|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/460 |
1.12.2023 |
P9_TA(2023)0101
Fond Soċjali għall-Klima
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima (COM(2021)0568 – C9-0324/2021 – 2021/0206(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2023/460)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0568), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1)(d), l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 194(1)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0324/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-15 ta’ Diċembru 2022 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2021 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-27 ta’ April 2022 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta' Frar 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0157/2022), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (4); |
|
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni annessi għal din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali; |
(2) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 158.
(3) ĠU C 301, 5.8.2022, p. 70.
(4) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-22 ta’ Ġunju 2022 (ĠU C 32, 27.1.2023, p. 250).
P9_TC1-COD(2021)0206
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta’ April 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/955.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/955 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060
Definizzjoni ta’ faqar enerġetiku
Bħala parti min-negozjati skont ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-enerġija, l-intenzjoni tal-Kummissjoni hija li tippreżenta emenda mmirata tar-Regolament li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima biex id-definizzjoni ta’ faqar enerġetiku tiġi aġġornata f’konformità mal-ftehim milħuq dwar id-definizzjoni ta’ faqar enerġetiku fir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-enerġija.
Protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni
Fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, il-punti 30 sa 33 jirrikjedu li l-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni sistema ta’ informazzjoni u monitoraġġ integrata u interoperabbli li tinkludi għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-kejl tar-riskju biex tiġi aċċessata u analizzata d-data meħtieġa, bil-ħsieb li tiġi applikata b’mod ġenerali mill-Istati Membri. Barra minn hekk, it-tliet istituzzjonijiet qablu li jikkooperaw b’mod sinċier tul il-proċedura leġiżlattiva relatata mal-atti bażiċi rilevanti biex jiġi żgurat li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Lulju 2020 ikollhom segwitu fir-rigward ta’ dan l-element.
Il-Kummissjoni tqis li l-ftehim milħuq mill-koleġiżlaturi dwar l-użu ta’ għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u l-ġbir u l-analiżi tad-data dwar is-sidien benefiċjarji tar-riċeventi tal-finanzjament mhuwiex biżżejjed biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni kontra l-frodi u l-irregolaritajiet u biex jiġu żgurati verifiki effiċjenti dwar il-kunflitti ta’ interess, l-irregolaritajiet, il-ħruġ tal-finanzjament doppju u l-użu ħażin kriminali tal-fondi. Għalhekk, l-approċċ maqbul mill-koleġiżlaturi fir-Regolament li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima ma jirriflettix b’mod xieraq l-ambizzjoni u l-ispirtu mixtieqa tal-Ftehim Interistituzzjonali.
Sistema ta’ kontroll interna tal-Istat Membru
Il-Kummissjoni tqis li l-ftehim milħuq mill-koleġiżlaturi skont l-“Anness III – Rekwiżiti ewlenin għas-sistema ta’ kontroll tal-Istat Membru” tar-Regolament li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima fir-rigward tal-possibbiltà tal-Istati Membri li jaħtru aktar minn awtorità waħda li tista’ tiġi fdata bir-responsabbiltà li tiffirma d-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li takkumpanja t-talbiet għall-pagament jista’ jwassal għal ineffiċjenzi u għal dilwizzjoni tar-responsabbiltajiet kif ukoll joħloq konfużjoni dwar ir-rwoli tal-awtoritajiet.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/460/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)