|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/639 |
13.11.2023 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Awwissu 2023 – MC vs Iberia, Líneas Aéreas de España, SA Operadora Unipersonal
(Kawża C-502/23, Iberia)
(C/2023/639)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: MC
Konvenuti: Iberia, Líneas Aéreas de España, SA Operadora Unipersonal
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 5(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(a) u mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier, li jkun xtara biljett għal titjira ma’ trasportatur tal-ajru effettiv mhux bi flus iżda permezz ta’ bonus tal-mili taħt skema għal passiġġiera frekwenti implimentata minn trasportatur tal-ajru ieħor jista’, fil-każ li din it-titjira tiġi kkanċellata mit-trasportatur tal-ajru effettiv, jitlob rimbors tal-prezz tal-biljett fi flus? |
|
2) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: il-prezz tal-biljett fis-sens tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004, li fir-rigward tiegħu l-passiġġier jista’ jitlob rimbors fi flus, għandu f’tali każijiet jiġi kkalkolat abbażi tat-tariffa disponibbli pubblikament li biha tiġi offruta għall-bejgħ it-titjira kkanċellata inkwistjoni mit-trasportatur tal-ajru effettiv jew abbażi tal-valur (medju) tal-bonus tal-mili użat? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/639/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)