwali japplika bl-istess mod għall-kontijiet finali.

Il-Kummissjoni se teżamina l-kontijiet finali u tinforma lill-Awtorità ta’ Ġestjoni fi żmien debitu dwar jekk taċċettax li l-kontijiet finali jagħtu stampa vera u ġusta, u li t-tranżazzjonijiet relatati huma legali u regolari.

13.4.   Dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u sommarju annwali tal-kontrolli

Jenħtieġ li l-Awtorità ta’ Ġestjoni tkompli tirrapporta s-sommarju annwali tal-kontrolli bl-istess mod bħal fis-snin li għaddew.

Madankollu, id-dikjarazzjoni tal-ġestjoni għas-sena kontabilistika finali jenħtieġ li tkopri l-aċċertament għad-durata kollha tal-programm sa dik tal-aħħar sena kontabilistika, f’konformità mal-Artikolu 77(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC.

13.5.   Opinjoni tal-awditjar u rapport tal-awditjar

L-opinjoni tal-awditjar u r-rapport tal-awditjar se jkopru kemm is-sena kontabilistika finali kif ukoll id-durata kollha tal-programm f’konformità mal-Artikolu 77(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC. Għalhekk, jenħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn il-perjodi rispettivi koperti. L-opinjoni tal-awditjar se tistabbilixxi jekk il-kontijiet finali jagħtux stampa vera u ġusta, jekk it-tranżazzjonijiet relatati humiex legali u regolari, u jekk is-sistema ta’ kontroll stabbilita taħdimx kif suppost. L-opinjoni se tiddikjara wkoll jekk ix-xogħol ta’ verifika tpoġġix f’dubju d-dikjarazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni.

Image 7

L-opinjoni tal-awditjar finali trid tikkonferma kemm l-ammonti totali tan-nefqa eliġibbli kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-UE għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu, kif ippreżentati fil-worksheet 1.3 tal-kontijiet.

Barra minn hekk, ir-rapport tal-awditjar se jinkludi:

Informazzjoni dwar sejbiet miftuħa li jirriżultaw minn awditi mwettqa mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jenħtieġ li tiġi pprovduta fit-taqsima “ Informazzjoni oħra ”. Dan huwa meħtieġ biss f’każ fejn in-nefqa affettwata tkun inkluża fil-kontijiet finali;

Konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-Rekwiżit Ewlieni 6 “ Sistema affidabbli għall-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-ħżin tad-data għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifika u l-finijiet tal-awditjar, inklużi r-rabtiet ma’ sistemi ta’ skambju elettroniku ta’ data mal-benefiċjarji ”. Jenħtieġ li din il-valutazzjoni tinkludi konferma li d-data aggregata rrapportata lill-Kummissjoni hija korretta.

Għall-programmi affettwati mis-sospensjoni tal-Ftehimiet ta’ Finanzjament kollha mar-Russja u l-Belarussja, f’Diċembru 2022 is-servizzi tal-Kummissjoni infurmaw lill-Awtoritajiet tal-Awditjar tal-programmi ENI CBC ikkonċernati dwar il-proċeduri speċifiċi tal-awditjar bil-programmi affettwati, inkluż ix-xogħol tal-awditjar dwar il-kontijiet finali, l-awditjar tal-operazzjonijiet, l-istrateġiji tal-awditjar u kif għandhom jiġu ffurmati l-opinjonijiet tal-awditjar. Il-mudelli tar-rapport annwali u tal-opinjoni tal-awditjar ma għandhomx bżonn jiġu adattati għall-finijiet tal-għeluq u jenħtieġ li jintużaw bħal fi snin kontabilistiċi preċedenti.

14.   Pagament jew irkupru tal-bilanċ finali

Il-bilanċ finali jitħallas jew jiġi rkuprat mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-approvazzjoni tal-kontijiet finali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Kummissjoni li tinterrompi l-iskadenza għall-pagament jew li tissospendi tali pagament f’konformità mal-Artikoli 61 u 62 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC.

15.   Kwistjonijiet ta’ legalità u regolarità

Kwistjonijiet relatati mal-legalità u mar-regolarità ta’ tranżazzjonijiet sottostanti li jikkonċernaw in-nefqa fil-kontijiet finali aċċettati jistgħu jitqajmu mill-Kummissjoni wara l-pagament tal-bilanċ finali u l-għeluq tal-programm.

Kif stabbilit fl-Artikolu 72(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC, l-għeluq tal-programm mhux se jippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li twettaq, fi stadju aktar tard, korrezzjonijiet finanzjarji vis-à-vis l-Awtorità ta’ Ġestjoni.


(1)  Avviż tal-Kummissjoni (ĠU C 474, 14.12.2022, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2022/2192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-programmi ta’ kooperazzjoni 2014-2020 appoġġati mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u fl-ambitu tal-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, wara tfixkil fl-implimentazzjoni tal-programm (ĠU L 292, 11.11.2022, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) No 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 897/2014 tat-18 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera ffinanzjati bir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 244, 19.8.2014, p. 12).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/879 tat-23 ta' Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 897/2014 fir-rigward ta' dispożizzjonijiet speċifiċi biex jallinjaw id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali ffinanzjati taħt l-Istrument Ewropew tal-Viċinat ma' miżuri speċifiċi f' rispons għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 203, 26.6.2020, p. 59).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2022/2192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-programmi ta’ kooperazzjoni 2014-2020 appoġġati mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u fl-ambitu tal-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, wara tfixkil fl-implimentazzjoni tal-programm (ĠU L 292, 11.11.2022, p. 1.)

(9)  F’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar it-Tfixkil, l-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-programmi taħt tfixkil tista’ tiffirma kuntratti, għajr kuntratti għal proġetti infrastrutturali kbar, wara l-31 ta’ Diċembru 2022, dment li l-attivitajiet tal-proġetti kollha ffinanzjati mill-programm jintemmu sal-31 ta’ Diċembru 2023.

(10)  Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC li jirreferi għall-Artikolu 48(2)(a) (iii) tal-istess Regolament ta’ Implimentazzjoni, attivitajiet bħall-verifika tan-nefqa, l-awditjar u l-evalwazzjoni finali tal-proġett xorta jistgħu jseħħu wara l-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-proġett.

(11)  L-Artikolu 19(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC, kif emendat.

(12)  Aktar dettalji fit-Taqsima 12.

(13)  Perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

(14)  Ara l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC dwar l-aġġustamenti tal-programm skont il-paragrafu 1 tiegħu u r-reviżjonijiet skont il-paragrafu 2 tiegħu.

(15)  Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC jew l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Korruzzjoni li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi (…) wara tfixkil fl-implimentazzjoni tal-programm.

(16)  L-Artikolu 69 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ENI CBC.

(17)  Kif previst fit-Taqsima 3, biex ikunu eliġibbli, il-kostijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-proġetti jridu jiġġarrbu u jitħallsu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023. Il-kostijiet relatati mal-għeluq ta’ proġetti u programmi u għall-Assistenza Teknika biss huma eliġibbli sat-30 ta’ Settembru 2024.

(18)  L-Ungerija — is-Slovakkja — ir-Rumanija — l-Ukrajna, l-Estonja — ir-Russja, il-Latvja — ir-Russja, il-Polonja — il-Belarussja — l-Ukrajna, il-Polonja — ir-Russja, il-Litwanja — ir-Russja, il-Latvja — il-Litwanja — r-Russja, ir-Rumanija — ir-Repubblika tal-Moldova, il-Baċir tal-Baħar l-Iswed, ir-Rumanija — l-Ukrajna, ix-Xlokk tal-Finlandja — ir-Russja, il-Karelia u Kolartiku.

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(20)   “stima tal-kostijiet imġarrba mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti”


ANNESS

[TITLU TAL-PROGRAMM]

[Numru tad-Deċiżjoni tal-KE]

RAPPORT FINALI

[data tas-sottomissjoni]

II. Parti Finanzjarja Finali

L-Artikolu 68(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 897/2014

Awtorità ta’ Ġestjoni: <daħħal l-isem tal-awtorità ta’ ġestjoni>

It-tabelli għandhom jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tal-programm meta dan ikun il-każ.

WERREJ

1.

Ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni tal-programm

1.1.

Pagamenti mill-Kummissjoni Ewropea

1.2.

Pagamenti mill-pajjiżi parteċipanti fil-livell tal-programm

1.3.

Rikonċiljazzjoni mal-JOP u l-kofinanzjament

1.4.

Informazzjoni għall-ikklerjar

1.5.

Bilanċ finali

2.

Proġetti

2.1.

Proġetti – sena kontabilistika finali

2.2.

Korrezzjonijiet finali, irkupri, OLAF, proċedimenti legali

2.3.

Dħul minn proġetti

2.4.

Kofinanzjament trasferit lill-Awtorità ta’ Ġestjoni mill-pajjiż sieħeb u lista ta’ offsets

3.

Assistenza teknika

3.1.

Assistenza Teknika – sena kontabilistika finali

PARTI FINANZJARJA FINALI

[TITLU TAL-PROGRAMM]

1.1.   Pagamenti mill-Kummissjoni Ewropea (l-ammonti kollha f’EUR)

Deskrizzjoni tal-partita

Data tal-wasla

Ammont

Kummenti

PERJODU TA’ RAPPORTAR ATTWALI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PERJODI TA’ RAPPORTAR PREĊEDENTI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL GĦAD-DURATA KOLLHA TAL-PROGRAMM

 

 

PARTI FINANZJARJA FINALI

[TITLU TAL-PROGRAMM]

1.2.   Pagamenti minn pajjiżi parteċipanti fil-livell tal-programm (L-ammonti kollha f’EUR)

Deskrizzjoni tal-partita

Data tal-wasla

Ammont

Kummenti

PERJODU TA’ RAPPORTAR ATTWALI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PERJODI TA’ RAPPORTAR PREĊEDENTI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL GĦAD-DURATA KOLLHA TAL-PROGRAMM

 

 

PARTI FINANZJARJA FINALI

[TITLU TAL-PROGRAMM]

1.3.   Rikonċiljazzjoni mal-JOP u l-kofinanzjament

 

Baġit tal-programm (l-aħħar JOP approvat)

 

Il-kontribuzzjoni tal-UE u l-kofinanzjament matul is-snin kontabilistiċi regolari (esklużi s-snin kontabilistiċi b’kofinanzjament affettwat minn miżuri tal-Covid-19 jew ta’ tfixkil)

Il-kontribuzzjoni tal-UE (sa 100 %) u l-kofinanzjament fis-snin kontabilistiċi affettwati mill-miżuri tal-Covid-19 jew ta’ tfixkil (2020-2021, 2021-2022, 2022-2023, 2023-2024)

 

Stat tal-implimentazzjoni tal-programm

 

Kontribuzzjoni tal-UE (A)

Kofinanzjament (1) (B)

Finanzjament totali (C)

Kontribuzzjoni tal-UE (D)

Kofinanzjament (E)

Rata ta’ kofinanzjament (%) (F) = (E) / (D)

Finanzjament totali (G)

Kontribuzzjoni tal-UE (H)

Kofinanzjament (1) (I)

Rata ta’ kofinanzjament (%) (J) = (I) / (H)

Finanzjament totali (K)

Kontribuzzjoni tal-UE (L)

Rata ta’ assorbiment tal-kontribuzzoni tal-UE (%) (M)=(L)/(A) (2)

Nefqa totali mġarrba u mħallsa (P)

Rata ta’ assorbiment tan-nefqa totali (%) (R)=(P)/(C)

Proġetti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prijorità [daħħal l-isem/in-numru tal-prijorità]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prijorità [daħħal l-isem/in-numru tal-prijorità]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prijorità [daħħal l-isem/in-numru tal-prijorità]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prijorità [daħħal l-isem/in-numru tal-prijorità]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Assistenza teknika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PARTI FINANZJARJA FINALI

[TITLU TAL-PROGRAMM]

1.4.   Informazzjoni għall-ikklerjar

Kontribuzzjoni tal-UE għall-ikklerjar fir-RAPPORT FINALI

Kontribuzzjoni tal-UE għan-nefqa totali eliġibbli mġarrba u mħallsa fis-sena kontabilistika finali (3)

Nefqa tal-proġett

 (4)

Nefqa tal-assistenza teknika

 (5)

BIT-TNAQQIS TA’

Ammont eskluż mill-ikklerjar

 (6)

AMMONT TOTALI

 

PARTI FINANZJARJA TOTALI

[TITLU TAL-PROGRAMM]

1.5.   Bilanċ finali

(Għandha timtela fejn xieraq)

Kalkolu tal-bilanċ finali

 

Kontribuzzjoni tal-UE mitluba għall-ikklerjar matul is-sena kontabilistika finali

 (7)

Kontribuzzjoni tal-UE kklerjata matul il-perjodu kollu ta’ implimentazzjoni (fis-snin kontabilistiċi preċedenti)

 (8)

Ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati minn entitajiet mhux pubbliċi f’pajjiżi sħab (mingħajr ammonti minħabba tfixkil fl-implimentazzjoni)

 (9)

Ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati minħabba tfixkil fl-implimentazzjoni (l-Artikolu 14(3) tar-Regolament dwar it-Tfixkil)

 (10)

SUBTOTAL

 

BIT-TNAQQIS TA’

Pagamenti mill-Kummissjoni Ewropea

 (11)

AMMONT TOTALI TAL-BILANĊ FINALI

 (12)

PARTI FINANZJARJA FINALI

[TITLU TAL-PROGRAMM]

2.1.   Proġetti (fondi tal-UE) – Sena kontabilistika finali

Objettiv tematiku/Prijoritajiet

Ammont totali kkuntrattat fis-sena kontabilistika finali

[EUR] (A)

Finanzjament tal-UE

[EUR] (B)

Finanzjament tal-UE

% (C) = (B)/(A)

Nefqa eliġibbli totali mġarrba u mħallsa fis-sena kontabilistika finali

[EUR] (13) (D)

Finanzjament tal-UE

[EUR] (E)

Finanzjament tal-UE )

% (F) = (E)/(D

Total

 

 

 

 

 

 

Prijorità [daħħal l-isem/in-numru għall-prijorità]

 

 

 

 

 

 

Prijorità [daħħal l-isem/in-numru għall-prijorità]

 

 

 

 

 

 

Prijorità [daħħal l-isem/in-numru għall-prijorità]

 

 

 

 

 

 

Prijorità [daħħal l-isem/in-numru għall-prijorità]

 

 

 

 

 

 

PARTI FINANZJARJA FINALI

[TITLU TAL-PROGRAMM]

2.2.   Korrezzjonijiet finanzjarji, irkupri, OLAF, proċedimenti legali (fondi tal-UE)

Il-kontijiet għandhom jinkludu, fil-livell tal-prijoritajiet u tal-assistenza teknika, l-ammonti li ġew irkuprati matul is-sena kontabilistika, l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati sa tmiem is-sena kontabilistika u l-ammont li ma jistgħux jiġu rkuprati, kif ukoll l-ammonti għad-durata kollha tal-programm.

Il-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu rreġistrati fil-kontijiet annwali mill-Awtorità ta’ Ġestjoni (AĠ) għas-sena kontabilistika li fiha tiġi deċiża l-kanċellazzjoni.

1.   Lista tal-korrezzjonijiet finanzjarji kollha deċiżi fis-sena kontabilistika

Identifikazzjoni ta’ proġett

Objettiv tematiku/Prijorità

Ammont (EUR)

Data tad-deċiżjoni

Deskrizzjoni tal-korrezzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AMMONT TOTALI FIS-SENA KONTABILISTIKA FINALI

 

 

AMMONT TOTALI GĦAD-DURATA KOLLHA TAL-PROGRAMM

 (14)

 

2.   Lista ta’ ammonti rkuprati

Identifikazzjoni ta’ proġett

Objettiv tematiku/Prijorità

Ammont (EUR)

Data tad-deċiżjoni

Ġustifikazzjoni tal-irkupru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AMMONT TOTALI FIS-SENA KONTABILISTIKA FINALI

 

 

AMMONT TOTALI GĦAD-DURATA KOLLHA TAL-PROGRAMM

 (15)

 

3.   Lista ta’ rkupri rinunzjati

Identifikazzjoni tal-proġett

Objettiv tematiku/prijorità

Ammont (EUR)

Data tad-deċiżjoni mill-JMC

Ġustifikazzjoni tar-rinunzja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AMMONT TOTALI FIS-SENA KONTABILISTIKA FINALI

 

 

 

AMMONT TOTALI GĦAD-DURATA KOLLHA TAL-PRORAMM

 (16)

 

4.   Lista ta’ rkupri li ġew assenjati lill-KE (L-Artikolu 14(3) tar-Regolament dwar it-Tfixkil)

Identifikazzjoni tal-proġett

Objettiv tematiku/Prijorità

Ammont (EUR)

Identifikazzjoni tas-sieħeb

Data tad-deċiżjoni mill-awtorità ta’ ġpestjoni

Ġustifikazzjoni tat-trasferiment tal-kompitu tal-irkupru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AMMONT TOTALI (BENEFIĊJARJI MILL-PAJJIŻI SĦAB)

 

 

 

 

AMMONT TOTALI (BENEFIĊJARJI MILL-PAJJIŻ SIEĦEB LI L-KOFINANZJAMENT TAGĦHOM ĠIE TRASFERIT LILL-AWTORITÀ TA’ ĠESTJONI)

 (17)

 

5.   Lista ta’ ammont li ma jistgħux jiġu rkuprati minn kwalunkwe benefiċjarju fl-Istati Membri u entitajiet pubbliċi fil-pajjiżi sħab (mingħajr irkupri minħabba tfixkil fl-implimentazzjoni)

Identifikazzjoni tal-proġett

Objettiv tematiku/prijorità

Ammont (EUR)

Identifikazzjoni tas-sieħeb

Deskrizzjoni tal-istatus tal-irkupru li ma rnexxiex

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AMMONT TOTALI TAS-SENA KONTABILISTIKA FINALI

 

 

AMMONT TOTALI GĦAD-DURATA KOLLHA TAL-PROGRAMM

 (18)

 

 

6.   Lista ta’ ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati ta’ entitatjiet mhux pubbliċi fil-pajjiżi sħab (mingħajr irkupru minħabba tfixkil fl-implimentazzjoni)

Identifikazzjoni ta’ proġett

Objettiv tematiku/prijorità

Ammont (EUR)

Identifikazzjoni tas-sieħeb

Deskrizzjoni tal-istatus tal-irkupru li ma rnexxiex

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AMMONT TOTALI FIS-SENA KONTABILISTIKA FINALI

 

 

AMMONT TOTALI GĦAD-DURATA KOLLHA TAL-PROGRAMM

 (19)

 

 

7.   Lista ta’ irregolaritajiet potenzjali identifikati fl-investigazzjonijiet tal-OLAF li jkunu għaddejjin, fir-rapporti tal-OLAF, jew fl-awditi tal-KE jew tal-QEA

Identifikazzjoni tal-proġett

Objettiv tematiku/prijorità

Ammont (EUR)

Data tad-deċiżjoni

Status tal-proċediment legali (20)

Ġustifikazzjoni tal-effett sospensiv

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AMMONT TOTALI FIS-SENA KONTABILISTIKA FINALI

 

 

AMMONT TOTALI GĦAD-DURATA KOLLHA TAL-PROGRAMM

 (21)

 

 

8.   Lista ta’ nefqa ta’ proġetti affettwati minn investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin, sospiżi bi proċediment ġuridiku jew b’appell amministrattiv b’effett sospensiv

Identifikazzjoni tal-proġett

Objettiv tematiku/prijorità

Ammont (EUR)

Data tad-deċiżjoni

Status tal-proċediment legali (22)

Ġustifikazzjoni tal-effett sospensiv

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AMMONT TOTALI FIS-SENA KONTABILISTIKA FINALI

 

 

AMMONT TOTALI GĦAD-DURATA KOLLHA TAL-PROGRAMM

 (23)

 

PARTI FINANZJARJA TAR-RAPPORT FINALI

[TITLU TAL-PROGRAMM]

2.3.   Dħul mill-proġetti (penali, interessi fuq irkupri ttardjati, oħrajn, eċċ.)

Deskrizzjoni tal-partita

Data tal-wasla

Ammont tad-dħul

[EUR]

Kummenti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AMMONT TOTALI

0

 

PARTI FINANZJARJA TAR-RAPPORT FINALI

[TITLU TAL-PROGRAMM]

2.4.   Kofinanzjament trasferit lill-awtorità ta’ ġestjoni mill-pajjiż sieħeb u lista ta’ offsets

 

 

 

 

 

Ammont

 

Proporzjon tal-offset (opzjonali)  (24)

Ammont fil-kont bankarju tal-awtorità ta’ ġestjoni qabel id-deċiżjonijiet ta’ tpaċija

 

 

 

BI TNAQQIS TA’

 

 

Ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati

 

 

 

AMMONT LI JIFDAL

 

 

 


LISTA TA’ OFFSETS

LISTA TA’ RKUPRI LI ĠEW ASSENJATI LILL-KE (L-Artikolu 14(3) tar-Regolament dwar it-Tfixkil) (25)

Identifikazzjoni tal-proġett

Isem il-benefiċjarju

Objettiv tematiku/prijorità

Data tad-deċiżjoni ta’ tpaċija mill-awtorità ta’ ġestjoni

Ammont li ma jistax jiġi rkuprat (EUR)

Ammont paċut (EUR)

Ammont (EUR)

Data tat-talba mill-awtorità ta’ ġestjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

...

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PARTI FINANZJARJA FINALI

[TITLU TAL-PROGRAMM]

3.1.   Assistenza teknika – Sena kontabilistika finali

Ammont ikkuntrattat totali fil-perjodu ta’ rapportar [EUR]

Finanzjament tal-UE [EUR]

Finanzjament tal-UE %

Nefqa eliġibbli mġarrba u mħallsa fl-aħħar sena kontabilistika [EUR]

Finanzjament tal-UE [EUR]

Finanzjament tal-UE %

 

 

 

 

 

 


(1)  Kofinanzjament ipprovdut fil-livell nazzjonali u tal-proġett.

(2)  Il-pagament tal-bilanċ finali għall-programm fl-aħħar sena kontabilistika jista’ jaqbeż l-10 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal kull objettiv tematiku kif stipulat fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm (l-Artikolu 64 tar-Regolament 2020/879).

(3)  Is-sena kontabilistika finali hija s-sena kontabilistika li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Settembru 2024.

(4)  Timtela awtomatikament mill-Worksheet “2.1 Proġetti” (Finanzjament tal-UE tan-nefqa totali mġarrba u mħallsa fil-perjodu ta’ rapportar).

(5)  Timtela awtomatikament mill-Worksheet “3.1 Assistenza Teknika” (Finanzjament tal-UE tan-nefqa totali mġarrba u mħallsa fil-perjodu ta’ rapportar).

(6)  Dan huwa l-ammont li l-awtorità ta’ ġestjoni ddeċidiet li teskludi mill-ikklerjar (mil-listi numru 7 u 8 fil-Worksheet 2.2.).

(7)  Timtela awtomatikament mill-Worksheet “1.4 Informazzjoni għall-ikklerjar”.

(8)  Għandha timtela manwalment mill-awtorità ta’ ġestjoni.

(9)  Timtela awtomatikament mill-Worksheet “2.2 Korrezzjonijiet finanzjarji, irkupri, rinunzji, OLAF, proċedimenti legali (fondi tal-UE)”, għall-perjodu kollu ta’ implimentazzjoni.

(10)  Timtela awtomatikament mill-Worksheet “2.2 Korrezzjonijiet finanzjarji, irkupri, rinunzji, OLAF, proċedimenti legali (fondi tal-UE)”, għall-perjodu kollu ta’ implimentazzjoni.

(11)  Timtela awtomatikament mill-Worksheet “1.1 Pagamenti mill-KE”.

(12)  Jekk l-ammont ikun pożittv, il-KE se tħallas il-bilanċ finali lill-awtorità ta’ ġestjoni. Jekk l-ammont ikun negattiv, il-KE se tirkupra l-bilanċ finali mill-awtorità ta’ ġestjoni.

(13)  Għan-nefqa aċċettata mill-awtorità ta’ ġestjoni awtorizzata wara verifika amministrattiva, l-ammonti esklużi mill-ikklerjar fis-snin kontabilistiċi preċedenti, li ma wasslux għal korrezzjoni finanzjarja u ġew finalment aċċettati, u wara t-tnaqqis tal-ammont tal-korrezzjonijiet finanzjarji deċiżi fis-sena għan-nefqa imġarrba, imħallsa u aċċettata matul is-sena kurrenti.

(14)  Għandha timtela manwalment mill-awtorità ta’ ġestjoni.

(15)  Għandha timtela manwalment mill-awtorità ta’ ġestjoni.

(16)  Għandha timtela manwalment mill-awtorità ta’ ġestjoni.

(17)  Automatically filled in from the Worksheet “2.4 Offsets”.

(18)  Għandha timtela manwalment mill-awtorità ta’ ġestjoni.

(19)  Għandha timtela manwalment mill-awtorità ta’ ġestjoni.

(20)  Minbarra d-deskrizzjoni tal-istatus, għandha tiġi deskritta n-natura tal-ammont sospiż. Bħala riżultat ta’ proċediment legali, japplikaw żewġ possibbiltajiet: 1) l-ammont huwa mistenni li jiġi rritornat lill-programm (il-programm jitlob l-ammont mill-benefiċjarju/sieħeb) jew 2) l-ammont huwa mistenni li jiġi ttrasferit lill-benefiċjarju/sieħeb (huwa/huma jitlob/jitolbu korrezzjoni finanzjarja mill-programm).

(21)  Għandha timtela manwalment mill-awtorità ta’ ġestjoni.

(22)  Minbarra d-deskrizzjoni tal-istatus, għandha tiġi deskritta n-natura tal-ammont sospiż. Bħala riżultat ta’ proċediment legali, japplikaw żewġ possibbiltajiet: 1) l-ammont huwa mistenni li jiġi rritornat lill-programm (il-programm jitlob l-ammont mill-benefiċjarju/sieħeb) jew 2) l-ammont huwa mistenni li jiġi ttrasferit lill-benefiċjarju/sieħeb (huwa/huma jitlob/jitolbu korrezzjoni finanzjarja mill-programm).

(23)  Għandha timtela manwalment mill-awtorità ta’ ġestjoni.

(24)  Jekk tiġi applikata tpaċija proporzjonali, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tipprovdi l-formula fit-tabella. Alternattivament, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha ddaħħal iċ-ċifri manwalment.

(25)  F’każ li l-ammont huwa paċut kompletament, iċ-ċelloli għandhom jitħallew vojta.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1338/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)