ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 305

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
29 ta' Awwissu 2023


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 305/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11059 — TOYOFUJI / NYK / KAMIGUMI / TTC / PT PATIMBAN INTERNATIONAL CAR TERMINAL) ( 1 )

1

2023/C 305/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11126 — TOWERBROOK / LOV GROUP / ELOCGA / THE INDEPENDENTS) ( 1 )

2

2023/C 305/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11141 — WENDEL / TOPSCALE) ( 1 )

3

2023/C 305/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11210 — ACCIONA CONCESIONES / COBRA / ENDEAVOUR / JV) ( 1 )

4

2023/C 305/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11228 — BENTELER / BEIJING AUTOMOTIVE / JVS) ( 1 )

5


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 305/06

Rata tal-kambju tal-euro — It-28 ta' Awwissu 2023

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 305/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11196 – CVC / WORXINVEST / SD WORX) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 305/08

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11059 — TOYOFUJI / NYK / KAMIGUMI / TTC / PT PATIMBAN INTERNATIONAL CAR TERMINAL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 305/01)

Fis-26 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11059. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


29.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11126 — TOWERBROOK / LOV GROUP / ELOCGA / THE INDEPENDENTS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 305/02)

Fil-15 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11126. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


29.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11141 — WENDEL / TOPSCALE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 305/03)

Fid-29 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11141. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


29.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11210 — ACCIONA CONCESIONES / COBRA / ENDEAVOUR / JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 305/04)

Fis-17 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11210. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


29.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11228 — BENTELER / BEIJING AUTOMOTIVE / JVS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 305/05)

Fit-23 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11228. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta' Awwissu 2023

(2023/C 305/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0808

JPY

Yen Ġappuniż

158,35

DKK

Krona Daniża

7,4530

GBP

Lira Sterlina

0,85815

SEK

Krona Żvediża

11,9000

CHF

Frank Żvizzeru

0,9559

ISK

Krona Iżlandiża

142,30

NOK

Krona Norveġiża

11,5705

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,138

HUF

Forint Ungeriż

382,63

PLN

Zloty Pollakk

4,4735

RON

Leu Rumen

4,9360

TRY

Lira Turka

28,7045

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6839

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4693

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,4789

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8283

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4659

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 433,73

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

20,1598

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8822

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 523,27

MYR

Ringgit Malażjan

5,0306

PHP

Peso Filippin

61,281

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

38,125

BRL

Real Brażiljan

5,2633

MXN

Peso Messikan

18,0507

INR

Rupi Indjan

89,3040


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11196 – CVC / WORXINVEST / SD WORX)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 305/07)

1.   

Fil-21 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu),

WorxInvest (il-Belġju),

SD Worx NV (“SD Worx”, il-Belġju), proprjetà kollh kemm hi u kkontrollata minn WorxInvest.

CVC u WorxInvest jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SD Worx.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

CVC: l-għoti pariri u ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment b’interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’varjetà ta’ industriji madwar id-dinja, primarjament fl-Ewropa, fl-Istati Uniti tal-Amerka u fir-reġjun Ażjatiku tal-Paċifiku,

WorxInvest: investiment f’fondi ta’ ekwità privata u kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju, strumenti tas-suq monetarju u proprjetà immobbli.

SD Worx: il-provvista ta’ riżorsi umani u soluzzjonijiet u servizzi tal-pagi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11196 – CVC / WORXINVEST / SD WORX

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

29.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/9


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(2023/C 305/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Emilia-Romagna”

PDO-IT-02770

Data tal-applikazzjoni: 28.4.2021

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Emilia-Romagna

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid spumanti

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

8.

Inbid semispumanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Emilia-Romagna Pignoletto frizzante – il-kategorija “inbid semispumanti”

 

Ragħwa: fina, tgħib;

 

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

 

Riħa: riħa ta’ fjuri bojod, xi kultant ta’ żagħrun jew ġiżimin, kemxejn aromatika;

 

Togħma: togħma minn xotta sa semixotta ta’ frott isfar mhux misjur għalkollox (tuffieħ), armonjuża, kultant bi ftit imrar;

 

Qawwa alkoħolika totali minima: 10,5 % skont il-volum;

 

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14-il g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Emilia-Romagna Pignoletto spumante – il-kategorija “inbid spumanti”

 

Ragħwa: fina, persistenti;

 

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

 

Riħa: riħa ta’ fjuri bojod, xi kultant ta’ żagħrun jew ġiżimin, kemxejn aromatika;

 

Togħma: mimli togħma, riħa ta’ frott isfar mhux misjur għalkollox (tuffieħ), armonjuża, ta’ natura minn brut sa xotta;

 

Qawwa alkoħolika totali minima: 10,5 % skont il-volum;

 

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14-il g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Emilia-Romagna Pignoletto spumante – il-kategorija “inbid spumanti ta’ kwalità”

 

Ragħwa: fina, persistenti;

 

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

 

Riħa: riħa ta’ fjuri bojod, xi kultant ta’ żagħrun jew ġiżimin, kemxejn aromatika;

 

Togħma: mimli togħma, riħa ta’ frott isfar mhux misjur għalkollox (tuffieħ), armonjuża, ta’ natura minn brut sa xotta;

 

Qawwa alkoħolika totali minima: 10,5 % skont il-volum;

 

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14-il g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Emilia-Romagna Pignoletto – il-kategorija “inbid”

 

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja, kultant b’laqtiet ħodor ċari;

 

Riħa: riħa ta’ fjuri bojod, kultant ta’ żagħrun jew ġiżimin, eleganti;

 

Togħma: togħma minn xotta sa semixotta ta’ frott isfar misjur (lanġas, tuffieħ), armonjuża, kultant bi ftit imrar;

 

Qawwa alkoħolika totali minima: 10,5 % skont il-volum;

 

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14-il g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Emilia-Romagna Pignoletto passito [inbid tal-għeneb imqadded] – il-kategorija “inbid”

 

Kulur: isfar dehbi li jqarreb lejn l-ambra maż-żmien;

 

Riħa: riħa eleganti u qawwija ta’ fjuri bojod, kultant ta’ żagħrun, possibbilment b’noti ta’ lewż u ta’ bżar isfar, delikata;

 

Togħma: togħma minn medja sa ħelwa pjaċevoli ta’ frott isfar misjur (lanġas, tuffieħ);

 

Qawwa alkoħolika totali minima: 15 % skont il-volum;

 

Estratt minimu mingħajr zokkor: 24 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Emilia-Romagna Pignoletto vendemmia tardiva [inbid bi ħsad tardiv] – il-kategorija “inbid”

 

Kulur: isfar dehbi li jqarreb lejn l-ambra maż-żmien;

 

Riħa: riħa qawwija ta’ fjuri bojod, kultant ta’ żagħrun, possibbilment b’noti ta’ lewż u ta’ bżar isfar;

 

Togħma: togħma minn medja sa ħelwa ta’ frott isfar misjur (lanġas, tuffieħ), mhux qawwija, delikata;

 

Qawwa alkoħolika totali minima: 14 % skont il-volum;

 

Estratt minimu mingħajr zokkor: 23 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Produzzjoni tal-inbid semispumanti

Prattika enoloġika speċifika

Filwaqt li t-tieni fermentazzjoni tal-inbid normalment tinkiseb bl-użu tal-metodu tat-tank (“Charmat”), jiġi pprattikat ukoll il-metodu fil-flixkun, fejn l-inbejjed li jirriżultaw iridu jiġu ttikkettati bħala rifermentazione in bottiglia (“fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun”) u jistgħu jkunu ftit idardra minħabba r-residwi tal-fermentazzjoni.

Produzzjoni tal-inbid spumanti u spumanti ta’ kwalità

Prattika enoloġika speċifika

Filwaqt li t-tieni fermentazzjoni li tikkonverti l-inbid bla gass fi nbid spumanti normalment tinkiseb bl-użu tal-metodu tat-tank (“Charmat”), jiġi pprattikat ukoll il-metodu fil-flixkun (dak “tradizzjonali”) f’konformità mar-regoli tal-UE.

Produzzjoni tal-inbid mill-għeneb imqadded

Prattika enoloġika speċifika

L-għeneb li għandu jintuża biex isir l-inbid mill-għeneb imqadded irid jitnixxef – jew b’mezzi naturali jew bl-użu ta’ sistemi jew teknoloġija li tinvolvi temperaturi simili għall-proċess tat-tqaddid naturali – qabel ma jkun jista’ jibda l-proċess tal-produzzjoni tal-inbid. L-għeneb imqadded irid ikollu qawwa alkoħolika naturali ta’ mill-inqas 15 % skont il-volum, mingħajr l-ebda arrikkiment. Ir-rata ta’ estrazzjoni tal-inbid minn dan l-għeneb hija limitata għal massimu ta’ 50 %.

Produzzjoni tal-inbid tal-ħsad tardiv

Prattika enoloġika speċifika

L-għeneb li għandu jintuża biex isir l-inbid tal-ħsad tardiv għandu jitħalla fuq id-dielja biex isir misjur iżżejjed jew inkella jitnixxef – jew b’mezzi naturali jew bl-użu ta’ sistemi jew teknoloġija li tinvolvi temperaturi simili għall-proċess tat-tqaddid naturali – qabel ma jkun jista’ jibda l-proċess tal-produzzjoni tal-inbid. Meta tibda l-produzzjoni tal-inbid, l-għeneb irid ikollu qawwa alkoħolika naturali ta’ mill-inqas 14 % skont il-volum. Ir-rata ta’ estrazzjoni tal-inbid minn dan l-għeneb hija limitata għal massimu ta’ 60 %.

b.   Rendimenti massimi

 

Emilia-Romagna Pignoletto, Pignoletto frizzante u Pignoletto spumante

 

147 ettolitru għal kull ettaru

 

Emilia-Romagna Pignoletto passito

 

45 ettolitru għal kull ettaru

 

Emilia-Romagna vendemmia tardiva

 

54 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żona demarkata li fiha jridu jiġu prodotti l-inbejjed tad-DOP Emilia-Romagna tikkonsisti mit-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin fi ħdan il-provinċji ta’ Bologna, Modena u Ravenna:

Anzola dell’Emilia, Argelato, Bentivoglio, Bologna, Borgo Tossignano, Budrio, Calderara di Reno, Casalecchio di Reno, Casalfiumanese, Castel Guelfo di Bologna, Castel Maggiore, Castel San Pietro Terme, Castello D’Argile, Castenaso, Crevalcore, Dozza, Fontanelice, Granarolo dell’Emilia, Imola, Loiano, Marzabotto, Medicina, Minerbio, Monte San Pietro, Monterenzio, Monzuno, Mordano, Ozzano dell’Emilia, Pianoro, Pieve di Cento, Sala Bolognese, San Giorgio di Piano, San Giovanni in Persiceto, San Lazzaro di Savena, San Pietro in Casale, Sant’Agata Bolognese, Sasso Marconi, Valsamoggia u Zola Predosa fil-Provinċja ta’ Bologna;

Bastiglia, Bomporto, Campogalliano, Camposanto, Carpi, Castelfranco Emilia, Castelnuovo Rangone, Castelvetro di Modena, Cavezzo, Concordia sul Secchia, Finale Emilia, Fiorano Modenese, Formigine, Guiglia, Maranello, Marano sul Panaro, Medolla, Mirandola, Modena, Nonantola, Novi di Modena, Prignano sul Secchia, Ravarino, S. Cesario sul Panaro, S. Felice sul Panaro, S. Possidonio, S. Prospero sul Secchia, Sassuolo, Savignano sul Panaro, Serramazzoni, Soliera, Spilamberto, Vignola u Zocca fil-Provinċja ta’ Modena;

u Faenza, Brisighella, Riolo Terme u Castel Bolognese fil-Provinċja ta’ Ravenna.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Pignoletto B.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbejjed Emilia-Romagna fil-kategoriji “inbid semispumanti”, “inbid spumanti”, “inbid spumanti ta’ kwalità” u “inbid”

Fatturi naturali rilevanti għar-rabta

Iż-żona tal-produzzjoni tad-DOP Emilia-Romagna tinsab fil-provinċji ta’ Modena, Bologna u Ravenna fil-parti ċentrali tar-reġjun tal-Emilia-Romagna. Il-karatteristiċi taż-żona jvarjaw skont l-elevazzjoni, u għal raġunijiet ta’ qosor tista’ tinqata’ linja bejn il-pjanuri ċatti u l-għoljiet.

Il-pjanuri, li jinsabu f’elevazzjonijiet ta’ bejn 2 metri u 70 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, ikopru medda ta’ art mingħajr interruzzjoni bejn il-widien iffurmati mix-Xmara Secchia u x-xmajra Sillaro, huma mifruxa tul il-qigħan wiesa’ tal-widien u kultant jilħqu elevazzjonijiet sa 150 metru. L-għoljiet jiffurmaw żona mingħajr interruzzjoni li testendi mill-ewwel għoljiet sas-serbut tal-Appenini, inkluża żona ta’ tranżizzjoni ta’ għoljiet baxxi. Id-dwieli jitkabbru prinċipalment f’elevazzjonijiet ta’ inqas minn 700 metru.

F’termini ta’ karatteristiċi tal-ħamrija, iż-żona hija ddominata minn firxa wiesgħa ta’ ġebel sedimentarju (blat ramli, blat tafli, blat kalkarju, ġibs, ramel, konglomerati). Ir-riżalt varjat taż-żona jfisser li l-ħamrija hija mqassma f’disinji li jixbhu mużajk kumpless. Il-kultivazzjoni ssir prinċipalment f’ħamrija fonda, alkalina jew kemxejn alkalina b’sawra li tvarja minn fina sa fina medja.

Hemm ċertu grad ta’ varjabbiltà f’termini tat-temperaturi. Il-klima tvarja skont l-elevazzjoni, li tvarja minn moderata u sħuna fuq l-għoljiet (l-aktar rilevanti f’termini ta’ tkabbir tad-dwieli) għal friska u moderata għoli fl-għoljiet. Il-klima fil-pjanuri hija ta’ natura aktar kontinentali, b’temperaturi medji annwali ta’ 14–16-il °C u indiċi ta’ Winkler ta’ 2 400 grad-jum, u hemm biżżejjed żiffa. Dan ifisser li ż-żona tara biżżejjed sħana u dawl tax-xemx biex l-għeneb jikseb sajran ottimali.

Il-preċipitazzjoni annwali tvarja minn 600 sa 800 mm, fil-biċċa l-kbira kkonċentrata fil-ħarifa u, sa ċertu punt, fir-rebbiegħa. L-istress idriku fis-sajf huwa mtaffi minn umdità relattiva tal-arja għolja, id-disponibbiltà tal-ilma tal-wiċċ, il-fond tal-ħamrija, u l-fatt li l-għoljiet jesperjenzaw aktar xita u xita inqas ikkonċentrata.

Dawn il-fatturi tal-ħamrija u tal-klima jgħinu biex jagħmlu ż-żona kollha tad-DOP Emilia-Romagna partikolarment adatta għall-vitikultura.

Fatturi storiċi u umani rilevanti għar-rabta

Il-vitikultura diġà kienet mifruxa fiż-żona tad-DOP Emilia-Romagna fi żmien ir-Rumani, bi flanni ta’ dwieli mħarrġa mas-siġar ħajjin – prattika li ġiet introdotta mill-Etruski u aktar tard ġiet żviluppata mill-Galliċi. Hija partikolarment notevoli l-attività tat-tkabbir tad-dwieli tal-veterani ta’ kampanji militari fiż-żona magħrufa bħala ager bononiensis ,li jipproduċu nbid “bjond” semispumanti, li għalkemm huwa distintiv ma kienx ħelu biżżejjed biex ikollu togħma tajba.

Matul is-sekli minn dak iż-żmien ’l hawn, it-tekniki tat-tkabbir tad-dwieli u l-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid fiż-żona ġeografika demarkata ġew influwenzati ħafna mill-attività tal-bniedem, b’kontribut essenzjali mir-riċerka xjentifika u l-iżvilupp ta’ tekniki vitikulturali u enoloġiċi.

F’dak iż-żmien, il-vitikulturi rfinaw ukoll it-tekniki agrikoli u tal-kultivazzjoni tagħhom, bl-għajnuna tal-bordijiet tad-drenaġġ u tat-titjib tal-art (Consorzi di Bonifica), li llum għadhom jiżguraw il-ġestjoni tar-reġim tal-fluss u d-distribuzzjoni tal-ilma fiż-żona. It-tradizzjoni tat-tħarriġ tad-dwieli mas-siġar ġiet issostitwita bi flanni ta’ dwieli mħarrġa bis-sistema tal-cordon b’rimjiet imdendlin, li jużaw mudelli ta’ spazjar li għandhom l-għan li jillimitaw ir-rendimenti għal kull ettaru u jtejbu l-kwalità tal-inbid.

It-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid ukoll evolvew maż-żmien. Partikolarment notevoli huma l-iżviluppi mmirati lejn il-preservazzjoni u t-titjib tal-produzzjoni tal-inbid semispumanti u spumanti li hija tradizzjonali għar-reġjun tal-Emilia-Romagna, bil-proċess tradizzjonali tat-tieni fermentazzjoni fil-flixkun issa jiġi kkumplimentat bl-użu tal-metodu “Charmat”, bl-użu ta’ tankijiet moderni.

8.2.   Inbejjed Emilia-Romagna fil-kategoriji “inbid semispumanti”, “inbid spumanti” u “inbid spumanti ta’ kwalità”

Ir-rabta kawżali bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku

Il-karatteristiċi kimiċi u organolettiċi tal-inbejjed semispumanti, spumanti u spumanti ta’ kwalità huma ffurmati mill-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima fiż-żona tal-produzzjoni, flimkien mal-influwenza tal-vitikulturi, li matul is-snin irfinaw il-proprjetajiet enoloġiċi inerenti tal-għeneb u t-teknoloġija tal-produzzjoni tal-inbid. Ta’ rilevanza partikolari huwa l-ambjent ġeografiku, ikkaratterizzat minn klima kontinentali u b’biżżejjed żiffa jew sħuna, flimkien ma’ ħamrija ta’ oriġini alluvjali b’kontenut għoli ta’ ċagħaq u xaħx, li għandha skular tajjeb u tirċievi biżżejjed ilma. Fattur importanti ieħor huwa l-varjazzjoni fit-temperatura bejn binhar u billejl fis-sajf, li tgħin lill-għeneb jilħaq sajran ottimali, filwaqt li jippreserva l-karatteristiċi aromatiċi u aċidużi kollha tiegħu u b’hekk jiżgura l-freskezza fl-inbejjed li jirriżultaw.

L-inbejjed semispumanti u spumanti huma magħmula l-aktar fil-pjanuri ċatti u fl-għoljiet baxxi taż-żona tal-produzzjoni tal-Emilia-Romagna, fejn il-ħamrija u l-klima huma aktar adattati għat-tkabbir tal-għeneb b’kontenut ta’ zokkor moderat u b’aċidità sinifikanti.

Ix-xmajjar u x-xmajriet li jinżlu mill-Appennini jgħinu jżommu l-ħamrija kiesħa u inqas suxxettibbli li tinxef. B’riżultat ta’ dan, jistgħu jintużaw sistemi ta’ kultivazzjoni aktar intensivi u jinkisbu rendimenti ogħla għal kull ettaru. Dan iwassal għal produzzjoni ta’ nbejjed semispumanti u spumanti li – minkejja li ma fihomx wisq alkoħol – għandhom livell tajjeb ta’ aċidità, karatteristika li tiddistingwi lil dan l-għeneb.

It-togħma ta’ dawn l-inbejjed hija moderatament aromatika, tal-frott, u b’aċidità perċettibbli. Huma għandhom l-ammont eżatt it-tajjeb ta’ aromatiċità, ħafna drabi b’laqta morra. Dawn il-karatteristiċi huma kollha marbuta mill-qrib mal-karatteristiċi taż-żona, li fiha ħafna tafal u blat ramli.

L-għarfien espert tal-vitikulturi lokali – mill-għażla tas-salvaġġ sas-sistema ta’ tħarriġ użata, mill-ġestjoni tal-kopertura sar-regolazzjoni tal-provvista tal-ilma – għandu rwol ċentrali fil-ġestjoni tal-vinja. Huma jużaw dawn it-tekniki tat-tkabbir sabiex jipproduċu għeneb tal-aqwa kwalità bil-bilanċ eżatt it-tajjeb bejn iz-zokkrijiet u l-komponenti aromatiċi. Dan jirriżulta fi nbejjed semispumanti, spumanti u spumanti ta’ kwalità b’livell xieraq ta’ aċidità.

Il-konverżjoni tal-inbid bla gass fi nbejjed semispumanti, spumanti u spumanti ta’ kwalità hija l-prattika tal-produzzjoni tal-inbid l-aktar rappreżentattiva ta’ din iż-żona ġeografika. Fl-Emilia-Romagna, magħrufa bħala l-“pajjiż” tal-inbejjed frizzante jew semispumanti, dan il-proċess huwa tradizzjoni lokali qadima ħafna li evolviet maż-żmien. Hija komuni fost il-provinċji kollha mifruxa madwar iż-żona demarkata u għall-inbejjed magħmula kemm fuq il-pjanuri kif ukoll fuq l-għoljiet.

F’dan il-kuntest, l-inbejjed Emilia-Romagna semispumanti, spumanti u spumanti ta’ kwalità huma r-riżultat tal-innovazzjoni fit-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid spumanti, li matul l-aħħar 40 sena raw bidla mill-metodu tal-antenati tal-fermentazzjoni sekondarja tal-inbejjed fil-flixkun għall-użu tal-fermentazzjoni fit-tank. Dan għen biex l-għażla tal-ħmira u l-proċessi ta’ kjarifika jsiru aktar effiċjenti, biex b’hekk ittejjeb il-profil tar-riħa tagħhom u nkiseb prodott finali aktar pjaċevoli. Dan ikompli jsaħħaħ l-uniċità organolettika tal-inbejjed, b’mod partikolari billi joħroġ il-freskezza u n-noti tal-fjuri li jiġu essenzjalment mill-għeneb, u jirrifletti l-fatt li ż-żona lokali tipprovdi l-ambjent ideali biex isiru l-inbejjed mill-għeneb Pignoletto.

Il-fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun reċentement bdiet tgawdi minn spinta ġdida, b’immaġni fis-suq stilizzata mill-ġdid li tgħaqqad l-aħjar tekniki tal-produzzjoni tal-inbid ma’ tradizzjoni lokali li tmur lura sekli.

Il-ħaġa li tagħmel dawn l-inbejjed semispumanti u spumanti kemm uniċi kif ukoll tipiċi taż-żona tal-produzzjoni tal-inbid Emilia-Romagna – fatturi li jsawru l-ġibda olfattiva u l-eleganza ġenerali tal-inbejjed – hija għalhekk l-interazzjoni bejn il-karatteristiċi tal-varjetà tad-dwieli użata u l-karatteristiċi taż-żona lokali, flimkien max-xogħol u l-esperjenza tal-bniedem.

8.3.   Inbejjed Emilia-Romagna fil-kategorija “inbid”

Ir-rabta kawżali bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku

L-inbejjed bla gass jiġu prinċipalment minn vinji fl-għoljiet, fejn ir-rendiment għal kull ettaru huwa aktar baxx, u l-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima jirriżultaw f’għeneb b’kontenut ogħla ta’ zokkor u b’aċidità inqas notevoli. Il-bidliet fit-temperatura li jikkaratterizzaw il-widien fin-Nofsinhar tat-triq Via Emilia jagħtu fwejjaħ aktar qawwija – delikati, ta’ fjuri bojod, u moderatament aromatiċi – u mineralità perċettibbli.

L-ambjent ġeografiku fiż-żona tal-produzzjoni huwa kkaratterizzat minn klima kontinentali, għalkemm waħda pjuttost friska. Bis-saħħa tat-tekniki tal-biedja rfinati maż-żmien, il-ħamrija tiskula sew, u tipprovdi biżżejjed umdità biex l-għeneb jilħaq sajran ottimali. Dawn il-fatturi kollha, flimkien mal-bidla fit-temperatura minn binhar għal billejl matul il-perjodu ta’ sajran u l-esponiment ottimali għad-dawl tax-xemx li jaraw il-vinji fl-għoljiet, jgħinu lill-għeneb iżomm il-proprjetajiet aromatiċi tiegħu u jagħmluh partikolarment tajjeb biex jakkumula z-zokkrijiet, li jinfluwenza l-karatteristiċi tal-inbejjed.

Hawnhekk ukoll, l-għarfien espert tal-vitikulturi lokali għandu rwol ewlieni. Huma pperfezzjonaw it-tekniki tat-tkabbir tad-dwieli li jgħinu biex itaffu l-effetti tas-sħana eċċessiva u d-disponibbiltà tal-ilma erratika li nħolqu matul l-aħħar 10 snin, bil-għan li jkabbru l-għeneb tal-għażla li jsib il-bilanċ it-tajjeb bejn iz-zokkrijiet u l-komponenti aromatiċi. Dan huwa kruċjali biex jinkiseb għeneb tal-ogħla kwalità li jtejjeb il-proprjetajiet organolettiċi tal-inbejjed.

Fl-aħħar nett, biex jiġi żgurat li l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tal-għeneb Pignoletto ma jintilfux fil-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, iċ-ċikli tal-għasir tal-għeneb u t-temperatura u t-tul tal-fermentazzjoni jiġu ġestiti b’mod għaqli. L-għan huwa li jiġu prodotti nbejjed bil-karatteristiċi deskritti, li jikkumplimentaw ir-riżultat tal-interazzjoni bejn il-fatturi ambjentali deskritti hawn fuq u l-fatturi umani differenti, bħala riżultat tal-esperjenza u t-tekniki tal-kultivazzjoni li l-operaturi tas-settur tal-inbid irfinaw gradwalment.

L-inbejjed Passito (għeneb imqadded) u vendemmia tardiva (ħsad tardiv) jinkisbu billi l-għeneb jitnixxef jew jitħalla jsir misjur iżżejjed fuq id-dielja. Dan, flimkien mal-oriġini ġeografika, jifforma l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn il-prodotti.

Fi snin meta l-kundizzjonijiet tat-temp jippermettu, l-għeneb Pignoletto mkabbar fuq l-aktar għoljiet li jħarsu lejn in-Nofsinhar – jiġifieri dawk esposti għall-aktar dawl tax-xemx – jista’ jitħalla jinxef fuq id-dielja jew f’maħżen imbagħad isir f’għeneb imqadded jew fi nbid tal-ħsad tardiv. L-għoljiet l-aktar esposti għax-xemx, b’kanali tal-ilma fil-qrib li jiżguraw umdità kostanti, b’mod partikolari billejl, jipprovdu l-kundizzjonijiet perfetti għall-għeneb biex jiżviluppa “taħsir nobbli” sabiex l-inbid ikun jista’ jiġi prodott minn dan l-għeneb affettwat mill-botrite.

Dawn il-kundizzjonijiet jagħtu lill-inbejjed karatteristiċi speċifiċi, bħall-fwieħa qawwija u delikata tagħhom (ta’ fjuri, fjuri bojod, u ta’ frott, frott isfar misjur), togħma medja jew ħelwa li hija sħuna, armonjuża u bellusija b’kontenut għoli ta’ alkoħol totali u b’aċidità moderata, bl-għeneb imqadded jew misjur iżżejjed jikkontrobatti l-laqta tal-imrar fil-finitura.

L-għeneb li għandu jitqadded għal dawn l-inbejjed għandu jinqata’ bl-idejn, billi jintgħażlu l-aħjar għenieqed li jistgħu jifilħu għall-proċess tat-tqaddid. Il-kontenut taz-zokkor ma huwiex l-uniku fattur li jiġi kkunsidrat – l-aċidità tajba wkoll hija importanti għall-ħsad. L-għeneb jinżamm intatt f’ambjent ivventilat tajjeb u l-kundizzjoni tiegħu tiġi mmonitorjata regolarment sakemm jitgħaffeġ.

Meta l-għeneb jitħalla jsir misjur iżżejjed fuq id-dielja, il-ħsad jiġi pospost sakemm l-għeneb ikun nixef b’mod naturali, proċess li jeħtieġ attenzjoni partikolari min-naħa tal-vitikulturi.

Il-produtturi tal-inbid għandhom ukoll ikunu esperjenzati ħafna u ddedikati fl-istadji ta’ wara t-tnixxif, jiġifieri t-tgħaffiġ tal-għeneb, il-fermentazzjoni bil-mod fi btieti żgħar, u l-proċessi tat-tqaddim fil-bettija u fil-flixkun.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Deroga dwar il-produzzjoni tal-inbid fiż-żona ġeografika demarkata

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Fl-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, il-proċessi tal-produzzjoni tal-inbid – inkluża t-tieni fermentazzjoni għall-produzzjoni ta’ nbejjed semispumanti, spumanti u spumanti ta’ kwalità – jistgħu, minbarra fiż-żona tal-produzzjoni demarkata, jitwettqu wkoll fi stabbilimenti li jinsabu fil-viċinanza immedjata taż-żona demarkata (fit-territorju amministrattiv kollu tal-provinċja ta’ Bologna) u f’unitajiet amministrattivi ġirien (fit-territorju amministrattiv kollu tal-provinċji ta’ Modena, Ravenna, Forlì-Cesena u Reggio Emilia).

Dan jiżgura li titqies it-tradizzjoni twila tal-produzzjoni mill-operaturi f’dawk iż-żoni.

Imballaġġ fiż-żona demarkata

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-ibbottiljar huwa limitat għaż-żona demarkata minħabba l-ħtieġa li tiġi salvagwardjata l-kwalità tal-inbejjed tad-DOP Emilia-Romagna, li tiġi ggarantita l-oriġini tagħhom u li jiġi żgurat li l-kontrolli jkunu f’waqthom, effiċjenti u kosteffettivi.

It-trasport u l-ibbottiljar tal-inbid tad-DOP Emilia-Romagna barra miż-żona tal-produzzjoni jistgħu jikkompromettu l-kwalità tiegħu, u jesponuh għal reazzjonijiet redox, bidliet f’daqqa fit-temperatura u kontaminazzjoni mikrobijoloġika, li jistgħu jfixklu l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tiegħu (l-aċidità totali minima, l-estratt minimu mingħajr zokkor, eċċ.) u l-karatteristiċi organolettiċi tiegħu (il-kulur, ir-riħa u t-togħma).

Dawn ir-riskji jiżdiedu aktar ma jivvjaġġa ’l bogħod l-inbid.

B’kuntrast, l-ibbottiljar fiż-żona tal-oriġini, fejn il-lottijiet ta’ nbid jivvjaġġaw biss distanzi qosra, jekk jiġu ttrasportati, jgħin biex il-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott jinżammu intatti.

Dawn l-aspetti, marbuta mal-esperjenza u l-għarfien tekniku u xjentifiku estensiv tal-kwalitajiet speċifiċi tal-inbejjed li akkumulaw il-manifatturi tad-DOP Emilia-Romagna matul is-snin, ifissru li l-ibbottiljar jista’ jitwettaq fiż-żona tal-oriġini bl-aħjar tekniki, immirati lejn il-preservazzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi kollha stipulati mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal dawn l-inbejjed.

Raġuni oħra għar-restrizzjoni tal-ibbottiljar għaż-żona tal-produzzjoni hija li jiġi żgurat li l-kontroll mill-korp kompetenti jkun effettiv, effiċjenti u kemm jista’ jkun kosteffettiv – kundizzjonijiet li ma jistgħux jiġu ggarantiti bl-istess mod barra miż-żona tal-produzzjoni.

Fiż-żona tal-produzzjoni, il-korp ta’ kontroll jista’ jippjana l-ispezzjonijiet tiegħu biex jiżgura li jagħmel żjarat f’waqthom lin-negozji kollha rilevanti waqt li l-inbid tad-DOP Emilia-Romagna jkun qed jiġi bbottiljat, abbażi tal-pjan ta’ kontroll applikabbli.

Dan bl-għan li jiġi vverifikat sistematikament li lottijiet tal-inbid tad-DOP Emilia-Romagna biss qed jiġu bbottiljati, li jagħmilha possibbli li jinkisbu l-aħjar riżultati f’termini tal-effettività tal-kontrolli u li l-ispiża għall-produtturi tinżamm raġonevoli, bl-għan li l-konsumaturi jiġu offruti l-garanzija massima tal-awtentiċità tal-inbid ippakkjat.

Barra minn hekk, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali attwali u sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet li kienu hemm minn qabel, il-kumpaniji tal-ibbottiljar jistgħu japplikaw għal deroga biex ikomplu jibbottiljaw fil-post tagħhom li jinsab barra miż-żona demarkata billi jissottomettu l-applikazzjoni rilevanti lill-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sovranità tal-Ikel u l-Foresti u jipprovdu dokumentazzjoni li tagħti prova li huma kienu bbottiljaw l-inbejjed għal mill-inqas sentejn mill-5 snin – mhux neċessarjament konsekuttivi – immedjatament qabel ir-rikonoxximent tal-Emilia-Romagna bħala DOP.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/16835


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.