European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/430

20.10.2023

AVVIŻ SKONT L-ATT TA’ ĠINEVRA TAL-FTEHIM TA’ LISBONA

Pubblikazzjoni ta’ entrata fir-Reġistru Internazzjonali tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ زيت زيتون تبرسق / Huile d’Olive Téboursouk” skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1753

(C/2023/430)

Fis-27 ta’ Settembru 2023, f’konformità mal-Artikolu 6(4) tal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona (1), il-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) innotifika lill-Unjoni Ewropea bl-entrata li ġejja fir-Reġistru Internazzjonali:

 

Isem: زيت زيتون تبرسق / Huile d’Olive Téboursouk”

 

Tip tal-prodott: Żejt taż-żebbuġa

 

Pajjiż tal-oriġini: It-Tuneżija

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-protezzjoni tal-isem fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u għar-raġunijiet stabbiliti fih. Tista’ tiġi ppreżentata oppożizzjoni lill-Kummissjoni, fi żmien 4 xhur kalendarji mil-lum, fuq:

 

AGRI-GEOGRAPHICAL-INDICATIONS@ec.europa.eu

Din in-notifika tista’ tiġi kkonsultata fir-Reġistru Internazzjonali miżmum mill-WIPO fil-link li ġej:

 

Lisbon Express (wipo.int)


(1)  L-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, ĠU L 271, 24.10.2019, p.15

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, ĠU L 271, 24.10.2019 p.1


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/430/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)