|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/225 |
23.10.2023 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2023 – G.M.P. Group Srl vs EUIPO – Audi (Rimmijiet għal roti ta’ vetturi)
(Kawża T-545/23)
(C/2023/225)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: G.M.P. Group Srl (Albano Sant’Alessandro, l-Italja) (rappreżentant: G. Bonadio, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea (rimmijiet għal roti ta’ vetturi) – Disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 008 147 201-0001
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 856/2022-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tirrevoka u tbiddel id-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
għaldaqstant tiddikjara l-validità tad-disinn tal-Unjoni irreġistrat Nru 008 147 201-0001 proprjetà ta’ G.M.P. Group Srl; |
|
— |
tordna t-traskrizzjoni tas-sentenza fuq id-disinn tal-Unjoni irreġistrat Nru 008 147 201-0001 mill-Euipo; |
|
— |
tordna r-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minn G.M.P. Group Srl. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 6/2002; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 6/2002; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 6/2002; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament Nru 6/2002. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/225/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)