ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 320

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
11 ta' Settembru 2023


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 320/01

Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.10806 — BROADCOM / VMWARE) ( 1 )

1

2023/C 320/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11139 — EMERSON / NI) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2023/C 320/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1716 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1715 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

3

2023/C 320/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 320/05

Rata tal-kambju tal-euro — It-8 ta' Settembru 2023

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 320/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11196 – CVC / WORXINVEST / SD WORX) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2023/C 320/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11260 - APAX PARTNERS / FREMMAN PARTNERS / CHACRIM DIRECTORSHIP) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/1


Bidu ta’ proċeduri

(Il-Każ M.10806 — BROADCOM / VMWARE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 320/01)

Fil- 20 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.10806 — BROADCOM / VMWARE, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


11.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11139 — EMERSON / NI)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 320/02)

Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11139. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

11.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/3


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1716 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1715 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

(2023/C 320/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1716 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1715 (4), dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 u fir-Regolament (UE) 2020/1998. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjonijiet ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba, flimkien ma' dokumenti ġustifikattivi, quddiem il-Kunsill qabel il-25 ta' Settembru 2023, biex id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tasal għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill ser titqies, skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999.


(1)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.

(2)   ĠU L 221 I, 8.9.2023, p. 6.

(3)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

(4)   ĠU L 221 I, 8.9.2023, p. 1.


11.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/4


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

(2023/C 320/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1716 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1715 (5).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa r-RELEX.1 li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1716, u r-Regolament (UE) 2020/1998 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/1715, dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u r-Regolament (UE) 2020/1998.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta mar-raġunijiet għall-elenkar.

Il-bażijiet legali għat-trattament tad-data personali huma d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 29 TUE u r-Regolamenti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 215 TFUE li jiddeżinjaw persuni fiżiċi (suġġetti tad-data) u jimponu ffriżar tal-assi u restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.

L-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku f'konformità mal-Artikolu 5(1)(a) u għall-konformità mal-obbligi legali stipulati fl-atti legali msemmija hawn fuq li għalihom huwa soġġett il-kontrollur f'konformità mal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

L-ipproċessar ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali f'konformità mal-Artikolu 10(2)(g) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kunsill jista' jikseb data personali tas-suġġetti tad-data mill-Istati Membri u/jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Ir-riċevituri tad-data personali huma l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Id-data personali kollha pproċessata mill-Kunsill fil-kuntest tal-miżuri restrittivi awtonomi tal-UE tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet jew, jekk titressaq azzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm tingħata sentenza finali. Id-data personali li tinsab f'dokumenti rreġistrati mill-Kunsill tinżamm mill-Kunsill għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kunsill jista' jkollu bżonn jiskambja data personali dwar suġġett tad-data ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fil-kuntest tat-traspożizzjoni mill-Kunsill tad-deżinjazzjonijiet tan-NU jew fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali rigward il-politika tal-UE dwar il-miżuri restrittivi.

Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, jew ta' salvagwardji xierqa, it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jkun ibbażat fuq il-kondizzjoni(jiet) li ġejja/ġejjin, skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1725:

it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku;

it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta' talbiet legali.

L-ebda teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat ma huwa involut fl-ipproċessar tad-data personali tas-suġġett tad-data.

Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għall-informazzjoni u d-dritt ta' aċċess għad-data personali tagħhom. Għandhom ukoll id-dritt li jikkoreġu u jimlew b'mod komplet id-data tagħhom. Taħt ċerti ċirkostanzi, jista' jkollhom id-dritt li jiksbu t-tħassir tad-data personali tagħhom, jew id-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom jew li jitolbu li din tiġi ristretta.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet billi jibagħtu ittra elettronika lill-kontrollur b'kopja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data kif indikat hawn fuq.

Mehmuż mat-talba tagħhom, is-suġġetti tad-data jridu jipprovdu kopja ta' dokument ta' identifikazzjoni biex jikkonfermaw l-identità tagħhom (karta tal-identità jew passaport). Dan id-dokument għandu jkollu numru ta' identifikazzjoni, il-pajjiż tal-ħruġ, il-perjodu ta' validità, l-isem, l-indirizz u d-data tat-twelid. Kwalunkwe data oħra li tkun tinsab fil-kopja tad-dokument ta' identifikazzjoni, bħal ritratt jew kwalunkwe karatteristika personali, tista' titgħatta bl-iswed.

Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).

Qabel ma jagħmlu dan, huwa rakkomandat li s-suġġetti tad-data l-ewwel jippruvaw jiksbu rimedju billi jikkuntattjaw lill-kontrollur u/jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill.


(1)   ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.

(3)   ĠU L 221 I, 8.9.2023, p. 6.

(4)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

(5)   ĠU L 221 I, 8.9.2023, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

11.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta' Settembru 2023

(2023/C 320/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0704

JPY

Yen Ġappuniż

157,84

DKK

Krona Daniża

7,4591

GBP

Lira Sterlina

0,85735

SEK

Krona Żvediża

11,9040

CHF

Frank Żvizzeru

0,9543

ISK

Krona Iżlandiża

143,30

NOK

Krona Norveġiża

11,4220

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,452

HUF

Forint Ungeriż

385,70

PLN

Zloty Pollakk

4,6213

RON

Leu Rumen

4,9630

TRY

Lira Turka

28,7390

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6743

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4623

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,3915

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8127

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4605

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 428,51

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

20,4370

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8565

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 438,40

MYR

Ringgit Malażjan

5,0057

PHP

Peso Filippin

60,660

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

38,042

BRL

Real Brażiljan

5,3238

MXN

Peso Messikan

18,7019

INR

Rupi Indjan

88,8610


(1)   Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11196 – CVC / WORXINVEST / SD WORX)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 320/06)

1.   

Fl-1 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu),

WorxInvest (il-Belġju),

SD Worx NV (“SD Worx”, il-Belġju), proprjetà kollha kemm hi u kkontrollata minn WorxInvest.

CVC u WorxInvest jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SD Worx.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fil-21 ta’ Awwissu 2023, iżda l-avviż ġie sussegwentement irtirat fil-31 ta’ Awwissu 2023.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

CVC: tipprovdi pariri u timmaniġġa fondi ta’ investiment b’interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’varjetà ta’ industriji madwar id-dinja, primarjament fl-Ewropa, fl-Istati Uniti tal-Amerka u fir-reġjun Ażjatiku tal-Paċifiku,

WorxInvest: investiment f’fondi ta’ ekwità privata u kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju, strumenti tas-suq monetarju u proprjetà immobbli.

SD Worx: il-forniment ta’ riżorsi umani u soluzzjonijiet u servizzi tal-pagi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11196 – CVC / WORXINVEST / SD WORX

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


11.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11260 - APAX PARTNERS / FREMMAN PARTNERS / CHACRIM DIRECTORSHIP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 320/07)

1.   

Fl-1 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Apax Partners LLP (“AP”, ir-Renju Unit),

Fremman Partners Limited (“Fremman”, ir-Renju Unit),

Chacrim Directorship, S.L. (il-“Kumpanija fil-Mira”, Spanja), ikkontrollata minn Fremman.

AP u Fremman jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

AP hija sħubija b’responsabbiltà limitata u l-kumpanija prinċipali ta’ għadd ta’ entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment lil fondi ta’ ekwità privata li jinvestu f’firxa ta’ setturi tal-industrija,

Fremman hija kumpanija ta’ ekwità privata attiva fl-investiment u l-ġestjoni ta’ kumpaniji f’diversi setturi,

Il-Kumpanija fil-Mira tikkontrolla grupp ta’ kumpaniji attivi fid-distribuzzjoni ta’ provvisti u apparat mediku prinċipalment fi Spanja (Palex Group), l-Italja (Gada Group) u l-Portugall (LusoPalex).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11260 - APAX PARTNERS / FREMMAN PARTNERS / CHACRIM DIRECTORSHIP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.