ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 317

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
7 ta' Settembru 2023


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 317/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11220 — MITSUI & CO / EUROPEAN ENERGY / KASSO JV) ( 1 )

1

2023/C 317/02

Irtirar tan-notifika ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11196 — CVC / WORXINVEST / SD WORX) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2023/C 317/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2023 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 317/04

Rata tal-kambju tal-euro — Is-6 ta' Settembru 2023

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 317/05

Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping

6

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 317/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11242 – EP CORPORATE GROUP / LEB / LEK) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

2023/C 317/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11261 – ARDIAN / ATTERO) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

2023/C 317/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11098 - JACQUET METALS / SWISS STEEL COMPANIES) ( 1 )

11

2023/C 317/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (M.11235 – PORR BAU / IGO TECHNOLOGIES / SANITÄR-ELEMENTBAU) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13

2023/C 317/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11179 - BRIDGEPOINT / WINDAR) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

2023/C 317/11

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11114 – SWOCTEM / KLÖCKNER) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17

2023/C 317/12

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11245 – GTCR / WORLDPAY) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

19

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 317/13

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

20

2023/C 317/14

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-settur tal-inbid

25


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11220 — MITSUI & CO / EUROPEAN ENERGY / KASSO JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 317/01)

Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11220. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/2


Irtirar tan-notifika ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11196 — CVC / WORXINVEST / SD WORX)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 317/02)

Fil-21 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet notifika (1) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-partijiet notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li huma rtiraw in-notifika tagħhom.


(1)   ĠU C 305, 29.8.2023, p. 7.

(2)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta' Settembru 2023

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024

(2023/C 317/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

1.

Fl-5 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 (1),

2.

Il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li tiġi ddefinita pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (2), u, fuq in-naħa tal-infiq, mar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (3).

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 ġiet adottata mill-Kunsill fil-5 ta’ Settembru 2023.

It-test sħiħ (4) huwa disponibbli għall-konsultazzjoni jew għad-download mis-sit web tal-Kunsill: https://www.consilium.europa.eu/documents-publications/public-register/public-register-search/.

Magħmul fi Brussell, fil-5 ta' Settembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)  COM(2023) 300 final.

(2)   ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.

(3)   ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.

(4)  Dok. 11565/23 + ADD 1 + ADD 2.


Il-Kummissjoni Ewropea

7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta' Settembru 2023

(2023/C 317/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0745

JPY

Yen Ġappuniż

158,18

DKK

Krona Daniża

7,4563

GBP

Lira Sterlina

0,85503

SEK

Krona Żvediża

11,9105

CHF

Frank Żvizzeru

0,9561

ISK

Krona Iżlandiża

143,90

NOK

Krona Norveġiża

11,4920

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,217

HUF

Forint Ungeriż

389,15

PLN

Zloty Pollakk

4,5010

RON

Leu Rumen

4,9603

TRY

Lira Turka

28,7720

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6801

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4659

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,4261

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8224

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4624

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 430,83

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

20,6702

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8476

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 431,79

MYR

Ringgit Malażjan

5,0222

PHP

Peso Filippin

61,257

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

38,166

BRL

Real Brażiljan

5,3502

MXN

Peso Messikan

18,8455

INR

Rupi Indjan

89,3410


(1)   Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/6


Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping

(2023/C 317/05)

1.   

Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jinbediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu. F’każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità biex jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, biex tasal f’dan l-indirizz: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.

Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Rombli tal-folji tal-aluminju

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju Anti-dumping

Ir-REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/915 tal-4 ta' Ġunju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu foil tal-aluminju f'rombli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 63)

6.6.2024


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11242 – EP CORPORATE GROUP / LEB / LEK)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 317/06)

1.   

Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EP Corporate Group, a.s. (“EPCG”, iċ-Ċekja),

Lausitz Energie Bergbau AG (“LEB”, il-Ġermanja), ikkontrollata bi sħab minn EPCG u PPF Investments Ltd (“PPF”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Lausitz Energie Kraftwerke AG (“LEK”, il-Ġermanja), ikkontrollata bi sħab minn EPCG u PPF.

EPCG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ LEB u LEK kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

EPCG huwa attiv fl-estrazzjoni tal-faħam, fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriċità u tas-sħana, kif ukoll fil-provvista tal-elettriċità u l-gass f’diversi pajjiżi fiż-ŻEE u fir-Renju Unit,

LEB hija attiva fil-minjieri u fil-provvista tal-linjite fil-Ġermanja,

LEK hija attiva fil-ġenerazzjoni u l-provvista tal-elettriċità fil-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11242 – EP CORPORATE GROUP / LEB / LEK

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11261 – ARDIAN / ATTERO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 317/07)

1.   

Fit-30 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Ardian France S.A. (“Ardian”, Franza), ikkontrollata mill-kumpanija prinċipali finali ta’ Ardian Group, Ardian Holding S.A.S. (Franza),

Sabaton Ventures Holdco B.V. (“in-Netherlands”), il-kumpanija prinċipali finali ta’ Attero Group (“Attero”, in-Netherlands),

Ardian se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Attero kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Ardian hija investitur ta’ ekwità privata u maniġer tal-assi,

Attero hija kumpanija tal-immaniġġar tal-iskart u tat-trattament tal-iskart. L-attivitajiet tagħha jinkludu l-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-iskart, ir-riċiklaġġ tal-plastik, l-ipproċessar tal-iskart organiku, il-valorizzazzjoni tal-iskart minerali inerti, ir-rimedju tal-ħamrija, u r-riċiklaġġ tal-fdalijiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11261 – ARDIAN / ATTERO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11098 - JACQUET METALS / SWISS STEEL COMPANIES)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 317/08)

1.   

Fid-29 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Jacquet Metals S.A. (“Jacquet Metals”, Franza), proprjetà tal-impriża Jacquet Metals S.A.,

Swiss Steel s.r.o (ir-Repubblika Ċeka), Swiss Steel Baltic OÜ (l-Estonja), Swiss Steel Magyarorszag Kft (l-Ungerija), Swiss Steel Baltic SIA (il-Latvja), Swiss Steel Baltic, UAB (it-Litwanja), Swiss Steel Polska Sp.z.o.o. (il-Polonja) u Swiss Steel Slovakia s.r.o (is-Slovakkja) (il-“ Kumpaniji fil-Mira ”), jappartjenu għall-grupp Swiss Steel.

Jacquet Metals se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Kumpaniji fil-Mira kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Jacquet Metals hija attiva fid-distribuzzjoni ta’ prodotti speċjalizzati tal-azzar u prodotti tal-azzar inossidabbli. B’mod partikolari, id-diviżjoni tal-IMS Group tagħha hija attiva fid-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-azzar tal-inġinerija, id-diviżjoni Jacquet fid-distribuzzjoni tal-pjanċi kwarto tal-azzar inossidabbli u tal-liga tan-nikil u d-diviżjoni Stappert fid-distribuzzjoni ta’ prodotti twal tal-azzar inossidabbli. Kollha huma attivi f’diversi Stati Membri Ewropej.

Swiss Steel Group huwa s-sid tal-Kumpaniji fil-Mira, kollha attivi fid-distribuzzjoni tal-prodotti tal-azzar, b’mod partikolari l-azzar tal-karbonju, il-prodotti tal-azzar inossidabbli, u l-azzar speċjali sa ċertu punt inqas. Il-Kumpaniji fil-Mira huma attivi prinċipalment fil-pajjiżi ta’ inkorporazzjoni rispettivi tagħhom, u, sa ċertu punt, fi Stati Membri oħra tal-UE.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11098 - JACQUET METALS / SWISS STEEL COMPANIES

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(M.11235 – PORR BAU / IGO TECHNOLOGIES / SANITÄR-ELEMENTBAU)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 317/09)

1.   

Fit-28 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PORR Bau GmbH, (“PORR”, l-Awstrija),

IGO Technologies GmbH (“IGO”, l-Awstrija), ikkontrollata minn IGO Industries Group,

Sanitär-Elementbau Gesellschaft m.b.H (“Sanitär-Elementbau”, l-Awstrija), ikkontrollata minn IGO.

PORR u IGO se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Sanitär-Elementbau.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

PORR: hija parti minn PORR Group, li huwa fornitur sħiħ ta’ servizzi fis-settur tal-kostruzzjoni u jwettaq proġetti ta’ kostruzzjoni fl-Ewropa u lil hinn minnha,

IGO: hija parti mill-IGO Industries Group, li huwa assoċjazzjoni attiva internazzjonalment u speċjalizzata ħafna ta’ kumpaniji tat-teknoloġija li huma attivi fit-tagħmir tekniku tal-bini u l-kostruzzjoni ta’ impjanti industrijali,

Sanitär-Elementbau: attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ sistemi ta’ installazzjoni sanitarja prefabbrikati (ħitan sanitarji u kmamar tal-banju prefabbrikati) fl-Awstrija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11235 – PORR BAU / IGO TECHNOLOGIES / SANITÄR-ELEMENTBAU

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11179 - BRIDGEPOINT / WINDAR)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 317/10)

1.   

Fit-30 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Global Dromen, S.L. (Spanja), entità li finalment u indirettament hija kkontrollata minn Bridgepoint Group plc (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit)

Windar Renovables, S.A.2 u s-sussidjarji tagħha (“Windar”, Spanja)

Bridgepoint se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Windar kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

BRIDGEPOINT hija attiva fit-tkabbir tal-assi privati li tinvesti fl-ekwità privata u fid-dejn privat, b’enfasi fuq in-negozji tas-suq medju f’erba’ vertikali: (i) Industrija Avvanzata, (ii) Servizzi tan-Negozju u Finanzjarji, (iii) Konsumatur u (iv) Kura tas-Saħħa, b’Teknoloġija bħala orizzontali.

WINDAR għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Spanja u timmanifattura torrijiet tar-riħ u pedamenti lil hinn mill-kosta għat-turbini eoliċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11179 – BRIDGEPOINT / WINDAR

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11114 – SWOCTEM / KLÖCKNER)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 317/11)

1.   

Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

SWOCTEM GmbH (“SWOCTEM”, il-Ġermanja), ikkontrollata mill-Prof. Dr.-Ing. E.h. Friedhelm Loh,

Klöckner & Co SE (“Klöckner”, il-Ġermanja).

SWOCTEM se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Klöckner.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

SWOCTEM hija kumpanija azzjonista li hija proprjetà u kkontrollata b’mod esklużiv mill-Prof. Dr.-Ing. E.h. Friedhelm Loh li huwa wkoll sid u jikkontrolla il-Friedhelm Loh Group. Friedhelm Loh Group jinkludi portafoll ta’ kumpaniji attivi f’firxa ta’ setturi, inkluż fost l-oħrajn Stahlo, operatur ta’ ċentri tas-servizzi tal-azzar fil-Ġermanja,

Klöckner hija primarjament attiva fid-distribuzzjoni tal-istokk tal-azzar (inkluż l-azzar inossidabbli), l-aluminju, il-plastik u prodotti industrijali oħra kif ukoll fit-tħaddim ta’ ċentri tas-servizzi tal-azzar u ċentri tal-qtugħ bl-ossiġenu.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11114 – SWOCTEM / KLÖCKNER

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/19


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11245 – GTCR / WORLDPAY)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 317/12)

1.   

Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Fondi ġestiti minn GTCR, LLC (“GTCR”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

New Boost Holdco, LLC (“Worldpay”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

GTCR takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Worldpay kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

GTCR hija kumpanija ta’ ekwità privata ffukata fuq l-investiment f’kumpaniji li qed jikbru fl-industriji tas-Servizzi Finanzjarji u t-Teknoloġija, il-Kura tas-Saħħa, it-Teknoloġija, il-Media u t-Telekomunikazzjonijiet u s-Servizzi tan-Negozju,

Worldpay hija kumpanija globali tat-teknoloġija tal-pagamenti, li tipprovdi servizzi ta’ akkwist tan-negozjanti u servizzi teknoloġiċi relatati lin-negozjanti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11245 – GTCR / WORLDPAY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/20


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 317/13)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Safranbolu Safranı”

Numru KE: PDO-TR-02860- 10.8.2022

IĠP ( ) DPO (X)

1.   Isem/ismijiet

“Safranbolu Safranı”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Ir-Repubblika tat-Turkija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott [bħal fl-Anness XI]

Klassi 1.8. Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Is-“Safranbolu Safranı” hija pjanta ta’ kultivazzjoni bulbali tal-ispeċi taż-żagħfran Crocus sativus L. Karaarslan, mill-familja Iridaceae, b’parti waħda ’l fuq mill-art u parti dejjem taħt l-art, li tiffjorixxi fil-ħarifa. Is-“Safranbolu Safranı” hija pjanta aromatika li tinsab fir-reġjun ta’ Safranbolu, li hija twila mill-inqas 2 cm meta tkun friska u mill-inqas 1 cm meta tkun nixfet, għandha riħa u aroma qawwija ta’ jodoformu u kulur vivaċi krimżi fil-partikoli li huwa ogħla mill-istandards taż-żagħfran tal-prima klassi f’termini tal-intensità tal-kulur. Iż-żagħfran ma jitgħaffiġx u ma jiġix magħmul trab, iżda biss jitnixxef fil-forma oriġinali tiegħu biex jiġi ppreservat il-kulur krimżi tiegħu.

Il-fjuri tal-pjanta huma eżapetali u ta’ kulur vjola. Hemm tliet stamens fuq il-fjura. L-istigma, li hija ħamra u l-parti ta’ fuq tonda tal-parti femminili (l-ovarju) tal-fjura, għandha l-valur ekonomiku ewlieni. Għalkemm il-valur tas-suq tal-partijiet maskili sofor (l-istamens) huwa baxx, dawn għadhom sors ta’ dħul sekondarju għall-produtturi. Minħabba l-fatt li l-istamens huma sors abbundanti ta’ għabra tad-dakra, huwa possibbli li ż-żagħfran jitqies bħala pjanta dakkara. Hemm biss ovarju wieħed, li jikkonsisti minn stila, ovula u stigma. Fi pjanta matura l-istigma tinqasam fi tliet biċċiet, imsejħa wkoll filamenti, b’dehra qisha ħajta u b’tul ta’ 2,5-3 cm. L-istigma hija ta’ kulur krimżi vivaċi. Hija l-istigma ta’ tliet biċċiet tal-ovarju li tintuża bħala żagħfran. L-istigma tal-ovarju tintuża biex jinkiseb iż-żagħfran, u l-komponenti attivi huma komposti bħal żejt essenzjali, karoteni u pikrokroċina. Fost dawn il-komposti, il-karoteni (speċjalment il-kroċina) jagħtu liż-żagħfran il-proprjetà koloranti tiegħu, u l-pikrokroċina u s-safranal jagħtuh it-togħma morra u l-aroma tiegħu. L-aktar ingredjent importanti li jżid il-valur kummerċjali taż-żagħfran huwa kompost naturali msejjaħ kroċina li jagħti kulur isfar dehbi/ħamrani li huwa qrib l-oranġjo.

Is-“Safranbolu Safranı” huwa ta’ kwalità ogħla minn żagħfran ieħor prodott madwar id-dinja f’termini ta’ aroma, kulur u proprjetà koloranti, u għandu proprjetà koloranti li jagħti kulur isfar lil ilma li jiżen 100 000 darba l-piż tiegħu stess.

Il-proprjetajiet kimiċi tas-“Safranbolu Safranı” fil-materja niexfa tal-filamenti:

 

Massimu

Kontenut ta’ ndewwa u ta’ materja volatili

(%) 9,6

Irmied

(%) 4,9

Irmied li ma jinħallx fl-aċidu

(%) 0,1

L-ammont ta’ materja niexfa maħlula fl-ilma kiesaħ

(%) 62,0

Nitroġenu totali

(%) 2,77

Ċelluloża mhux ipproċessata

(%) 4,0

Imrar, pikrokroċina

(%) 83,0

Safranal

(%) 29,0

Intensità tal-kulur tal-kroċina

(%) 231,0

Bħala l-karatteristiċi distintivi tas-“Safranbolu Safranı”; il-pikrokroċina (imrar) (fil-materja niexfa) għandu jkun mill-inqas 70 %, is-safranal (fil-materja niexfa) bejn 20 % u 50 %, il-kroċina (intensità tal-kulur) (fil-materja niexfa) għandha tkun mill-inqas 190 %.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-operazzjonijiet kollha tat-tħawwil tal-basla tuberuża, tal-fertilizzazzjoni, tal-ħsad, u tat-tnixxif għandhom isiru fiż-żona ġeografika speċifikata fl-Artikolu 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. l-isem jirreferi għal

Prodotti minn 1 g sa 5 kg jistgħu jimtlew f’pakketti li jintużaw għall-ikel.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra l-informazzjoni obbligatorja li għandha tingħata dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fuq it-tikketta.

L-isem u l-indirizz kummerċjali, l-isem u l-indirizz fil-qosor jew it-trademark irreġistrata tal-kumpanija

In-numru tal-lott

L-isem tal-prodott - “Safranbolu Safranı”

il-logo li ġej

Image 1

L-ologramma uffiċjali ta’ awtentiċità

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Is-“Safranbolu Safranı” huwa prodott, ikkultivat, fertilizzat, maħsud u mnixxef fi ħdan il-fruntieri tar-raħal ta’ Safranbolu fil-belt ta’ Karabuk.

(a)

fl-inħawi ta’ Safranbolu; 15 Temmuz, Akçasu, Aşağı Tokatlı, Atatürk, Babasultan, Bağlarbaşı, Barış, Camikebir, Cemalcaymaz, Çavuş, Çeşme, Emek, Esentepe, Hacıhalil, Hüseyinçelebi, İsmetpaşa, İzzetpaşa, Karaali, Kirkille, Musalla u Yenimahalle

Il-villaġġi kollha f’dawn l-irħula huma inklużi fiż-żona tal-produzzjoni.

(b)

fil-villaġġi ta’ Safranbolu: Agaçkese, Akkışla, Akören, Alören, Aşağıçiftlik, Aşağıdana, Bağzığaz, Bostanbükü, Cabbar, Cücahlı, Çatak, Çavuşlar, Çerçen, Çıraklar, Danişment, Davutobası, Değirmencik, Dere, Düzce, Gayza, Geren, Gökpınar, Gündoğan, Hacıhasan, Hacılarobası, Harmancık, İnceçay, Kadıbükü, Karacatepe, Karapınar, Karıt, Kehler, Kırıklar, Konarı, Kuzyakahacılar, Kuzyakaköseler, Kuzyakaöte, Nacsaklar, Nebioğlu, Oğulören, Ovacuma, Ovaköseler, Örencik, Pelitören, Sakaralan, Sarıahmetli, Sat, Sırçalı, Sine, Tayyip, Tintin, Tokatlı, Toprakcuma, Üçbölük, Yazıköy, Yolbaşı, Yörük, Yukarıçiftlik u Yukarıdana.

Ir-raħal ta’ Safranbolu jinsab fil-latitudni tat-Tramuntana 41° 16' u fil-lonġitudni tal-Lvant 32° 41'.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Fatturi Naturali

Il-karatteristiċi klimatiċi u l-kundizzjonijiet tat-tkabbir huma l-aktar fatturi importanti li jaffettwaw is-“Safranbolu Safranı”. Dawn il-fatturi jaffettwaw l-ammont ta’ pikrokroċina (imrar), safranal (kompost organiku), il-proporzjonijiet ta’ kroċina (intensità tal-kulur) taż-żagħfran minbarra d-daqs u n-numru tal-basal tuberużi u l-fjuri. Minħabba l-karatteristiċi klimatiċi f’Safranbolu f’termini ta’ temperatura u preċipitazzjoni, il-basal tuberużi huma akbar u l-fjuri huma itwal mill-basal tuberużi aħwa mħawla fi bliet tal-viċinat jew fi bliet oħra fit-Turkija li huma iżgħar, għandhom inqas basliet tuberużi żgħar u perjodu ta’ fjoritura aktar imwaħħar. Barra minn hekk, il-konċentrazzjoni tal-komponenti taż-żejt essenzjali (safranal, pikrokroċina, u kroċina) u r-riħa taż-żagħfran huma inqas minn dawk taż-żagħfran miksub f’Safranbolu.

Klima

Il-kultivazzjoni taż-żagħfran f’Safranbolu hija relatata mill-qrib mal-karatteristiċi klimatiċi tar-reġjun. Peress li huwa dak li jgħaqqad il-klima tal-Baħar l-Iswed mal-klima tal-Anatolja Ċentrali, huma osservati kundizzjonijiet klimatiċi ta’ mikroklima f’Safranbolu minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu. It-temperatura medja annwali f’Safranbolu hija ta’ 12,3 °C. Skont id-data meteoroloġika, it-temperaturi f’April huma viċin ħafna tal-medja annwali u t-temperaturi sa Novembru huma ogħla mill-valuri medji annwali.

Safranbolu għandu klima semixotta bi ftit proprjetajiet ta’ umdità. Meta jiġu kkunsidrati dawn il-proprjetajiet, huwa osservat li ż-żona għandha l-proprjetajiet li huma meħtieġa għaż-Żagħfran, li huwa sensittiv għal kesħa eċċessiva fix-xitwa, u li jeħtieġ temp kiesaħ fix-xitwa u nixfa fis-sajf.

Hemm paralleliżmu bejn il-valuri tat-temperatura ta’ Safranbolu u d-domanda tat-temperatura tal-pjanta taż-żagħfran. Dan il-paralleliżmu huwa rifless ukoll fil-karatteristiċi tal-preċipitazzjoni. Fil-fatt, f’konformità max-xewqa tal-pjanta għal temp umduż u kiesaħ matul il-perjodu fejn tagħmel il-fjuri, il-valuri tal-preċipitazzjoni jilħqu l-aħjar livelli fir-reġjun. It-temperatura tal-klima fir-reġjun iżżid l-ammont ta’ fjuri u r-rendiment kif ukoll il-komposti volatili u bijoattivi.

Is-safranal (kompost organiku) jikkostitwixxi 70 % tal-komponenti taż-żejt essenzjali taż-żagħfran u jaffettwa r-riħa taż-żagħfran. Dan huwa ffurmat mill-idroliżi tal-pikrokrokroċina (imrar) bl-effett tat-temperatura waqt il-ħżin wara l-ħsad taż-żagħfran.

Umdità

L-umdità relattiva medja annwali f’Safranbolu hija ta’ madwar 61 %. L-umdità relattiva matul is-sena hija għolja fix-xitwa u baxxa fis-sajf. Is-“Safranbolu Safranı” jeħtieġ umdità ta’ 50-60 % matul il-perjodu tat-tkabbir tiegħu, u l-umdità ogħla minn dan il-valur tagħmel ħsara lill-fjura taż-żagħfran. L-umdità relattiva f’Safranbolu matul il-perjodu tat-tkabbir taż-żagħfran għandha l-umdità xierqa biex jikber iż-żagħfran. L-umdità xierqa tagħmilha reżistenti għall-mard u l-pesti.

Ħamrija

Il-valur tal-pH tal-ħamrija fil-kultivazzjoni taż-żagħfran għandu jkun madwar 6,0-8,0 li jaqbel mal-pH tal-ħamrija fir-reġjun ta’ Safranbolu, li huwa rrappurtat li huwa bejn 5,5 u 8,5, li jipprovdi l-firxa tal-pH xierqa għall-kultivazzjoni taż-żagħfran. Dan iwassal għal żieda fir-rendiment għall-effett tal-fjoritura billi għandu proprjetajiet tal-ħamrija xierqa.

Fatturi Umani

Il-fattur uman huwa importanti peress li t-tħawwil, il-ħrit u speċjalment il-ħsad tas-“Safranbolu Safranı” jridu jsiru bl-idejn u b’attenzjoni. Wara l-ewwel tħawwil, il-basal tuberużi jkomplu jirriproduċu taħt l-art fit-tieni u fit-tielet sena, u wara l-ħsad fl-aħħar tat-tielet sena, il-basal tuberużi taħt l-art jitneħħew bl-idejn sabiex jiżdied ir-rendiment tal-prodott minħabba t-tidjiq tal-ispazju bejn ir-ringieli tal-pjanti. Peress li ż-żrieragħ taż-żagħfran huma sterili, ma jaqdux rwol fir-riproduzzjoni ta’ din il-pjanta. Għar-riproduzzjoni tal-fjura taż-żagħfran, jintuża l-għerq bulbuż tagħha, li jibqa’ taħt l-art. Basla tuberuża tgħix biss għal staġun wieħed u eventwalment tipproduċi pjanti ġodda msejħa “basliet tuberużi żgħar”. Fi tmiem it-tielet sena, il-basliet tuberużi mneħħija bl-idejn jerġgħu jitħawlu. Għalhekk, ir-riproduzzjoni tas-“Safranbolu Safranı” tiddependi fuq il-fattur uman.

Il-ħrit fl-għalqa fejn se jitkabbar iż-żagħfran għandu jsir bl-idejn u b’attenzjoni sabiex jiġi żgurat il-kontroll tal-ħaxix ħażin u l-iżvilupp tal-basal tuberużi, kif ukoll biex ma ssirx ħsara lill-basal tuberużi.

Sabiex jinkiseb żagħfran ta’ kwalità għolja, irid jinħasad minn impjegati li għandhom ħeffa u għarfien espert fil-perjodu ta’ ħin qasir qabel ma titla’ x-xemx. Iż-żagħfran jibda jitlef il-kwalità tiegħu wara li titla’ x-xemx bir-radjazzjoni li tiġi minnha. It-tul ta’ żmien bejn il-maturazzjoni u l-ħsad taż-żagħfran huwa ta’ kważi jumejn. Barra minn hekk, wara li jinħasad, il-ġbir tal-istigmi u l-kundizzjonijiet tal-preservazzjoni għandhom importanza sinifikanti fuq il-kwalità taż-żagħfran.

Il-ġbir taż-żagħfran wieħed wieħed bl-idejn u s-separazzjoni taż-żoni bojod fl-għeruq tagħhom jeħtieġ għarfien espert speċifiku, minħabba li l-aroma, l-imrar u l-kwalità tat-tbajja’ taż-żagħfran, li jagħtuh il-valur, huma importanti. It-twettiq ta’ dawn l-istadji mingħajr attenzjoni jwassal biex iż-żagħfran jitlef il-valur kummerċjali kollu tiegħu, li jfisser telf serju fil-valuri tiegħu.

Ħsad

Il-ħsad tal-fjura taż-żagħfran isir bl-idejn kmieni filgħodu meta l-fjuri jkunu fil-forma tal-għajnejn. Ir-raġuni għaliex tinqata’ fil-forma ta’ għajnejn fis-sigħat bikrin hija l-protezzjoni taż-żjut essenzjali, li huma parti mill-komponenti attivi tal-pjanta taż-żagħfran, li huma preżenti fl-istigma tal-ovarju, u jaffettwaw l-ammont ta’ safranal.

Il-fjuri tas-“Safranbolu Safranı” jinqatgħu bl-idejn kmieni filgħodu meta l-komposti volatili tal-fjuri jkunu għoljin. Imbagħad, il-bukkett bil-filamenti trifidi tiegħu (il-parti femminili) bi stila u konj jitneħħew bir-reqqa mill-fjura bl-idejn qabel ma l-fjuri jitnixxfu u jagħlqu l-petali. L-aktar proċess importanti fil-produzzjoni taż-żagħfran huwa li l-bukkett jinġibed miz-zokk f’biċċa waħda bl-idejn. Il-persuni esperjenzati li jaqilgħu l-bukkett huma speċjalizzati f’kif jiġbduh mingħajr ma jkissru l-filamenti u f’kemm għandhom japplikaw forza biex jaqilgħuh f’biċċa waħda. L-istila u l-konj tal-istigma juru kulur distintiv li jinbidel mill-kulur aħmar krimżi taż-żagħfran għal isfar, u t-tieni l-aktar pass importanti huwa li z-zokk tal-bukkett delikat jinqata’ eżattament fejn il-kulur aħmar krimżi tiegħu nbidel għal isfar biex tinkiseb il-parti tal-pushal tal-istigma. L-aroma u l-komposti bijoattivi kollha minbarra l-kulur tas-“Safranbolu Safranı” huma kkonċentrati fil-parti tal-pushal u għalhekk, din il-parti tittieħed biex titnixxef għal użu ulterjuri.

Il-parti tal-pushal, filwaqt li tiġi protetta l-forma oriġinali tagħha, titnixxef f’ambjent magħluq b’dawl naturali, f’temperatura tal-kamra (20-22 °C) fuq ċarruta tal-ġobon nadifa għal bejn ġimgħa u ġimagħtejn. L-ebda kimika jew kurrent tal-arja u lanqas dawl tax-xemx dirett ma jintuża matul il-perjodu tat-tnixxif. Il-parti tal-pushal kompletament imnixxfa tinżamm f’kontenituri tal-ħġieġ jew f’kaxxi tal-injam li ma tgħaddix arja minnhom f’żoni nofshom fid-dell li jipprevjenu l-umdità u d-dawl tax-xemx dirett milli jikkawżaw tibdil fil-kulur, bidliet mhux mixtieqa fit-togħma, u telf tar-riħa u l-aroma.

Iż-żagħfran ma jitgħaffiġx u ma jiġix magħmul trab, iżda biss jitnixxef fil-forma oriġinali tiegħu biex jiġi ppreservat il-kulur krimżi tiegħu. Dan il-prodott imnixxef jintuża bħala żagħfran.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/25


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-settur tal-inbid

(2023/C 317/14)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo

PGI-IT-02874

Data tal-applikazzjoni: 10.11.2022

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

8.

Inbid semispumanti

15.

Inbid minn għeneb imqadded

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Bianco [abjad] bl-indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb abjad jew mingħajrha - Kategorija: Inbid

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

Aroma: l-aktar aromi ta’ frott u ta’ fjuri ta’ intensità li tvarja skont il-varjetà ta’ għeneb, bi ħjiel ta’ frott bil-polpa bajda u frott tropikali;

Togħma: minn xotta sa xotta mezzan, b’togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ frott li fil-biċċa l-kbira jkun ta’ polpa bajda u safra, xi kultant ta’ fjuri bojod u sofor, b’persistenza u korporatura tajbin;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Bianco Frizzante [abjad semispumanti] - Kategorija: Inbid semispumanti

DESKRIZZJONI QASIRA

Ragħwa: fina u evanexxenti;

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

Aroma: pjaċevoli ta’ frott, bi ħjiel ta’ tuffieħ u frott tropikali;

Togħma: minn xotta sa xotta mezzan, minerali, b’togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ frott b’polpa bajda u tropikali, b’persistenza tajba;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Rosso [aħmar] bl-indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb iswed jew mingħajrha - Kategorija: Inbid

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar lewn ir-rubini b’intensità li tvarja;

Aroma: l-aktar aromi ta’ frott ta’ intensità li tvarja skont il-varjetà ta’ għeneb, bi ħjiel ta’ ċiras Amarena u frott aħmar żgħir misjur, xi kultant b’noti veġetali;

Togħma: minn xotta sa xotta mezzana, kemxejn tannika, b’togħma li tibqa’ fil-ħalq l-aktar ta’ frott aħmar misjur, b’korporatura u b’persistenza tajbin;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   Rosso Frizzante [aħmar semispumanti] - Kategorija: Inbid semispumanti

DESKRIZZJONI QASIRA

Ragħwa: fina u evanexxenti;

Kulur: aħmar lewn ir-rubini b’intensità li tvarja;

Aroma: ta’ frott, bi ħjiel ta’ ċiras Amarena u frott aħmar żgħir misjur;

Togħma: minn xotta sa xotta mezzan, b’togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ frott aħmar u korporatura tajba;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Rosato [rożè] bl-indikazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb Merlot, Sangiovese, Pinot Nero u Pinot Grigio jew mingħajrha - Kategorija: Inbid

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: roża b’intensità li tvarja;

Aroma: l-aktar aromi ta’ frott ta’ intensità li tvarja skont il-varjetà ta’ għeneb, pjaċevolmanet pikkanti, b’noti ħfief ta’ pjanti u frott tropikali;

Togħma: minn xotta sa xotta mezzan, b’togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ frott u ħwawar, b’korporatura u b’persistenza tajbin;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

6.   Rosato Frizzante [rożè semispumanti] - Kategorija: Inbid semispumanti

DESKRIZZJONI QASIRA

Ragħwa: fina u evanexxenti;

Kulur: roża b’intensità li tvarja;

Aroma: l-aktar aromi ta’ frott ta’ intensità li tvarja skont il-varjetà ta’ għeneb, pjaċevolmanet pikkanti, b’noti ħfief ta’ pjanti u frott tropikali;

Togħma: minn xotta sa xotta mezzan, b’togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ frott u ħwawar, b’persistenza tajba;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

7.   Bianco Passito [abjad magħmul minn għeneb imqadded] - Kategorija: Inbid minn għeneb imqadded

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: isfar, li jqarreb lejn l-ambra maż-żmien;

Aroma: frott ħelu mqadded, ċedru, berquq u għasel;

Togħma: minn misjura sa ħelwa, b’noti ta’ frott imqadded;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,00 %; li minnha l-qawwa proprja hija mill-inqas 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

8.   Rosso Passito [aħmar magħmul minn għeneb imqadded] - Kategorija: Inbid minn għeneb imqadded

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar b’intensità li tvarja, li jqarreb lejn il-granata maż-żmien;

Aroma: frott aħmar misjur, ċiras Amarena, għanbaqar u ġamm;

Togħma: minn xotta sa ħelwa, bi struttura tajba u noti ta’ frott aħmar imqadded, persistenti;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,00 %; li minnha l-qawwa proprja hija mill-inqas 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

9.   Novello [ġdid] - Kategorija: Inbid

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar lewn ir-rubin, kultant bi ħjiel ta’ vjola;

Aroma: ta’ frott, bi ħjiel ta’ ċiras, tut tal-għollieq u tut iżraq;

Togħma: friska, togħmiet ta’ frott aħmar, tannini rotob u bellusin;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

1.   Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo Passito Bianco u Passito Rosso

Prattika enoloġika speċifika

L-għeneb li jkun se jintuża biex isiru nbejjed bl-indikazzjoni ġeografika protetta Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo Passito jista’ jitħalla jinxef fuq id-dielja jew, wara l-ħsad, jitnixxef bl-użu ta’ wieħed mill-metodi permessi mil-leġiżlazzjoni. Fi tmiem il-proċess ta’ tnixxif, l-għeneb irid ikollu qawwa alkoħolika naturali ta’ mhux inqas minn 16 % skont il-volum.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo Bianco, Bianco Frizzante u Passito Bianco

26 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

2.

Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo Rosso, Rosato, Rosso Frizzante, Rosso Novello u Passito Rosso

24 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

3.

Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo b’indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb abjad jew iswed

22 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

L-inbejjed eliġibbli biex ikollhom l-indikazzjoni ġeografika protetta Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo huma magħmula minn għeneb imkabbar f’żona ta’ produzzjoni li tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tar-Reġjun tal-Abruzzo.

7.   Varjetajiet jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Aglianico N.

Barbera N.

Barbera Bianca B.

Biancame B.

Bombino Bianco B.

Cabernet Volos N.

Cabernet Franc N. - Cabernet

Cabernet Sauvignon N. - Cabernet

Calabrese N.

Canaiolo Nero N. - Canaiolo

Cannonau N.

Chardonnay B.

Ciliegiolo N.

Cococciola B.

Dolcetto N.

Dorona B.

Falanghina B.

Fiano B.

Gaglioppo N.

Garganega B.

Grechetto B.

Greco B.

Incrocio Manzoni 2-3 B.

Kerner B.

Maiolica N.

Malbech N.

Malvasia Istriana B. - Malvasia

Malvasia Bianca Lunga B. - Malvasia

Malvasia Bianca di Candia B. - Malvoisie

Malvasia del Lazio B. - Malvasia

Marzemino N.

Merlot Kanthus N.

Merlot N.

Montepulciano N.

Montonico Bianco B. - Montonico

Moscato Bianco B. - Moscato

Mostosa B.

Nebbiolo N.

Palava B.

Passerina B.

Pecorino B.

Petit Manseng B.

Petit Verdot N

Pinot Bianco B. - Pinot

Pinot Grigio - Pinot

Pinot Nero N. - Pinot

Primitivo N.

Refosco Nostrano N. - Refosco

Riesling Italico B. - Riesling

Riesling Italico B. - Welschriesling

Sangiovese N.

Sauvignon B.

Sauvignon Kretos B.

Semillon B.

Sorèli B.

Sylvaner Verde B. - Silvaner

Syrah N.

Tannat N.

Terrano N.

Tocai Friulano B. - Friulano

Traminer Aromatico Rs

Trebbiano Abruzzese B. - Trebbiano

Trebbiano Toscano B. - Trebbiano

Veltliner B.

Verdicchio Bianco B. - Verdicchio

Vermentino B.

Viogner B.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo, il-kategoriji kollha tal-inbid (inbid, inbid semispumanti, inbid minn għeneb imqadded)

Dettalji taż-żona ġeografika.

Fatturi naturali rilevanti għar-rabta:

Iż-żona tal-IĠP tkopri t-territorju tar-Reġjun tal-Abruzzo.

Il-Provinċja ta’ Chieti

Il-provinċja ta’ Chieti hija magħmula minn żona kostali wiesgħa bl-għoljiet, mix-xmara Foro sax-xmara Trigno, segwita mill-għoljiet interni u finalment l-għoljiet baxxi, li jestendu sal-qiegħ tal-massif ta’ Maiella u l-muntanji ta’ Frentani fil-Majjistral. Hemm ukoll żona interna, li tmiss mal-provinċja ta’ L’Aquila fit-Tramuntana u r-Reġjun tal-Molise fin-Nofsinhar, li tista’ titqies muntanjuża. Il-linja tal-għoljiet tat-tafal u xi pjanuri tal-għargħar imrammla u taflija ffurmati mix-xmajjar Foro, Sangro, Sinello u Trigno joħolqu pajsaġġ imserrep, b’għoljiet wesgħin, kważi ċatti, u inklinazzjonijiet li huma ħfief u għat-tond iżda ħafna drabi interrotti f’daqqa minn inklinazzjonijiet weqfin, saħansitra anki vertikali, ikkawżati minn erożjoni estrema (għamla ta’ kanali naturali). Il-ħamrija agrikola kważi dejjem għandha distribuzzjoni uniformi ta’ materjal, u tifforma ħamrija bi struttura taflija ramlija; normalment tkun maħlula b’fond li jvarja skont l-inklinazzjoni u l-esponiment. Iż-żamma tal-ilma hija minn medja sa baxxa b’livell baxx sa moderat ta’ nutrijenti u ħumus. Fuq art b’inklinazzjoni ta’ inqas minn 25 % u esponiment tajjeb, din il-ħamrija tintuża għall-vitikultura u t-tkabbir taż-żebbuġ, li huma modi komuni kif tiġi sfruttata l-ħamrija li jipproteġuha wkoll mill-erożjoni aċċellerata. Ix-xita medja annwali tvarja bejn 650 mm/sena fuq l-għoljiet kostali u aktar minn 800 mm/sena fuq l-għoljiet interni. Il-perjodu bl-aktar xita huwa bejn Ottubru u Diċembru (madwar 80 mm/xahar) filwaqt li x-xahar bil-minimu assolut ta’ xita huwa Lulju (bejn 30 mm u 40 mm). Il-klima hija moderata, b’tendenza li tkun moderatament sħuna fix-xhur tas-sajf. It-temperaturi medji jvarjaw minn 13 °C f’April sa 15 °C f’Ottubru, bl-ogħla livelli ta’ 25 °C matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu. Hemm varjazzjonijiet konsiderevoli fit-temperatura bejn binhar u billejl, parzjalment minħabba l-prossimità tal-massif ta’ Maiella, li joħolqu l-aħjar kundizzjonijiet għall-akkumulazzjoni ta’ sustanzi aromatiċi fl-għeneb u li jirriżultaw f’inbejjed bi fwieħa qawwija u distintiva. L-indiċi termali ta’ Winkler, jiġifieri t-temperatura attiva medja fil-perjodu minn April sa Ottubru, huwa bejn 1 700 grad-jum (żoni interni) u 2 300 grad-jum (għoljiet kostali), li joħloq kundizzjonijiet li jiżguraw is-sajran ottimali ta’ varjetajiet bikrija bħal Chardonnay, Pinot u Moscato, varjetajiet medji bħal Pecorino, Trebbiano u Malvasia, u varjetajiet aktar tardivi bħal Cococciola, Falanghina, Montepulciano u Montonico.

Il-Provinċja ta’ L’Aquila

Il-provinċja ta’ L’Aquila għandha l-morfoloġija tipika ta’ żona muntanjuża b’pajsaġġ pjuttost imħatteb u irregolari, b’mod partikolari fil-parti l-aktar interna ħdejn ix-xifer tal-Apennini, fejn hemm terrazzi u qigħan tax-xmajjar qodma u riċenti fluvjali/alluvjali. Il-muntanji tal-Abruzzo li jikkaratterizzaw il-provinċja ta’ L’Aquila huma parti mill-medda ċentrali u tan-Nofsinhar tal-Appennini u jiffurmaw is-sezzjoni fejn l-Appennini jilħqu l-akbar wisa’, altitudni u densità tagħhom. Id-densità u l-grandezza ta’ dawn il-muntanji huma dovuti għall-preżenza kbira u għall-ħxuna tal-blat kalkarju (b’mod partikolari l-blat kalkarju dens iżda wkoll il-blat kalkarju dolomitiku), b’karatteristiċi frekwenti ta’ karst, b’mod partikolari idrografija tal-wiċċ fejn il-flussi tal-ilma huma intermittenti jew assenti. Id-dwieli jitkabbru biss fi ftit żoni, b’mod partikolari fil-baċiri alluvjali interni bejn il-muntanji (Alto Tirino, Valle Peligna, Valle Subequana, Valle Roveto), fuq ħamrija bi skular u b’esponiment tajbin u b’kontenut suffiċjenti ta’ nutrijenti. Il-klima ġeneralment hija moderata, bi xtiewi pjuttost kesħin u twal. It-temperaturi medji annwali jvarjaw minn 10 °C sa 12 °C, bl-ogħla livelli ta’ 23-25 °C f’Lulju. Il-preċipitazzjoni annwali hija ta’ madwar 800 mm fis-sena u hija mifruxa b’mod uniformi matul is-sena (minn 40 mm f’Lulju u Awwissu għal 70 mm f’Novembru u Diċembru). L-indiċi termali ta’ Winkler, jiġifieri t-temperatura attiva medja fil-perjodu minn April sa Ottubru, huwa bejn 1 600 u 2 000 grad-jum, li joħloq kundizzjonijiet li jiżguraw il-maturazzjoni ottimali tal-varjetajiet imkabbra lokalment (kemm varjetajiet bikrija kif ukoll medji-tardivi).

8.2.   Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo, il-kategoriji kollha tal-inbid (inbid, inbid semispumanti, inbid minn għeneb imqadded)

Dettalji taż-żona ġeografika.

Fatturi naturali rilevanti għar-rabta:

Il-Provinċja ta’ Pescara

Il-provinċja ta’ Pescara tista’ titqies muntanjuża, ħlief għal strixxa dejqa li tmiss mat-tliet provinċji l-oħrajn tar-reġjun. Din tikkonsisti f’żona kostali wiesgħa u vasta ta’ għoljiet, segwita mill-għoljiet interni u finalment l-għoljiet baxxi, li jestendu sal-qiegħ tal-massivi tal- Gran Sasso u Maiella. Il-ħamrija hija fil-biċċa l-kbira ħamrija kannella, ħamrija kalkarja kannella (regosols u vertisols) u ħamrija kannella tal-Mediterran. Fuq l-art li tħares lejn in-Nofsinhar b’inklinazzjoni ta’ inqas minn 25 %, din il-ħamrija tintuża għall-vitikultura u t-tkabbir taż-żebbuġ, li huma modi komuni kif tiġi sfruttata l-ħamrija li jipproteġuha wkoll mill-erożjoni aċċellerata. Ix-xita medja annwali tvarja bejn 600 mm/sena fuq l-għoljiet kostali u aktar minn 800 mm/sena fuq l-għoljiet interni. Il-perjodu bl-aktar xita huwa bejn Ottubru u Diċembru (madwar 80 mm/xahar) filwaqt li x-xahar bil-minimu assolut ta’ xita huwa Lulju (bejn 30 mm u 40 mm). Il-klima hija moderata, b’temperaturi medji li jvarjaw minn 13 °C f’April sa 15 °C f’Ottubru, bl-ogħla livelli ta’ 25 °C matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu. Hemm varjazzjonijiet konsiderevoli fit-temperatura bejn binhar u billejl, parzjalment minħabba l-prossimità tal-massivi tal-Gran Sasso u ta’ Maiella, u hemm ventilazzjoni tajba, u dawn joħolqu l-aħjar kundizzjonijiet għas-saħħa tal-għeneb u għall-akkumulazzjoni ta’ sustanzi aromatiċi fl-għeneb u li jirriżultaw f’inbejjed bi fwieħa qawwija u distintiva. L-indiċi termali ta’ Winkler, jiġifieri t-temperatura attiva medja fil-perjodu minn April sa Ottubru, huwa bejn 1 700 grad-jum (żoni interni) u 2 300 grad-jum (għoljiet kostali), li joħloq kundizzjonijiet li jiżguraw il-maturazzjoni ottimali ta’ varjetajiet bikrija bħal Chardonnay, Sauvignon, Moscato u Incrocio Manzoni, varjetajiet medji-tardivi bħal Pecorino, Malvasia u Trebbiano, u varjetajiet tardivi bħal Montepulciano.

Il-Provinċja ta’ Teramo

Il-provinċja ta’ Teramo hija magħmula minn żona kostali wiesgħa u vasta ta’ għoljiet, segwita mill-għoljiet interni u l-għoljiet baxxi, li jestendu sal-qiegħ tal-massif tal-Gran Sasso fil-parti ċentrali u tan-Nofsinhar, u l-Monti della Laga fil-parti tat-Tramuntana. Iż-żona għandha ħamrija ta’ trab tafli xaħxi b’saffi aktar maħlula fiż-żoni kostali u inklinazzjonijiet ġeneralment pjuttost ġentili b’esponiment tajjeb. Tintuża għall-vitikultura u għat-tkabbir taż-żebbuġ, li huma modi komuni kif tiġi sfruttata l-ħamrija li jipproteġuha wkoll mill-erożjoni aċċellerata. Ix-xita medja annwali tvarja bejn 600 mm/sena fuq l-għoljiet kostali u aktar minn 800 mm/sena fuq l-għoljiet interni. Ix-xita hija mqassma sew matul is-sena, b’perjodu meta tagħmel aktar xita bejn Ottubru u Diċembru (madwar 70 mm fix-xahar), filwaqt li x-xahar bl-inqas xita huwa Lulju (madwar 40 mm). Il-klima hija sħuna u moderata, b’temperaturi medji li jvarjaw minn 13 °C f’April sa 15 °C f’Ottubru, bl-ogħla livelli ta’ 24-25 °C matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu. Hemm varjazzjonijiet konsiderevoli fit-temperatura bejn binhar u billejl, parzjalment minħabba l-prossimità tal-massif tal-Gran Sasso u tal-Monti della Laga, u hemm ventilazzjoni tajba, li joħolqu l-aħjar kundizzjonijiet għas-saħħa tal-għeneb u għall-akkumulazzjoni ta’ sustanzi aromatiċi fl-għeneb u li jirriżultaw f’inbejjed bi fwieħa qawwija u distintiva. L-indiċi termali ta’ Winkler, jiġifieri t-temperatura attiva medja fil-perjodu minn April sa Ottubru, huwa bejn 1 800 grad-jum (żoni interni) u 2 200 grad-jum (għoljiet kostali), li jiżgura li l-varjetajiet tal-għeneb kollha mkabbra fiż-żona jsiru b’mod sħiħ u xieraq, mill-varjetajiet bikrin bħal Chardonnay u Sauvignon, sa varjetajiet medji bħal Trebbiano, Pecorino u Passerina, u dawk tardivi bħal Montonico u Montepulciano.

8.3.   Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo, il-kategorija: Inbid

Informazzjoni dwar il-kwalitajiet speċifiċi tal-prodotti marbuta mal-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali maż-żona ġeografika:

Kemm l-inbejjed ħomor kif ukoll dawk rożè għandhom l-aromi tipiċi ta’ frott aħmar b’maturazzjoni li tvarja, bħaċ-ċiras u t-tut tal-għollieq, xi kultant ukoll b’noti veġetali u pikkanti. Huma nbejjed pjuttost kumplessi b’aċidità tajba u b’togħma li tvarja minn xotta sa xotta mezzana. Għandhom struttura tajba kkombinata ma’ eleganza u sottillezza kbar. L-inbejjed bojod huma friski u jfuħu, b’aromi ta’ frott b’polpa bajda u tropikali u ta’ fjuri. Huma nbejjed pjuttost kumplessi minn perspettiva olfattiva, b’persistenza tajba u togħma li tista’ tvarja minn xotta sa xotta mezzan, xi kultant b’noti melħin u minerali. Għandhom aċidità tajba, u eleganza u sottillezza kbar.

Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn l-inbejjed ġejjin mit-topografija partikolari taż-żona, ikkaratterizzata minn għoljiet kbar mimlijin xemx flimkien mal-preżenza tal-Baħar Adrijatiku fil-Lvant u l-massivi tal-Gran Sasso u ta’ Maiella fil-Majjistral u fil-Lbiċ rispettivament, li jrawmu l-formazzjoni ta’ flussi konsiderevoli ta’ arja (żiffiet). Dawn il-kundizzjonijiet huma ottimali għas-saħħa tal-għeneb u biex l-għeneb isir kif ukoll għall-akkumulazzjoni ta’ sustanzi aromatiċi fl-għeneb, li jirriżultaw f’inbejjed bi fwieħa qawwija u distintiva.

Interazzjoni kawżali bejn l-elementi taż-żona ġeografika u l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:

Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-inbejjed huma ddeterminati mill-kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi partikolari taż-żona tal-produzzjoni. Il-klima moderata, il-ħamrija bi skular tajjeb u b’disponibbiltà tajba ta’ ilma u l-varjazzjonijiet notevoli bejn it-temperaturi ta’ billejl u binhar hekk kif l-għeneb isir jiżguraw l-aħjar sajran tal-għenieqed tal-għeneb, li jirriżulta f’għeneb b’kontenut tajjeb ta’ zokkor u aċidu. Dawn il-parametri, flimkien mal-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetajiet imkabbra, jagħmluha possibbli li jinkisbu nbejjed ta’ kwalità għolja bi profili organolettiċi pjuttost kumplessi u karatteristiċi distintivi ħafna, li huma marbuta b’mod qawwi maż-żona tal-produzzjoni u mal-varjetà tal-għeneb li minnha huma magħmula.

8.4.   Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo, il-kategorija: Inbid semispumanti

Informazzjoni dwar il-kwalitajiet speċifiċi tal-prodotti marbuta mal-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali maż-żona ġeografika:

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè semispumanti għandhom ragħwa fina u evanexxenti, noti tal-frott u tal-fjuri pjuttost persistenti u togħma li tvarja minn xotta sa xotta mezzan, bi struttura u b’kumplessità aċidużi tajbin. Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn l-inbejjed ġejjin mit-topografija partikolari taż-żona, ikkaratterizzata minn għoljiet kbar mimlijin xemx flimkien mal-preżenza tal-Baħar Adrijatiku fil-Lvant u l-massivi tal-Gran Sasso u ta’ Maiella fil-Majjistral u fil-Lbiċ rispettivament, li jrawmu l-formazzjoni ta’ flussi konsiderevoli ta’ arja (żiffiet). Dawn il-kundizzjonijiet huma ottimali għas-saħħa tal-għeneb kif ukoll għall-akkumulazzjoni ta’ sustanzi aromatiċi fl-għeneb, li jirriżultaw f’inbejjed bi fwieħa qawwija u distintiva.

Interazzjoni kawżali bejn l-elementi taż-żona ġeografika u l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-inbejjed semispumanti huma r-riżultat tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi fiż-żona tal-produzzjoni flimkien ma’ fatturi umani li kellhom impatt fuq il-potenzjal enoloġiku tal-għeneb u fuq it-teknoloġiji tal-ipproċessar. Għalhekk hemm rabta kawżali qawwija bejn il-kwalità speċifika tal-prodotti u l-oriġini ġeografika tagħhom.

8.5.   Terre Abruzzesi / Terre d’Abruzzo, il-kategorija: Inbid minn għeneb imqadded

Informazzjoni dwar il-kwalitajiet speċifiċi tal-prodotti marbuta mal-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali maż-żona ġeografika:

L-inbejjed bojod Passito huma magħmula prinċipalment minn għeneb lokali bħal Trebbiano Abruzzese u għeneb aromatiku tal-familji Moscato u Malvasia. Huma ta’ kulur isfar sa ambra, b’aroma qawwija ta’ frott misjur u għasel. It-togħma tista’ tvarja minn xotta sa ħelwa u hija persistenti ħafna. L-inbejjed ħomor Passito huma prodotti prinċipalment billi l-għeneb jitħalla jinxef fuq id-dielja (prinċipalment Montepulciano, waħdu jew flimkien ma’ varjetajiet internazzjonali bħal Merlot, Cabernet Sauvignon u Syrah). Huma għandhom kulur aħmar lewn ir-rubin li jqarreb lejn il-granata. L-inbejjed jitqaddmu sew; għandhom struttura u korporatura tajbin, u kontenut għoli ta’ alkoħol. Dawn l-inbejjed jiġu prodotti biss fl-aktar żoni xemxija, bl-aħjar ventilazzjoni u l-aktar niexfa, li jipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet biex jinkiseb għeneb f’saħħtu u misjur iżżejjed li huwa rikk fiz-zokkor iżda fuq kollox f’sustanzi aromatiċi li jesprimu ruħhom bl-aktar mod sħiħ fl-inbejjed li jirriżultaw.

Interazzjoni kawżali bejn l-elementi taż-żona ġeografika u l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:

L-inbejjed Passito deskritti jiksbu n-natura pjaċevoli tagħhom mill-kwalità tal-għeneb, il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima u t-topografija partikolari taż-żona tal-produzzjoni. B’mod partikolari, il-kisba ta’ tali materja prima tiddependi fuq il-varjazzjoni notevoli fit-temperaturi ta’ binhar u billejl matul is-sajran tal-għenieqed tal-għeneb. Flimkien mal-ventilazzjoni eċċellenti, dan jiżgura li jinħasad għeneb f’saħħtu bi profil aċiduż u aromatiku bbilanċjat.

Għal dawn l-inbejjed ukoll, għalhekk hemm rabta kawżali qawwija bejn il-kwalità speċifika tal-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

LINK GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/18784


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.