European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/733

20.11.2023

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD – il-Portugall) – Deco Proteste – Editores Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-505/22 (1), Deco Proteste – Editores)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Artikolu 2(1)(a) - Kunsinna ta’ oġġetti bi ħlas - Kunsinna mingħajr ħlas ta’ tablet jew ta’ smartphone bħala korrispettiv għal abbonament ġdid f’rivista - Kunċett ta’ “provvista unika” - Kriterji - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 - Użu ta’ oġġetti għall-bżonnijiet tal-impriża bil-għan li jingħataw rigali ta’ valur żgħir)

(C/2023/733)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deco Proteste – Editores Lda

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(a) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-għoti ta’ rigal ta’ abbonament bħala korrispettiv għall-abbonament f’perijodiċi jikkostitwixxi provvista li hija anċillari għall-provvista prinċipali li tikkonsisti fil-kunsinna ta’ perijodiċi, li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “provvista ta’ merkanzija magħmula bi ħlas”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u ma għandux jitqies bħala trasferiment ta’ oġġetti mingħajr ħlas, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-imsemmi Artikolu 16.


(1)   ĠU C 424, 7.11.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/733/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)