|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/346 |
30.10.2023 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2023 – WS vs KEPD
(Kawża T-546/23)
(C/2023/346)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: WS (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (iktar ’il quddiem il-“KEPD”) tas-16 ta’ Ġunju 2023 li tagħlaq l-ilment tar-rikorrent kontra l-EPSO dwar l-aċċess għad-data personali, sottomess lill-KEPD fis-16 ta’ Novembru 2022 (Każ 2022-1189), mingħajr investigazzjoni jew azzjoni ulterjuri; |
|
— |
tordna lill-KEPD iħallas kumpens adegwat lir-rikorrent fid-diskrezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għal danni morali u immaterjali sostnuti mir-rikorrent bħala riżultat tad-deċiżjoni tal-KEPD ikkontestata mill-ewwel talba; |
|
— |
tikkundanna lill-KEPD għall-ispejjeż proċedurali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti jinvoka motiv wieħed, b’diversi elementi, billi jallega li l-KEPD kiser l-obbligu tiegħu li jkun konformi mal-Artikolu 52(2) u (3) u mal-Artikolu 57(1)(a) u (e) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 (1), b’mod partikolari billi:
|
— |
ippermetta lill-EUIPO u lill-Kummissjoni Ewropea (EPSO) jkunu mhux konformi mal-Artikolu 4(1)(a), (1)(e), (1)(f) u (2) u mal-Artikolu 17(1)(c), (d) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1725 billi ma eżerċitax is-setgħat ta’ monitoraġġ tiegħu. B’dan il-mod, il-pożizzjoni tar-rikorrent fl-azzjonijiet legali diġà meħuda kontra l-EUIPO (Kawża T-221/23) u fl-azzjonijiet legali futuri kontra l-Kummissjoni Ewropea u l-EUIPO huma mdgħajfa; |
|
— |
naqas milli jinvestiga jew jaġixxi fuq ksur ta’ data personali kif iddefinit fl-Artikolu 3(16) tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
— |
naqas milli jissodisfa l-kompiti tiegħu billi ħalla lill-Kummissjoni Ewropea (EPSO) u lill-EUIPO jipproċessaw id-data tar-rikorrent illegalment. |
(1) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/346/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)