European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1159

4.12.2023

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 – NZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-535/22) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Kompetizzjoni interna COM/1/AD 10/18 - Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva - Ugwaljanza fit-trattament - Stabbiltà fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla - Ġurisdizzjoni sħiħa - Dannu morali”)

(C/2023/1159)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: NZ (rappreżentant: H. Tagaras, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff, T. Lilamand, I. Melo Sampaio u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti, titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-10 ta’ Frar 2022 li tiċħad it-talba tagħha għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tas-6 ta’ Frar 2020 li isimha ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni interna COM/1/AD 10/18 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tal-10 ta’ Frar 2022 ”).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-10 ta’ Frar 2020, li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/1/AD 10/18 irrifjuta, wara eżami mill-ġdid, li jinkludi l-isem ta’ NZ fil-lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-grad AD 10, fil-qasam tal-“Koordinazzjoni, Komunikazzjoni, Ġestjoni tar-Riżorsi Umani u Baġitarji, Awditu”, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil NZ is-somma ta’ EUR 4 000.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 398, 17.10.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1159/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)