|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1304 |
11.12.2023 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 – BZ vs BĊE
(Kawża T-631/21) (1)
(“Servizz Pubbliku - Persunal tal-BĊE - Ilment ta’ diskriminazzjoni u ta’ fastidju psikoloġiku - Investigazzjoni amministrattiva interna - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Proċedura prekontenzjuża - Responsabbiltà - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondata fid-dritt”)
(C/2023/1304)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: BZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: B. Ehlers u F. von Lindeiner, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tas-16 ta’ Marzu u tat-13 ta’ Lulju 2021 u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-danni allegatament imġarrba minnha wara dawn id-deċiżjonijiet.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
BZ hija kkundannata għall-ispejjeż. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1304/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)