European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1087

15.12.2023

P9_TA(2023)0201

L-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Mejju 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emenda tad-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta’ informazzjoni aħjar (COM(2022)0143 – C9-0128/2022 – 2022/0092(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2023/1087)

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Sabiex jiġu indirizzati prattiki kummerċjali żleali li jipprevjenu lill-konsumaturi milli jagħmlu għażliet ta’ konsum sostenibbli, bħal prattiki assoċjati mal-obsolexxenza bikrija tal-oġġetti, asserzjonijiet ambjentali qarrieqa (“greenwashing”), tikketti ta’ sostenibbiltà jew għodod ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mhux trasparenti u mhux kredibbli, jenħtieġ li jiġu introdotti regoli speċifiċi fil-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumaturi. Dan jippermetti lill-korpi kompetenti nazzjonali jindirizzaw dawn il-prattiki b’mod effettiv. Billi jiżguraw li l-asserzjonijiet ambjentali jkunu ġusti, il-konsumaturi se jkunu jistgħu jagħżlu prodotti li huma ġenwinament aħjar għall-ambjent mill-prodotti li jikkompetu magħhom. Dan se jinkoraġġixxi l-kompetizzjoni lejn prodotti ambjentalment aktar sostenibbli, u b’hekk jitnaqqas l-impatt negattiv fuq l-ambjent.

(1)

Sabiex jiġu indirizzati prattiki kummerċjali żleali li jqarrqu bil-konsumaturi u jżommuhom milli jagħmlu għażliet ta’ konsum sostenibbli, bħal prattiki assoċjati mal-obsolexxenza bikrija tal-oġġetti, asserzjonijiet ambjentali qarrieqa jew foloz (“greenwashing”), tikketti ta’ sostenibbiltà jew għodod ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mhux trasparenti , mhux iċċertifikati u mhux kredibbli, jenħtieġ li jiġu introdotti regoli speċifiċi fil-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumaturi. Dan jippermetti lill-korpi kompetenti nazzjonali jindirizzaw dawn il-prattiki b’mod effettiv. Billi jiżguraw li l-asserzjonijiet ambjentali jkunu affidabbli, ċari, jinftiehmu u ġusti, il-konsumaturi se jkunu jistgħu jagħżlu prodotti li huma ġenwinament aħjar għall-ambjent mill-prodotti li jikkompetu magħhom. Dan se jinkoraġġixxi l-kompetizzjoni lejn prodotti ambjentalment aktar sostenibbli, u b’hekk jitnaqqas l-impatt negattiv fuq l-ambjent. Il-kumpaniji għandhom ukoll rwol x’jaqdu fil-promozzjoni ta’ tranżizzjoni ekoloġika u sostenibbiltà akbar tal-prodotti li jipproduċu u jbiegħu fis-suq intern.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Sabiex il-kummerċjanti jiġu skoraġġuti milli jqarrqu bil-konsumaturi fir-rigward tal-impatt ambjentali jew soċjali, tad-durabbiltà jew tal-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodotti tagħhom, inkluż permezz tal-preżentazzjoni ġenerali tal-prodotti, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29/KE jenħtieġ li jiġi emendat billi jiżdiedu l-impatt ambjentali jew soċjali, id-durabbiltà u l-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodott mal-lista tal-karatteristiċi ewlenin tal-prodott li fir-rigward tagħhom l-azzjonijiet tal-kummerċjant jistgħu jitqiesu qarrieqa, wara valutazzjoni każ b’każ. L-informazzjoni pprovduta dwar is-sostenibbiltà soċjali tal-prodotti, bħall-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-kontribuzzjonijiet għall-karità jew il-benessri tal-annimali, jenħtieġ li ma tqarraqx bil-konsumaturi lanqas.

(3)

Sabiex il-kummerċjanti jiġu skoraġġuti milli jqarrqu bil-konsumaturi fir-rigward tal-impatt ambjentali jew soċjali, tad-durabbiltà jew tal-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodotti tagħhom, inkluż permezz tal-preżentazzjoni ġenerali tal-prodotti, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29/KE jenħtieġ li jiġi emendat billi jiżdiedu l-impatt ambjentali jew soċjali, id-durabbiltà , l-użabbiltà mill-ġdid, ir-riċiklabbiltà u l-possibbiltà ta’ tiswija tal-prodott mal-lista tal-karatteristiċi ewlenin tal-prodott li fir-rigward tagħhom l-azzjonijiet tal-kummerċjant jistgħu jitqiesu qarrieqa, wara valutazzjoni każ b’każ. L-informazzjoni pprovduta dwar is-sostenibbiltà soċjali tal-prodotti, bħall-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-kontribuzzjonijiet għall-karità jew il-benessri tal-annimali, jenħtieġ li ma tqarraqx bil-konsumaturi lanqas.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

L-asserzjonijiet ambjentali, b’mod partikolari l-asserzjonijiet relatati mal-klima, qegħdin ikunu wkoll dejjem aktar relatati mal-prestazzjoni futura fil-forma ta’ tranżizzjoni lejn in-newtralità tal-karbonju jew tal-klima, jew objettiv simili, sa ċerta data. Permezz ta’ tali asserzjonijiet, il-kummerċjanti joħolqu l-impressjoni li l-konsumaturi jikkontribwixxu għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju billi jixtru l-prodotti tagħhom. Sabiex jiġu żgurati l-korrettezza u l-kredibbiltà ta’ tali asserzjonijiet, l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2005/29/KE jenħtieġ li jiġi emendat biex jipprojbixxi tali asserzjonijiet wara valutazzjoni każ b’każ, meta ma jkunux appoġġati minn impenji u miri ċari, oġġettivi u verifikabbli, mogħtija mill-kummerċjant. Tali asserzjonijiet jenħtieġ li jiġu appoġġati wkoll minn sistema ta’ monitoraġġ indipendenti biex jiġi mmonitorjat il-progress tal-kummerċjant fir-rigward tal-impenji u l-miri.

(4)

L-asserzjonijiet ambjentali, b’mod partikolari l-asserzjonijiet relatati mal-klima, qegħdin ikunu wkoll dejjem aktar relatati mal-prestazzjoni futura fil-forma ta’ tranżizzjoni lejn in-newtralità tal-karbonju jew tal-klima, jew objettiv simili, sa ċerta data. Permezz ta’ tali asserzjonijiet, il-kummerċjanti joħolqu l-impressjoni li l-konsumaturi jikkontribwixxu għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju billi jixtru l-prodotti tagħhom. Sabiex jiġu żgurati l-korrettezza u l-kredibbiltà ta’ tali asserzjonijiet, l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2005/29/KE jenħtieġ li jiġi emendat biex jipprojbixxi tali asserzjonijiet, wara valutazzjoni każ b’każ, meta jkunu bbażati esklużivament fuq skemi ta’ kumpens għal emissjonijiet ta’ karbonju jew ma jkunux appoġġati minn impenji u miri ċari, oġġettivi , kwantifikati, ibbażati fuq ix-xjenza u verifikabbli, mogħtija mill-kummerċjant , inkluż pjan ta’ implimentazzjoni dettaljat u realistiku biex tinkiseb din il-prestazzjoni ambjentali futura . Dak il-pjan jenħtieġ li jinkludi miri konkreti li jkunu konsistenti mal-kisba tal-impenn fit-tul tal-kummerċjant, sostnuti minn baġit suffiċjenti u allokazzjoni ta’ biżżejjed riżorsi. L-asserzjonijiet jenħtieġ li jiġu appoġġati wkoll minn sistema ta’ monitoraġġ indipendenti biex jiġi mmonitorjat il-progress tal-pjan ta’ implimentazzjoni, l-impenji u l-miri tal-kummerċjant .

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

It-tqabbil ta’ prodotti abbażi tal-aspetti ambjentali jew soċjali tagħhom, inkluż permezz tal-użu ta’ għodod ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà, huwa teknika ta’ kummerċjalizzazzjoni dejjem aktar komuni. Biex jiġi żgurat li tqabbil bħal dan ma jqarraqx bil-konsumaturi, jenħtieġ li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29/KE jiġi emendat biex jirrikjedi li l-konsumatur jingħata l-informazzjoni dwar il-metodu ta’ tqabbil, il-prodotti li jkunu l-oġġett ta’ tqabbil u l-fornituri ta’ dawn il-prodotti, u l-miżuri biex l-informazzjoni tinżamm aġġornata. Dan għandu jiżgura li l-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet tranżazzjonali informati aħjar meta jużaw tali servizzi. It-tqabbil jenħtieġ li jkun oġġettiv billi, b’mod partikolari, jitqabblu prodotti li jaqdu l-istess funzjoni, bl-użu ta’ metodu komuni u suppożizzjonijiet komuni, u jitqabblu l-karatteristiċi materjali u verifikabbli tal-prodotti mqabbla.

(6)

It-tqabbil ta’ prodotti abbażi tal-aspetti ambjentali jew soċjali tagħhom, inkluż permezz tal-użu ta’ għodod ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà, huwa teknika ta’ kummerċjalizzazzjoni dejjem aktar komuni li tista’ tkun qarrieqa għall-konsumaturi, li mhux dejjem ikunu kapaċi jivvalutaw l-affidabbiltà ta’ dik l-informazzjoni . Biex jiġi żgurat li tqabbil bħal dan ma jqarraqx bil-konsumaturi, jenħtieġ li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29/KE jiġi emendat biex jirrikjedi li l-konsumatur jingħata l-informazzjoni dwar il-metodu ta’ tqabbil, il-prodotti li jkunu l-oġġett ta’ tqabbil u l-fornituri ta’ dawn il-prodotti, u l-miżuri biex l-informazzjoni tinżamm aġġornata. Dan għandu jiżgura li l-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet tranżazzjonali informati aħjar meta jużaw tali servizzi. It-tqabbil jenħtieġ li jkun oġġettiv billi, b’mod partikolari, jitqabblu prodotti li jaqdu l-istess funzjoni, bl-użu ta’ metodu komuni u suppożizzjonijiet komuni, u jitqabblu l-karatteristiċi materjali u verifikabbli tal-prodotti mqabbla.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Il-wiri ta’ tikketti ta’ sostenibbiltà li ma jkunux ibbażati fuq skema ta’ ċertifikazzjoni jew li ma jkunux stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jkun ipprojbit billi tali prattiki jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE. Jenħtieġ li l-iskema ta’ ċertifikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet minimi ta’ trasparenza u kredibbiltà. Il-wiri tat-tikketti dwar is-sostenibbiltà jibqa’ possibbli mingħajr skema ta’ ċertifikazzjoni fejn tali tikketti jkunu stabbiliti minn awtorità pubblika, jew fil-każ ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni u preżentazzjoni tal-ikel skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011. Din ir-regola tikkomplementa l-punt 4 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE li jipprojbixxi li jiġi ddikjarat li kummerċjant, il-prattiki kummerċjali ta’ kummerċjant, jew prodott ikun ġie approvat, appoġġat jew awtorizzat minn korp pubbliku jew privat meta ma jkunx, jew li ssir asserzjoni bħal din mingħajr konformità mat-termini tal-approvazzjoni, l-appoġġ jew l-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-wiri ta’ tikketti ta’ sostenibbiltà li ma jkunux ibbażati fuq skema ta’ ċertifikazzjoni jew li ma jkunux stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jkun ipprojbit billi tali prattiki jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE. Jenħtieġ li l-iskema ta’ ċertifikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet minimi ta’ trasparenza u kredibbiltà. Jenħtieġ li l-monitoraġġ tal-konformità tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni jkun appoġġat minn metodi li jkunu proporzjonati u rilevanti għan-natura tal-prodotti, il-proċessi u n-negozji li jkunu soġġetti għall-iskema. Jenħtieġ li dan jitwettaq minn parti terza li l-kompetenzi u l-indipendenza tagħha, kemm fir-rigward tas-sid tal-iskema kif ukoll tal-kummerċjant, ikunu ġew ivverifikati mill-Istati Membri. Barra minn hekk, l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li jinkludu sistema għall-ilmenti li tkun disponibbli għall-konsumaturi u partijiet ikkonċernati esterni oħra, tkun iffukata fuq in-nuqqas ta’ konformità u tiżgura l-irtirar tat-tikketta tas-sostenibbiltà f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità. Il-wiri tat-tikketti ta’ sostenibbiltà jibqa’ possibbli mingħajr skema ta’ ċertifikazzjoni fejn tali tikketti jkunu stabbiliti minn awtorità pubblika, jew fil-każ ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni u preżentazzjoni tal-ikel skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011. Din ir-regola tikkomplementa l-punt 4 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE li jipprojbixxi li jiġi ddikjarat li kummerċjant, il-prattiki kummerċjali ta’ kummerċjant, jew prodott ikun ġie approvat, appoġġat jew awtorizzat minn korp pubbliku jew privat meta ma jkunx, jew li ssir asserzjoni bħal din mingħajr konformità mat-termini tal-approvazzjoni, l-appoġġ jew l-awtorizzazzjoni. It-tikketti ta’ sostenibbiltà stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jkunu aċċessibbli b’kost raġonevoli għan-negozji kollha irrispettivament mid-daqs u l-kapaċità finanzjarja tagħhom. Jenħtieġ li jiġu mħeġġa skemi ta’ ċertifikazzjoni u tikketti ta’ sostenibbiltà li jrawmu l-użu inkrementali ta’ prattiki sostenibbli mill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

L-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġu pprojbiti asserzjonijiet ambjentali ġeneriċi mingħajr prestazzjoni ambjentali eċċellenti rikonoxxuta li tkun rilevanti għall-asserzjoni. Eżempji ta’ asserzjonijiet ambjentali ġeneriċi bħal dawn huma dikjarazzjonijiet bħal “favur l-ambjent”, “eko”, “ambjentali” , “ħbieb tan-natura”, “ekoloġiċi” , “ambjentalment korretti” , “favur il-klima” , “favur l-ambjent” , “favur il-karbonju” , “newtrali f’termini ta’ karbonju” , “pożittivi għall-karbonju” , “newtrali għall-klima”, “effiċjenti fl-użu tal-enerġija”, “bijodegradabbli”, “b’bażi bijoloġika” jew dikjarazzjonijiet simili, kif ukoll dikjarazzjonijiet usa’ bħal “konxji” jew “responsabbli” li jissuġġerixxu jew joħolqu l-impressjoni ta’ prestazzjoni ambjentali eċċellenti. Tali asserzjonijiet ambjentali ġeneriċi jenħtieġ li jiġu pprojbiti kull meta ma tintwera l-ebda prestazzjoni ambjentali eċċellenti jew kull meta l-ispeċifikazzjoni tal-affermazzjoni ma tingħatax f’termini ċari u prominenti fuq l-istess mezz, bħall-istess post tar-reklamar, l-imballaġġ tal-prodott jew l-interfaċċa tal-bejgħ online. Pereżempju, l-asserzjoni “bijodegradabbli”, li tirreferi għal prodott, tkun asserzjoni ġenerika, filwaqt li jekk tiddikjara li “l-imballaġġ huwa bijodegradabbli permezz tal-kompostaġġ fid-dar fi żmien xahar” tkun asserzjoni speċifika, li ma taqax taħt din il-projbizzjoni.

(9)

L-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġu pprojbiti asserzjonijiet ambjentali ġeneriċi mingħajr ma tingħata evidenza tal-prestazzjoni ambjentali eċċellenti rikonoxxuta li tkun rilevanti għall-asserzjoni. Eżempji ta’ asserzjonijiet ambjentali ġeneriċi bħal dawn huma dikjarazzjonijiet bħal “ma jagħmlux ħsara lill-ambjent”, “favur l-ambjent”, “eko”, “ħodor” , “ħbieb tan-natura”, “naturali” , “favur l-annimali”, “mingħajr moħqrija” , “sostenibbli” , “ekoloġiċi” , “ambjentalment korretti” , “favur il-klima” , “ġentili mal-ambjent”, “mingħajr deforestazzjoni” , “favur il-karbonju” , “newtrali għall-klima”, “effiċjenti fl-użu tal-enerġija”, “bijodegradabbli” , “newtrali f’sens ta’ plastik”, “mingħajr plastik” , “b’bażi bijoloġika” jew dikjarazzjonijiet simili, kif ukoll dikjarazzjonijiet usa’ bħal “konxji” jew “responsabbli” li jissuġġerixxu jew joħolqu l-impressjoni ta’ prestazzjoni ambjentali eċċellenti. Tali asserzjonijiet ambjentali ġeneriċi jenħtieġ li jiġu pprojbiti kull meta jkunu bbażati fuq kumpens għall-impatti ambjentali, bħax-xiri ta’ krediti tal-karbonju, jew kull meta ma tintwera l-ebda prestazzjoni ambjentali eċċellenti jew evidenza xjentifika għal dan, jew kull meta l-ispeċifikazzjoni tal-affermazzjoni ma tingħatax f’termini ċari u prominenti fuq l-istess mezz, bħall-istess post tar-reklamar, l-imballaġġ tal-prodott jew l-interfaċċa tal-bejgħ online. Pereżempju, l-asserzjoni “bijodegradabbli”, li tirreferi għal prodott, tkun asserzjoni ġenerika, filwaqt li jekk tiddikjara li “l-imballaġġ huwa bijodegradabbli permezz tal-kompostaġġ fid-dar fi żmien xahar” tkun asserzjoni speċifika, li ma taqax taħt din il-projbizzjoni. F’każijiet fejn evidenza xjentifika ma tkunx tista’ tissostanzja dan, huwa partikolarment importanti li jiġu pprojbiti dikjarazzjonijiet li jissuġġerixxu, abbażi ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju, li prodott jew servizz għandu impatt newtrali, imnaqqas, ikkumpensat jew pożittiv tal-emissjonijiet tal-karbonju fuq l-ambjent peress li jista’ jqarraq bil-konsumaturi billi jġegħelhom jemmnu li l-prodott li jixtru jew in-negozju tal-kummerċjant ma għandu l-ebda impatt fuq l-ambjent. Dan jenħtieġ li ma jipprevjenix lill-kumpaniji milli jirreklamaw l-investimenti tagħhom f’inizjattivi ambjentali sakemm tali reklamar ma jiddikjarax li tali investimenti jew inizjattivi jikkumpensaw, jinnewtralizzaw, jew ibiddlu fil-pożittiv l-impatt tal-prodott jew l-impatt tan-negozju tal-kummerċjant fuq l-ambjent.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Sabiex jittejjeb il-benessri tal-konsumaturi, l-emendi għall-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE jenħtieġ li jindirizzaw ukoll diversi prattiki assoċjati mal-obsolexxenza bikrija, inklużi prattiki ta’ obsolexxenza ppjanata, mifhuma bħala politika kummerċjali li tinvolvi l-ippjanar jew it-tfassil deliberat ta’ prodott b’ħajja utli limitata sabiex qabel iż-żmien isir obsolet jew mhux funzjonali wara ċertu perjodu ta’ żmien. Ix-xiri ta’ prodotti li l-konsumaturi jippretendu li jdumu jservu aktar milli jservu, jikkawża detriment lill-konsumatur. Barra minn hekk, il-prattiki ta’ obsolexxenza bikrija għandhom impatt negattiv ġenerali fuq l-ambjent fil-forma ta’ żieda ta’ skart materjali. Għalhekk, l-indirizzar ta’ dawn il-prattiki x’aktarx li jnaqqas ukoll l-ammont ta’ skart, u b’hekk jikkontribwixxi għal konsum aktar sostenibbli.

(14)

Sabiex jittejjeb il-benessri tal-konsumaturi, l-emendi għall-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE jenħtieġ li jindirizzaw ukoll diversi prattiki assoċjati mal-obsolexxenza bikrija, inklużi prattiki ta’ obsolexxenza ppjanata, mifhuma bħala politika kummerċjali li tinvolvi l-ippjanar jew it-tfassil deliberat ta’ prodott b’ħajja utli limitata sabiex qabel iż-żmien isir obsolet jew mhux funzjonali wara ċertu perjodu ta’ żmien. L-involviment fi prattiki li jwasslu biex iqassru l-ħajja ta’ prodott jew ix-xiri ta’ prodotti li huma mistennija li jdumu aktar milli fil-fatt idumu jikkawżaw detriment lill-konsumatur. Barra minn hekk, il-prattiki ta’ obsolexxenza bikrija għandhom impatt negattiv ġenerali fuq l-ambjent fil-forma ta’ żieda ta’ skart materjali. Għalhekk, l-indirizzar ta’ dawn il-prattiki, x’aktarx li jnaqqas ukoll l-ammont ta’ skart, u b’hekk jikkontribwixxi għal konsum aktar sostenibbli.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Il-fatt li l-konsumatur ma jiġix informat dwar l-eżistenza ta’ karatteristika ta’ oġġett introdotta biex tillimita d-durabbiltà tiegħu. Pereżempju, karatteristika bħal din tista’ tkun software li jwaqqaf jew li jbaxxi l-livell tal-funzjonalità tal-oġġett wara perjodu ta’ żmien partikolari, jew tista’ tkun biċċa hardware li tkun iddisinjata biex tieqaf taħdem wara perjodu ta’ żmien partikolari. Il-projbizzjoni li l-konsumaturi ma jiġux informati b’dawn il-karatteristiċi tal-oġġetti tikkomplementa d-drittijiet tal-konsumatur u hija mingħajr preġudizzju għalihom meta dan jikkostitwixxi nuqqas ta’ konformità skont id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26). Sabiex prattika kummerċjali bħal din titqies żleali, jenħtieġ li ma jkunx neċessarju jintwera li l-għan tal-karatteristika jkun l-inkoraġġiment tas-sostituzzjoni tal-oġġett rispettiv. Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-użu ta’ karatteristiċi li jillimitaw id-durabbiltà tal-oġġetti u l-prattiki tal-manifattura li jużaw materjali jew proċessi ta’ kwalità ġenerali baxxa li jirriżultaw f’durabbiltà limitata tal-oġġetti. In-nuqqas ta’ konformità ta’ oġġett li jirriżulta mill-użu ta’ materjali jew proċessi ta’ kwalità baxxa jenħtieġ li jibqa’ jiġi rregolat mir-regoli dwar il-konformità tal-oġġetti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/771.

(16)

Jenħtieġ li jkun ipprojbit ukoll li tiġi introdotta karatteristika ta’ oġġett li tillimita d-durabbiltà tiegħu. Pereżempju, karatteristika bħal din tista’ tkun software li jwaqqaf jew li jbaxxi l-livell tal-funzjonalità tal-oġġett wara perjodu ta’ żmien partikolari, jew tista’ tkun biċċa hardware li tkun iddisinjata biex tieqaf taħdem wara perjodu ta’ żmien partikolari. Il-projbizzjoni li jiġu introdotti tali karatteristiċi tal-oġġetti ma taffettwax ir-rimedji disponibbli għall-konsumaturi meta jikkostitwixxu nuqqas ta’ konformità skont id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26). Sabiex prattika kummerċjali bħal din titqies żleali, jenħtieġ li ma jkunx neċessarju jintwera li l-għan tal-karatteristika jkun l-inkoraġġiment tas-sostituzzjoni tal-oġġett rispettiv. Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-użu ta’ karatteristiċi li jillimitaw id-durabbiltà tal-oġġetti u l-prattiki tal-manifattura li jużaw materjali jew proċessi ta’ kwalità ġenerali baxxa li jirriżultaw f’durabbiltà limitata tal-oġġetti. In-nuqqas ta’ konformità ta’ oġġett li jirriżulta mill-użu ta’ materjali jew proċessi ta’ kwalità baxxa jenħtieġ li jibqa’ jiġi rregolat mir-regoli dwar il-konformità tal-oġġetti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/771.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Prattika oħra li jenħtieġ li tiġi pprojbita skont l-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE hija l-prattika li jiġi ddikjarat li oġġett għandu ċerta durabbiltà meta ma jkollux. Dan ikun il-każ, pereżempju, meta kummerċjant jinforma lill-konsumaturi li magna tal-ħasil mistennija li sservi ċertu numru ta’ ċikli tal-ħasil, meta l-użu attwali tal-magna tal-ħasil juri li dan ma jkunx il-każ.

(17)

Prattika oħra li jenħtieġ li tiġi pprojbita skont l-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE hija l-prattika li jiġi ddikjarat li oġġett għandu ċerta durabbiltà meta ma jkollux. Dan ikun il-każ, pereżempju, meta kummerċjant jinforma lill-konsumaturi li magna tal-ħasil mistennija li sservi ċertu numru ta’ ċikli tal-ħasil skont l-użu mistenni normali f’konformità mal-istruzzjonijiet meta l-użu attwali tal-magna tal-ħasil juri li dan ma jkunx il-każ.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Bl-istess mod, jenħtieġ li l-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE jiġi emendat ukoll biex jipprojbixxi li l-prodotti jiġu ppreżentati bħala li jistgħu jissewwew meta dan ma jkunx possibbli , kif ukoll li l-konsumaturi ma jiġux informati li l-oġġetti ma jistgħux jissewwew skont ir-rekwiżiti legali .

(18)

Bl-istess mod, jenħtieġ li l-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE jiġi emendat ukoll biex jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett li ma jkunx jista’ jissewwa skont ir-rekwiżiti legali, jew meta konsumatur ma jiġix infurmat li oġġett ma jissewwiex. Barra minn hekk, l-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex jiżgura li l-konsumatur ikun dejjem infurmat dwar restrizzjonijiet fir-rigward ta’ tiswija bħan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ servizzi ta’ tiswija, in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ spare parts jew meta tiġi rrifjutata tiswija f’każ li l-oġġett ikun issewwa minn professjonist indipendenti, minn sewwej mhux professjonist jew utent.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Prattika oħra assoċjata mal-obsolexxenza bikrija li jenħtieġ li tiġi pprojbita u  li tiżdied mal-lista fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE hija li l-konsumatur jiġi mħeġġeġ jissostitwixxi l-partijiet konsumabbli ta’ prodott aktar kmieni milli jkun altrimenti meħtieġ għal raġunijiet tekniċi. Prattiki bħal dawn iqarrqu bil-konsumatur biex jemmen li l-oġġetti mhux se jibqgħu jiffunzjonaw sakemm l-oġġetti konsumabbli tagħhom ma jiġux sostitwiti, u b’hekk iwassluh biex jixtri aktar oġġetti konsumabbli milli meħtieġ. Pereżempju, il-prattika li l-konsumatur jiġi mħeġġeġ, permezz tas-settings tal-istampatur, biex jissostitwixxi l-cartridges tal-linka tal-istampatur qabel ma jkunu effettivament vojta biex jiġi stimulat ix-xiri ta’ cartridges tal-linka addizzjonali, tkun ipprojbita.

(20)

Prattika oħra assoċjata mal-obsolexxenza bikrija li jenħtieġ li tiġi pprojbita u tiżdied mal-lista fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE hija l-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti li jirrikjedu s-sostituzzjoni tal-partijiet konsumabbli ta’ prodott aktar kmieni milli jkun altrimenti meħtieġ għal raġunijiet tekniċi. Prattiki bħal dawn iqarrqu bil-konsumatur biex jemmen li l-oġġetti mhux se jibqgħu jiffunzjonaw sakemm l-oġġetti konsumabbli tagħhom ma jiġux sostitwiti, u b’hekk iwasslu lill-konsumatur biex jixtri aktar oġġetti konsumabbli milli meħtieġ. Pereżempju, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ stampatur li jirrikjedi li l-konsumaturi jissostitwixxu l-cartridges tal-linka tal-istampatur qabel ma jkunu effettivament vojta biex jiġi stimulat ix-xiri ta’ cartridges tal-linka addizzjonali, tkun ipprojbita.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

L-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex ikun ipprojbit li l-konsumatur ma jiġix informat li l-oġġett huwa ddisinjat biex tonqos il-funzjonalità tiegħu meta jintużaw partijiet konsumabbli, spare parts jew aċċessorji li ma jkunux ipprovduti mill-produttur oriġinali. Pereżempju, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ stampaturi ddisinjati biex jiffunzjonaw b’mod limitat meta jintużaw cartridges tal-linka mhux ipprovduti mill-produttur oriġinali tal-istampatur mingħajr ma tiġi żvelata din l-informazzjoni lill-konsumatur , tkun ipprojbita. Din il-prattika tal-aħħar tista’ tqarraq bil-konsumaturi b’tali mod li jixtru cartridge tal-linka alternattiv li ma jkunx jista’ jintuża għal dak l-istampatur, u b’hekk jinħolqu spejjeż ta’ tiswija mhux meħtieġa, flussi tal-iskart jew spejjeż addizzjonali minħabba l-obbligu li jintużaw il-partijiet konsumabbli oriġinali tal-produttur, li l-konsumatur ma setax jipprevedi fil-waqt tax-xiri. Bl-istess mod, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ apparat intelliġenti ddisinjat biex jiffunzjona b’mod limitat meta jintużaw ċarġers jew spare parts li ma jkunux ipprovduti mill-produttur oriġinali , mingħajr ma tiġi żvelata din l-informazzjoni lill-konsumatur, tkun ipprojbita wkoll.

(21)

L-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex tkun ipprojbita l-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti li jkunu ddisinjati b’tali mod li jillimita l-funzjonalità tagħhom meta jintużaw partijiet konsumabbli, spare parts jew aċċessorji li ma jkunux ipprovduti mill-produttur oriġinali. Pereżempju, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ stampaturi ddisinjati biex jiffunzjonaw b’mod limitat meta jintużaw cartridges tal-linka mhux ipprovduti mill-produttur oriġinali tal-istampatur, tkun ipprojbita. Din il-prattika tal-aħħar tista’ tqarraq bil-konsumaturi b’tali mod li jixtru cartridge tal-linka alternattiv li ma jkunx jista’ jintuża għal dak l-istampatur, u b’hekk jinħolqu spejjeż ta’ tiswija mhux meħtieġa, flussi tal-iskart jew spejjeż addizzjonali minħabba l-obbligu li jintużaw il-partijiet konsumabbli oriġinali tal-produttur, li l-konsumatur ma setax jipprevedi fil-waqt tax-xiri. Bl-istess mod, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ apparat intelliġenti ddisinjat biex jiffunzjona b’mod limitat meta jintużaw ċarġers jew spare parts li ma jkunux ipprovduti mill-produttur oriġinali tkun ipprojbita wkoll.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Sabiex il-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet informati aħjar u jħeġġu d-domanda għal oġġetti li jservu aktar kif ukoll il-provvista tagħhom, jenħtieġ li tingħata informazzjoni speċifika dwar id-durabbiltà u l-possibbiltà ta’ tiswija ta’ prodott għat-tipi kollha ta’ oġġetti qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ oġġetti b’elementi diġitali, kontenut diġitali u servizzi diġitali, il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu informati dwar il-perjodu ta’ żmien li matulu jkunu disponibbli aġġornamenti tas-software mingħajr ħlas. Għaldaqstant, id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprovdi lill-konsumaturi b’informazzjoni prekuntrattwali dwar id-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija u d-disponibbiltà ta’ aġġornamenti. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata lill-konsumaturi b’mod ċar u li jinftiehem u f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tad-Direttiva 2019/882 (28). L-obbligu li tingħata din l-informazzjoni lill-konsumaturi jikkomplementa u ma jaffettwax id-drittijiet tal-konsumaturi previsti fid-Direttivi (UE) 2019/770 (29) u (UE) 2019/771 (30) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(22)

Sabiex il-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet informati aħjar u jħeġġu d-domanda għal oġġetti li jservu aktar kif ukoll il-provvista tagħhom, jenħtieġ li tingħata informazzjoni speċifika dwar id-durabbiltà u l-possibbiltà ta’ tiswija ta’ prodott għat-tipi kollha ta’ oġġetti qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ oġġetti b’elementi diġitali, kontenut diġitali u servizzi diġitali, il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu informati dwar il-perjodu ta’ żmien li matulu jkunu disponibbli aġġornamenti tas-software mingħajr ħlas f’konformità mar-rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali, li jkopri bħala minimu, il-perjodu ta’ żmien kif speċifikat fid-dritt tal-Unjoni u l-estensjoni volontarja tiegħu, fejn il-produttur jagħmel tali informazzjoni disponibbli . Għaldaqstant, id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprovdi lill-konsumaturi b’informazzjoni prekuntrattwali dwar id-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija u d-disponibbiltà ta’ aġġornamenti. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata lill-konsumaturi b’mod ċar u li jinftiehem , inkluż f’lingwa uffiċjali jew f’lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun offrut l-oġġett, u f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tad-Direttiva 2019/882 (28). L-obbligu li tingħata din l-informazzjoni lill-konsumaturi jikkomplementa u ma jaffettwax id-drittijiet tal-konsumaturi previsti fid-Direttivi (UE) 2019/770 (29), (UE) 2019/771 (30) u (UE) 2011 / 83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Indikatur tajjeb tad-durabbiltà ta’ oġġett huwa l-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà tal-produttur skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2019/771. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE tiġi emendata biex tirrikjedi speċifikament li l-kummerċjanti li jbigħu l-oġġetti jinformaw lill-konsumaturi dwar l-eżistenza tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà tal-produttur għat-tipi kollha ta’ oġġetti, meta l-produttur jagħmel din l-informazzjoni disponibbli .

(23)

Indikatur tajjeb tad-durabbiltà ta’ oġġett huwa t-tul tal-garanzija legali ta’ konformità, kif ukoll l-estensjoni volontarja tagħha fil-forma tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà tal-produttur ekwivalenti skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2019/771 , li tkopri l-oġġett kollu u tkun ipprovduta mingħajr spiża addizzjonali . Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE tiġi emendata biex tirrikjedi speċifikament lin-negozjanti jipprovdu, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, tikketta li tindika, bħala minimu, tfakkira tal-garanzija legali tal-konformità, u jekk rilevanti, l-estensjoni volontarja tagħha fil-forma ta’ garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà .

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)

Meta l-oġġetti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u ta’ utenti aħħarin oħra, it-tikketta jenħtieġ li tintwera b’mod prominenti u b’mod li jinqara b’mod ċar.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Il-problema ta’ durabbiltà limitata li tmur kontra l-aspettattivi tal-konsumaturi hija l-aktar rilevanti għall-oġġetti li jużaw l-enerġija, li huma oġġetti li jiffunzjonaw minn sors estern tal-enerġija. Il-konsumaturi huma interessati ferm ukoll li jirċievu informazzjoni dwar id-durabbiltà mistennija ta’ din il-kategorija ta’ prodotti. Għal dawn ir-raġunijiet, għal din il-kategorija ta’ oġġetti biss, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu konxji li l-informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà tal-produttur ta’ aktar minn sentejn ma ġietx ipprovduta mill-produttur.

imħassra

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Oġġetti li jkun fihom komponenti li jużaw l-enerġija, fejn dawn il-komponenti jkunu sempliċiment aċċessorji u ma jikkontribwixxux għall-funzjoni ewlenija ta’ dawn l-oġġetti, bħal d-dawl dekorattiv għall-ħwejjeġ jew għaż-żraben jew id-dawl elettriku għal rota, ma għandhomx jiġu kklassifikati bħala oġġetti li jużaw l-enerġija.

imħassra

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Fid-dawl tad-durata minima stabbilita ta’ sentejn tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ għan-nuqqas ta’ konformità f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/771 u l-fatt li ħafna ħsarat fil-prodotti jseħħu wara sentejn, l-obbligu tal-kummerċjant li jinforma lill-konsumaturi dwar l-eżistenza u d-durata tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà tal-produttur jenħtieġ li tapplika għal garanziji li jkunu ta’ aktar minn sentejn.

imħassra

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Sabiex ikun aktar faċli għall-konsumaturi li jieħdu deċiżjoni tranżazzjonali informata meta jqabblu l-oġġetti qabel ma jikkonkludu kuntratt, il-kummerċjanti jenħtieġ li jinformaw lill-konsumaturi dwar l-eżistenza u d-durata, tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà tal-produttur għall-oġġett kollu u mhux għal komponenti speċifiċi tal-oġġett.

imħassra

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

Il-produttur u l-bejjiegħ jenħtieġ li jibqgħu liberi li joffru tipi oħra ta’ garanziji kummerċjali u servizzi ta’ wara l-bejgħ ta’ kwalunkwe tul ta’ żmien. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta lill-konsumatur dwar tali garanziji jew servizzi kummerċjali oħra jenħtieġ li ma tfixkilx lill-konsumatur fir-rigward tal-eżistenza u d-durata tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà tal-produttur li tkopri l-oġġett kollu u li jkollha durata ta’ aktar minn sentejn .

(28)

Il-produttur u l-bejjiegħ jenħtieġ li jibqgħu liberi li joffru tipi oħra ta’ garanziji kummerċjali u servizzi ta’ wara l-bejgħ ta’ kwalunkwe tul ta’ żmien. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta lill-konsumatur dwar tali garanziji jew servizzi kummerċjali oħra jenħtieġ li ma tfixkilx lill-konsumatur.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Sabiex tiġi promossa l-kompetizzjoni bejn il-produtturi fir-rigward tad-durabbiltà tal-oġġetti b’elementi diġitali, il-kummerċjanti li jbigħu dawn l-oġġetti jenħtieġ li jinformaw lill-konsumaturi dwar il-perjodu minimu ta’ żmien li matulu l-produttur jintrabat li jipprovdi aġġornamenti tas-software għal tali oġġetti . Madankollu , sabiex jiġi evitat li l-konsumaturi jitgħabbew b’informazzjoni żejda, tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta biss meta dan il-perjodu jkun itwal mill-perjodu tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà tal-produttur , billi din il-garanzija tinvolvi l-għoti ta’ aġġornamenti, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà li jkunu neċessarji biex jinżammu l-funzjonijiet u l-prestazzjoni meħtieġa tal-oġġetti b’elementi diġitali. Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar l-impenn tal-produttur li jipprovdi aġġornamenti tas-software hija rilevanti biss meta l-kuntratt tal-bejgħ rigward oġġetti b’elementi diġitali jipprevedi att uniku ta’ provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li fir-rigward tiegħu japplika l-punt (a) tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva (UE) 2019/771. B’kuntrast ma’ dan, ma għandux ikun hemm obbligu ġdid li tiġi pprovduta din l-informazzjoni meta l-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi provvista kontinwa tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali matul perjodu ta’ żmien, billi għal dawn il-kuntratti, l-Artikolu 7(3)(b) tad-Direttiva (UE) 2019/771 jispeċifika, b’referenza għall-Artikolu 10 (2) jew (5), il-perjodu ta’ żmien li matulu l-bejjiegħ irid jiżgura li l-konsumatur ikun fornut bl-aġġornamenti u informat dwarhom.

(29)

Sabiex tiġi promossa l-kompetizzjoni bejn il-produtturi fir-rigward tad-durabbiltà tal-oġġetti b’elementi diġitali, il-kummerċjanti li jbigħu dawk l-oġġetti jenħtieġ li jinformaw lill-konsumaturi dwar il-perjodu minimu ta’ żmien li matulu l-produttur se jipprovdi aġġornamenti tas-software għal tali oġġetti inkluż , bħala minimu, il-perjodu previst fid-dritt tal-Unjoni u l-estensjoni volontarja tagħha fejn il-produttur jagħmel tali informazzjoni disponibbli; l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta biss meta dan il-perjodu jkun itwal mill-perjodu tal-garanzija kummerċjali tal-produttur.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

Bl-istess mod, il-kummerċjanti li joffru kontenut diġitali u servizzi diġitali jenħtieġ li jinformaw ukoll lill-konsumaturi dwar il-perjodu minimu li matulu l-fornitur tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, meta l-fornitur ikun differenti mill-kummerċjant, jintrabat li jipprovdi aġġornamenti tas-software, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà, li jkunu meħtieġa biex il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali jinżammu f’konformità. L-informazzjoni dwar l-impenn tal-fornitur li jipprovdi aġġornamenti tas-software hija rilevanti biss meta l-kuntratt jipprevedi att uniku ta’ provvista jew sensiela ta’ atti individwali ta’ provvista li fir-rigward tagħhom japplika l-Artikolu 8(2)(b) tad-Direttiva 2019/770. B’kuntrast ma’ dan, ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu ġdid li tiġi pprovduta din l-informazzjoni meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa fuq perjodu ta’ żmien, billi għal dawn il-kuntratti l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva (UE) 2019/770 jispeċifika l-perjodu ta’ żmien li matulu l-kummerċjant irid jiżgura li l-konsumatur ikun fornut bl-aġġornamenti u informat dwarhom .

(30)

Bl-istess mod, il-kummerċjanti li joffru kontenut diġitali u servizzi diġitali jenħtieġ li jinformaw ukoll lill-konsumaturi dwar il-perjodu minimu , wara d-data tat-tqegħid fis-suq, li matulu l-fornitur tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, meta l-fornitur ikun differenti mill-kummerċjant, se jipprovdi aġġornamenti tas-software, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà, li jkunu meħtieġa biex il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali jinżammu f’konformità. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi, bħala minimu, il-perjodu li għalih l-aġġornamenti jridu jkunu previsti fid-dritt tal-Unjoni. Il-fornitur se jipprovdi din l-informazzjoni lill-kummerċjant fil-każijiet kollha .

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)

Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni tranżazzjonali informata u jagħżlu oġġetti li jkunu aktar faċli biex jissewwew, jenħtieġ li l-kummerċjanti jipprovdu, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, u għat-tipi kollha ta’ oġġetti fejn applikabbli, il-punteġġ ta’ tiswija tal-oġġett kif ipprovdut mill-produttur f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

(31)

Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni tranżazzjonali informata u jagħżlu oġġetti li jkunu aktar faċli biex jissewwew, jenħtieġ li l-kummerċjanti jipprovdu, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, u għat-tipi kollha ta’ oġġetti fejn applikabbli, il-punteġġ ta’ tiswija tal-oġġett kif ipprovdut mill-produttur f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali .

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)

Skont l-Artikolu 5(1)(e) u l-Artikolu 6(1)(m) tad-Direttiva 2011/83/UE, il-kummerċjanti huma obbligati, qabel ma l-konsumatur jintrabat bil-kuntratt, jipprovdu lill-konsumatur bl-informazzjoni dwar l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ, inklużi servizzi ta’ tiswija , meta tali servizzi jkunu provduti . Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu informati tajjeb dwar il-possibbiltà ta’ tiswija tal-oġġetti li jixtru, fejn punteġġ ta’ tiswija ma jkunx stabbilit f’konformità mad-dritt tal-Unjoni , jenħtieġ li l-kummerċjanti jipprovdu, għat-tipi kollha ta’ oġġetti, informazzjoni rilevanti oħra dwar it-tiswija li tkun magħmula disponibbli mill-produttur , bħal informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-ispare parts, u manwal għall-utent għat-tiswija .

(32)

Skont l-Artikolu 5(1)(e) u l-Artikolu 6(1)(m) tad-Direttiva 2011/83/UE, il-kummerċjanti huma obbligati, qabel ma l-konsumatur jintrabat bil-kuntratt, jipprovdu lill-konsumatur bl-informazzjoni dwar l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ, inklużi servizzi ta’ tiswija. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu informati tajjeb dwar il-possibbiltà ta’ tiswija tal-oġġetti li jixtru, fejn punteġġ ta’ tiswija ma jkunx stabbilit, jenħtieġ li l-kummerċjanti jipprovdu, għat-tipi kollha ta’ oġġetti, informazzjoni rilevanti oħra dwar it-tiswija, bħal informazzjoni dwar id-disponibbiltà u l-prezz mistenni tal-ispare parts meħtieġa għat-tiswija ta’ oġġett , inkluż il-perjodu ta’ żmien minimu wara x-xiri tal-oġġett li matulu l-ispare parts l-aċċessorji jkunu disponibbli, il-proċedura biex jiġu ordnati, id-disponibbiltà ta’ manwal tal-utent tat-tiswija kif ukoll id-disponibbiltà ta’ dijanjożi u għodod u servizzi ta’ tiswija. Jenħtieġ li l-produtturi tal-oġġetti jipprovdu din l-informazzjoni lill-kummerċjanti rispettivi.

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)

Il-kummerċjanti jenħtieġ li jipprovdu lill-konsumaturi b’informazzjoni dwar l-eżistenza u t-tul tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà tal-produttur , il-perjodu minimu għall-aġġornamenti u l-informazzjoni dwar it-tiswija għajr il-punteġġ ta’ tiswija , meta l-produttur jew il-fornitur tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jagħmel l-informazzjoni rilevanti disponibbli, meta jkun differenti mill-kummerċjant . B’mod partikolari, fir-rigward tal-oġġetti, il-kummerċjant jenħtieġ li jgħaddi lill-konsumaturi l-informazzjoni li l-produttur ikun ipprovda lill-kummerċjant jew li b’xi mod ieħor kellu l-ħsieb li jagħmel disponibbli għall-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, billi jindikaha fuq il-prodott innifsu, fuq l-ippakkjar jew it-tikketti tiegħu li l-konsumatur normalment jikkonsulta qabel ma jikkonkludi l-kuntratt. Il-kummerċjant jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ ifittex b’mod attiv tali informazzjoni mill-produttur, pereżempju, fuq is-siti web speċifiċi għall-prodott.

(33)

Il-kummerċjanti jenħtieġ li jipprovdu lill-konsumaturi b’informazzjoni dwar l-eżistenza tat-tikketta , il-perjodu minimu għall-aġġornamenti u l-informazzjoni dwar it-tiswija għajr il-punteġġ ta’ tiswija. B’mod partikolari, fir-rigward tal-oġġetti, il-kummerċjant jenħtieġ li jgħaddi lill-konsumaturi l-informazzjoni li l-produttur ikun ipprovda lill-kummerċjant jew li b’xi mod ieħor kellu l-ħsieb li jagħmel disponibbli għall-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, billi jindikaha fuq il-prodott innifsu, fuq l-ippakkjar jew it-tikketti tiegħu li l-konsumatur normalment jikkonsulta qabel ma jikkonkludi l-kuntratt. Il-kummerċjant jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ ifittex b’mod attiv tali informazzjoni mill-produttur, pereżempju, fuq is-siti web speċifiċi għall-prodott. Fejn in-negozjanti ma jkunux produtturi ta’ oġġetti, l-influwenza tagħhom fuq id-disinn tal-prodotti u l-input tagħhom rigward kwalunkwe informazzjoni li takkumpanja l-prodotti tista’ tkun limitata. F’dak il-każ, il-produtturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lin-negozjanti li jinteraġixxu mal-konsumaturi. Barra minn hekk, il-kummerċjanti jenħtieġ li jkunu responsabbli biex ikomplu jgħaddu tali informazzjoni lill-konsumaturi.

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Premessa 36a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta linji gwida faċli biex jinftiehmu għan-negozji bir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Meta tiżviluppa tali linji gwida, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-ħtiġijiet tal-SMEs sabiex il-piżijiet amministrattivi u finanzjarji jinżammu f’livell minimu filwaqt li tiġi ffaċilitata l-konformità tagħhom ma’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, b’għarfien espert fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni.

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti (o) sa (x) li ġejjin:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti (o) sa (ya) li ġejjin:

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)

“asserzjoni ambjentali” tfisser kwalunkwe messaġġ jew rappreżentazzjoni, li ma tkunx obbligatorja skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, inkluża rappreżentazzjoni b’test, bi stampi, bi grafika jew b’simbolu, fi kwalunkwe forma, inklużi tikketti, ismijiet ta’ ditti, ismijiet ta’ kumpaniji jew ismijiet ta’ prodotti, fil-kuntest ta’ komunikazzjoni kummerċjali, li tiddikjara jew timplika li prodott jew kummerċjant għandu impatt pożittiv jew l-ebda impatt fuq l-ambjent jew huwa anqas ta’ ħsara għall-ambjent minn prodotti jew kummerċjanti oħra, rispettivament, jew li tejjeb l-impatt tiegħu maż-żmien;

(o)

“asserzjoni ambjentali” tfisser kwalunkwe messaġġ jew rappreżentazzjoni li ma tkunx obbligatorja skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, inkluża rappreżentazzjoni b’test, bi stampi, bi grafika jew b’simbolu, fi kwalunkwe forma, inklużi tikketti, ismijiet ta’ ditti, ismijiet ta’ kumpaniji jew ismijiet ta’ prodotti, fil-kuntest ta’ komunikazzjoni kummerċjali, u li tiddikjara jew timplika li prodott , kategorija ta’ prodott, ditta jew kummerċjant għandu impatt pożittiv jew l-ebda impatt fuq l-ambjent jew huwa anqas ta’ ħsara għall-ambjent minn prodotti , ditti jew kummerċjanti oħra, rispettivament, jew li tejjeb l-impatt tiegħu maż-żmien;

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p)

“asserzjoni ambjentali espliċita” tfisser asserzjoni ambjentali li tkun f’forma testwali jew li tinsab fuq tikketta;

imħassra

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt q

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(q)

“asserzjoni ambjentali ġenerika” tfisser kwalunkwe asserzjoni ambjentali espliċita fejn l-ispeċifikazzjoni tal-asserzjoni ma tkunx ipprovduta f’termini ċari u prominenti fuq l-istess mezz;

(q)

“asserzjoni ambjentali ġenerika” tfisser asserzjoni ambjentali, li ma tinsabx fuq tikketta ta’ sostenibbiltà , fejn l-ispeċifikazzjoni tal-asserzjoni ma tkunx ipprovduta f’termini ċari u prominenti fuq l-istess mezz;

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(s)

“skema ta’ ċertifikazzjoni” tfisser skema ta’ verifika ta’ parti terza li tkun miftuħa taħt termini trasparenti, ġusti u nondiskriminatorji għall-kummerċjanti kollha li jkunu lesti u kapaċi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-iskema, li tiċċertifika li prodott jikkonforma ma’ ċerti rekwiżiti , u li għalihom il-monitoraġġ tal-konformità jkun oġġettiv, ibbażat fuq standards u proċeduri internazzjonali, Ewropej jew nazzjonali u magħmul minn parti indipendenti kemm mis-sid tal-iskema kif ukoll mill-kummerċjant;

(s)

“skema ta’ ċertifikazzjoni” tfisser skema ta’ verifika ta’ parti terza:

 

(i)

li tkun miftuħa taħt termini trasparenti, disponibbli għall-pubbliku, ġusti u nondiskriminatorji u bi prezz raġonevoli għall-kummerċjanti u l-entitajiet li jkunu lesti u kapaċi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-iskema;

 

(ii)

li tiċċertifika li prodott , proċess jew negozju jikkonforma ma’ ċerti rekwiżiti li jkunu disponibbli għall-pubbliku u żviluppati b’mod indipendenti;

 

(iii)

li għalihom il-monitoraġġ tal-konformità u l-għoti taċ-ċertifikazzjoni jkunu oġġettivi, ibbażati fuq standards u proċeduri internazzjonali, Ewropej jew nazzjonali b’kont meħud tan-natura tal-prodotti, il-proċessi jew in-negozji kkonċernati;

 

(iv)

li tiżgura li l-monitoraġġ tal-konformità msemmija fil-punt (iii) titwettaq minn parti terza, li l-kompetenzi u l-indipendenza tagħha, kemm mis-sid tal-iskema kif ukoll mill-kummerċjant, ikunu ġew ivverifikati mill-Istati Membri ; u

 

(v)

li tinkludi sistema għall-ilmenti li tkun disponibbli għall-konsumaturi u l-partijiet ikkonċernati esterni oħra, li tkun iffukata fuq in-nuqqas ta’ konformità u tiżgura l-irtirar tat-tikketta tas-sostenibbiltà f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità;

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt t

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(t)

“għodda ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà” tfisser software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, imħaddma minn jew f’isem kummerċjant, li tipprovdi informazzjoni lill-konsumaturi dwar l-aspetti ambjentali jew soċjali tal-prodotti, jew tqabbel il-prodotti fuq dawk l-aspetti;

(t)

“għodda ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà u t-tqabbil ” tfisser software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, imħaddma minn jew f’isem kummerċjant, li tipprovdi informazzjoni lill-konsumaturi dwar l-aspetti ambjentali jew soċjali tal-prodotti, jew tqabbel il-prodotti fuq dawk l-aspetti.

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt w

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(w)

“aġġornament tas-software” tfisser aġġornament bla ħlas, inkluż aġġornament tas-sigurtà, li jkun meħtieġ biex l-oġġetti b’elementi diġitali, kontenut diġitali u servizzi diġitali jinżammu konformi f’konformità mad-Direttivi (UE) 2019/770 u (UE) 2019/771;

(w)

“aġġornament tas-software” tfisser aġġornament bla ħlas, inkluż jew aġġornament tas-sigurtà jew aġġornament fil-funzjonalità jew il-karatteristiċi , li jkun meħtieġ biex l-oġġetti b’elementi diġitali, kontenut diġitali u servizzi diġitali jinżammu konformi f’konformità mad-Direttivi (UE) 2019/770 u (UE) 2019/771 jew li jtejjeb jew inaqqas id-durabbiltà tagħhom ;

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt wa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(wa)

“aġġornament tas-sigurtà” tfisser aġġornament tas-sistema operattiva, inkluż software korrettiv tas-sigurtà, jekk rilevanti għal apparat partikolari, li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jipprovdi sigurtà mtejba għall-apparat;

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt wb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(wb)

“aġġornament tal-funzjonalità” tfisser aġġornament tas-sistema operattiva li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jimplimenta funzjonalitajiet ġodda;

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt x

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(x)

“parti konsumabbli” tfisser kwalunkwe komponent ta’ oġġett li jintuża b’mod rikorrenti u li jeħtieġ li jiġi sostitwit biex l-oġġett jiffunzjona kif maħsub;

(x)

“parti konsumabbli” tfisser kwalunkwe komponent ta’ oġġett li jintuża b’mod rikorrenti u li jeħtieġ li jiġi sostitwit jew fornut mill-ġdid biex l-oġġett jiffunzjona kif maħsub;

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ya (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ya)

“kumpens għal emissjonijiet tal-karbonju” tfisser ix-xiri ta’ krediti tal-karbonju, jew l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju għal proġetti ambjentali, li għandhom il-mira li jinnewtralizzaw, inaqqsu, jikkumpensaw jew ipattu għall-impatt ambjentali tax-xerrej stess, jew tal-oġġetti jew tas-servizzi tiegħu.

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“(b)

il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, bħad-disponibbiltà, il-benefiċċji, ir-riskji, l-eżekuzzjoni, il-kompożizzjoni, l-impatt ambjentali jew soċjali, l-aċċessorji, id-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija, l-assistenza ta’ wara l-bejgħ għall-konsumatur u t-trattament tal-ilmenti, il-metodi u d-data ta’ manifattura jew tal-provvista, il-kunsinna, l-idoneità għall-għan, l-użu, il-kwantità, l-ispeċifikazzjoni, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati li wieħed jistenna mill-użu tiegħu, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi importanti ta’ eżamijiet jew kontrolli magħmula fuq il-prodott.;”

“(b)

il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, bħad-disponibbiltà, il-benefiċċji, ir-riskji, l-eżekuzzjoni, il-kompożizzjoni, l-impatt ambjentali jew soċjali, l-aċċessorji, id-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija , il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid, ir-riċiklabbiltà , l-assistenza ta’ wara l-bejgħ għall-konsumatur u t-trattament tal-ilmenti, il-metodi u d-data ta’ manifattura jew tal-provvista, il-kunsinna, l-idoneità għall-għan, l-użu, il-kwantità, l-ispeċifikazzjoni, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati li wieħed jistenna mill-użu tiegħu, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi importanti ta’ eżamijiet jew kontrolli magħmula fuq il-prodott.;”

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)

fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(c)

kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett, fi Stat Membru wieħed, bħala identiku għal oġġett kummerċjalizzat fi Stati Membri oħra, meta dak l-oġġett ikun differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew fil-karatteristiċi, sakemm dan ma jkunx ġustifikat minn fatturi leġittimi u oġġettivi.

“(c)

kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett, fi Stat Membru wieħed, li jkollha preżentazzjoni li tkun tidher bħala identika għal oġġett ieħor li jkun kummerċjalizzat fi Stati Membri oħra taħt l-istess ditta, trademark jew deżinjazzjoni , meta dak l-oġġett ikun jippreżenta differenzi fil-kompożizzjoni jew fil-karatteristiċi, inkluż il-profil sensorjali tiegħu;”

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

fil-paragrafu 2, jiżdiedu l-punti (d)  u (e) kif ġej:

(b)

fil-paragrafu 2, jiżdiedu l-punti (d)  sa (ea) kif ġej:

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

l-għemil ta’ asserzjoni ambjentali relatata mal-prestazzjoni ambjentali futura mingħajr impenji u miri ċari, oġġettivi u verifikabbli u referenza għal sistema ta’ monitoraġġ;

(d)

l-għemil ta’ asserzjoni ambjentali relatata mal-prestazzjoni ambjentali futura bbażata unikament fuq skemi ta’ kumpens għal emissjonijiet tal-karbonju jew mingħajr impenji ċari, oġġettivi , kwantifikati, bbażati fuq ix-xjenza u verifikabbli , mingħajr pjan ta’ implimentazzjoni realistiku u dettaljat b’referenza għall-impenji baġitarji u teknoloġiċi, mingħajr miri fattibbli mingħajr referenza għal sistema ta’ monitoraġġ li tkun ibbażata fuq data rilevanti;

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 2005/29/KE

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

prattiki bl-effett jew bl-effett probabbli li jfixklu jew ifixklu l-awtonomija, it-teħid ta’ deċiżjonijiet jew l-għażla tar-riċevituri tas-servizz, dwar l-għan jew l-effett, permezz tal-istruttura, id-disinn, jew il-funzjonalitajiet ta’ interfaċċa online jew parti minnha.

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jiddaħħal il-punt (3a) li ġej:

imħassra

“(3a)

‘oġġett li juża l-enerġija’ tfisser kwalunkwe oġġett li jiddependi fuq l-input tal-enerġija (l-elettriku, il-fjuwils fossili u s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli) biex jaħdem kif maħsub;”;

 

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14d)

“punteġġ ta’ tiswija” tfisser punteġġ li jesprimi l-kapaċità ta’ oġġett li jissewwa, abbażi ta’ metodu stabbilit f’konformità mad-dritt tal-Unjoni;

(14d)

“punteġġ ta’ tiswija” tfisser punteġġ li jesprimi l-kapaċità ta’ oġġett li jissewwa, abbażi ta’ metodu armonizzat stabbilit fil-livell tal-Unjoni;

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)

il-punt (e) huwa mħassar;

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jiddaħħlu l-punti (ea) sa (ed) li ġejjin:

(a)

jiddaħħlu l-punti (ea) sa (ec) li ġejjin:

Emenda 47

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ea

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)

għall-oġġetti kollha, meta l-produttur jagħmilha disponibbli, informazzjoni li l-oġġetti jibbenefikaw minn garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà u t-tul ta’ żmien tagħha f’unitajiet ta’ żmien, sakemm il-garanzija ta’ durabbiltà tkun tkopri l-oġġett kollu u sservi għal aktar minn sentejn;

(ea)

għall-oġġetti kollha , tikketta kif stabbilita fl-Anness Z li tindika t-tul ta’ żmien tal-garanzija legali ta’ konformità u, jekk rilevanti, l-estensjoni volontarja tagħha fil-forma ta’ garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà;

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt eb

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(eb)

għal prodotti li jużaw l-enerġija, meta l-produttur ma jagħmilx disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-punt (ea), informazzjoni li l-produttur ma pprovdiex informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà ta’ aktar minn sentejn. Din l-informazzjoni għandha tkun mill-inqas evidenti daqs kwalunkwe informazzjoni oħra dwar l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali pprovduti f’konformità mal-punt (e);

imħassra

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ec

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ec)

għall-oġġetti b’elementi diġitali , meta l-produttur jagħmel tali informazzjoni disponibbli , il-perjodu minimu f’unitajiet ta’ żmien li matulu l-produttur jipprovdi aġġornamenti tas-software , sakemm il-kuntratt ma jkunx jipprevedi provvista kontinwa tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali għal perjodu ta’ żmien. Meta tingħata informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà f’konformità mal-punt (ea), l-informazzjoni dwar l-aġġornamenti għandha tiġi pprovduta jekk dawk l-aġġornamenti jiġu pprovduti għal perjodu itwal mill-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà ;

(ec)

għal oġġetti b’elementi diġitali, il-perjodu minimu f’unitajiet ta’ żmien , wara d-data tat-tqegħid fis-suq, li matulu l-produttur jipprovdi aġġornamenti tas-software , li jkopri, bħala minimu, il-perjodu kif previst fid-dritt tal-Unjoni u l-estensjoni volontarja tiegħu, meta l-produttur jagħmel tali informazzjoni disponibbli li għaliha għandhom jiġu pprovduti l-aġġornamenti ;

Emenda 50

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ed

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ed)

għall-kontenut diġitali u għas-servizzi diġitali, meta l-fornitur tagħhom ikun differenti mill-kummerċjant u jagħmel tali informazzjoni disponibbli , il-perjodu minimu f’unitajiet ta’ żmien li matulu l-fornitur jipprovdi aġġornamenti tas-software, sakemm il-kuntratt ma jkunx jipprevedi provvista kontinwa tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali għal perjodu ta’ żmien ;

(ed)

għall-kontenut diġitali u għas-servizzi diġitali, meta l-fornitur tagħhom ikun differenti mill-kummerċjant, il-perjodu minimu , wara d-data tat-tqegħid fis-suq, f’unitajiet ta’ żmien li matulu l-fornitur jipprovdi aġġornamenti tas-software, li jkopri, bħala minimu, l-perjodu li matulu l-aġġornamenti għandhom jiġu pprovduti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni applikabbli ;

Emenda 51

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)

meta l-punt (i) ma jkunx applikabbli, l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-produttur dwar id-disponibbiltà ta’ spare parts, inkluża l-proċedura biex dawn jiġu ordnati, u  dwar id-disponibbiltà ta’ manwal tal-utent u tat-tiswija.;

(j)

meta l-punt (i) ma jkunx applikabbli, l-informazzjoni pprovduta mill-produttur dwar id-disponibbiltà u l-prezz massimu mistenni tal-ispare parts meħtieġa biex jissewwew l-oġġetti , inkluż il-perjodu minimu, wara li jinxtara l-oġġett, li matulu l-ispare parts u l-aċċessorji jkunu disponibbli, il-proċedura biex dawn jiġu ordnati, u d-disponibbiltà ta’ manwal tal-utent u tat-tiswija , kif ukoll id-disponibbiltà tal-għodod u s-servizzi għad-dijanjosi u t-tiswija.” ;

Emenda 52

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Minkejja l-punt (ea), meta l-kummerċjanti joffru prodotti f’iktar minn Stat Membru wieħed, huma jistgħu jagħżlu li jirreferu għall-perjodu minimu tal-Unjoni ta’ sentejn ta’ garanzija legali għall-konformità fuq it-tikketta msemmi fl-Anness Z . B’din l-għażla, il-kummerċjanti għandhom jiżguraw li t-tikketta tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tiddikjara li “konsumatur jibbenefika minn garanzija legali minima ta’ sentejn, sakemm ma tiġix ipprovduta garanzija ta’ aktar minn sentejn skont il-liġi nazzjonali applikabbli”.

Emenda 53

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ba (ġdid)

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

 

“1a.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu XXX sabiex temenda l-Anness Z billi tintroduċi, timmodifika, iżżid jew tneħħi kwalunkwe dettall fir-rigward tal-informazzjoni jew l-elementi testwali stabbiliti f’dan l-Artikolu.”;

Emenda 54

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bb (ġdid)

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

jiddaħħal il-paragrafu 1b li ġej:

 

“1b.     Il-produttur għandu jagħmel l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluża l-informazzjoni elenkata fil-punti ea, eb, ec, i u j, disponibbli għall-kummerċjant, sabiex jiġi żgurat li l-kummerċjant ikun jista’ jikkonforma mal-obbligi ta’ informazzjoni rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1.”

Emenda 55

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -a (ġdid)

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)

il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

“(g)

l-arranġamenti għall-ħlas, il-kunsinna, il-prestazzjoni, id-data sa meta l-kummerċjant jimpenja ruħu jwassal l-oġġetti jew jagħti s-servizzi, u fejn applikabbli, l-eżistenza ta’ għażliet ta’ kunsinna b’inqas emissjonijiet ta’ CO2 u, jekk ikun il-każ, il-politika ta’ ġestjoni tal-ilmenti tal-kummerċjant;”;

Emenda 56

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa)

jitħassru l-punti (l) u (m);

Emenda 57

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ma

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ma)

“għall-oġġetti kollha, meta l-produttur jagħmilha disponibbli, informazzjoni li l-oġġetti jibbenefikaw minn garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà u t-tul ta’ żmien tagħha f’unitajiet ta’ żmien, sakemm il-garanzija ta’ durabbiltà tkopri l-oġġett kollu u sservi għal aktar minn sentejn ;

(ma)

għall-oġġetti kollha, tikketta kif stabbilita fl-Anness Z li tindika t-tul ta’ żmien tal-garanzija legali ta’ konformità u, jekk rilevanti, l-estensjoni volontarja tagħha fil-forma ta’ garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà;

Emenda 58

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt mb

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(mb)

għal prodotti li jużaw l-enerġija , meta l-produttur ma jagħmilx disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-punt (ma), informazzjoni li l-produttur ma pprovdiex informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà ta’ aktar minn sentejn. Din l-informazzjoni għandha tkun mill-inqas evidenti daqs kwalunkwe informazzjoni oħra dwar l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali pprovduti f’konformità mal-punt (m) ;

imħassra

Emenda 59

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt mc

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(mc)

għall-oġġetti b’elementi diġitali, meta l-produttur jagħmel tali informazzjoni disponibbli, il-perjodu minimu f’unitajiet ta’ żmien li matulu l-produttur jipprovdi aġġornamenti tas-software, sakemm il-kuntratt ma jkunx jipprevedi provvista kontinwa tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali għal perjodu ta’ żmien. Meta tingħata informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà f’konformità mal-punt (ma), l-informazzjoni dwar l-aġġornamenti għandha tiġi pprovduta jekk dawk l-aġġornamenti jiġu pprovduti għal perjodu itwal mill-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà ;

(mc)

għal oġġetti b’elementi diġitali, il-perjodu minimu f’unitajiet ta’ żmien , wara d-data tat-tqegħid fis-suq, li matulu l-produttur jipprovdi aġġornamenti tas-software , li jkopri, bħala minimu, il-perjodu kif previst fid-dritt tal-Unjoni u l-estensjoni volontarja tiegħu, meta l-produttur jagħmel tali informazzjoni disponibbli li għaliha għandhom jiġu pprovduti l-aġġornamenti ;

Emenda 60

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt md

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(md)

għall-kontenut diġitali u għas-servizzi diġitali, meta l-fornitur tagħhom ikun differenti mill-kummerċjant u jagħmel tali informazzjoni disponibbli , il-perjodu minimu f’unitajiet ta’ żmien li matulu l-fornitur jipprovdi aġġornamenti tas-software , sakemm il-kuntratt ma jkunx jipprevedi provvista kontinwa tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali għal perjodu ta’ żmien ;

(md)

għall-kontenut diġitali u għas-servizzi diġitali, meta l-fornitur tagħhom ikun differenti mill-kummerċjant, il-perjodu minimu , wara d-data tat-tqegħid fis-suq, f’unitajiet ta’ żmien li matulu l-fornitur jipprovdi aġġornamenti tas-software , li jkopri, bħala minimu, l-perjodu li matulu l-aġġornamenti għandhom jiġu pprovduti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni applikabbli ;

Emenda 61

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)

meta l-punt (u) ma jkunx applikabbli, l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-produttur dwar id-disponibbiltà ta’ spare parts, inkluża l-proċedura biex dawn jiġu ordnati, u dwar id-disponibbiltà ta’ manwal tal-utent u tat-tiswija.;

(v)

meta l-punt (u) ma jkunx applikabbli, l-informazzjoni pprovduta mill-produttur dwar id-disponibbiltà u l-prezz massimu mistenni tal-ispare parts meħtieġa biex jissewwew l-oġġetti , inkluż il-perjodu minimu, wara li jinxtara l-oġġett, li matulu l-ispare parts u l-aċċessorji jkunu disponibbli, il-proċedura biex dawn jiġu ordnati, u d-disponibbiltà ta’ manwal tal-utent u tat-tiswija , kif ukoll id-disponibbiltà tal-għodod u s-servizzi għad-dijanjosi u t-tiswija.” ;

Emenda 62

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(va)

l-indirizz taċ-ċentri tat-tiswija disponibbli fejn l-oġġetti għandhom jintbagħtu lura mill-konsumatur biex jissewwew.

Emenda 63

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt bb (ġdid)

Direttiva 2011/83/UE

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

 

“1a.     Il-produttur għandu jagħmel l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluża l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1, il-punti (ea), (eb), (ec), (i) u (j), disponibbli għall-kummerċjant, sabiex jiġi żgurat li l-kummerċjant ikun jista’ jikkonforma mal-obbligi ta’ informazzjoni rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1.”

Emenda 64

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [ħames (5) snin mill-adozzjoni],, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Sa [ħames (5) snin mill-adozzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u dwar il-livell ta’ progress miksub lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 65

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dak ir-rapport għandu jkun fih valutazzjoni jekk id-Direttiva kkontribwietx biex ittejjeb il-protezzjoni tal-konsumaturi minn prattiki kummerċjali inġusti u reklamar qarrieqi ta’ prodotti reklamati bħala sostenibbli kif ukoll sommarju tal-effetti pożittivi u negattivi fuq in-negozji, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u medji.

Emenda 66

Proposta għal direttiva

Anness Z

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness Z

 

Kontenut u format tat-tikketta

 

1.

It-tikketta għandu jkollha l-format li ġej:

XX Snin + YY Snin

 

2.

L-ittri “XX” għandhom jiġu sostitwiti biċ-ċifra li tikkorrispondi għat-tul tal-garanzija legali ta’ konformità. L-ittri “YY” għandhom jiġu sostitwiti miċ-ċifra li tikkorrispondi għall-estensjoni volontarja tal-garanzija legali ta’ konformità fil-forma ta’ garanzija kummerċjali ekwivalenti ta’ durabbiltà.

 

3.

It-tikketta għandha tintwera b’mod prominenti u b’mod li tkun tista’ tinqara b’mod ċar mill-konsumatur.

Emenda 67

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

jiddaħħlu l-punti 4 a  u 4b li ġejjin:

(2)

jiddaħħlu l-punti 4a sa 4bb li ġejjin:

Emenda 68

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 4a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.

Tagħmel asserzjoni ambjentali ġenerika li għaliha l-kummerċjant ma jkunx jista’ juri prestazzjoni ambjentali eċċellenti rikonoxxuta li tkun rilevanti għall-asserzjoni.

4a.

Meta ssir asserzjoni ambjentali ġenerika li għaliha l-kummerċjant ma jipprovdix evidenza ta’ prestazzjoni ambjentali eċċellenti rikonoxxuta li tkun rilevanti għall-asserzjoni.

Emenda 69

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 4d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4b.

Tagħmel asserzjoni ambjentali dwar il-prodott kollu meta effettivament tikkonċerna biss ċertu aspett tal-prodott.;

4b.

Meta ssir asserzjoni ambjentali dwar il-prodott kollu jew in-negozju tal-kummerċjant meta effettivament tikkonċerna biss ċertu aspett tal-prodott jew tan-negozju tal-kummerċjanti .

Emenda 70

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 4ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4ba.

Meta ssir asserzjoni, ibbażata fuq il-kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju, li prodott għandu impatt newtrali, imnaqqas, ikkumpensat jew pożittiv fuq l-ambjent għal dak li għandu x’jaqsam mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

Emenda 71

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 4bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4bb.

Meta ssir asserzjoni ambjentali li ma tistax tiġi sostanzjata f’konformità mar-rekwiżiti legali.

Emenda 72

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2 a)

jiddaħħal il-punt 7a li ġej:

 

“7a.

(i)

Meta tingħata aktar prominenza lil ċerti għażliet meta jitolbu deċiżjoni mingħand ir-riċevitur tas-servizz.

(ii)

Meta l-proċedura tat-terminazzjoni ta’ servizz tkun b’mod sinifikanti aktar ikkumplikata minn dik biex tinkiteb għalih.”

Emenda 73

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

jiddaħħal il-punt 13a li ġej:

 

“13a.

Kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett bħala identiku jew apparentement identiku għall-oġġett l-ieħor kummerċjalizzat fi Stat Membru partikolari jew diversi Stati Membri, meta dawk il-prodotti jkollhom kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti li ma jkunux ġew immarkati b’mod ċar fuq l-imballaġġ, b’mod li jkunu viżibbli għall-konsumatur.”

Emenda 74

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 4 – parti introduttorja

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

jiddaħħlu l-punti minn 23d sa 23i li ġejjin:

(4)

jiddaħħlu l-punti minn 23d sa 23ib li ġejjin:

Emenda 75

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 23da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

23da.

Meta l-kummerċjant jonqos milli jinforma lill-konsumatur b’mod ċar u li jinftiehem li l-aġġornament ta’ funzjonalità mhuwiex meħtieġ biex il-prodott jinżamm konformi.

Emenda 76

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 23e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

23e.

Il-fatt li l-konsumatur ma jiġix informat dwar l-eżistenza ta’ karatteristika ta’ oġġett introdotta biex tillimita d-durabbiltà tiegħu .

23e.

L-introduzzjoni ta’ karatteristika li tillimita d-durabbiltà ta’ oġġett .

Emenda 77

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 23ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

23ea.

Meta l-kummerċjant jikkummerċjalizza oġġett mingħajr ma jirrimedja, fi żmien raġonevoli mindu ssir magħrufa, kwistjoni ta’ disinn li twassal għal falliment bikri ta’ dak l-oġġett.

Emenda 78

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 23g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

23g.

Il-preżentazzjoni ta’ prodotti bħala li jistgħu jissewwew meta dan ma jkunx possibbli jew in-nuqqas ta’ tagħrif lill-konsumatur li l-oġġetti ma jistgħux jissewwew f’konformità mar-rekwiżiti legali.

23g.

Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett li ma jippermettix it-tiswija f’konformità mar-rekwiżiti legali jew meta l-konsumatur ma jiġix infurmat li oġġett ma jistax jissewwa .

Emenda 79

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 23ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

23ga.

Meta l-kummerċjant jonqos milli jinforma lill-konsumatur dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ spare parts u restrizzjonijiet oħra ta’ tiswija.

Emenda 80

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 23gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

23gb.

Meta l-konsumatur ma jiġix infurmat li n-negozjant jirrifjuta li jsewwi prodott li jkun issewwa qabel minn professjonist indipendenti jew minn persuna mhux professjonista jew minn utent.

Emenda 81

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 23h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

23h.

Il-fatt li l-konsumatur jiħeġġeġ jissostitwixxi l-partijiet konsumabbli ta’ oġġett aktar kmieni milli jkun meħtieġ għajr għal raġunijiet tekniċi huwa neċessarju .

23h.

Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett li jirrikjedi s-sostituzzjoni ta’ xi partijiet konsumabbli aktar kmieni milli jkun meħtieġ għal raġunijiet tekniċi.

Emenda 82

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 23i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

23i.

In-nuqqas ta’ informar li oġġett huwa ddisinjat biex tonqos il-funzjonalità tiegħu meta jintużaw partijiet konsumabbli, spare parts jew aċċessorji li ma jkunux ipprovduti mill-produttur oriġinali.

23i.

Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott li huwa ddisinjat biex tiġi llimitata l-funzjonalità tiegħu meta jintużaw partijiet konsumabbli, spare parts jew aċċessorji li ma jkunux ipprovduti mill-produttur oriġinali.

Emenda 83

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 23ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

23ia.

L-istess produttur jew kummerċjant li joffri l-istess prodott b’termini żvantaġġużi jew b’perjodu iqsar ta’ garanzija kummerċjali fi Stat Membru wieħed jew aktar, li jwassal għal sitwazzjoni ta’ żvantaġġ għall-konsumaturi.

Emenda 84

Proposta għal direttiva

Anness I – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2005/29/KE

Anness I – punt 23ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

23ib.

Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti.”

(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0099/2023).

(26)  Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).

(26)  Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).

(27)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(28)  Id-Direttiva (UE) 2019/882/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibilità għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).

(29)  Id-Direttiva (UE)2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).

(30)  Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).

(27)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(28)  Id-Direttiva (UE) 2019/882/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibilità għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).

(29)  Id-Direttiva (UE)2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).

(30)  Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1087/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)