|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/347 |
30.10.2023 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2023 – Redbeet Interactive vs EUIPO – Treastone (RAFT)
(Kawża T-547/23)
(C/2023/347)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Redbeet Interactive AB (Skövde, l-Isvezja) (rappreżentant: K. von Seydlitz-Brandl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Treastone Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “RAFT” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 034 606
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 1217/2022-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk sostnuti minn Redbeet; |
|
— |
tikkundanna lill-Treastone għall-ispejjeż tal-proċeduri inklużi dawk sostnuti minn Redbeet, fil-każ li Treastone issir intervenjenti f’din il-kawża. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(ċ) flimkien ma-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur potenzjali tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien ma-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/347/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)