|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/521 |
6.11.2023 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2023 – Weider Germany vs EUIPO – Den i Nosht (YIPPIE!)
(Kawża T-45/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali YIPPIE! - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Yuppie - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 64(2) tar-Regolament 2017/1001”)
(C/2023/521)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Weider Germany GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Pfeifer u N. Böhmer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Ringelhann u E. Markakis, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Den i Nosht OOD (Gorna Oryahovitsa, il-Bulgarija) (rappreżentant: I. Pakidanska, avukata)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Novembru 2021 (Każ R 2227/2020-1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Weider Germany GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/521/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)