European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1235

21.12.2023

P9_TA(2023)0212

Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri – Ildikó Gáll-Pelcz

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2023 dwar il-ħatra proposta ta’ Ildikó Gáll-Pelcz għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0126/2023 – 2023/0803(NLE))

(Konsultazzjoni)

(C/2023/1235)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0126/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0197/2023),

A.

billi, bl-ittra tat-3 ta’ April 2023, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta’ Ildikó Gáll-Pelcz għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

B.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi, fil-qafas ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva mill-kandidat curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilha;

C.

billi dan il-Kumitat imbagħad, fl-24 ta’ Mejju 2023, ipproċeda b’seduta ta’ smigħ tal-kandidat, li matulha din għamlet stqarrija preliminari, u wara wieġbet għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Ildikó Gáll-Pelcz għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1235/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)