European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/592

27.10.2023

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

(C/2023/592)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Adama Ben DIARRA, persuna li tidher fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 (1) u fl-Anness Ia għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet emendata. Din il-persuna hija b'dan infurmata li tista' tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet prevista għad-deżinjazzjoni tagħha, qabel it-3 ta' Novembru 2023, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 251, 29.9.2017, p. 23.

(2)   ĠU L 251, 29.9.2017, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/592/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)