|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/326 |
30.10.2023 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2023 – Timchenko vs Il-Kunsill
(Kawża T-361/22) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK - Kunċett ta’ ‘assoċjazzjoni’ - Dritt għal smigħ”)
(C/2023/326)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Elena Petrovna Timchenko (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. Bontinck, S. Bonifassi, E. Fedorova, A. Guillerme, L. Burguin, J. Goffin u J. Bastien, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Rouam, M.-C. Cadilhac u D. Laurent, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u M. Carpus Carcea, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, l-ewwel, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 110, p. 55, rettifiki fil-ĠU 2022, L 141, p. 131 u fil-ĠU 2023, L 39, p. 65), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 tat-8 ta’ April 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 110, p. 3, rettifiki fil-ĠU 2022, L 141, p. 130 u fil-ĠU 2023, L 39, p. 64), u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 149), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawha, it-tieni, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, il-kumpens għad-dannu morali li hija ġarrbet minħabba l-adozzjoni ta’ dawn l-atti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Elena Petrovna Timchenko hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/326/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)