|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/784 |
17.11.2023 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/784)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-deċiżjoni |
|
C(2023) 7535 |
tal-10 ta’ Novembru 2023 |
4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat (4-tert-OPnEO) Nru KE: -, Nru CAS:- |
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG, Dr.-Boehringer-Gasse 5-11, 1121, Wien, l-Awstrija |
REACH/23/31/0 |
Użu industrijali bħala deterġent fil-purifikazzjoni tal-proteina lipidata OspA li sussegwentement tintuża għall-manifattura tal-vaċċin kandidat għall-marda ta’ Lyme |
19 ta’ Novembru 2033 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1
(2) Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/784/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)