|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1144 |
4.12.2023 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 – MAZ – upravljajusaja kompanija holdinga Belavtomaz vs Il-Kunsill
(Kawża T-532/21) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi - Listi ta’ persuni, entitajiet u ta’ organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-listi - Kunċett ta’ ‘appoġġ tar-reġim’ - Impriża proprjetà tal-Istat - Żball ta’ evalwazzjoni”)
(C/2023/1144)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: OAO Minskii Avtomobilnyi Zavod – upravljajusaja kompanija holdinga Belavtomaz (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: D. O’Keeffe, solicitor, u N. Tuominen, avukata)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Boggio-Tomasaz u A. Antoniadis, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, l-ewwel, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1002 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2021, L 219 I, p. 70), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/997 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU 2021, L 219 I, p. 3), u, it-tieni, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/421 tal-24 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (JĠU 2023, L 61, p. 41), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/419 tal-24 ta’ Frar 2023 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2023, L 61, p. 20), sa fejn dawn l-atti jirrigwardawha.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
OAO Minskii Avtomobilnyi Zavod – upravljajusaja kompanija holdinga Belavtomaz hija kkundannata għall-ispejjeż. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1144/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)