European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1137

4.12.2023

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (Nordica; COVID-19)

(Kawża T-769/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Suq Estonjan tat-trasport bl-ajru - Għajnuna mogħtija mill-Estonja favur kumpannija tal-ajru Brussels fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 - Rikapitalizzazzjoni u għoti ta’ self ittrasferit lil Nordica - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Qafas temporanju tal-għajnuna mill-Istat - Miżura intiża li tirrimedja disturb gravi tal-ekonomija ta’ Stat Membru - Ugwaljanza fit-trattament - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(C/2023/1137)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: F.-C. Laprévote, E. Vahida, V. Blanc, S. Rating I.-G. Metaxas-Maranghidis u D. Pérez de Lamo, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, C. Georgieva u S. Noë, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: N. Grünberg, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5616 final tal-11 ta’ Awwissu 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57586 (2020/N) – L-Estonja – COVID 19: Rikapitalizzazzjoni u self b’interessi ttrasferit lil Nordica.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ryanair DAC għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Estonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)   ĠU C 62, 22.2.2021.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1137/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)