European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/464

1.12.2023

P9_TA(2023)0110

Il-metodi u l-proċedura għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet, fuq il-Mekkaniżmu ta' Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri u fuq il-profitti riallokati u dwar il-miżuri biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-flus kontanti

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ April 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, fuq il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri u fuq il-profitti riallokati u dwar il-miżuri biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-flus kontanti (COM(2022)0101 – C9-0131/2022 – 2022/0071(NLE))

(Konsultazzjoni)

(C/2023/464)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2022)0101),

wara li kkunsidra l-Artikolu 322(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0131/2022),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar it-titjib tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027: baġit tal-UE reżiljenti adattat għal sfidi ġodda (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0046/2023),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)   ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.

(2)   ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0450.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/464/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)