|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/427 |
19.10.2023 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Ottubru 2023
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta' Banka Slovenije
(BĊE/2023/25)
(C/2023/427)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tal-Banka Slovenije, PricewaterhouseCoopers, podjetje za revizijo in druge finančno računovodske storitve, d. o. o., ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja tal-2023. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2024 ’il quddiem. |
|
(3) |
Banka Slovenije għażel lil Mazars, družba za revizijo, d. o. o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2024 sa 2026, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi Mazars, družba za revizijo, d. o. o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta' Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2024 sa 2026.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Ottubru 2023.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/427/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)