ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 323

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
13 ta' Settembru 2023


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 323/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10979 — PROVIDENCE EQUITY PARTNERS / ROTHSCHILD & CO / A2MAC1) ( 1 )

1

2023/C 323/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11130 — SONAE / BKCF / BKSA / UNIVERSO IME / JV) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 323/03

Rata tal-kambju tal-euro — It-12 ta' Settembru 2023

3

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2023/C 323/04

Rapport speċjali 21/2023: L-Inizjattiva Spotlight biex tintemm il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet – Ambizzjuża iżda sa issa kellha impatt limitat

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2023/C 323/05

Lista ta’ awtoritajiet ċentrali maħtura mill-Istati Membri sabiex jieħdu ħsieb ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali li ttieħdu illegalment minn xi Stat Membru u li japplikaw l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/60/UE

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 323/06

Notifika li temenda n-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti dijossidi tal-manganiż li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ppubblikata fis-16 ta’ Frar 2023

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 323/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11267 — SMRP / DR SCHNEIDER GROUP) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12

2023/C 323/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11192 — CDC / VAUBAN / CORIANCE) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14

2023/C 323/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10966 — COCHLEAR / OTICON MEDICAL) ( 1 )

16

2023/C 323/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11191 — QIA / OIA / ASAAL INTERNATIONAL INVESTMENT) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10979 — PROVIDENCE EQUITY PARTNERS / ROTHSCHILD & CO / A2MAC1)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 323/01)

Fil-21 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10979. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11130 — SONAE / BKCF / BKSA / UNIVERSO IME / JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 323/02)

Fit-28 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11130. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta' Settembru 2023

(2023/C 323/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0713

JPY

Yen Ġappuniż

157,42

DKK

Krona Daniża

7,4601

GBP

Lira Sterlina

0,85925

SEK

Krona Żvediża

11,8875

CHF

Frank Żvizzeru

0,9561

ISK

Krona Iżlandiża

143,70

NOK

Krona Norveġiża

11,4540

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,605

HUF

Forint Ungeriż

385,08

PLN

Zloty Pollakk

4,6600

RON

Leu Rumen

4,9710

TRY

Lira Turka

28,8155

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6682

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4550

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,3879

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8150

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4597

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 422,62

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

20,3284

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8115

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 462,67

MYR

Ringgit Malażjan

5,0105

PHP

Peso Filippin

60,689

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

38,229

BRL

Real Brażiljan

5,2920

MXN

Peso Messikan

18,5691

INR

Rupi Indjan

88,8260


(1)   Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

13.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/4


Rapport speċjali 21/2023:

“L-Inizjattiva Spotlight biex tintemm il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet – Ambizzjuża iżda sa issa kellha impatt limitat”

(2023/C 323/04)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat ir-Rapport speċjali 21/2023 tagħha: “L-Inizjattiva Spotlight biex tintemm il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet – Ambizzjuża iżda sa issa kellha impatt limitat”.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat direttament jew imniżżel minn fuq is-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/mt/publications/sr-2023-21


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

13.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/5


Lista ta’ awtoritajiet ċentrali maħtura mill-Istati Membri sabiex jieħdu ħsieb ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali li ttieħdu illegalment minn xi Stat Membru u li japplikaw l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/60/UE

(2023/C 323/05)

Stat Membru

Awtorità ċentrali

Il-Belġju

Service Public Fédéral Justice/Federale Overheidsdienst Justitie

Service de droit de la procédure civile et droit patrimonial/Dienst burgerlijk procesrecht en vermogensrecht

Boulevard de Waterloo/Waterloolaan 115

1000 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Il-Bulgarija

Ministry of Culture

DG Inspectorate for Protection of Cultural Heritage

Al. Stamboliyski Blvd. 17

1040 Sofia

BULGARIA

Iċ-Ċekja

Ministerstvo kultury

Maltézské nám. 1

118 11 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Id-Danimarka

Kulturværdiudvalgets Sekretariat

Det Kgl. Bibliotek

Søren Kierkegaards Plads 1

1221 København K

Postadresse: Christians Brygge 8, 1219 København K

DENMARK

Tel. +45 91324566

Email: kulturvaerdier@kb.dk

https://kulturvaerdier.kb.dk/

Il-Ġermanja

Die Beauftragte der Bundesregierung für Kultur und Medien

Referat K 53

Köthener Straße 2

10963 Berlin

GERMANY

Email: Taqsima: k53@bkm.bund.de

www.kulturstaatsministerin.de

L-Estonja

Kultuuriministeerium

Muinsuskaitseamet

Suur-Karja 23, 15076 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Email: min@kul.ee

L-Irlanda

Department of Tourism, Culture, Arts, Gaeltacht, Sport and Media

Cultural Schemes Unit

New Road

Killarney

Co. Kerry V93 A49X

IRELAND

Email: csu@tcagsm.gov.ie

Spanja

Ministerio de Cultura y Deporte

Dirección General de Patrimonio Cultural y Bellas Artes/General Director of Cultural Heritage and Fine Arts

Plaza del Rey, 1

28004 Madrid

ESPAÑA

Email: secretaria.bellasartes@cultura.gob.es

Tel. + 34 917017262

Franza

Ministère de la Culture

Direction générale des patrimoines et de l'architecture

Service des musées de France

Sous-direction des collections

6 rue des Pyramides

75041 Paris Cedex 01

FRANCE

https://www.culture.gouv.fr/

Email: communication.dgpat@culture.gouv.fr

Office Central de Lutte Contre le Trafic de Biens Culturels

101-103, rue des trois Fontanot

92000 NANTERRE

FRANCE

Email: secretariat.ocbc@interieur.gouv.fr

Email: sirasco-ocbc@interieur.gouv.fr

Tel. +33 147449853

Il-Kroazja

Ministarstvo kulture i medija

Runjaninova 2

10 000 Zagreb

HRVATSKA

L-Italja

Ministero della Cultura

Segretariato Generale

Via del Collegio Romano 27

00186 Roma

ITALIA

Autorità Centrale: Segretario Generale

Email: sg@cultura.gov.it

Tel. +39 0667232002 – 2433

Ente di contatto

Ministero della Cultura

Segretariato Generale: Servizio III – Relazioni Internazionali

Via del Collegio Romano 27

00186 Roma

Tel. +39 0667232098

Ċipru

Deputy Ministry of Culture

Department of Antiquities

1 Mikis Theodorakis Avenue

1097 Lefkosia (Nicosia)

P.O. Box 22024

1516 Lefkosia (Nicosia)

CYPRUS

Email: antiquitiesdep@da.culture.gov.cy

Tel. +357 22865886/+357 22865801

Il-Latvja

Nacionālā kultūras mantojuma pārvalde

Mazā Pils iela 19

Rīga, LV-1050

LATVIJA

Tel. +371 67224519

Il-Litwanja

Ministry of Culture of the Republic of Lithuania

Department of Cultural Heritage Policy

J. Basanavičiaus st. 5

LT-01118 Vilnius

LITHUANIA

Tel. +370 671 85970

Il-Lussemburgu

Ministère de la Culture

Service de la gestion et de la sensibilisation des patrimoines – Patrimoine mobilier

4, boulevard F.D. Roosevelt

L-2450 Luxembourg

LUXEMBOURG

L-Ungerija

Építési és Közlekedési Minisztérium — Műtárgyfelügyeleti Hatósági Főosztály

(Ministry of Construction and Transport — Inspectorate of Cultural Goods)

1077 Budapest

Kéthly Anna tér 1.

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Email: mutargy@ekm.gov.hu

Tel. +36 1795 2510

Μalta

Superintendence of Cultural Heritage

173, St. Christopher Street

Valletta VLT 2000

MALTA

Τel. +356 2395000

In-Netherlands

Ministerie van Onderwijs, Cultuur en Wetenschap Inspectie Overheidsinformatie en Erfgoed

Rijnstraat 50

Postbus 16478

2500 BL Den Haag

NEDERLAND

www.inspectie-oe.nl

L-Awstrija

BUNDESDENKMALAMT

Hofburg, Säulenstiege

1010 Wien

ÖSTERREICH

Email: recht@bda.gv.at

Tel. +43 153415850212

Il-Polonja

Ministry of Culture and National Heritage

Department for Restitution of Cultural Goods

Email: drk@kultura.gov.pl

Email: għall-każijiet IMI: imi@kultura.gov.pl

Tel. +48 224210335

Krakowskie Przedmieście 15/17

00-071 Warszawa

POLAND

Il-Portugall

Direção-Geral do Património Cultural

Palácio Nacional da Ajuda

1349-021 Lisboa

PORTUGAL

Email: dgpc@dgpc.pt

Tel. +351 213614200

Cinemateca Portuguesa-Museu do Cinema

Rua Barata Salgueiro, no 39

1269-059 Lisboa

PORTUGAL

Tel. +351 213596200

Fax +351 213523180

Email: cinemateca@cinemateca.pt

General Directorate for Book, Archives and Libraries (DGLAB)

Direção-Geral do Livro, dos Arquivos e das Bibliotecas

Edifício da Torre do Tombo

Alameda da Universidade

1649-010 Lisboa

Portugal

Email: secretariado@dglab.gov.pt

Tel. +351 210037100

Fax +351 210037101

Biblioteca Nacional de Portugal

Campo Grande, 83, 1749-081 Lisboa

PORTUGAL

Email: paragao@bnportugal.gov.pt

Tel. +351 217982000

Ir-Rumanija

Ministry of Culture

Direcția Județeană pentru Cultură Tulcea,

str Isaccei 20,

820241 Tulcea

ROMÂNIA

Email: comunicare@cultura.ro

Tel. +40 240516072/+40 212228291

Is-Slovenja

Ministry of Culture

Maistrova 10

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIA

Is-Slovakkja

Ministry of Culture of the Slovak Republic / Ministerstvo kultúry SR

sekcia kultúrneho dedičstva

Nám. SNP 33

813 33 Bratislava 1

SLOVAKIA

Email: skd@culture.gov.sk

Tel. +421 220482414

Ministry of Interior of the Slovak Republic / Ministerstvo vnútra SR

Odbor archívov a registratúr

Križkova 7

811 04 Bratislava 1

SLOVAKIA

Il-Finlandja

Ministry of Education and Culture

P.O. Box 29

FI-00023 Government

SUOMI/FINLAND

Email: registry.okm@gov.fi

L-Iżvezja

Sweden Swedish National Heritage Board

Riksantikvarieämbetet

Box 1114

SE-621 22 Visby

SVERIGE


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/10


Notifika li temenda n-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti dijossidi tal-manganiż li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ppubblikata fis-16 ta’ Frar 2023

(2023/C 323/06)

Fis-16 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) tat bidu għal proċediment anti-dumping fir-rigward ta’ ċerti dijossidi tal-manganiż (“EMD” jew “il-prodott investigat”), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (1) skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

Fis-7 ta’ Settembru 2023, AUTLAN EMD SL (“l-ilmentatur”) għamlet talba f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku biex tinkludi l-eżami tal-allegati distorsjonijiet tal-materja prima fil-pajjiż ikkonċernat fir-rigward tal-prodott investigat fil-proċediment anti-dumping imsemmi hawn fuq, biex tivvaluta jekk, jekk rilevanti, dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jitneħħa d-dannu. Din it-talba saret mill-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti dijossidi tal-manganiż fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

Verżjoni miftuħa tat-talba hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 tan-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti dijossidi tal-manganiż li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (3) (“in-Notifika ta’ Bidu oriġinali”) tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.

In-notifika ta’ bidu ppubblikata fis-16 ta’ Frar 2023 hija b’dan emendata ex officio skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku sabiex jiġu eżaminati d-distorsjonijiet tal-materja prima u biex jiġi vvalutat, jekk rilevanti, jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jitneħħa d-dannu.

Punt ġdid 4.1. għandu jiddaħħal wara l-punt 4 tan-Notifika ta’ bidu tas-16 ta’ Frar 2023 u għandu jinqara kif ġej:

“4.1.   Allegazzjoni ta’ distorsjonijiet tal-materja prima

L-ilmentatur ipprovda provi biżżejjed li jista’ jkun hemm distorsjonijiet fil-materja prima fil-pajjiż ikkonċernat fir-rigward tal-prodott investigat. Skont l-evidenza pprovduta mill-ilmentatur, ma hemm l-ebda rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (‘VAT’) fuq l-esportazzjonijiet tal-minerali tal-manganiż fil-pajjiż ikkonċernat. It-tnaqqis jew it-tħassir tar-rifużjoni tal-VAT huma elenkati fl-Artikolu 7(2a), it-tieni subparagrafu tar-Regolament bażiku, bħala waħda mid-distorsjonijiet rilevanti tal-materja prima. L-evidenza pprovduta turi wkoll li l-mineral tal-manganiż jammonta għal ferm aktar mil-livell limitu ta’ 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott investigat fil-pajjiż ikkonċernat kif meħtieġ mill-Artikolu 7(2a), il-ħames subparagrafu tar-Regolament bażiku. It-tqabbil tal-prezz tal-mineral tal-manganiż fir-RPĊ mal-prezz mingħajr distorsjoni tal-mineral tal-manganiż mibjugħ fi swieq internazzjonali rappreżentattivi juri li l-prezzijiet Ċiniżi huma inqas minn dawk tas-swieq internazzjonali rappreżentattivi skont l-Artikolu 7(2a), it-tieni subparagrafu tar-Regolament bażiku.

Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni se teżamina d-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu. Jekk distorsjonijiet oħra koperti mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku jiġu identifikati matul l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista’ tkopri wkoll dawn id-distorsjonijiet.”

Jenħtieġ li jiżdied il-paragrafu li ġej wara t-tielet paragrafu tal-punt 5 tan-Notifika ta’ bidu tas-16 ta’ Frar 2023:

“Sabiex jiġi ddeterminat jekk japplikax l-Artikolu 7(2a), l-investigazzjoni se teżamina wkoll l-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku.”.

Għandu jiddaħħal il-punt ġdid 5.5.1. wara l-ewwel żewġ paragrafi tal-punt 5.5. tan-Notifika ta’ bidu tas-16 ta’ Frar 2023 u għandu jinqara kif ġej:

“5.5.1.   Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni f’każ ta’ allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet tal-materja prima

F’każijiet ta’ distorsjoni li jirrigwardaw il-materja prima kif definit fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni twettaq test dwar l-interess tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 7(2b) ta’ dak ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, meta tistabbilixxi l-livell ta’ dazji skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, li tapplika l-Artikolu 7(2), twettaq it-test dwar l-interess tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 21 abbażi tal-miżuri ddeterminati skont l-Artikolu 7(2).

Il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu l-informazzjoni kollha pertinenti li tippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina jekk huwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġi stabbilit il-livell tal-miżuri f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu kwalunkwe informazzjoni dwar il-kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż ikkonċernat, il-kompetizzjoni għall-materja prima u l-effett fuq il-ktajjen ta’ provvista għall-kumpaniji fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li huwa f’konformità mal-interess tal-Unjoni li tapplika l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jipprovdu informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni lill-Kummissjoni. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta f’format ħieles jew inkella billi jimtlew il-partijiet rilevanti tal-kwestjonarji ppreparati mill-Kummissjoni rigward id-distorsjonijiet tal-materja prima. L-informazzjoni ppreżentata titqies biss jekk, fil-mument tal-preżentazzjoni tagħha, tkun sostnuta b’evidenza fattwali. Il-kwestjonarji huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ:

 

https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2676”.


(1)   ĠU C 57, 16.2.2023, p. 11

(2)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21

(3)   ĠU C 57, 16.2.2023, p. 11


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11267 — SMRP / DR SCHNEIDER GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 323/07)

1.   

Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Samvardhana Motherson Automotive Systems Group B.V. (“SMRP”, in-Netherlands), li tappartjeni għal Samvardhana Motherson International Limited (“Motherson Group”, l-Indja),

In-negozju tal-karozzi ta’ Dr Schneider Group (il-Ġermanja).

SMRP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tan-negozju tal-karozzi ta’ Dr Schneider Group.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Motherson Group huwa produttur u fornitur globali ta’ komponenti tal-karozzi,

In-negozju tal-karozzi ta’ Dr Schneider Group iforni komponenti u sistemi interni prinċipalment użati f’vetturi tal-passiġġieri.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11267 — SMRP / DR SCHNEIDER GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


13.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/14


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11192 — CDC / VAUBAN / CORIANCE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 323/08)

1.   

Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Vauban Infrastructure Partners (“Vauban”, Franza), li finalment hija kkontrollata esklużivament minn BPCE S.A. (“BPCE”, Franza),

Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza),

Coriance Holding (“Coriance”, Franza).

Vauban u CDC se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Coriance kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Vauban hija kumpanija tal-ġestjoni tal-assi li tispeċjalizza fl-investimenti fl-infrastruttura tal-ekwità privata li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tal-komunitajiet lokali u l-ambjent tagħhom,

CDC hija istituzzjoni pubblika Franċiża bi status legali speċjali li twettaq attivitajiet ta’ servizz pubbliku u ta’ interess ġenerali kif ukoll attivitajiet miftuħa għall-kompetizzjoni,

Coriance hija attiva prinċipalment fis-setturi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fi Franza u fil-Belġju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11192 – VAUBAN / CDC / CORIANCE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


13.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/16


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10966 — COCHLEAR / OTICON MEDICAL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 323/09)

1.   

Fl-4 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-Avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Cochlear Limited (“Cochlear”, l-Awstralja),

In-negozju tal-impjant cochlear (cochlear implant, “CI”) ta’ Oticon Medical, id-diviżjoni tal-impjant tas-smigħ ta’ Demant A/S, kumpanija Daniża elenkata pubblikament (id-Danimarka).

Cochlear takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju tas-CI ta’ Oticon Medical.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

Il-konċentrazzjoni ġiet riferuta lill-Kummissjoni mill-Awtorità Spanjola tal-Kompetizzjoni (Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia) skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Sussegwentement, magħhom ingħaqdu l-Bulgarija, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall u l-Iżvezja.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Cochlear, kumpanija inkorporata skont il-liġijiet ta’ New South Wales (l-Awstralja), hija l-kumpanija prinċipali finali ta’ Cochlear Group li tipprovdi soluzzjonijiet ta’ smigħ impjantabbli madwar id-dinja,

In-negozju tas-CI ta’ Oticon Medical jiżviluppa, jimmanifattura u jbigħ impjanti cochlear globalment.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10966 — COCHLEAR / OTICON MEDICAL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


13.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11191 — QIA / OIA / ASAAL INTERNATIONAL INVESTMENT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 323/10)

1.   

Fis-6 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Qatar Investment Authority (“QIA”, il-Qatar),

Oman Investment Authority (“OIA”, l-Oman),

Aasaal International Investment SAOC (“Entità fil-Mira”, l-Oman).

QIA u OIA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Entità fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Il-QIA hija l-fond ta’ investimenti sovrani tal-Istat tal-Qatar.

OIA hija l-fond ta’ investiment sovran tas-Saltna tal-Oman.

L-Entità fil-Mira hija kumpanija b’ishma bi sħab magħluqa stabbilita għall-finijiet ta’ investiment, sjieda, stabbiliment, sorveljanza, u ġestjoni ta’ lukandi, resorts u motels esklużivament fl-Oman.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11191 — QIA / OIA / ASAAL INTERNATIONAL INVESTMENT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.