|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1263 |
29.11.2023 |
Sejħa għall-proposti 2024 - EAC/A11/2023
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
(C/2023/1263)
1. Introduzzjoni u objettivi
Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (1), kif ukoll fuq il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2024 tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (C(2023)5902). Il-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jkopri l-perjodu bejn l-2021 u l-2027. L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għall-proposti tkopri l-azzjonijiet li ġejjin tal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
|
— |
Proġetti ta’ Volontarjat, |
|
— |
Timijiet ta’ Volontarjat f’Oqsma ta’ Prijorità Għolja, |
|
— |
Proġetti ta’ Solidarjetà, |
|
— |
Tikketta tal-Kwalità għall-attivitajiet ta’ volontarjat ta’ solidarjetà, |
|
— |
Tikketta tal-Kwalità għall-volontarjat ta’ għajnuna umanitarja, |
|
— |
Volontarjat taħt il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja. |
3. Eliġibbiltà
Kwalunkwe entità pubblika jew privata kemm jekk mingħajr skop ta’ qligħ kif ukoll jekk tagħmel profitt, lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, tista’ tapplika għall-finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Barra minn hekk, gruppi ta’ żgħażagħ irreġistrati fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jistgħu japplikaw għall-finanzjament għal Proġetti ta’ Solidarjetà.
Il-pajjiżi li ġejjin (2) jistgħu jieħdu sehem b’mod sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
|
— |
is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi u t-Territorji ekstra-Ewropej, |
|
— |
il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:
|
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet huma miftuħa għal entitajiet legalment stabbiliti f’pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.
Għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni, jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2024.
4. Baġit u durata tal-proġetti
Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 145 000 000.
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu, huma indikati fil-Programm ta’ Ħidma annwali tal-2024 tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà adottat fil-5 ta’ Settembru 2023, u jistgħu jiġu modifikati soġġetti għal emenda tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. L-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq: https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/reference-documents-resources
L-għotjiet u d-durata tal-proġetti jvarjaw skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u t-tipi ta’ applikanti eliġibbli.
5. Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
|
Proġetti ta’ Volontarjat |
l-20 ta’ Frar 2024 |
|
(sessjoni fakultattiva) l-1 ta’ Ottubru 2024 |
|
|
Proġetti ta’ Solidarjetà |
l-20 ta’ Frar 2024 |
|
(sessjoni fakultattiva) is-7 ta’ Mejju 2024 |
|
|
l-1 ta’ Ottubru 2024 |
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sal–17.00, ħin ta’ Brussell.
|
Timijiet ta’ Volontarjat f’Oqsma ta’ Prijorità Għolja |
it-8 ta’ Frar 2024 |
|
Volontarjat taħt il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja |
is-16 ta’ April 2024 |
L-applikazzjonijiet għat-Tikketta tal-Kwalità jistgħu jitressqu fuq bażi kontinwa.
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2024 għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet.
6. Dettalji kollha
Il-kundizzjonijiet fid-dettall ta’ din is-sejħa għall-proposti, inkluż il-prijoritajiet, jistgħu jinstabu fil-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2024 fuq l-indirizz tal-internet li ġej: https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/calls-for-proposals
Il-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2024 hija parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u għall-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) ĠU L 202, 8.6.2021, p. 32.
(2) Entitajiet legalment stabbiliti u persuni legalment residenti f’dawn il-pajjiżi.
(3) Soġġetti għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1263/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)