European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/458

1.12.2023

P9_TA(2023)0099

Monitoraġġ, rapportar u verifika tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u r-Regolament (UE) 2015/757 (COM(2021)0551 – C9-0046/2023 – 2021/0211B(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2023/458)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0551),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0046/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Ċek, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2021  (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' April 2022  (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta' Frar 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-9 ta' Marzu 2023 li tawtorizza lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jaqsam il-proċedura leġiżlattiva u jipproċedi bil-preżentazzjoni ta' żewġ testi konsolidati separati biex jiġu eżaminati fil-plenarja;

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0134/2023),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)   ĠU C 152, 6.4.2022, p. 175.

(2)   ĠU C 301, 5.8.2022, p. 116.


P9_TC1-COD(2021)0211B

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 sabiex tiġi prevista l-inklużjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra addizzjonali u emissjonijiet minn tipi ta' bastimenti addizzjonali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/957.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/458/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)