![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2023/370 |
17.10.2023 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2195 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2023/2196 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
(C/2023/370)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2195 (2) u fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2023/2196 (4) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u entitajiet. Dawk il-persuni u entitajiet għalhekk ġew trasferiti mill-Anness I għall-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK3 u mill-Anness VIII għall-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/20124 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 26 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel l-1 ta' Jannar 2024, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq jenħtieġ terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
RELEX.1 |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
(2) ĠU L 2023/2195, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2195/oj
(4) ĠU L 2023/2196, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2196/oj
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/370/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)