Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2023/633 |
13.11.2023 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Settembru 2023 – QI, QJ, QL, QM, QN, QP, QQ, QT, QU, QW, QX vs QK, QO, QR, QS, QV, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Kunsill tal-Ewropa, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-262/22 P) (1)
(Appell - Rikors għad-danni - Politika ekonomika u monetarja - Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg - Parteċipazzjoni tas-settur privat - Skambju obbligatorju ta’ titoli Statali ta’ dejn irregolati mid-dritt Grieg - Klawżoli ta’ azzjoni kollettiva - Attivazzjoni - Dannu relatat mat-tnaqqis tal-valur nominali tal-bonds tal-gvern innegozjati - Prinċipju ta’ proporzjonalità)
(C/2023/633)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: QI, QJ, QL, QM, QN, QP, QQ, QT, QU, QW, QX (rappreżentanti: S. Pappas u A. Pappas, avocats)
Partijiet oħra fil-proċedura: QK, QO, QR, QS, QV, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Biz u S. Delaude, aġenti), Il-Bank Ċentrali Ewropew, (rappreżentanti: M. Szablewska u G. Várhelyi, aġenti), Il-Kunsill tal-Ewropa, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bauerschmidt, K. Pavlaki u A. Westerhof Löfflerová, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
QI, QJ, QL, QM, QN, QP, QQ, QT, QU, QW u QX għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
3) |
Il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti fil-kuntest ta’ dan l-appell. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/633/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)