European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1161

4.12.2023

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 – RN vs EUIPO

(Kawża T-606/22) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Persunal tal-EUIPO - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Ħlas tal-allowances lil terza persuna għan-nom u f’isem l-uffiċjal - Deċiżjoni li ma jitħallsux iktar ċerti allowances lil terza persuna għan-nom u f’isem l-uffiċjal”)

(C/2023/1161)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: RN (rappreżentant: S. Moya Felix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Lulju 2022, sa fejn ċaħdet, minn naħa, it-talba għall-ħlas tal-allowance tal-edukazzjoni għax-xahar ta’ Settembru 2021 u għall-perijodu mill-1 sas-7 ta’ Ottubru 2021 u, min-naħa l-oħra, ir-rikonoxximent tad-dritt tar-rikorrent li jirċievi, mit-8 ta’ Ottubru 2021, nofs it-terz tal-allowance tad-dar, nofs l-allowance għall-wild dipendenti u nofs l-allowance tal-edukazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

RN għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)   ĠU C 482, 19.12.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1161/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)