![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2023/245 |
11.10.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Ottubru 2023
li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għar-Rumanija
(C/2023/245)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u ta’ min iħaddem,
Wara li kkunsidra l-lista tal-membri u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-28 ta’ Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-EU-OSHA għall-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2027. |
(2) |
L-organizzazzjoni tal-impjegati ETUC ippreżentat proposti oħra għaż-żewġ postijiet li għandhom jimtlew għar-Rumanija, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru membru u membru supplenti, rispettivament, tal-Bord tat-Tmexxija tal-EU-OSHA għall-perjodu li jintemm fil-31 ta’ Marzu 2027:
|
RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA
|
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar lill-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
Y. DÍAZ PÉREZ
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 19).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/245/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)