|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2023/C 304/01 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2023/C 304/02 |
||
|
2023/C 304/03 |
||
|
2023/C 304/04 |
||
|
2023/C 304/05 |
||
|
2023/C 304/06 |
||
|
2023/C 304/07 |
||
|
2023/C 304/08 |
||
|
2023/C 304/09 |
||
|
2023/C 304/10 |
||
|
2023/C 304/11 |
||
|
2023/C 304/12 |
||
|
2023/C 304/13 |
||
|
2023/C 304/14 |
||
|
2023/C 304/15 |
||
|
2023/C 304/16 |
||
|
2023/C 304/17 |
||
|
2023/C 304/18 |
||
|
2023/C 304/19 |
||
|
2023/C 304/20 |
||
|
2023/C 304/21 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2023/C 304/22 |
||
|
2023/C 304/23 |
||
|
2023/C 304/24 |
||
|
2023/C 304/25 |
||
|
2023/C 304/26 |
||
|
2023/C 304/27 |
||
|
2023/C 304/28 |
||
|
2023/C 304/29 |
||
|
2023/C 304/30 |
||
|
2023/C 304/31 |
||
|
2023/C 304/32 |
||
|
2023/C 304/33 |
||
|
2023/C 304/34 |
Kawża T-379/23: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2023 – Çolakoğlu Metalurji vs Il-Kummissjoni |
|
|
2023/C 304/35 |
||
|
2023/C 304/36 |
Kawża T-384/23: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2023 – OQ vs Il-Kummissjoni |
|
|
2023/C 304/37 |
||
|
2023/C 304/38 |
||
|
2023/C 304/39 |
Kawża T-730/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2023 – LG et vs Il-Kummissjoni |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2023/C 304/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/2 |
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2023 minn Puma SE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) fil-21 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-4/22, Puma vs EUIPO – DN Solutions (PUMA)
(Kawża C-145/23 P)
(2023/C 304/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Puma SE (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, Rechtsanwälte)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), DN Solutions Co. Ltd., formerly Doosan Machine Tools Co. Ltd.
Permezz ta’ digriet tas-17 ta’ Lulju 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u kkundannat lil Puma SE għall-ispejjeż rispettivi tagħha.
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fl-24 ta’ Marzu 2023 – CL et vs DB, suċċessur universali ta’ FC u Fondo de Garantía Salarial (FOGASA)
(Kawża C-196/23)
(2023/C 304/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Cataluña
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CL et
Konvenuti: DB, suċċessur universali ta’ FC u Fondo de Garantía Salarial (FOGASA)
Domandi preliminari
|
1) |
Hija konformi mal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (1), leġiżlazzjoni, bħal dik Spanjola, li, b’konformità mal-Artikolu 49(1)(g) tar-Real Decreto legislativo 2/2015, de 23 de octubre, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley del Estatuto de los Trabajadores (id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 2/2015 tat-23 ta’ Ottubru li japprova t-test riformulat tal-Liġi tal-Istatus tal-Ħaddiema), ma tikkontemplax perijodu ta’ konsultazzjoni fil-każijiet ta’ terminazzjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol f’numru superjuri għal dak previst fl-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva, li tirriżulta mill-irtirar tal-imprenditur, persuna fiżika? |
|
2) |
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, id-Direttiva 98/59 għandha effett orizzontali bejn l-individwi? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327.
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão (il-Portugall) fl-24 ta’ April 2023 – IMI – Imagens Médicas Integradas S.A. vs Autoridade da Concorrência
(Kawża C-258/23, Imagens Médicas Integradas)
(2023/C 304/04)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IMI – Imagens Médicas Integradas S.A.
Konvenut: Autoridade da Concorrência
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dokumenti professjonali, hawn inkwistjoni, trażmessi permezz tal-posta elettronika, huma “korrispondenza” skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”)? |
|
2) |
L-Artikolu 7 tal-Karta jipprekludi s-sekwestru ta’ dokumentazzjoni professjonali, li tirriżulta minn komunikazzjonijiet stabbiliti bejn amministraturi u kollaboraturi ta’ impriżi permezz ta’ indirizzi ta’ posta elettronika, meta tkun inkwistjoni investigazzjoni ta’ ftehim u prattiki pprojbiti skont l-Artikolu 101 TFUE (li kien l-Artikolu 81 KE)? |
|
3) |
L-Artikolu 7 tal-Karta jipprekludi s-sekwestru ta’ din id-dokumentazzjoni professjonali, permezz ta’ awtorizzazzjoni minn qabel ta’ awtorità ġudizzjarja, f’dan il-każ, il-Ministério Público (l-Uffiċċju tal-Prosekutur), li għandu l-kompetenza li jirrappreżenta lill-Istat, li jiddefendi l-interessi ddeterminati mil-liġi, li jeżerċita l-azzjoni kriminali fid-dawl tal-prinċipju ta’ legalità u li jiddefendi l-legalità demokratika, skont il-Kostituzzjoni u li jaġixxi b’mod awtonomu fir-rigward tal-organi l-oħra tal-awtorità ċentrali, reġjonali u lokali? |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão (il-Portugall) fl-24 ta’ April 2023 – Synlabhealth II S.A. vs Autoridade da Concorrência
(Kawża C-259/23, Synlabhealth II)
(2023/C 304/05)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Synlabhealth II S.A.
Konvenut: Autoridade da Concorrência
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dokumenti professjonali inkwistjoni, trażmessi permezz tal-posta elettronika, huma “korrispondenza” skont l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”)? |
|
2) |
L-Artikolu 7 tal-Karta jipprekludi s-sekwestru ta’ dokumentazzjoni professjonali, li tirriżulta minn komunikazzjonijiet stabbiliti bejn amministraturi u kollaboraturi ta’ impriżi permezz ta’ indirizzi ta’ posta elettronika, meta tkun inkwistjoni investigazzjoni ta’ ftehim u prattiki pprojbiti mill-Artikolu 101 TFUE (li kien l-Artikolu 81 KE)? |
|
3) |
L-Artikolu 7 tal-Karta jipprekludi s-sekwestru ta’ tali dokumentazzjoni professjonali, permezz ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità ġudizzjarja, in casu, il-Ministério Público (l-Uffiċċju tal-Prosekutur), li l-kompetenzi tiegħu huma li jirrappreżenta lill-Istat, li jiddefendi l-interessi ddeterminati mil-liġi, li jeżerċita l-azzjoni kriminali fid-dawl tal-prinċipju ta’ legalità u li jiddefendi l-legalità demokratika, skont il-Kostituzzjoni u li jaġixxi b’mod awtonomu mill-organi l-oħra ta’ poter ċentrali, reġjonali u lokali? |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão (il-Portugall) fl-24 ta’ April 2023 – SIBS-Sociedade Gestora de Participações Sociais SA et vs Autoridade da Concorrência
(Kawża C-260/23, SIBS – Sociedade Gestora de Participações Sociais et)
(2023/C 304/06)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIBS-Sociedade Gestora de Participações Sociais SA, SIBS, Cartões – Produção e Processamento de Cartões SA, SIBS Processos – Serviços Interbancários de Processamento SA, SIBS International SA, SIBS Pagamentos SA, SIBS Gest SA, SIBS Forward Payment Solutions SA, SIBS MB SA
Konvenut: Autoridade da Concorrência
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dokumenti professjonali inkwistjoni, trażmessi permezz tal-posta elettronika, huma “korrispondenza” skont l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”)? |
|
2) |
L-Artikolu 7 tal-Karta jipprekludi s-sekwestru ta’ dokumentazzjoni professjonali, li tirriżulta minn komunikazzjonijiet stabbiliti bejn amministraturi u kollaboraturi ta’ impriżi permezz ta’ indirizzi ta’ posta elettronika, meta tkun inkwistjoni investigazzjoni ta’ ftehim u prattiki pprojbiti mill-Artikolu 102 TFUE (li kien l-Artikolu 82 KE)? |
|
3) |
L-Artikolu 7 tal-Karta jipprekludi s-sekwestru ta’ tali dokumentazzjoni professjonali, permezz ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità ġudizzjarja, in casu, il-Ministério Público (l-Uffiċċju tal-Prosekutur), li l-kompetenzi tiegħu huma li jirrappreżenta lill-Istat, li jiddefendi l-interessi ddeterminati mil-liġi, li jeżerċita l-azzjoni kriminali fid-dawl tal-prinċipju ta’ legalità u li jiddefendi l-legalità demokratika, skont il-Kostituzzjoni u li jaġixxi b’mod awtonomu mill-organi l-oħra ta’ poter ċentrali, reġjonali u lokali? |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Central de Instrucción no 6 de la Audiencia Nacional (Spanja) fit-3 ta’ Mejju 2023 – L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew vs I.R.O., F.J.L.R.
(Kawża C-292/23)
(2023/C 304/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Central de Instrucción no 6 de la Audiencia Nacional
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
Konvenuti: I.R.O. u F.J.L.R.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 90 tal-Ley Orgánica 9/2021, de 1 de julio, de aplicación del Reglamento (UE) 2017/1939 del Consejo, de 12 de octubre de 2017, por el que se establece una cooperación reforzada para la creación de la Fiscalía Europea (il-Liġi Qafas 9/2021 tal-1 ta’ Lulju 2021 li tapplika r-Regolament [2017/1939], iktar ’il quddiem il-“LO 9/2021”), li teskludi mill-istħarriġ ġudizzjarju att ta’ proċedura tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew li jipproduċi effetti ġuridiċi fir-rigward ta’ terzi (fis-sens espost), bħad-deċiżjoni tat-2 ta’ Frar 2023 li permezz tagħha l-Prosekutur Delegat Ewropew iħarrek xhieda biex jidhru? |
|
2) |
L-Artikoli 6 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 90 flimkien mal-Artikoli 42(1) u (3), u 43 tal-LO 9/2021 tal-1 ta’ Lulju li teskludi mill-istħarriġ ġudizzjarju att ta’ proċedura tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew bħalma hija d-deċiżjoni tal-Prosekutur Delegat Ewropew li jħarrek bħala xhud terza persuna li raġonevolment seta’ pparteċipa fil-fatti ta’ ksur li huma s-suġġett tal-investigazzjoni? |
|
3) |
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-Artikolu 86(3) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju bħal dik prevista mill-Artikoli 90 u 91 tal-LO 9/2021 għall-atti tal-Prosekuturi Delegati Ewropej meħuda abbażi tal-Artikoli 42(1) u 43 ta’ din l-istess liġi, li teskludi mill-imsemmi stħarriġ ġudizzjarju l-obbligu ta’ investigazzjoni ordnat mill-Prosekutur Delegat Ewropew fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ investigazzjoni tiegħu, u li ma għandu ebda relazzjoni ta’ ekwivalenza mar-regoli ta’ proċedura nazzjonali li jorganizzaw ir-rikorsi kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-imħallfin ta’ istruzzjoni nazzjonali fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ investigazzjoni tagħhom? |
|
4) |
L-Artikolu 2 TUE, li jistabbilixxi l-valuri inerenti għall-Istat tad-dritt li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, f’relazzjoni mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u d-dritt għal proċess bil-garanziji kollha tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u l-prinċipju ta’ effettività previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju tal-atti tal-Prosekuturi Delegati Ewropej li tillimita l-possibbiltajiet ta’ rikors għal numru limitat ta’ każijiet bħalma huwa previst fil-leġiżlazzjoni Spanjola fl-Artikoli 90 u 91 tal-LO 9/2021? |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2023 – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs dm-drogerie markt Gmbh & Co.KG
(Kawża C-296/23, dm-drogerie markt)
(2023/C 304/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV
Konvenut: dm-drogerie markt Gmbh & Co.KG
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ “indikazzjoni simili”, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), ikopri biss indikazzjonijiet inklużi f’reklam li, bħat-termini elenkati b’mod espliċitu f’dan ir-regolament, jiddeskrivu l-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali fir-rigward tar-riskji tiegħu għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent jew fir-rigward tal-effikaċja tiegħu b’termini ġenerali li jnaqqsu s-sinjifikat tagħhom, jew “indikazzjoni simili” tkopri l-indikazzjonijiet kollha li, fir-rigward tar-riskji tal-prodott għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent jew fir-rigward tal-effikaċja tiegħu, jużaw termini li jnaqqsu s-sinjifikat tagħhom b’mod komparabbli għat-termini elenkati b’mod espliċitu iżda mingħajr ma jkollhom neċessarjament kontenut daqstant ġeneralizzat bħal dawn tal-aħħar?
(1) ĠU 2012, L 167, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2017, L 280, p. 57 u fil-ĠU 2023, L 71, p. 43.
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fit-22 ta’ Mejju 2023 – Inspektorat kam Visshia sadeben savet
(Kawża C-313/23, Inspektorat kam Visshia sadeben savet)
(2023/C 304/09)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski rayonen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Inspektorat kam Visshia sadeben savet
Domandi preliminari
|
1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) [TUE], ikkunsidrat flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-estensjoni tal-funzjonijiet ta’ korp, li jista’ jimponi sanzjonijiet dixxiplinari fuq il-membri tal-ġudikatura u li għandu s-setgħa jikkonstata data dwar il-patrimonju tagħhom, lil hinn mill-iskadenza tal-mandat stabbilit kostituzzjonalment ta’ dan il-korp u mingħajr terminu stabbilit b’mod ċar, tistabbilixxi fiha nnifisha jew taħt ċerti kundizzjonijiet ksur tar-rekwiżit li l-Istati Membri tal-Unjoni għandhom jiggarantixxu rimedji legali effettivi għal stħarriġ ġudizzjarju indipendenti? Jekk tali estensjoni tal-mandat hija ammissibbli, taħt liema kundizzjonijiet? |
|
2) |
L-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività li tinvolvi t-tneħħija tas-sigriet bankarju bil-għan li jiġi vverifikat il-patrimonju tal-membri tal-ġudikatura, li sussegwentement jiġi żvelat lill-pubbliku, tikkostitwixxi attività li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni? Ir-risposta tkun differenti f’sitwazzjoni fejn din l-attività tinkludi wkoll l-iżvelar ta’ data dwar il-membri tal-familja tal-membri tal-ġudikatura, li ma jkollhomx il-kwalità ta’ membri tal-ġudikatura? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta għat-tieni domanda fis-sens li d-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli: il-punt 7 tal-Artikolu 4 tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li korp ġudizzjarju, li jagħti lil korp Statali ieħor aċċess għal data dwar l-eżistenza ta’ kontijiet bankarji ta’ membri tal-ġudikatura u ta’ membri tal-familja tagħhom, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ data personali u għalhekk jikkostitwixxi “kontrollur” ta’ data personali? |
|
4) |
Fil-każ ta’ risposta għat-tieni domanda fis-sens li d-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli u fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tielet domanda: l-Artikolu 51 tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li korp ġudizzjarju, li jagħti lil korp Statali ieħor aċċess għal data dwar l-eżistenza ta’ kontijiet bankarji ta’ membri tal-ġudikatura u ta’ membri tal-familja tagħhom, huwa responsabbli sabiex jiżgura l-osservanza ta’ dan ir-regolament u għalhekk għandu l-kwalità ta’ “awtorità superviżorja” fir-rigward ta’ din id-data? |
|
5) |
Fil-każ ta’ risposta għat-tieni domanda fis-sens li d-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli u fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal waħda mit-tielet jew mir-raba’ domanda: l-Artikolu 32(1)(b) tar-Regolament 2016/679 u l-Artikolu 57(1)(a) tal-istess regolament, rispettivament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li korp ġudizzjarju, li jagħti lil korp Statali ieħor aċċess għal data dwar l-eżistenza ta’ kontijiet bankarji ta’ membri tal-ġudikatura u ta’ membri tal-familja tagħhom, huwa obbligat, meta jkollu data dwar ksur preċedenti tas-sigurtà ta’ data personali mwettaq mill-korp li lilu jkun ser jagħti aċċess, jitlob informazzjoni dwar il-miżuri meħuda għall-protezzjoni tad-data u jevalwa l-adegwatezza ta’ dawn il-miżuri huwa u jieħu deċiżjoni jekk jagħtix tali aċċess? |
|
6) |
Fil-każ ta’ risposta għat-tieni domanda fis-sens li d-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli u irrispettivament mir-risposti għat-tielet u għar-raba’ domanda: l-Artikolu 79(1) tar-Regolament 2016/679, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn id-dritt nazzjonali ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni jipprevedi li kategoriji speċifiċi ta’ data għandhom jiġu żvelati biss wara awtorizzazzjoni ġudizzjarja, il-qorti li tagħti din l-awtorizzazzjoni hija obbligata tiżgura ex officio l-protezzjoni tas-suġġetti tad-data li d-data tagħhom tkun ser tiġi żvelata, billi tobbliga lill-korp pubbliku li jitlob aċċess għad-data u li jkun magħruf li wettaq ksur tas-sigurtà tad-data personali jippreżenta informazzjoni dwar il-miżuri meħuda taħt l-Artikolu 33(3)(d) tar-Regolament 2016/679 u dwar l-implimentazzjoni effettiva tagħhom? |
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fit-23 ta’ Mejju 2023 – Inspektorat kam Visshia sadeben savet
(Kawża C-316/23, Inspektorat kam Visshia sadeben savet)
(2023/C 304/10)

C 304/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Lecce (l-Italja) fl-24 ta’ Mejju 2023 – ED vs Ministero dell’Istruzione e del Merito, Istituto Nazionale della Previdenza Sociale (INPS)
(Kawża C-322/23, Lufoni (1))
(2023/C 304/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Lecce
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ED
Konvenuti: Ministero dell’Istruzione e del Merito, Istituto Nazionale della Previdenza Sociale (INPS)
Domandi preliminari
|
1) |
Il-Klawżola 4 [tal-Ftehim Qafas] tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (2) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tinsab fl-Artikoli 485 u 489 tad-decreto legislativo n. 297/1994 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 297/1994), fl-Artikolu 11(14) tal-legge n. 124/99 (il-Liġi Nru 124/99) kif ukoll fl-Artikolu 4(3) tad-decreto del Presidente della Repubblica n. 399/88 (id-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 399/88) li jipprovdu teħid inkunsiderazzjoni tal-anzjanità qabel il-ħatra bħala membru permanenti tal-persunal, imwettaq fid-dawl tal-Artikolu 11(14) imsemmi iktar ’il fuq, b’mod sħiħ biss fir-rigward tal-ewwel erba’ snin u, għas-snin suċċessivi, evalwazzjoni taż-żewġ terzi għall-finijiet legali u ekonomiċi, u tat-terz li jifdal għall-finijiet ekonomiċi biss, u wara li tintlaħaq anzjanità fis-servizz iddeterminata skont l-Artikolu 4(3) tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 399/88? |
|
2) |
Fi kwalunkwe każ, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ diskriminazzjoni skont il-Klawżola 4 [tal-Ftehim Qafas] tad-Direttiva 99/70 il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni biss l-anzjanità qabel ir-rwol irrikonoxxuta fil-mument tad-dħul fis-servizz jew, b’mod kuntrarju, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-leġiżlazzjoni kollha li tirrigwarda t-trattament tal-anzjanità msemmija, u b’hekk anki r-regoli li jipprovdu, f’perijodi suċċessivi għad-dħul fir-rwol, irkupru totali tal-anzjanità fis-servizz għall-finijiet ekonomiċi biss? |
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Mejju 2023 – Inspektorat kam Visshia sadeben savet
(Kawża C-332/23, Inspektorat kam Visshia sadeben savet)
(2023/C 304/12)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski rayonen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Inspektorat kam Visshia sadeben savet
Domandi preliminari
|
1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) [TUE], ikkunsidrat flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-estensjoni tal-funzjonijiet ta’ korp, li jista’ jimponi sanzjonijiet dixxiplinari fuq il-membri tal-ġudikatura u li għandu s-setgħa jikkonstata data dwar il-patrimonju tagħhom, lil hinn mill-iskadenza tal-mandat stabbilit kostituzzjonalment ta’ dan il-korp u mingħajr terminu stabbilit b’mod ċar, tistabbilixxi fiha nnifisha jew taħt ċerti kundizzjonijiet ksur tar-rekwiżit li l-Istati Membri tal-Unjoni għandhom jiggarantixxu rimedji legali effettivi għal stħarriġ ġudizzjarju indipendenti? Jekk tali estensjoni tal-mandat hija ammissibbli, taħt liema kundizzjonijiet? |
|
2) |
L-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività li tinvolvi t-tneħħija tas-sigriet bankarju bil-għan li jiġi vverifikat il-patrimonju tal-membri tal-ġudikatura, li sussegwentement jiġi żvelat lill-pubbliku, tikkostitwixxi attività li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni? Ir-risposta tkun differenti f’sitwazzjoni fejn din l-attività tinkludi wkoll l-iżvelar ta’ data dwar il-membri tal-familja tal-membri tal-ġudikatura, li ma jkollhomx il-kwalità ta’ membri tal-ġudikatura? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta għat-tieni domanda fis-sens li d-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli: il-punt 7 tal-Artikolu 4 tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li korp ġudizzjarju, li jagħti lil korp Statali ieħor aċċess għal data dwar l-eżistenza ta’ kontijiet bankarji ta’ membri tal-ġudikatura u ta’ membri tal-familja tagħhom, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ data personali u għalhekk jikkostitwixxi “kontrollur” ta’ data personali? |
|
4) |
Fil-każ ta’ risposta għat-tieni domanda fis-sens li d-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli u fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tielet domanda: l-Artikolu 51 tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li korp ġudizzjarju, li jagħti lil korp Statali ieħor aċċess għal data dwar l-eżistenza ta’ kontijiet bankarji ta’ membri tal-ġudikatura u ta’ membri tal-familja tagħhom, huwa responsabbli sabiex jiżgura l-osservanza ta’ dan ir-regolament u għalhekk għandu l-kwalità ta’ “awtorità superviżorja” fir-rigward ta’ din id-data? |
|
5) |
Fil-każ ta’ risposta għat-tieni domanda fis-sens li d-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli u fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal waħda mit-tielet jew mir-raba’ domanda: l-Artikolu 32(1)(b) tar-Regolament 2016/679 u l-Artikolu 57(1)(a) tal-istess regolament, rispettivament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li korp ġudizzjarju, li jagħti lil korp Statali ieħor aċċess għal data dwar l-eżistenza ta’ kontijiet bankarji ta’ membri tal-ġudikatura u ta’ membri tal-familja tagħhom, huwa obbligat, meta jkollu data dwar ksur preċedenti tas-sigurtà ta’ data personali mwettaq mill-korp li lilu jkun ser jagħti aċċess, jitlob informazzjoni dwar il-miżuri meħuda għall-protezzjoni tad-data u jevalwa l-adegwatezza ta’ dawn il-miżuri huwa u jieħu deċiżjoni jekk jagħtix tali aċċess? |
|
6) |
Fil-każ ta’ risposta għat-tieni domanda fis-sens li d-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli u irrispettivament mir-risposti għat-tielet u għar-raba’ domanda: l-Artikolu 79(1) tar-Regolament 2016/679, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn id-dritt nazzjonali ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni jipprevedi li kategoriji speċifiċi ta’ data għandhom jiġu żvelati biss wara awtorizzazzjoni ġudizzjarja, il-qorti li tagħti din l-awtorizzazzjoni hija obbligata tiżgura ex officio l-protezzjoni tas-suġġetti tad-data li d-data tagħhom tkun ser tiġi żvelata, billi tobbliga lill-korp pubbliku li jitlob aċċess għad-data u li jkun magħruf li wettaq ksur tas-sigurtà tad-data personali jippreżenta informazzjoni dwar il-miżuri meħuda taħt l-Artikolu 33(3)(d) tar-Regolament 2016/679 u dwar l-implimentazzjoni effettiva tagħhom? |
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Mejju 2023 – Proċeduri kriminali kontra М.S.S. et
(Kawża C-338/23, Bravchev (1))
(2023/C 304/13)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski gradski sad
Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali
М.S.S. et
Domandi preliminari
|
1) |
Huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-dritt Ewropew u mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-dritt Bulgaru: l-azzjonijiet ta’ avukat difensur ta’ imputat li, matul proċedura kriminali u bħala r-rappreżentant legali tal-kumpannija kummerċjali tal-imputat, iwettaq tranżazzjonijiet (fil-qasam ċivili) intiżi li joħolqu intenzjonalment il-kundizzjonijiet għar-rikuża u għall-eżistenza ta’ “kunflitt ta’ interessi” bejn l-imputat u l-imħallef fil-proċedura kriminali pendenti? Fil-każ li r-risposta tal-qorti kompetenti tkun fin-negattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija mitluba tirrispondi għad-domanda dwar jekk l-avukat li jirrappreżenta lill-imputat, li jkun iġġustifika formalment il-parteċipazzjoni tiegħu bħala rappreżentant legali ta’ kumpannija kummerċjali li tappartjeni lill-imputat fi proċeduri ċivili oħra mhux ġudizzjarji, li kienu ta’ natura li joħolqu deliberatament u intenzjonalment il-kundizzjonijiet artifiċjali għar-rikuża u għall-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi bejn l-imputat u l-imħallef fil-proċedura kriminali u matul il-perijodu li matulu hija pendenti l-proċedura kriminali, għandux ikun jista’ jibqa’ jiddefendi lill-imputat fl-imsemmija proċedura kriminali? |
|
2) |
Sa fejn l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ raġunijiet reali għal rikuża taqa’ fil-kompetenza tal-qorti nazzjonali, kif għandu jinftiehem id-dritt ta’ aċċess għal avukat fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, previst fid-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (2), u dan id-dritt huwa assolut u marbut inkundizzjonalment mal-persuna ta’ avukat difensur partikolari? Kif għandha tinstab soluzzjoni għall-kontradizzjoni bejn, minn naħa, id-dritt ta’ aċċess għal avukat previst fid-Direttiva 2013/48, traspost fid-dritt nazzjonali, li jagħti lill-imputat id-dritt komplet li jagħżel u li jagħti mandat lil avukat difensur u, min-naħa l-oħra, l-azzjonijiet ta’ dan l-avukat difensur, li għenu lill-imputat joħloq kundizzjonijiet artifiċjali għar-rikuża fir-rigward tal-imħallef relatur? |
|
3) |
Kif għandhom jiġu interpretati u kif għandhom jiġu rregolati, minn naħa, id-dritt tat-13-il imputat l-oħra għal informazzjoni fil-kuntest tal-proċedura kriminali u d-dritt tagħhom ta’ aċċess għall-elementi fil-proċess, drittijiet previsti fl-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (3), ikkunsidrati fir-rigward tat-talba għal rikuża mressqa mill-avukat difensur inkwistjoni u fir-rigward tad-dokumenti ppreżentati ma’ din it-talba? Dawn l-azzjonijiet tal-avukat difensur, kif għandhom jiġu bbilanċjati mad-dritt tal-imħallfin, bħala ċittadini tal-Unjoni Ewropea, għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħhom? |
|
4) |
F’sitwazzjoni fejn l-imputat personalment jew permezz tal-kumpannija kummerċjali tiegħu jirnexxielu, bis-saħħa ta’ azzjonijiet intenzjonati u attivi, joħloq artifiċjalment il-kundizzjonijiet għall-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi, dawn il-kundizzjonijiet għandhom jitqiesu effettivament bħala li joħolqu “kunflitt ta’ interessi” u li jikkostitwixxu pressjoni moħbija intiża li tiġi żgurata immunità minn proċeduri kriminali? |
|
5) |
Il-fatt li tressqet talba għal deċiżjoni preliminari bid-domandi magħmula iktar ’il fuq jikkostitwixxi raġuni li tippermetti lill-avukat difensur tal-imputat inkwistjoni jressaq u jmexxi proċedura dixxiplinari fir-rigward tal-imħallef sedenti fil-qorti nazzjonali tar-rinviju f’sitwazzjoni fejn, immedjatament wara l-iskoperta tal-azzjonijiet tal-avukat difensur, l-imħallef adixxa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat? |
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-13 ta’ Ġunju 2023 – SR, RB vs Lietuvos Respublika
(Kawża C-374/23, Adoreikė (1))
(2023/C 304/14)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Vilniaus apygardos administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SR, RB
Konvenut: Lietuvos Respublika
Domandi preliminari
|
1) |
Il-valuri tad-demokrazija, tal-Istat tad-dritt, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja, stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, u d-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jagħtu lill-awtoritajiet leġiżlattivi u eżekuttivi tal-Istati Membri s-setgħa diskrezzjonali illimitata u esklużiva li jiffissaw, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-remunerazzjoni tal-imħallfin f’livell li jiddependi biss mir-rieda tas-setgħat leġiżlattivi u eżekuttivi? |
|
2) |
Id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, kif ukoll dawk tal-Artikolu 47 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea], li jirrigwarda, inter alia, l-indipendenza tal-imħallfin, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lill-Istati Membri jintroduċu, permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, leġiżlazzjoni li tistabbilixxi r-remunerazzjoni tal-imħallfin inqas mir-remunerazzjoni jew mill-onorarji ffissati mill-Istat għall-membri ta’ professjonijiet legali oħra? |
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fil-15 ta’ Ġunju 2023 – SIA BALTIC CONTAINER TERMINAL vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-376/23, BALTIC CONTAINER TERMINAL)
(2023/C 304/15)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa (Senāts)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SIA BALTIC CONTAINER TERMINAL
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 178(1)(b) u (c) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), moqri flimkien mal-Artikolu 214(1) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (2) (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Doganali tal-Unjoni”), jippermetti l-iffinalizzar tas-sistema speċjali ta’ “ħażna f’żona libera” mingħajr in-numru ta’ referenza tal-moviment (MRN) li jidentifika d-dikjarazzjoni doganali li tat lok għall-applikazzjoni ta’ sistema doganali ġdida ma jkun imniżżel fis-sistema ta’ kontabbiltà elettronika? |
|
2) |
L-Artikoli 214(1) u 215(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u l-Artikolu 178(1)(b) u (c) tar-Regolament Delegat 2015/2446 jippermettu lid-detentur tas-sistema speċjali ta’ “ħażna f’żona libera” li jiffinalizza din is-sistema abbażi biss ta’ riferiment għall-istatus doganali tal-merkanzija mwaħħal minn aġent doganali fuq id-dokument tat-trasport (polza tal-vjaġġ CMR) mingħajr ma jivverifika personalment il-fondatezza tal-applikazzjoni tal-istatus doganali tal-merkanzija? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, x’inhi l-portata tal-verifika skont l-Artikoli 214(1) u 215(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u tal-Artikolu 178(1)(b) u (c) tar-Regolament Delegat 2015/2446 li tkun suffiċjenti sabiex jitqies li s-sistema speċjali ta’ “ħażna f’żona libera” ġiet ivverifikata b’mod korrett? |
|
4) |
Id-detentur tas-sistema speċjali ta’ “ħażna f’żona libera” jista’ jkollu aspettattivi leġittimi fil-konferma li toħroġ mill-awtoritajiet doganali skont liema l-istatus doganali tal-merkanzija għadda minn “merkanzija mhux tal-Unjoni” għal “merkanzija tal-Unjoni”, filwaqt li din il-konferma ma tindikax il-fondatezza tal-bidla tal-istatus tal-merkanzija, u lanqas ma tinkludi d-data ta’ natura li tiġi stabbilita l-fondatezza tal-imsemmija bidla? |
|
5) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għar-raba’ domanda, il-fatt li, f’kawża oħra quddiem qorti nazzjonali, ġie kkonstatat f’sentenza li saret finali li d-detentur tas-sistema doganali ma kisirx is-sistema doganali “ħażna f’żona libera”, jista’, konformement mal-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata rrikonoxxut fid-dritt nazzjonali u fid-dritt tal-Unjoni, jikkostitwixxi motiv ta’ eżenzjoni minn dejn doganali mnissel skont l-Artikolu 79(1)(a) u l-Artikolu 79(3)(a) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni? |
(1) ĠU 2015, L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2016, L 87, p. 35, fil-ĠU 2017, L 101, p. 164, fil-ĠU 2018, L 75, p. 41, u fil-ĠU 2021, L 382, p. 60.
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fil-21 ta’ Ġunju 2023 – Anklagemyndigheden vs ILVA A/S
(Kawża C-383/23, ILVA)
(2023/C 304/16)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Anklagemyndigheden
Konvenut: ILVA A/S
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kelma “impriża” li tinsab fl-Artikolu 83(4) sa (6) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (1), għandha tinftiehem bħala impriża fis-sens tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, moqrija flimkien mal-premessa 150 tar-Regolament 2016/679, u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, fis-sens li l-kelma “impriża” tkopri kull entità li teżerċita attività ekonomika, indipendentement mill-istatus ġuridiku tagħha u mill-mod kif inhi ffinanzjata? |
|
2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv: l-Artikolu 83(4) sa (6) tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-impożizzjoni ta’ multa fuq impriża, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ annwali totali tal-entità ekonomika li l-impriża tagħmel parti minnha, jew inkella d-dħul mill-bejgħ annwali totali tal-impriża nnifisha biss? |
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/13 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2023 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-442/23)
(2023/C 304/17)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, bħala aġent)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla, fl-intier tiegħu, ir-Regolament (UE) 2023/839 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli dwar ir-rapportar u l-konformità, u l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030, u r-Regolament (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami (1); |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fid-dawl tar-Regolament 2023/839 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament ikkontestat”), il-Polonja tinvoka l-motivi li ġejjin:
|
1. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 192(2)(c) TFUE Fil-fehma tal-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu 192(2)(c) TFUE billi naqsu milli jadottaw ir-Regolament ikkontestat abbażi ta’ din id-dispożizzjoni tat-Trattat, li teħtieġ l-unanimità fil-Kunsill, minkejja l-fatt li r-Regolament ikkontestat jaffettwa b’mod sinjifikattiv l-għażla ta’ Stat Membru bejn sorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tiegħu. |
|
2. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 192(2)(b) TFUE Fil-fehma tal-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru t-tielet inċiż tal-Artikolu 192(2)(b) TFUE billi naqsu milli jadottaw ir-Regolament ikkontestat abbażi ta’ din id-dispożizzjoni tat-Trattat, li teħtieġ l-unanimità fil-Kunsill, minkejja l-fatt li r-Regolament ikkontestat jaffettwa l-użu tal-art fl-Istati Membri. |
|
3. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 5(2) TUE Il-Polonja hija tal-fehma li l-istituzzjonijiet konvenuti aġixxew bi ksur tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni ta’ kompetenzi, peress li r-Regolament ikkontestat jistabbilixxi impenji u miri li jinterferixxu b’mod sinjifikattiv mal-mod ta’ kif titwettaq il-ġestjoni tal-foresti fl-Istati Membri, minkejja l-fatt li t-Trattati ma jagħtux kompetenzi lill-Unjoni fil-qasam tal-forestrija. |
|
4. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 5(4) TUE) u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri (Artikolu 4(2) TUE), kif ukoll fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 191(2) TFUE Il-Polonja tqis li, bl-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat, l-istituzzjonijiet konvenuti aġixxew bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri u ma ħadux inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti d-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni. Il-konformità mill-Polonja mal-impenji u mal-miri fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tat-tneħħija tagħhom fis-settur tal-LULUCF (użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija) jista’ jkollha konsegwenzi soċjoekonomiċi u finanzjarji negattivi serji. Barra minn hekk, ir-Regolament ikkontestat jistabbilixxi żbilanċ inġust bejn l-Istati Membri individwali f’termini ta’ livelli ta’ impenji u ta’ miri. |
|
5. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li ssir analiżi xierqa tal-effett tar-Regolament ikkontestat, kif ukoll fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 191(3) TFUE Fil-fehma tal-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti naqsu milli jissodisfaw l-obbligu li jipprovdu evalwazzjoni tal-impatt adegwata, peress li l-evalwazzjoni tal-impatt li takkumpanja r-Regolament propost fiha nuqqasijiet fundamentali fir-rigward tal-effett fuq l-Istati Membri individwali tal-impenji u tal-miri stabbiliti f’dan ir-regolament. Fl-istess ħin, ma tteħditx inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti d-data xjentifika u teknika disponibbli, il-kundizzjonijiet ambjentali fid-diversi reġjuni tal-Unjoni, u l-benefiċċji u l-ispejjeż potenzjali konnessi ma’ azzjoni jew ma’ nuqqas ta’ azzjoni, kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni kollha kemm hi u l-iżvilupp ibbilanċjat tar-reġjuni tagħha. Dan jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 191(3) TFUE. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/15 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2023 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-444/22)
(2023/C 304/18)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, bħala aġent)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla, fl-intier tiegħu, ir-Regolament (UE) 2023/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni (1); |
|
— |
sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-motivi invokati ma humiex tali li jiġġustifikaw il-kap tat-talba intiża għall-annullament ta’ dan ir-regolament fl-intier tiegħu, tannulla parzjalment ir-Regolament 2023/851, sa fejn jikkonċerna l-istabbiliment tal-miri ta’ emissjonijiet, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2035, għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(b) ta’ dan ir-regolament; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
|
1. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 192(2)(c) TFUE Fil-fehma tal-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu 192(2)(c) TFUE billi naqsu milli jadottaw ir-Regolament ikkontestat abbażi ta’ din id-dispożizzjoni tat-Trattat, li teħtieġ l-unanimità fil-Kunsill, minkejja l-fatt li r-Regolament ikkontestat jaffettwa b’mod sinjifikattiv l-għażla ta’ Stat Membru bejn sorsi differenti tal-enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tiegħu. |
|
2. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 3(1) u (3) TUE, tal-Artikolu 9 TFUE u tal-Artikolu 6(1) TUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea Il-Polonja tqis li, billi stabbilixxa l-miri ta’ emissjonijiet għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament ikkontestat, li ser iwasslu għal konsegwenzi serji għall-industrija Ewropea tal-karozzi u għas-setturi ekonomiċi relatati magħha, kif ukoll għas-soċjetà, il-leġiżlatur tal-Unjoni naqas milli jwettaq l-obbligu li jippromwovi l-benesseri tal-popli tal-Unjoni (Artikolu 3(1) TUE), l-obbligu li jippromwovi l-ġustizzja soċjali, l-obbligu li jaħdem għal tkabbir ekonomiku bbilanċjat u għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll tas-solidarjetà fost l-Istati Membri (Artikolu 3(3) TUE), u l-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi u mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali (Artikolu 9 TFUE), u aġixxa bi ksur tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni minħabba l-proprjetà li tirriżulta mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 21(1)). |
|
3. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 5(4) TUE) u fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 191(2) TFUE Il-Polonja tqis li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ikkontestat imorru kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li, minn naħa, ma humiex adattati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 191(2) TFUE u, min-naħa l-oħra, l-iżvantaġġi li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet, fosthom l-ispejjeż, huma manifestament eċċessivi fir-rigward tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu. Fil-fehma tal-Polonja, l-ispejjeż tal-allinjament tal-ekonomiji u tas-soċjetajiet fl-Unjoni mal-istandards imsaħħa tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 stabbiliti fir-Regolament ikkontestat jaqbżu b’mod sinjifikattiv il-benefiċċji li jirriżultaw minnu. Ir-Regolament ikkontestat jimponi piżijiet eċċessivi konnessi mat-tranżizzjoni lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet fuq iċ-ċittadini Ewropej, speċjalment dawk li huma inqas sinjuri, kif ukoll fuq is-settur Ewropew tal-kumpanniji tal-karozzi. Ir-Regolament ikkontestat jirriskja li jwassal għal konsegwenzi negattivi serji għall-industrija Ewropea tal-karozzi, esklużjoni soċjali, esklużjoni tat-trasport ta’ persuni ifqar, u żieda fid-disparità bejn iċ-ċittadini fir-rigward tal-livell tal-għajxien. Barra minn hekk, ir-Regolament ikkontestat ma jqisx biżżejjed id-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni, li jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 191(2) TFUE. |
|
(4) |
Motiv ibbażat fuq l-allegat nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li ssir analiżi xierqa tal-effett tar-Regolament ikkontestat, kif ukoll fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 191(3) TFUE Fil-fehma tal-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti naqsu milli jissodisfaw l-obbligu li jipprovdu evalwazzjoni tal-impatt adegwata, peress li l-evalwazzjoni tal-impatt li takkumpanja r-Regolament propost fiha nuqqasijiet fundamentali fir-rigward tal-effett fuq l-Istati Membri individwali tal-impenji u tal-miri stabbiliti f’dan ir-regolament. Fl-istess ħin, ma tteħditx inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti d-data xjentifika u teknika disponibbli, il-benefiċċji u l-ispejjeż potenzjali konnessi ma’ azzjoni jew ma’ nuqqas ta’ azzjoni, u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni kollha kemm hi u l-iżvilupp ibbilanċjat tar-reġjuni tagħha. Dan jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 191(3) TFUE. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/16 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2023 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-445/23)
(2023/C 304/19)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, bħala aġent)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla, fl-intier tagħha, id-Deċiżjoni (UE) 2023/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-għadd ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 (1); |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
|
1. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 192(2)(c) TFUE Fil-fehma tal-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu 192(2)(c) TFUE billi naqsu milli jadottaw id-deċiżjoni kkontestata abbażi ta’ din id-dispożizzjoni tat-Trattat, li teħtieġ l-unanimità fil-Kunsill, minkejja l-fatt li d-deċiżjoni kkontestata taffettwa b’mod sinjifikattiv l-għażla ta’ Stat Membru bejn sorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tiegħu. |
|
2. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà fil-qasam tal-enerġija stabbilit fl-Artikolu 194(1)(b) TFUE Fil-fehma tal-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu 194(1)(b) TFEU billi żammew, għas-snin 2024-2030, il-valuri indikati fl-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni 2015/1814 – att li jhedded is-sigurtà tal-enerġija tal-Polonja – mingħajr ma qiesu l-interessi tal-Istati Membri individwali li jistgħu jiġu affettwati u mingħajr ma bbilanċjaw l-interessi tagħhom mal-interessi tal-Unjoni. |
|
3. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 3(1) u (3) TUE permezz tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2023/852, li tnaqqas il-benesseri tal-popli tal-Unjoni u l-koeżjoni soċjali fost l-Istati Membri Fil-fehma tal-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu 3(1) u (3) TUE billi adottaw id-Deċiżjoni 2023/852, li tista’ twassal għal tnaqqis fl-impjiegi fil-minjieri u żieda fil-qgħad u, bħala riżultat, għal inugwaljanza soċjali ikbar bejn l-Istati Membri u żieda fl-esklużjoni soċjali. |
|
4. |
Motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 13(2) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2015/1814, permezz ta’ evalwazzjoni tal-impatt inadegwata, kif ukoll fuq il-ksur allegat tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (l-Artikolu 5(4) TUE) Fil-fehma tal-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu 13(2) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2015/1814, billi adottaw id-Deċiżjoni 2023/852 abbażi ta’ evalwazzjoni tal-impatt mhux kompluta, skaduta u żbaljata li tħejjiet bl-użu ta’ data li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-attakk armat tar-Russja fuq l-Ukraina u l-kriżi tal-enerġija li rriżultat minn dan. L-istituzzjonijiet konvenuti aġixxew ukoll bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (l-Artikolu 5(4) TUE) billi żammew, għas-snin 2024-2030, il-valuri indikati fl-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni 2015/1814, mingħajr ma wettqu analiżijiet affidabbli li jiġġustifikaw tali deċiżjoni. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/17 |
Rikors ippreżentat fil-17 ta’ Lulju 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-448/23)
(2023/C 304/20)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ladenburger, P.J.O. Van Nuffel, K. Herrmann, agenti)
Konvenut: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħoġobha:
|
— |
tikkonstata, fid-dawl tal-interpretazzjoni tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja magħmula mit-Trybunał Konstytucyjny (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Polonja) fis-sentenzi tagħha tal-14 ta’ Lulju 2021 (Kawża P 7/20) u tas-7 ta’ Ottubru 2021 (Kawża K 3/21), li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; |
|
— |
tikkonstata, fid-dawl tal-interpretazzjoni tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja magħmula mit-Trybunał Konstytucyjny (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Polonja) fis-sentenzi tagħha tal-14 ta’ Lulju 2021 (Kawża P 7/20) u tas-7 ta’ Ottubru 2021 (Kawża K 3/21), li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt il-prinċipji ġenerali ta’ awtonomija, ta’ supremazija, ta’ effettività u ta’ applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u skont il-prinċipju li s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja huma ta’ natura vinkolanti; |
|
— |
jikkonstata li, peress li t-Trybunał Konstytucyjny (il-Qorti Kostituzzjonali) ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' qorti indipendenti u imparzjali stabbilit minn qabel bil-liġi, minħabba irregolaritajiet fil-proċeduri għall-ħatra ta’ tlieta mill-membri tagħha f’Diċembru 2015 u l-President tagħha f'Diċembru 2016, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE; |
|
— |
tikkundanna lil Ir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tal-ewwel u t-tieni motiv tagħha, il-Kummissjoni tqiegħed fid-dubju żewġ sentenzi tat-Trybunał Konstytucyjny (il-Qorti Kostituzzjonali) tar-Repubblika tal-Polonja (iktar ’il quddiem il-“Qorti Kostituzzjonali”) tas-7 ta’ Ottubru 2021 (fil-Kawża K 3/21) u tal-14 ta’ Lulju 2021 (fil-Kawża 7/20). Din il-ġurisprudenza tikser diversi obbligi, li madankollu huma konnessi, imposti fuq il-Polonja mit-trattati tal-Unjoni. L-ewwel motiv jirrigwarda l-ksur, fis-sentenzi imsemmija iktar ’il fuq, tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari fis-sentenzi tat-2 ta’ Marzu 2021, A.B. et (Ħatra tal-imħallfin fil-Qorti Suprema – Rikors) (C 824/18, EU:C:2021:153), u tas-6 ta’ Ottubru 2021, W.Ż. (Awla ta’ Stħarriġ Straordinarju u Affarijiet Pubbliċi tal-Qorti Suprema – Ħatra) (C 487/19, EU:C:2021:798), fis-sens li l-Qorti Kostituzzjonali interpretat il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja b’riferiment għar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn qorti indipendenti u imparzjali stabbilita minn qabel bil-liġi, b’mod eċċessivament strett, żbaljat u li jinjora manifestament il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja
It-tieni motiv jirrigwarda l-ksur, f’dawn is-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali, tal-prinċipji ta’ supremazija, ta’ awtonomija, ta’ effettività, ta’ applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tan-natura vinkolanti tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet unilateralment il-prinċipji ta’ supremazija u effettività, l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll l-Artikolu 279 TFUE kif interpretat u implimentat mill-Qorti tal-Ġustizzja u ordnat lill-korpi Pollakki kollha biex ma japplikawx dawn id-dispożizzjonijiet tat-trattat.
Permezz tat-tielet motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Kostituzzjonali ma baqgħetx toffri l-garanziji ta’ qorti indipendenti u imparzjali stabbilita minn qabel bil-liġi fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba irregolaritajiet manifesti fil-ħatra, f’Diċembru 2015, ta’ mħallfin fil-Qorti Kostituzzjonali bi ksur flagranti tad-dritt kostituzzjonali Pollakk (i) u minħabba irregolaritajiet fil-proċedura għall-elezzjoni tal-President tal-Qorti Kostituzzjonali f’Diċembru 2016 (ii) kull waħda minn dawn l-irregolaritajiet qajjmet, fid-dawl tal-attivitajiet tal-Qorti Kostituzzjonali komposta mill-persuni hekk maħtura, f’moħħ il-partijiet fil-kawża, dubji ġustifikati dwar l-imparzjalità u l-impermeabbiltà tal-Qorti Kostituzzjonali fir-rigward tal-elementi esterni.
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/18 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2023 – Il-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-451/23)
(2023/C 304/21)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla fl-intier tiegħu r-Regolament (UE) 2023/857 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u r-Regolament (UE) 2018/1999 (1) |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
|
1. |
Motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 192(2)(c) TFUE Skont il-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu192(2)(c) TFUE peress li ma adottawx id-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq ta’ dak it-Trattat, li tirrikjedi l-unanimità fil-Kunsill, filwaqt li d-deċiżjoni kkontestata taffettwa b’mod sinifjifikattiv l-għażla ta’ Stat Membru bejn sorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tiegħu. |
|
2. |
Motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika, previst fl-Artikolu 194(1)(b)TFUE. Skont il-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-Artikolu 194(1)(b) TFUE peress li għollew il-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni għal 40 % kif ukoll il-miri individwali ta’ tnaqqis tal-Istati Membri, fatt li jhedded is-sigurtà tal-enerġija tal-Polonja, għaliex l-interessi partikolari tal-Istati Membri li jistgħu jiġu affettwati ma jiġux ikkunsidrati u mingħajr ma jiġu bbilanċjati l-interessi ta’ dawn tal-aħħar ma’ dawk tal-Unjoni. |
|
3. |
Motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 5(4) TUE Skont il-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li żiedu l-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni għal 40 % kif ukoll il-miri ta’ tnaqqis tal-Istati Membri individwali fuq il-bażi ta’ analiżi żbaljata fl-evalwazzjoni tal-effetti, li ma kinitx kompluta, kien fiha żbalji u kienet ibbażata fuq data skaduta. |
|
4. |
Motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali msemmi fl-Artikolu 4(3) TUE Skont il-Polonja, l-istituzzjonijiet konvenuti kisru l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali billi ddefinixxew, fir-Regolament 2023/857, miri ta’ tnaqqis fuq il-bażi ta’ sitwazzjoni soċjali, ekonomika u politika li ma kinitx għadha attwali u billi injoraw il-kapaċitajiet reali tal-Istati Membri. |
Il-Qorti Ġenerali
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2023 – Net Technologies Finland vs REA
(Kawża T-358/20) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Spejjeż tal-persunal - Rimbors tas-somom imħallsa - Eliġibilità ta’ spejjeż relatati ma' konsulenti interni - Oneru tal-prova”)
(2023/C 304/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Net Technologies Finland Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn M. Le Berre, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, ir-rikorrenti titlob dikjarazzjoni, minn naħa, li l-ispejjeż relatati mal-konsulenti interni huma eliġibbli u, min-naħa l-oħra, li t-talba għar-rimbors tal-ammonti ta’ EUR 171 342,97 u EUR 17 134,30 għal, rispettivament, kontribuzzjoni inġustifikata u ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa hija infondata.
Dispożittiv
|
1) |
L-ispejjeż tal-konsulenti interni, miċħuda mill-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka (REA) għal ammont ta’ EUR 184 642,84, jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli taħt il-ftehim ta’ sussidju, li għandu r-referenza FP7SEC2012312484, konkluż bil-ħsieb tat-twettiq tal-“Inter System Interoperability for Tetra – TetraPol Networks”. |
|
2) |
In-noti ta’ debitu Nru 3242005825, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 171 342,97 għal kontribuzzjoni inġustifikata, u Nru 3242005872, għall-irkupru ta’ ammont ta’ EUR 17 134,30 għal kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa mir-REA, huma infondati. |
|
3) |
Ir-REA hija kkundannata tbati l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2023 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-491/21) (1)
(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq mill-Ungerija - Esklużjoni tal-finanzjament doppju - Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 - Għajnuna għall-afforestazzjoni - Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 - Għajnuna għall-ekoloġizzazzjoni - Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 - Kumulu tal-għajnuna”)
(2023/C 304/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrent: L-Ungerija (rappreżentant: M. Fehér u G. Koós, aġenti)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina, A. Sauka u Z. Teleki, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, l-Ungerija titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/988 tas-16 ta’ Ġunju 2021 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2021, L 218, p. 9), sa fejn din imponiet fuqha korrezzjoni finanzjarja ta’ darba ta’ EUR 1 887 692,57 għas-snin finanzjarji 2016 sa 2019.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2023 – Innovaciones Cosmético Farmacéuticas vs EUIPO – Benito Oliver (th pharma)
(Kawża T-27/22) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TH PHARMA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti TH - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001”)
(2023/C 304/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Innovaciones Cosmético Farmacéuticas SL (Alhama de Murcia, Spanja) (rappreżentanti: I. Temiño Ceniceros u F. Ortega Sánchez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Ángel Benito Oliver (Pont D’Inca-Marratxi, Spanja) (rappreżentant: J. Mora Cortés avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Novembru 2021 (Każ R 1605/2020-1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Innovaciones Cosmético Farmacéuticas SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2023 – Cunsorziu di i Salamaghji Corsi – Consortium des Charcutiers Corses et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-34/22) (1)
(“Indikazzjoni ġeografika protetta - Denominazzjoni ta’ oriġini protetta - Applikazzjonijiet għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ‘Jambon sec de l’l’Île de Beauté’, ‘Lonzo de l’Île de Beauté’ u ‘Coppa de l’Île de Beauté’ - Denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti preċedenti ‘Jambon sec de Corse – Prisuttu’, ‘Lonzo de Corse’ – Lonzu’ u ‘Coppa de Corse – Coppa di Corsica’ - Eliġibbiltà tal-ismijiet - Evokazzjoni - Artikolu 7(1)(a) u Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 - Portata tal-kontroll mill-Kummissjoni tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni - Artikolu 50(1) u Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1151/2012 - Żball ta’ evalwazzjoni”)
(2023/C 304/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cunsorziu di i Salamaghji Corsi – Consortium des Charcutiers Corses (Borgo, Franza) u d-9 rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: T. de Haan u V. Le Meur-Baudry, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, C. Perrin u B. Rechena, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1879 tas-26 ta’ Ottubru 2021 li tirrifjuta tliet applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ isem bħala indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Jambon sec de l’Île de Beauté” (IĠP), “Lonzo de l’Île de Beauté” (IĠP), “Coppa de l’Île de Beauté” (IĠP)) (ĠU 2021, L 383, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Cunsorziu di i Salamaghji Corsi – Consortium des Charcutiers Corses u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/22 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2023 – KF vs BEI
(Kawża T-318/21) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Kummissjoni ta’ invalidità - Rifjut li tiġi rikonoxxuta l-invalidità - Ċaħda ta’ appell amministrattiv - Lis pendens - Inammissibbiltà)
(2023/C 304/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: KF (rappreżentant: L. Levi, avukata)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: K. Carr, G. Faedo u J. Pawlowicz, aġenti, assititi minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrenti titlob, prinċipalment, l-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tat-13 ta’ Ottubru 2020 li permezz tagħha dan informaha li ma kinitx invalida, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tad-9 ta’ Marzu 2021 li tiċħad it-talba tagħha għall-preżentata ta’ appell amministrattiv mid-deċiżjoni tat-13 ta’ Ottubru 2020 u, sussidjarjament, il-kumpens għad-dannu li sostniet bħala konsegwenza ta’ dawn id-deċiżjonijiet.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/23 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2023 – Konings vs EUIPO – Manuel Busto Amandi (MAY GOLD)
(Kawża T-112/23) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2023/C 304/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Konings NV (Zonhoven, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Neefs, S. de Potter u T. Baetens, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: P.-F. Karamolegkou u E. Markakis, bħala aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Manuel Busto Amandi, SA (Villaviciosa, Spanja) (rappreżentanti: J. Vicente Martínez, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Novembru 2022 (Każ R 1778/2021-4).
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
|
2) |
Konings NV u Manuel Busto Amandi, SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/24 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2023 – Väderstad vs EUIPO (Pożizzjoni ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ preżentazzjoni)
(Kawża T-361/23)
(2023/C 304/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Väderstad Holding AB (Väderstad, l-Isvezja) (rappreżentant: A. Rasmussen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta l-pożizzjoni ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ preżentazzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 18 131 0191
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ April 2023 fil-Każ R 58/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 7; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/24 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2023 – Väderstad vs EUIPO (Pożizzjoni ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ preżentazzjoni)
(Kawża T-362/23)
(2023/C 304/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Väderstad Holding AB (Väderstad, l-Isvezja) (rappreżentant: A. Rasmussen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta l-pożizzjoni ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ preżentazzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 18 131 026
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat 13 ta’ April 2023 fil-Każ R 59/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 7; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/25 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2023 – Väderstad vs EUIPO (Pożizzjoni ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ preżentazzjoni)
(Kawża T-363/23)
(2023/C 304/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Väderstad Holding AB (Väderstad, l-Isvezja) (rappreżentant: A. Rasmussen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta l-pożizzjoni ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ preżentazzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 18 131 034
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ April 2023 fil-Każ R 61/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 7; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 17(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/25 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2023 – Väderstad vs EUIPO (Pożizzjoni ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ preżentazzjoni)
(Kawża T-364/23)
(2023/C 304/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Väderstad Holding AB (Väderstad, l-Isvezja) (rappreżentant: A. Rasmussen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta l-pożizzjoni ta’ kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ preżentazzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 18 131 030
Deċiżjoni kkontestata:: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ April 2023 fil-Każ R 60/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 7; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 17(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/26 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2023 – Habitat Barcelona Unión Constructora vs EUIPO – Acomodeo Marketplace (ACOMODEO)
(Kawża T-365/23)
(2023/C 304/32)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Habitat Barcelona Unión Constructora SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Acomodeo Marketplace GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ACOMODEO” – it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 523 863
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 713/2022-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark inkwistjoni għas-servizzi kollha fil-klassijiet 35, 38 u 42; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li tintervjeni, għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikoli 60(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/27 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2023 – Marcegaglia Specialties SpA vs ll-Kummissjoni
(Kawża T-378/23)
(2023/C 304/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Marcegaglia Specialties SpA (Gazoldo degli Ippoliti, l-Italja) (rappreżentanti: F. Di Gianni, A. Scalini u G. Pregno, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/825 tas-17 ta’ April 2023 li jestendi d-dazju anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1408 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja għall-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana kkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le (ĠU 2023, L 103, p. 12; iktar ’il quddiem ir-“regolament ikkontestat”), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament Bażiku, sa fejn il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-proċess ta’ manifattura implimentat mit-Turkija jikkostitwixxi “operazzjoni ta’ assemblaġġ/tlestija”. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament Bażiku, sa fejn il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li ma kienx hemm motivazzjoni suffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika għall-operazzjoni ta’ pproċessar imwettqa fit-Turkija. |
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat huwa illegali sa fejn jestendi d-dazji imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja għall-importazzjonijiet tal-istess prodotti mmanifatturati fit-Turkija minn ċangaturi tal-azzar inossidabbli li ma joriġinawx mill-Indoneżja. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/27 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2023 – Çolakoğlu Metalurji vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-379/23)
(2023/C 304/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Çolakoğlu Metalurji AŞ (İstanbul, it-Turkija) (rappreżentanti: J. Cornelis u F. Graafsma, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/825 tas-17 ta’ April 2023 li jestendi d-dazju anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1408 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja għall-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana kkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le (ĠU 2023, L 103, p. 12; iktar ’il quddiem ir-“regolament ikkontestat”), u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament Bażiku, sa fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ipproċessar ta’ ċangaturi tal-azzar inossidabbli fi pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana kien jikkostitwixxi “operazzjoni ta’ assemblaġġ” fis-sens tal-Artikolu 13(1)(d) u (2) tar-Regolament Bażiku. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li, bl-impożizzjoni ta’ miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana mmanifatturati fit-Turkija minn ċangaturi tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mit-Turkija, liema prodotti ma jaqgħux fil-kamp tal-investigazzjoni u li huwa paċifiku li ma joħolqux ċirkomvenzjoni tal-miżura oriġinali, il-Kummissjoni:
|
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/28 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2023 – Essilor International vs EUIPO – Carl Zeiss Vision (MYOLUX)
(Kawża T-383/23)
(2023/C 304/35)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Essilor International (Charenton-le-Pont, Franza) (rappreżentanti: A. Parassina u A. Giovannardi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carl Zeiss Vision GmbH (Aalen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea MYOLUX – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 215 110
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Mejju 2023 fil-Każ R 267/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiddikjara li t-trade mark kontenzjua reġistrabbli |
|
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedimenti tar-rikorrenti. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/29 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2023 – OQ vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-384/23)
(2023/C 304/36)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Partijiet
Rikorrent: OQ (rappreżentant: R. Štaba, avukata)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal tal-15 ta’ Mejju 2023, mogħtija fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/378/20; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta, il-Kummissjoni Ewropea, tirrimborsa lil OQ l-ispejjeż mitluba fil-kuntest ta’ din il-proċedura, flimkien mal-interessi moratorji li jiddekorru mill-mument tat-twettiq ta’ kull azzjoni tar-rikorrent sal-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 45 TFUE sa fejn il-Bord tal-Għażla, fid-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta’ Mejju 2023, ċaħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni EPSO/AD/378/20 għar-raġuni li d-diploma tiegħu fid-dritt Franċiż ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti tal-imsemmija kompetizzjoni, meta fil-Kawża T-713/20, li kienet bejn l-istess partijiet u li kienet ibbażata fuq l-istess fatti, il-Qorti Ġenerali espliċitament indikat li l-kandidatura tar-rikorrent ma setgħetx tiġi miċħuda għas-sempliċi raġuni li din id-diploma ma kinitx waħda mid-diplomi previsti fil-kompetizzjoni u li f’dan ir-rigward din il-kompetizzjoni kienet illegali fir-rigward tar-rikorrent. Dan kiser il-libertà fundamentali tar-rikorrent iggarantita fl-Artikolu 45 TFUE minħabba li dan in-nuqqas ta’ rikonoxximent ħoloq ostakolu gravi għall-moviment liberu tal-persuni sa fejn il-Bord tal-Għażla ma evalwax id-diploma tar-rikorrent fid-dawl tal-prassi stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam. It-tieni parti ta’ dan l-ewwel motiv tirreferi għan-nuqqas li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-esperjenzi u d-dikjarazzjonijiet l-oħra magħmula mir-rikorrent li jistabbilixxu li huwa għandu l-konoxxenzi u l-esperjenza meħtieġa. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-fatt u fid-dritt sa fejn il-Bord tal-Għażla ma ħax inkunsiderazzjoni l-esperjenza tar-rikorrent fit-traduzzjoni ta’ testi legali, esperjenza li huwa kiseb meta kien jaħdem fi ħdan il-Parlament Ewropew. L-iżball manifest joħroġ mill-fatt li din hija esperjenza fit-traduzzjoni ta’ testi legali kif jirrikjedi, b’mod partikolari, l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-Bord tal-Għażla wettaq ukoll żball ta’ liġi sa fejn ikklassifika l-esperjenza tar-rikorrent fil-kuntest ta’ pożizzjonijiet simili f’istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea u, konformement mal-prassi rilevanti kien imissu evalwa din l-esperjenza esklużivament fil-kuntest tal-kompetizzjoni inkwistjoni. B’hekk, il-Bord tal-Għażla tbiegħed mill-avviż tal-kompetizzjoni, li huwa strettament vinkolanti għalih. |
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza fit-traduzzjoni miksuba fil-kuntest ta’ trasferiment interistituzzjonali bejn il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew. Għalkemm fiż-żmien rilevanti r-rikorrent kien formalment traduttur fi ħdan il-Parlament Ewropew, il-konoxxenzi li huwa kien kiseb fil-kuntest ta’ trasferiment fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma setgħux jiġu injorati sa fejn din hija, fi kwalunkwe każ, esperjenza rilevanti, irrispettivament mill-fatt li seħħet fil-kuntest ta’ trasferiment. Il-Bord tal-Għażla wettaq żball ta’ liġi manifest meta qies li din l-esperjenza ma kinitx rilevanti. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ esperjenza professjonali legali kompleta miksuba fil-Kroazja. Il-Bord tal-Għażla wettaq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti sa fejn ma rrikonoxxiex madwar 45 jum ta’ xogħol fi ħdan uffiċċju tal-avukati fil-Kroazja bħala esperjenza rilevanti. Ir-rikorrent ġie rrikonoxxut biss li ħadem għal madwar xahar ma’ dan l-uffiċċju, wara l-inklużjoni tiegħu fil-lista ta’ avukati bi prova. Insostenn tal-argument li l-perijodu inkwistjoni kien imissu ttieħed inkunsiderazzjoni, ir-rikorrent jenfasizza li l-inklużjoni iktar tard tiegħu fil-lista kienet dovuta għall-fatt li huwa kellu diploma barranija, li kienet ġiet eżaminata waqt laqgħa tal-kamra tal-avukati Kroata kważi xahar wara li ressaq it-talba għall-inklużjoni tiegħu fil-lista. Madankollu, sal-inklużjoni tiegħu fil-lista, ir-rikorrent wettaq kompiti u funzjonijiet ta’ natura strettament legali, kif jirriżulta mid-dokumenti ta’ sostenn, punt dan li juri li l-persuna li kienet timpjegah kellha l-intenzjoni, sa mill-bidu tar-relazzjoni ta’ xogħol, li r-rikorrent jaħdem fuq kompiti legali bl-istess mod bħal avukat bi prova. Barra minn hekk, l-avviż tal-kompetizzjoni bl-ebda mod ma jispeċifika li, għar-rikonoxximent tal-esperjenza rilevanti, huwa meħtieġ li l-kandidat ikun inkluż fil-lista tal-avukati bi prova, iżda jeżiġi biss li l-kandidat ikun impjegat fi ħdan uffiċċju tal-avukati. Għaldaqstant, il-Bord tal-Għażla tbiegħed mill-avviż tal-kompetizzjoni, li huwa strettament vinkolanti għalih. |
|
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-15 ta’ Mejju 2023 li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-kompetizzjoni inkwistjoni sa fejn id-deċiżjoni ma tindikax il-kriterji ċari li abbażi tagħhom il-Bord tal-Għażla ħa d-deċiżjoni tiegħu, u sa fejn ir-raġunijiet mogħtija huma kontradittorji u ma jippermettux li jiġi ddeterminat bi preċiżjoni liema kriterji ma kinux issodisfatti mir-rikorrent. B’hekk, il-Bord tal-Għażla kiser ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn il-kandidati l-oħra kienu jafu sa mill-bidu jekk kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni filwaqt li r-rikorrent, fl-assenza ta’ spjegazzjoni, għadu ma jafx jekk issodisfax il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u abbażi ta’ liema kriterji l-Bord tal-Għażla ddetermina dan. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/30 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2023 – Eckes-Granini Group u International Beer Breweries vs EUIPO – Capri Sun (PRISUN)
(Kawża T-395/23)
(2023/C 304/37)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Olm, il-Ġermanja), International Beer Breweries Ltd (Ashkelon, l-Iżrael) (rappreżentant: J. Wachsmuth, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Capri Sun AG (Zug, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikanti għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “PRISUN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 228 012
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ April 2023 fil-Każ R 1057/2022-2
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Capri Sun AG; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/31 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2023 – Ausnit, Olariu și Asociații vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-397/23)
(2023/C 304/38)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Ausnit, Olariu și Asociații SRL (Lugoj, ir-Rumanija) (rappreżentant: F. Irimia, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-10 ta’ Mejju 2023, C (2023) 3232 final. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni hija mingħajr bażi legali, billi ngħatat b’interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu II.19.1(f) tal-ftehim ta’ għotja, flimkien mal-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 966/2012 applikabbli għall-ftehim skont l-Artikolu 279(3) tar-Regolament Nru 1046/2018. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ngħatat bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità hekk kif stabbilit fl-Artikolu 135 tar-Regolament Nru 966/2012 b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu II.27.6. tal-ftehim ta’ għotja, bi ksur tal-Artikolu II.25.4 tal-ftehim, u bi ksur tal-Artikolu 5 TFUE u tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll addizzjonali Nru 2. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. |
|
28.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/31 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2023 – LG et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-730/22) (1)
(2023/C 304/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.