|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1110 |
4.12.2023 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – TS, HI vs Ministar na zemedelieto, hranite i gorite
(Kawża C-325/22 (1), Ministar na zemedelieto, hranite i gorite)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mogħtija mill-Istati Membri - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “impriża” - Regolament (UE) 2015/1589 - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Deċiżjoni (UE) 2015/456 - Skambji ta’ artijiet forestali - Determinazzjoni tal-“valur tas-suq”)
(C/2023/1110)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad – Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TS, HI
Konvenut: Ministar na zemedelieto, hranite i gorite
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/456 tal-5 ta’ Settembru 2014 dwar l-iskema ta’ għajnuna Nru SA.26212 (11/C) (ex 11/NN – ex CP 176/A/08) u SA.26217 (11/C) (ex 11/NN – ex CP 176/B/08) implimentata mir-Repubblika tal-Bulgarija fil-kuntest tal-iskambji tal-art tal-foresta għandha tiġi interpreta fis-sens li: ma jistax jitqies li huma biss il-persuni li jkunu akkwistaw artijiet fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet ta’ skambju ta’ artijiet forestali kkonċernati minn din id-deċiżjoni li jużaw dawn l-artijiet għall-finijiet ta’ attività ekonomika li għandhom jitqiesu bħala impriżi benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
2) |
L-Artikolu 107(1) TFUE u l-Artikolu 16(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 [TFUE] għandhom jiġu interpreti fis-sens li: ma jipprekludux li l-kriterji li jippermettu li jiġi ddeterminat l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat irċevuta waqt l-akkwist ta’ artijiet, fil-kuntest ta’ skambju ta’ artijiet forestali, ikunu bbażati fuq il-prezzijiet medji tat-tranżazzjonijiet immobiljari rreġistrati li jirrigwardaw artijiet b’karatteristiċi analogi għal dawk li jkunu s-suġġett tal-istima u li jinsabu fil-viċinanza tagħhom, li fihom mill-inqas waħda mill-partijiet tkun negozjant, konklużi f’perijodu ta’ tnax-il xahar qabel l-istima, bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni ta’ tali kriterji tkun kompatibbli mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-irkupru ta’ din l-għajnuna u li dawn il-kriterji jippermettu li jiġi ddeterminat il-valur tas-suq ta’ dawn l-artijiet fil-mument tat-tranżazzjoni ta’ skambju. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1110/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)