ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 290

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
18 ta' Awwissu 2023


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 290/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà – Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali

1

2023/C 290/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11144 — COLT TECHNOLOGY SERVICES GROUP / LUMEN EMEA BUSINESS) ( 1 )

16


 

III   Atti preparatorji

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

2023/C 290/03

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2023 dwar proposta għal riforma tal-governanza ekonomika fl-Unjoni (CON/2023/20)

17


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 290/04

Rata tal-kambju tal-euro — Is-17 ta' Awwissu 2023

26

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2023/C 290/05

Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

27


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 290/06

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

45

2023/C 290/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

57

2023/C 290/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

60


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà – Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali”

(2023/C 290/01)

1.   INTRODUZZJONI: L-INIZJATTIVA TAĊ-ĊITTADINI EWROPEJ

Iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tissottometti proposta għal leġiżlazzjoni dwar kwistjoni li jqisu li tirrikjedi azzjoni legali biex jiġu rrispettati t-trattati tal-UE. Biex jagħmlu dan, huma jridu jissottomettu inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (IĊE) skont l-Artikolu 11(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tirrikjedi li jinġabru l-firem ta’ mill-inqas miljun ċittadin minn għadd sinifikanti ta’ Stati Membri. Ir-Regolament (UE) 2019/788 (1) (ir-“Regolament dwar l-IĊE”), li japplika mill-1 ta’ Jannar 2020, jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-IĊE.

“Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà – Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali” hija d-disa’ IĊE (2) li laħqet il-limiti rikjesti mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mir-Regolament dwar l-IĊE. Hija wkoll il-ħames inizjattiva ta’ suċċess dwar it-trattament xieraq tal-annimali jew l-ambjent. L-inizjattiva tistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni dwar l-użu tal-annimali għal skopijiet xjentifiċi, kif stabbilit hawn taħt.

1)

Tipproteġi u ssaħħaħ il-projbizzjoni tal-ittestjar tal-kożmetiċi fuq l-annimali. Tniedi bidla leġiżlattiva biex tinkiseb il-protezzjoni tal-konsumaturi, tal-ħaddiema u tal-ambjent fir-rigward tal-ingredjenti kożmetiċi kollha mingħajr ma jsiru testijiet fuq l-annimali għall-ebda skop u fl-ebda ħin.

2)

Tittrasforma r-regolament tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi. Tiżgura li s-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent jiġu protetti billi jiġu ġestiti sustanzi kimiċi mingħajr iż-żieda ta’ rekwiżiti ġodda għall-ittestjar fuq l-annimali.

3)

Timmodernizza x-xjenza fl-UE. Timpenja ruħha għal proposta leġiżlattiva li tfassal pjan direzzjonali għat-tneħħija gradwali tal-ittestjar kollu fuq l-annimali fl-UE qabel tmiem il-leġiżlatura attwali.

Wara t-talba tal-organizzaturi fil-21 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rreġistrat l-inizjattiva (3) fit-30 ta’ Ġunju 2021. Fil-25 ta’ Jannar 2023, wara verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miġbura mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, l-organizzaturi ssottomettew l-inizjattiva lill-Kummissjoni (4). Il-Kummissjoni eżaminat l-inizjattiva fuq il-bażi tar-Regolament dwar l-IĊE.

L-organizzaturi spjegaw l-objettivi tal-inizjattiva fid-dettall f’laqgħa mal-Kummissjoni fis-17 ta’ Marzu 2023 (5) u fis-seduta pubblika organizzata mill-Parlament Ewropew fil-25 ta’ Mejju 2023 (6). Barra minn hekk, fl-10 ta’ Lulju 2023, il-Parlament kellu dibattitu plenarju dwar l-IĊE.

Din il-Komunikazzjoni tistipula l-konklużjonijiet legali u politiċi tal-Kummissjoni dwar l-inizjattiva u kwalunkwe azzjoni li beħsiebha tieħu b’rispons għall-inizjattiva f’konformità mal-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament dwar l-IĊE.

2.   KUNTEST

L-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-annimali jiġu protetti bħala ħlejjaq li jħossu. Dan jirrikjedi li l-UE u l-Istati Membri tagħha jqisu bis-sħiħ ir-rekwiżiti tat-trattament xieraq tal-annimali fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE dwar l-agrikoltura, is-sajd, it-trasport, is-suq uniku, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju.

Il-qafas leġiżlattiv u ta’ politika tal-UE ġie rikonoxxut globalment bħala mexxej fl-oqsma tat-tneħħija gradwali tal-użu tal-annimali u tal-promozzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali. Il-kisbiet ewlenin ta’ din il-politika jinkludu l-introduzzjoni tal-projbizzjoni sħiħa fuq l-ittestjar fuq l-annimali għall-kożmetiċi fl-UE fl-2013 (7) u l-finanzjament ta’ aktar minn EUR biljun ipprovdut għal inizjattivi ta’ riċerka u innovazzjoni bl-użu ta’ metodi li ma jinkludux l-annimali madwar l-UE fl-aħħar għoxrin sena.

L-użu tal-annimali fix-xjenza jikkostitwixxi kwistjoni trażversali ewlenija. Minkejja l-progress li sar, għad jintuża għadd kbir ta’ annimali għall-ittestjar fl-Ewropa. L-annimali jintużaw għal diversi skopijiet fil-valutazzjoni tar-riċerka u tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi u tal-mediċini fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda alternattiva biex jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent (inkluża s-saħħa tal-annimali).

Fl-2020, total ta’ 7,9 miljun annimal intużaw għall-ittestjar għar-riċerka, għat-taħriġ u għall-edukazzjoni, jew għal skopijiet regolatorji fl-UE (minbarra r-Renju Unit) u fin-Norveġja (8). Dan in-numru huwa 7,5 % anqas milli fl-2019 (8,5 miljun) u 11,4 % anqas milli fl-2018 (8,8 miljun) (9). L-ispeċijiet l-aktar użati kienu l-ġrieden (49 %) u l-ħut (27 %). Bħal fis-snin preċedenti, l-għan ewlieni tal-użu tal-annimali kien ir-riċerka (72 %), 41 % tal-użu kollu kien għar-riċerka bażika u 31 % għar-riċerka traslazzjonali u dik applikata. Mill-użu kollu tal-annimali, 17 % kellhom jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji kif elenkati hawn taħt, segwiti mill-annimali użati għall-produzzjoni ta’ rutina (5 %), inkluża l-produzzjoni ta’ antikorpi jew ta’ prodotti bbażati fuq id-demm. Mill-użu kollu tal-annimali biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti regolatorji (total ta’ 1,4 miljun okkorrenza), 54 % intużaw għall-prodotti mediċinali tal-bniedem, 22,8 % għall-prodotti mediċinali veterinarji, 8,7 % għas-sustanzi kimiċi industrijali (dan huwa relatat mal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi bħar-Regolament REACH (10)), 2,8 % għall-prodotti tal-għalf u tal-ikel, 4,8 % għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, 3,6 % għall-apparati mediċi, 0,3 % għall-bijoċidi u 3,0 % għal skopijiet oħra.

2.1.   Atti leġiżlattivi rilevanti għall-ittestjar fuq l-annimali

Il-korp tal-liġi tal-UE li jaffettwa l-ittestjar fuq l-annimali huwa pjuttost wiesa’ u, fil-prinċipju, jista’ jinqasam fi tliet kategoriji. Fl-ewwel waħda, hemm id-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (11) li tistabbilixxi għanijiet u regoli ġenerali dwar it-trattament xieraq tal-annimali użati fl-ittestjar meta l-użu tal-annimali ma jkunx jista’ jiġi evitat. It-tieni waħda tikkonsisti f’atti trażversali mmirati għal sustanzi kimiċi bħar-Regolament REACH, li fih regoli transsettorjali. It-tielet waħda tirrappreżenta diversi atti legali settorjali li jistabbilixxu regoli għall-valutazzjoni tas-sustanzi kimiċi użati f’setturi jew fi prodotti speċifiċi. Kemm ir-Regolament REACH kif ukoll l-atti legali tal-UE speċifiċi għas-settur fihom rekwiżiti tad-data jew dispożizzjonijiet li jwasslu għall-ittestjar fuq l-annimali biex jivvalutaw l-impatti potenzjali tal-prodotti u s-sustanzi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ambjent.

2.1.1.   Leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi

Id-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi tistabbilixxi l-għan aħħari li telimina gradwalment kull użu tal-annimali għar-riċerka u għal skopijiet regolatorji fl-UE. Pedament ieħor tad-Direttiva huwa l-ħtieġa li jkun hemm konformità mal-prinċipju tat-tliet R:

sostituzzjoni ta’ studji li jiddependu fuq l-annimali bl-użu ta’ metodi li ma jinvolvux annimali ħajjin

tnaqqis: l-adattament ta’ metodi ta’ ttestjar jew approċċi ta’ valutazzjoni b’mod li jnaqqas l-għadd ta’ annimali meħtieġa għal eżitu xjentifikament sod

irfinar ta’ metodi li jgħinu biex jimminimizzaw l-uġigħ, it-tbatija u d-diffikultà esperjenzati mill-annimali użati jew biex jiżdied it-trattament xieraq tagħhom.

Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll id-dmirijiet speċifiċi tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE għall-alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali (EURL ECVAM) (12) , li huwa parti integrali miċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni (JRC). Hija twettaq firxa ta’ attivitajiet biex tippromwovi l-użu ta’ metodi mhux tal-annimali fil-leġiżlazzjoni, fix-xjenza bijomedika u fl-edukazzjoni. Id-Direttiva tafda lill-EURL ECVAM bl-iżvilupp ta’ approċċi alternattivi, bil-parteċipazzjoni fi u bil-koordinazzjoni tal-validazzjoni u bl-istabbiliment ta’ bażijiet tad-data u sistemi ta’ informazzjoni, fost affarijiet oħra. Id-Direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu data statistika b’mod regolari (13) dwar l-użu tal-annimali għal skopijiet xjentifiċi. Hija tirrikjedi wkoll li l-Kummissjoni tistabbilixxi bażijiet tad-data dedikati u disponibbli għall-pubbliku (14).

2.1.2.    Liġi trażversali tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi

Ir-Regolament REACH huwa att legali trażversali dwar is-sustanzi kimiċi, li jirrikjedi l-għoti ta’ informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi biex jiżgura l-manifattura, l-importazzjoni u l-użu sikuri tagħhom. L-Annessi tar-Regolament REACH jispeċifikaw metodi għall-ġenerazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-periklu, li ħafna minnhom għadhom metodi ta’ ttestjar fuq l-annimali. Madankollu, ir-reġistranti jistgħu jużaw biss l-ittestjar fuq l-annimali bħala l-aħħar istanza. It-testijiet fuq l-annimali vertebrati għandhom jiġu sostitwiti b’metodi alternattivi, kull meta dan ikun possibbli. L-Anness XI tar-Regolament REACH jelenka metodi alternattivi għall-adattament tar-reġim ta’ ttestjar standard u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) tipprovdi gwida komprensiva (15).

Barra minn hekk, ir-Regolament REACH jinkludi regoli speċifiċi dwar il-kondiviżjoni tad-data biex jiġu evitati testijiet bla bżonn. Fl-aħħar, ir-Regolament REACH jipprevedi validazzjoni minn qabel tal-proposti tal-ittestjar, li tiżgura li l-ittestjar fuq l-annimali jintuża biss bħala l-aħħar istanza u biss meta jkun meħtieġ.

L-użu ta’ metodi alternattivi disponibbli skont ir-Regolament REACH huwa żgurat permezz tal-elenkar tagħhom fir-Regolament dwar Metodi ta’ Ttestjar (16) , fost affarijiet oħra. Ir-reviżjoni riċenti ta’ dan ir-Regolament se twassal għal adozzjoni aċċellerata tal-metodi ta’ ttestjar ladarba jiġu adottati mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) peress li issa tirreferi direttament għall-metodi tal-OECD minflok ma tiddeskrivihom fir-regolament.

Innota wkoll li reviżjoni mmirata ppjanata tar-Regolament REACH tista’ tkun opportunità biex tiġi inkluża l-ġenerazzjoni ta’ aktar informazzjoni dwar il-periklu eż. dwar it-tfixkil endokrinali għas-sustanzi kollha u aktar informazzjoni dwar is-sustanzi rreġistrati fl-aktar medda baxxa ta’ tunnellaġġ. Il-mekkaniżmu ta’ twettiq eżatt skont ir-Regolament REACH rivedut għadu qed jiġi diskuss.

2.1.3.   Leġiżlazzjoni settorjali

Ir-Regolament dwar il-Kożmetiċi

Ir-Regolament dwar il-Kożmetiċi 13 huwa l-aktar att legali avvanzat tal-UE fir-rigward tat-tneħħija gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali peress li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti kożmetiċi li jkunu ġew ittestjati fuq l-annimali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament. Il-projbizzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali skont ir-Regolament dwar il-Kożmetiċi hija diskussa fid-dettall fit-Taqsima 3.1.

Ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti u r-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali

Ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (17) u r-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (18) (il-“BPR”) jipprevedu li jrid jiġi evitat ittestjar mhux meħtieġ fuq l-annimali. Iż-żewġ Regolamenti jistabbilixxu r-rekwiżiti għas-sottomissjoni tad-data fl-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ sustanzi skont dawn ir-regolamenti. It-tfassil tal-istudji jrid iqis bis-sħiħ il-prinċipju tat-tliet R, b’mod partikolari meta jsiru disponibbli metodi vvalidati b’mod xieraq. L-applikanti jridu jikkondividu d-data biex jevitaw studji fuq il-vertebrati u duplikazzjoni. B’mod partikolari, ġie stabbilit mekkaniżmu obbligatorju għall-kondiviżjoni tad-data għal studji dwar sustanzi attivi bijoċidali u prodotti bijoċidali li jinvolvu l-vertebrati: talba minn qabel lill-ECHA biex tivverifika jekk dawn l-istudji jkunux diġà ġew sottomessi skont il-BPR hija meħtieġa qabel ma jinbdew l-istudji. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fl-Annessi II u III tal-BPR ġew emendati fl-2021 (19) biex jindirizzaw strateġiji ġodda ta’ ttestjar li jiffavorixxu metodi in vitro fuq l-ittestjar in vivo.

Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Il-qafas legali ġenerali dwar il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jikkonsisti fid-Direttiva 2001/83/KE (20) u fir-Regolament (KE) Nru 726/2004 (21). Dan iqis bis-sħiħ il-prinċipju tat-tliet R kif introdott mid-Direttiva 2010/63/UE. L-awtoritajiet regolatorji fl-UE se jaċċettaw il-metodoloġiji vvalidati kollha li jappoġġaw dan il-prinċipju. Approċċi alternattivi ta’ ttestjar li ma jkunux ġew ivvalutati fi proċess ta’ validazzjoni formali jistgħu jiġu aċċettati wkoll mill-awtoritajiet responsabbli (jiġifieri l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti) fuq bażi ta’ każ b’każ u wara evalwazzjoni tad-data sottomessa mill-applikant.

Barra minn hekk, applikazzjonijiet imqassra għal awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni (eż. għal mediċini ġeneriċi u bijosimili) u applikazzjonijiet għal kunsens infurmat jistgħu jibbażaw fuq l-istudji prekliniċi u kliniċi mwettqa għall-fini tal-kisba ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali ta’ referenza. F’każijiet bħal dawn, l-applikant jirreferi għad-data li ġiet sottomessa mill-oriġinatur (ma hemm l-ebda duplikazzjoni tat-testijiet).

Il-leġiżlazzjoni farmaċewtika ġenerali tal-UE msemmija hawn fuq għall-prodotti mediċinali tal-bniedem ġiet rieżaminata dan l-aħħar, u l-Kummissjoni adottat proposta legali ġdida (22) fis-26 ta’ April 2023. Xi bidliet proposti għandhom l-għan li jsaħħu l-prinċipju tat-tliet R tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott mediċinali. Barra minn hekk, il-proposta leġiżlattiva ssaħħaħ ir-regoli attwali billi żżid obbligi għall-applikanti jew għad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u billi tiffaċilita approċċi alternattivi ta’ ttestjar. Ir-regoli l-ġodda se jħeġġu wkoll aktar kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-UE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-valutazzjoni tas-sustanzi, fl-iffaċilitar tal-kondiviżjoni tad-data u fit-twettiq ta’ studji konġunti mhux kliniċi biex tiġi evitata d-duplikazzjoni bla bżonn ta’ testijiet b’annimali ħajjin. Il-proposta għandha wkoll l-għan li tappoġġa l-leġiżlazzjoni fil-futur sabiex tippermetti l-użu ta’ metodi alternattivi ta’ ttestjar.

Prodotti mediċinali veterinarji

Il-qafas legali tal-UE dwar il-mediċini veterinarji ġie rivedut bir-Regolament (UE) 2019/6 (23). Dan jirrikjedi li l-applikanti għall-awtorizzazzjoni ta’ kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju jużaw in-numru minimu ta’ annimali fit-testijiet ta’ kontroll imwettqa matul il-proċess tal-manifattura kemm ta’ prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi kif ukoll dawk mhux immunoloġiċi, u fuq prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi finali. Għandu jintuża test in vitro alternattiv meta dan iwassal għas-sostituzzjoni jew għat-tnaqqis tal-użu tal-annimali jew għat-tnaqqis tat-tbatija. Fir-rigward tal-mediċini għall-użu mill-bniedem, xi applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (eż. għall-mediċini ġeneriċi) jistgħu jibbażaw fuq l-istudji fuq l-annimali mwettqa għall-prodott mediċinali veterinarju ta’ referenza. Ir-Regolament (UE) 2019/6 jipprovdi wkoll il-possibbiltà li l-applikanti prospettivi l-oħra jingħataw aċċess għad-data permezz ta’ ittra ta’ aċċess (eż. għal applikazzjonijiet ibbażati fuq kunsens infurmat) biex jevita ttestjar mhux meħtieġ fuq l-annimali.

Il-provi kliniċi għall-prodotti mediċinali veterinarji huma eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi peress li l-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti mediċinali veterinarji diġà tipprovdi miżuri xierqa għat-trattament xieraq tal-annimali: il-provi kliniċi għandhom iqisu l-prinċipju tat-tliet R, jużaw metodi alternattivi ta’ ttestjar kull meta jkun possibbli u jqisu l-linji gwida tal-Kooperazzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Ħtiġiet Tekniċi għar-Reġistrazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali Veterinarji (24).

Apparati mediċi

Il-qafas legali dwar l-apparati mediċi ġie rivedut fl-2017 bl-adozzjoni tar-Regolament dwar l-apparati mediċi (25) u r-Regolament dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro (26). Fi ftit każijiet jistgħu jsiru testijiet fuq l-annimali, għal studji prekliniċi. Dawn it-testijiet iridu jitwettqu f’konformità mad-Direttiva 2010/63/UE.

2.2.   Kuntest attwali tal-politika tal-UE

Fl-14 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew (27). Din l-Istrateġija għandha għan doppju: li ttejjeb il-protezzjoni tas-saħħa tan-nies u tal-ambjent u li ssaħħaħ l-innovazzjoni għal sustanzi kimiċi sikuri u sostenibbli. L-Istrateġija tħabbar ir-reviżjoni tal-qafas tal-UE tal-leġiżlazzjoni dwar il-kimika u ttenni l-għan aħħari tal-UE li tissostitwixxi bis-sħiħ l-ittestjar fuq l-annimali, filwaqt li timpenja ruħha li trawwem riċerka multidixxiplinari u innovazzjonijiet diġitali għal għodod, metodi u mudelli avvanzati, u kapaċitajiet ta’ analiżi tad-data.

L-istrateġija telenka 85 punt ta’ azzjoni, li diversi minnhom jappoġġaw it-tnaqqis jew it-tneħħija gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali. Pereżempju, il-proposta għal regolament dwar id-data dwar is-sustanzi kimiċi (28) taħt l-umbrella “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” tiġbor l-informazzjoni disponibbli dwar is-sustanzi kimiċi flimkien fuq pjattaforma waħda. Dan jista’ jgħin lill-awtoritajiet jiġbru s-sustanzi kimiċi għall-ġestjoni tar-riskju jew jappoġġaw ir-read-across, u b’hekk inaqqas il-ħtieġa għal data dwar l-annimali. Eżempju ieħor huwa r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi qafas ta’ valutazzjoni Ewropew għas-sustanzi kimiċi u l-materjali “sikuri u sostenibbli mid-disinn” (29), li tippromwovi l-użu ta’ metodoloġiji ta’ approċċ ġdid (NAMs) għall-valutazzjoni tas-sikurezza kimika, u tintegrahom fit-tfassil u fl-iżvilupp tas-sustanzi kimiċi mill-aktar fis possibbli.

F’Settembru 2021, il-Parlament adotta riżoluzzjoni (30) li titlob li titħaffef it-tranżizzjoni għall-innovazzjoni mingħajr l-użu ta’ annimali fir-riċerka, fl-ittestjar regolatorju u fl-edukazzjoni. Il-Kummissjoni wieġbet għall-miżuri ta’ riżoluzzjoni billi spjegat l-azzjonijiet li tieħu biex tnaqqas l-ittestjar fuq l-annimali30.

2.3.   Riċerka tal-UE dwar approċċi alternattivi, edukazzjoni u taħriġ

Matul l-aħħar 20 sena, il-Kummissjoni investiet aktar minn EUR biljun f’aktar minn 300 proġett ta’ riċerka relatati ma’ metodi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali. Ħafna minn dawn il-proġetti ġġeneraw għodod u metodi ġodda li jintużaw għal skopijiet regolatorji, biex jipprevedu s-sikurezza tas-sustanzi kimiċi, biex jifhmu l-mard, jew biex jivvalutaw l-effettività ta’ trattamenti ġodda.

Il-Programmi Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Orizzont 2020 u Orizzont Ewropa, jiffinanzjaw proġetti ambizzjużi ta’ riċerka dwar alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali. Żewġ eżempji prominenti huma l-cluster ASPIS dwar il-valutazzjoni tas-sikurezza mingħajr l-użu tal-annimali tas-sustanzi kimiċi b’baġit ta’ EUR 60 miljun minn Orizzont 2020 (31) u s-sħubija PARC b’baġit totali ta’ EUR 400 miljun, li EUR 200 miljun minnhom huma pprovduti minn Orizzont Ewropa (32) (33). L-ASPIS jipprovdi NAMs biex titjieb l-akkuratezza, il-veloċità u l-affordabbiltà tal-ittestjar tas-sikurezza kimika mingħajr l-użu ta’ annimali tal-laboratorju. Bħalissa qed jiżviluppa qafas, imsejjaħ l-Algoritmu ta’ Profili tas-Sikurezza ASPIS (ASPA), ibbażat fuq approċċ sekwenzjali għall-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGRA) fil-valutazzjoni tas-sikurezza tal-effetti negattivi tas-saħħa kronika assoċjati mal-esponiment kimiku. Il-PARC għandu l-għan li jappoġġa l-bidla lejn l-NGRA u ż-żieda fl-aċċettazzjoni u fl-użu tal-NAMs. F’dan l-isfond, ġiet stabbilita kollaborazzjoni tajba bejn ASPIS u PARC f’dan il-kuntest. Il-PARC qed jappoġġa wkoll l-iżvilupp ta’ sett ta’ għodod għall-implimentazzjoni tal-qafas “sikur u sostenibbli mid-disinn” li jippromwovi l-użu ta’ għodod in silico fil-valutazzjoni tar-riskju.

Il-programm ta’ ħidma ta’ Orizzont Ewropa tal-2023-2024 Cluster 1 “Saħħa” se jikkomplementa dawn l-inizjattivi importanti billi jiffinanzja proġett ta’ riċerka dwar alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali fix-xjenzi bijomediċi f’oqsma b’valur traslazzjonali limitat ta’ approċċi bbażati fuq l-annimali, l-ogħla użu ta’ annimali, jew l-aktar tbatija severa tal-annimali (EUR 25 miljun; skadenza tas-sottomissjoni d-19 ta’ Settembru 2023). Sabiex jitrawwem l-użu ta’ alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali, il-Programm ta’ Ħidma tal-2023-2024 ta’ Orizzont Ewropa, cluster 1 fih suġġett li għandu l-għan li jappoġġa t-taħriġ tar-regolaturi u jtejjeb l-adozzjoni regolatorja (skadenza tas-sottomissjoni tas-suġġetti l-11 ta’ April 2024) (34).

L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi, il-predeċessur tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva, investiet ukoll f’alternattivi għall-metodi bl-annimali. Dawn il-proġetti ġġeneraw, fost affarijiet oħra, test in silico biex tiġi prevista t-tossiċità tas-sustanzi kimiċi, u jitħaffef l-iżvilupp ta’ mediċina mingħajr ma jintużaw l-annimali. L-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva (35) se tkompli tinvesti fl-iżvilupp ta’ alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali u fit-trawwim tal-adozzjoni mill-industrija tas-saħħa. Huwa ppjanat li jitnieda suġġett rilevanti qabel tmiem l-2023.

Is-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ huma essenzjali biex jitrawwem l-użu ta’ metodi mhux bl-annimali, kif enfasizzat ukoll mill-IĊE. Filwaqt li l-edukazzjoni u t-taħriġ huma formalment ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, l-EURL ECVAM huwa involut f’diversi attivitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ li għandhom l-għan li jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar il-prinċipju tat-tliet R fil-livelli tal-iskola sekondarja, tal-università u tat-taħriġ professjonali bikri. L-għan ewlieni ta’ din l-attività huwa l-implimentazzjoni ta’ strateġija xierqa għall-produzzjoni ta’ sett komprensiv ta’ riżorsi tat-tagħlim, u ta’ sett ta’ dokumenti ta’ gwida biex l-edukaturi u l-istituzzjonijiet edukattivi jiġu infurmati dwar modi effettivi kif joħolqu, jadattaw u jimplimentaw kurrikuli u prattiki speċifiċi għat-tagħlim tal-prinċipju tat-tliet R. Barra minn hekk, l-edizzjoni biannwali tal-Iskola tas-sajf tal-JRC dwar l-approċċi mhux bl-annimali fix-xjenza tipprovdi lill-istudenti bl-opportunità li jitgħallmu minn esperti fl-oqsma tat-teknoloġiji l-aktar avvanzati u tal-immudellar komputazzjonali, jikkondividu l-għarfien u l-esperjenza u jibnu networks professjonali. Barra minn hekk, diversi proġetti tal-UE ffinanzjati taħt diversi programmi (36) appoġġaw it-taħriġ ta’ mijiet ta’ xjenzati żgħażagħ f’metodi mhux bl-annimali. Pereżempju, l-ASPIS bħalissa qed jistabbilixxi akkademja ta’ xjenzati żgħażagħ dwar il-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi mingħajr annimali. Il-Kummissjoni, b’appoġġ finanzjarju mill-Parlament, żviluppat serje ta’ moduli ta’ apprendiment elettroniku dwar diversi aspetti tad-Direttiva 2010/63/UE, inkluża waħda dwar kif tfittex alternattivi mhux bl-annimali eżistenti u waħda dwar kif tiżviluppa metodi alternattivi għal skopijiet regolatorji.

2.4.   Attivitajiet internazzjonali

Il-Kummissjoni hija impenjata li tiżviluppa standards komuni u għodod innovattivi ta’ valutazzjoni tar-riskju fuq livell internazzjonali (b’mod partikolari fl-OECD), u li tippromwovi l-użu tagħhom fi ħdan oqfsa internazzjonali, biex tkompli titbiegħed mill-ittestjar fuq l-annimali, fost objettivi oħra. Il-Kummissjoni qed tappoġġa b’mod attiv l-iżvilupp ta’ linji gwida tekniċi tal-OECD, bl-għan li tiżgura wkoll l-aċċettazzjoni reċiproka tad-data fost l-OECD u pajjiżi rilevanti oħra.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tippromwovi b’mod attiv l-inklużjoni ta’ metodi alternattivi, inklużi metodi in vitro fis-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikettar ta’ Sustanzi Kimiċi, li jgħinu biex jallinjaw l-approċċi internazzjonali u b’hekk toħloq kundizzjonijiet ekwi.

2.5.   Aġenziji, kumitati xjentifiċi u partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tibbaża fuq network wiesa’ ta’ gruppi ta’ esperti, kumitati u gruppi ta’ riflessjoni interni li jipprovdu għarfien espert dwar l-NAMs li se jiffaċilita l-aċċettazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tinsab f’qagħda xxurtjata li tirċievi pariri dwar ix-xjenza ewlenija fid-dinja mill-JRC, inkluż l-EURL ECVAM. Dan l-għarfien huwa msaħħaħ fid-diversi oqsma regolatorji mill-aġenziji u mill-kumitati xjentifiċi tal-Kummissjoni (37). Jeżistu aktar strutturi pereżempju s-Sħubija Ewropea għal Metodi Alternattivi għall-Ittestjar fuq l-Annimali.

Il-programm ta’ ħidma tal-2023-2026 tal-ECHA jelenka diversi mill-attivitajiet li l-Aġenzija ppjanat b’rabta mal-NAMs, eż.:

il-bini ta’ kapaċità interna fuq l-NAMs billi jorganizzaw taħriġ għax-xjenzati tal-ECHA u għall-kumitati tagħha biex jiżdied il-livell ta’ għarfien dwar l-NAMs adattati għall-ħtiġijiet regolatorji;

li ssir aktar involuta mill-qrib fi proġetti xjentifiċi li jindirizzaw aspetti ewlenin għall-aċċettazzjoni regolatorja (38);

li tiżviluppa b’mod kontinwu għodod komputazzjonali li jipprovdu informazzjoni dwar il-proprjetajiet ta’ periklu (39);

li tagħmel settijiet ta’ data disponibbli għall-iżvilupp tan-NAMs u proġetti konġunti mal-EFSA dwar l-interoperabbiltà tad-data u l-integrazzjoni tal-għodod;

li żżid il-kooperazzjoni bejn il-leġiżlazzjonijiet u l-ġuriżdizzjonijiet fl-Ewropa u barra mill-Ewropa (Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti, Health Canada) permezz ta’ pjattaformi bħas-Sħubija Ewropea għal Metodi Alternattivi għall-Ittestjar fuq l-Annimali (EPAA) u Naċċelleraw il-Pass tal-Valutazzjoni tar-Riskju Kimiku (APCRA); u

li torganizza sessjonijiet dwar metodi mhux bl-annimali f’konferenzi ewlenin (40).

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tappoġġa l-użu etiku tal-annimali fl-ittestjar tal-prodotti mediċinali umani u veterinarji madwar l-UE billi tippromwovi l-aċċettazzjoni regolatorja tal-approċċi ta’ ttestjar li japplikaw il-prinċipju tat-tliet R. Ħarġet gwida speċifika f’dan ir-rigward, li tinkludi:

rakkomandazzjonijiet dwar metodi li japplikaw il-prinċipju tat-tliet R fil-farmakopea Ewropea biex jgħinu lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jikkonformaw ma’ miżuri ġodda jew riveduti;

rieżami xjentifiku tat-testijiet tar-rilaxx ta’ lottijiet għall-vaċċini u l-bijoloġiċi għall-bniedem u dawk veterinarji biex jiġi żgurat li dawn ikunu allinjati mal-aħjar prattika fit-tliet R; u

kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ gwida u rekwiżiti armonizzati fl-Ewropa u globalment, billi taħdem mill-qrib ma’ korpi Ewropej u internazzjonali rilevanti.

Barra minn hekk, dan l-aħħar l-EMA attivat mill-ġdid il-Grupp ta’ Ħidma tat-3R (3RsWP) iddedikat tagħha. It-3RsWP jipprovdi pariri lill-kumitati xjentifiċi tal-EMA dwar l-użu tal-annimali fl-ittestjar regolatorju tal-mediċini u l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-tliet R. It-3RsWP stabbilixxa xi għanijiet ambizzjużi ħafna (41) għal – fost l-oħrajn – il-promozzjoni tal-aċċettazzjoni regolatorja ta’ NAMs innovattivi. L-EMA għandha wkoll Task Force għall-Innovazzjoni, li hija grupp multidixxiplinari li jipprovdi forum għal djalogu bikri mal-applikanti dwar aspetti innovattivi fl-iżvilupp tal-mediċini u jkopri wkoll l-aċċettazzjoni regolatorja ta’ metodi mhux bl-annimali.

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) qed tikkunsidra l-iżvilupp u l-użu ta’ metodi mhux bl-annimali fil-valutazzjoni tar-riskju bħala pass kritiku biex nimxu lejn mudell ġdid ibbażat fuq il-fehim mekkaniku tat-tossiċità u l-bidla lil hinn mill-użu tal-annimali. L-EFSA sponsorjat diversi proġetti f’diversi oqsma bħan-newrotossiċità tal-iżvilupp, in-newrotossiċità kronika, l-iżvilupp ta’ passaġġi li jwasslu għal eżitu avvers, l-NAMs għan-nanoforom u l-assorbiment, id-distribuzzjoni, il-metaboliżmu u l-eskrezzjoni. Barra minn hekk, l-EFSA ppubblikat pjan direzzjonali tan-NAM (42) bi proposti għall-iżvilupp ta’ metodi mhux bl-annimali u kunċetti ġodda għall-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem rilevanti għal skopijiet regolatorji.

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) tal-UE (43) għandu rwol importanti fit-teħid tad-deċiżjoni tal-leġiżlatur li jipprojbixxi t-testijiet fuq l-annimali skont ir-Regolament dwar il-Kożmetiċi. L-SCCS ilu jsegwi mill-qrib il-progress fl-iżvilupp u fil-validazzjoni ta’ metodi alternattivi. L-aħħar reviżjoni ta’ Noti ta’ Gwida għall-Ittestjar tal-Ingredjenti Kożmetiċi u l-Evalwazzjoni tas-Sikurezza tagħhom mill-SCCS ġiet ippubblikata f’Marzu 2021.

Minbarra alternattivi vvalidati, l-SCCS jista’ jaċċetta wkoll, fuq bażi ta’ każ b’każ, metodi li l-Kumitat iqis xjentifikament validi għall-evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi kożmetiċi anki jekk ma jkunux għaddew minn proċess ta’ validazzjoni.

L-EPAA ġiet stabbilita mill-Kummissjoni fl-2005. L-EPAA tiġbor flimkien is-servizzi kollha tal-Kummissjoni b’attivitajiet relatati mal-ittestjar (mhux) fuq l-annimali għal skopijiet xjentifiċi, l-aġenziji tal-UE, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-industrija koperti mill-qafas regolatorju dwar is-sustanzi kimiċi u l-farmaċewtiċi, ma’ partijiet ikkonċernati oħra bħall-NGOs dwar it-trattament xieraq tal-annimali, il-Parlament u l-esperti akkademiċi. L-attivitajiet tal-EPAA jinkludu l-Pjattaforma tal-Proġett, fejn is-sħab tal-EPAA u l-kumpaniji assoċjati jikkollaboraw fuq proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp, il-validazzjoni, l-aċċettazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ alternattivi li japplikaw il-prinċipju tat-tliet R fl-ittestjar regolatorju u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet. Barra minn hekk, l-EPAA torganizza konferenza annwali dwar attivitajiet fuq dawn is-suġġetti. Il-konferenza annwali li jmiss se ssir f’Novembru 2023 u għandha l-għan li tindirizza l-impatt tal-istrateġija kimika għas-sostenibbiltà u l-istrateġija farmaċewtika għall-Ewropa dwar l-innovazzjoni u l-ittestjar fuq l-annimali. Il-Forum tas-Sħab jagħti opportunità lill-membri tal-EPAA biex jiskambjaw informazzjoni bejn is-setturi u biex jidentifikaw is-sinerġiji. Barra minn hekk, dan jipprovdi għotjiet u premjijiet għal kontribuzzjonijiet eċċezzjonali għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni ta’ alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali, bħar-Refinement Prize tal-EPAA, li jappoġġa lill-istudenti u lix-xjenzati żgħażagħ li jkunu għamlu xogħol eċċezzjonali fil-qasam ta’ approċċi alternattivi.

2.6.   Il-progress wara l-inizjattiva “Le għall-Vivisezzjoni” tal-IĊE tal-2015

Fl-2015, l-inizjattiva “Le għall-Vivisezzjoni” tal-IĊE talbet lill-Kummissjoni tressaq proposta ġdida bl-għan li gradwalment titneħħa l-prattika tal-esperimentazzjoni fuq l-annimali. Il-Kummissjoni wieġbet b’għadd ta’ azzjonijiet, li ġew segwiti permezz ta’:

1.

Aċċellerazzjoni tal-progress fit-tliet R permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien: Il-pjattaforma ETPLAS (44) inħolqot biex tippermetti kondiviżjoni aktar sistematika tal-għarfien dwar l-applikazzjoni ta’ tliet R. Bħalissa, sitt moduli elettroniċi ta’ taħriġ b’aċċess miftuħ huma aċċessibbli permezz tal-pjattaforma, filwaqt li tlettax-il modulu addizzjonali se jiġu ffinalizzati sa tmiem l-2024.

2.

Żvilupp, validazzjoni u implimentazzjoni ta’ approċċi alternattivi ġodda: Il-Kummissjoni segwiet l-impenn tagħha li tappoġġa l-iżvilupp, il-validazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ approċċi alternattivi għall-użu regolatorju u tar-riċerka billi kompliet il-finanzjament ta’ approċċi alternattivi u b’attivitajiet EURL ECVAM dwar il-validazzjoni tal-metodu. Kollaborazzjonijiet bħall-EPAA u l-APCRA jappoġġaw l-isforzi tal-Kummissjoni.

3.

Monitoraġġ tal-konformità mad-Direttiva 2010/63/UE: Il-Kummissjoni u l-aġenziji tagħha komplew jippromwovu l-użu ta’ approċċi alternattivi, eż. għall-ittestjar tal-piroġeniċità tal-vaċċini u l-bijoloġiċi (45). Il-Kummissjoni aġġornat ukoll ir-Regolament dwar il-metodu ta’ ttestjar biex trawwem l-użu ta’ metodi alternattivi aċċettati internazzjonalment.

4.

Involviment fi djalogu mal-komunità xjentifika: Il-Kummissjoni impenjat ruħha li torganizza konferenza li tinvolvi lill-komunità xjentifika u lill-partijiet ikkonċernati f’dibattitu dwar kif għandha tavvanza lejn l-għan tal-eliminazzjoni gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali. Il-Kummissjoni organizzat żewġ konferenzi dwar dan is-suġġett fl-2016 u fl-2021 (46).

3.   EVALWAZZJONI TAL-PROPOSTI FL-INIZJATTIVA U R-REAZZJONIJIET

Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa t-tliet objettivi ewlenin tal-IĊE.

3.1.   Objettiv 1: Tipproteġi u ssaħħaħ il-projbizzjoni tal-ittestjar tal-kożmetiċi fuq l-annimali

L-Objettiv 1 huwa deskritt fl-IĊE bħala “Tipproteġi u ssaħħaħ il-projbizzjoni tal-ittestjar tal-kożmetiċi fuq l-annimali. Tniedi bidla leġiżlattiva biex tinkiseb il-protezzjoni tal-konsumaturi, tal-ħaddiema u tal-ambjent fir-rigward tal-ingredjenti kożmetiċi kollha mingħajr ma jsiru testijiet fuq l-annimali għall-ebda skop u fl-ebda ħin”. Fl-anness tal-inizjattiva, dan l-objettiv jinqasam fl-erba’ punti ta’ hawn taħt.

1.

Jiġu implimentati minnufih il-projbizzjonijiet eżistenti tal-UE fuq l-ittestjar tal-kożmetiċi fuq l-annimali u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ingredjenti ttestjati fuq l-annimali.

2.

Jiġi ċċarat li l-valutazzjoni tal-ingredjenti tal-kożmetiċi trid isserraħ fuq data mhux dwar l-annimali u li d-data dwar l-annimali trid tiġi miċħuda, irrispettivament mill-post u mill-iskop tat-testijiet fuq l-annimali.

3.

Tinbidel il-leġiżlazzjoni biex tiżgura valutazzjoni tas-sikurezza kimika tal-ingredjenti kożmetiċi, inkluż għas-saħħa tal-ħaddiema u għall-ambjent, mingħajr ittestjar fuq l-annimali.

4.

Titfassal strateġija ta’ valutazzjoni robusta għall-ingredjenti tal-kożmetiċi abbażi ta’ metodi mhux bl-annimali.

Rispons għall-objettiv 1:

Il-Kummissjoni twieġeb għall-IĊE kif stabbilit hawn taħt.

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-projbizzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali għall-ingredjenti tal-kożmetiċi u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti kożmetiċi li fihom ingredjenti ttestjati fuq l-annimali ġew implimentati bis-sħiħ fir-Regolament dwar il-Kożmetiċi.

Diġà issa, l-ittestjar fuq l-annimali huwa pprojbit għall-valutazzjoni tal-ingredjenti tal-kożmetiċi skont ir-Regolament dwar il-Kożmetiċi.

Bħalissa, il-Kummissjoni ma għandhiex l-intenzjoni li tipproponi bidliet leġiżlattivi fir-Regolament dwar il-Kożmetiċi u lanqas fir-Regolament REACH fir-rigward tal-ittestjar tal-ingredjenti tal-kożmetiċi. L-interfaċċa bejn iż-żewġ Regolamenti bħalissa tinsab taħt skrutinju mill-Qorti Ġenerali f’żewġ każijiet imressqa kontra l-ECHA. Il-Kummissjoni se tanalizza s-sentenzi, ladarba jkunu disponibbli, u se tqis dawn is-sentenzi meta tiddeċiedi dwar il-ħtieġa għal bidliet leġiżlattivi.

Barra minn hekk, bħala parti mir-reviżjoni mmirata tar-Regolament REACH, il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi li tissostitwixxi xi rekwiżiti ta’ informazzjoni bbażati fuq l-ittestjar fuq l-annimali b’metodi mhux bl-annimali, fejn ikun possibbli.

It-talba għal strateġija ta’ valutazzjoni robusta għall-ingredjenti tal-kożmetiċi bbażata fuq metodi mhux bl-annimali tidher li hija simili għat-talbiet li saru fil-qafas tal-objettiv 2 tal-IĊE għal passi biex jiġu żviluppati u implimentati approċċi mhux bl-annimali għall-valutazzjonijiet tas-sikurezza kimika u għal tranżizzjoni allinjata fl-ispazju regolatorju lejn approċċi mhux bl-annimali. Għalhekk, it-talba titwieġeb fit-Taqsima 3.2.

Diġà issa, ir-Regolament dwar il-Kożmetiċi jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti kożmetiċi li jkunu ġew ittestjati fuq l-annimali biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Il-projbizzjoni, li ilha applikabbli bis-sħiħ minn Marzu 2013, tikkonċerna wkoll l-ingredjenti tal-kożmetiċi ttestjati fuq l-annimali għall-finijiet ta’ dak ir-Regolament. Id-data ġġenerata permezz tal-ittestjar fuq l-annimali mwettaq biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-kożmetiċi ta’ pajjiżi mhux tal-UE ma tistax tkun fdata fl-UE għall-valutazzjoni tal-kożmetiċi.

Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-ingredjenti użati fil-prodotti kożmetiċi jintużaw ukoll fi prodotti oħra tal-konsumatur u dawk industrijali. L-ittestjar fuq l-annimali jista’ jkun meħtieġ biex jiżgura l-konformità mar-regoli li japplikaw għal dawn il-prodotti. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni ċċarat (47) li l-ittestjar fuq l-annimali li kien motivat mill-konformità mar-regoli mhux relatati mal-kożmetiċi ma għandux iwassal għall-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni għall-kożmetiċi. Tali data tista’ tiġi invokata għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-kożmetiċi skont ir-Regolament dwar il-Kożmetiċi jekk tkun rilevanti għal din il-valutazzjoni (48).

Is-sustanzi kimiċi użati bħala ingredjenti tal-kożmetiċi huma wkoll soġġetti għal rekwiżiti skont ir-Regolament REACH, jekk jiġu prodotti f’tunnellata jew aktar fis-sena, għall-valutazzjoni tal-perikli u r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. F’Ottubru 2014, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-ECHA, iċċarat (49) ir-relazzjoni bejn il-projbizzjoni fuq il-kummerċjalizzazzjoni u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni skont ir-Regolament REACH. Għal sustanzi kimiċi li ma jintużawx biss fil-kożmetiċi, l-ittestjar fuq l-annimali huwa permess, kif deskritt hawn fuq, biex jissodisfa r-rekwiżiti skont ir-Regolament REACH.

Ir-Regolament dwar il-Kożmetiċi jeħtieġ valutazzjoni tar-riskji għall-konsumaturi u għall-professjonisti (50). Għal dawn il-valutazzjonijiet, l-ittestjar fuq l-annimali huwa pprojbit. Madankollu, ir-Regolament REACH jeħtieġ ukoll valutazzjoni tar-riskji għall-ħaddiema esposti għas-sustanza u r-riskji għall-ambjent. Għalhekk, ir-reġistranti ta’ sustanzi kimiċi użati esklussivament fil-kożmetiċi jista’ jkollhom iwettqu ttestjar fuq l-annimali biex jissodisfaw ir-rekwiżit li jivvalutaw ir-riskji għall-ħaddiema u għall-ambjent skont ir-Regolament REACH. Madankollu, kif inhu l-każ għas-sustanzi kollha rreġistrati skont ir-Regolament REACH, ir-reġistranti jridu jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa, kull fejn ikun possibbli, billi jużaw alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali (eż., immudellar bil-kompjuter, read-across, piż tal-evidenza). L-ittestjar fuq l-annimali jibqa’ l-aħħar istanza, u jista’ jiġi eżentat, kif fil-fatt ta’ spiss ikun, skont ir-Regolament REACH.

L-IĊE titlob bidliet leġiżlattivi u tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kożmetiċi biex dan ikopri l-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-ħaddiema u għall-ambjent. Dan ikun jeħtieġ bidliet fundamentali f’dan ir-Regolament u fir-Regolament REACH. Dan ikun ukoll il-każ jekk isiru bidliet fir-Regolament REACH biss, jiġifieri jekk tiġi introdotta projbizzjoni fuq l-ittestjar fuq l-annimali għall-ingredjenti tal-kożmetiċi skont ir-Regolament REACH biss. Il-bidliet fi kwalunkwe wieħed miż-żewġ Regolamenti jwasslu għal diskrepanzi fl-informazzjoni dwar ir-riskji għall-ħaddiema u għall-ambjent minħabba li, kif indikat hawn fuq, għadu ma huwiex meqjus suffiċjenti li jsiru valutazzjonijiet tas-sikurezza għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mingħajr ebda ttestjar fuq l-annimali minħabba n-nuqqas ta’ metodi alternattivi aċċettati. Dan jista’ jwassal ukoll biex ingredjenti kożmetiċi li fil-prinċipju huma sikuri jitneħħew mis-suq minħabba li huwa impossibbli li tintwera bis-sħiħ is-sikurezza tagħhom. Fil-qosor, kwalunkwe bidla leġiżlattiva tkun teħtieġ progress fl-iżvilupp ta’ metodi ta’ valutazzjoni mingħajr annimali u kriterji xierqa għall-adozzjoni tagħhom u analiżi fil-fond tal-impatti.

L-interpretazzjoni ta’ hawn fuq tal-interfaċċa bejn ir-Regolament dwar il-Kożmetiċi u r-Regolament REACH bħalissa tinsab taħt skrutinju mill-Qorti Ġenerali f’żewġ kawżi mressqa kontra l-ECHA. Reġistrant jikkontesta l-obbligu li jwettaq ittestjar fuq l-annimali, mitlub mill-ECHA f’deċiżjonijiet ta’ evalwazzjoni tad-dossier skont ir-Regolament REACH. Is-sentenzi huma mistennija matul l-2023 u jista’ jkollhom konsegwenzi għall-interpretazzjoni attwali li hija l-bażi tar-rispons tal-Kummissjoni għal din l-IĊE.

Il-Kawża T-655/20 u l-Kawża T-656/20 (Symrise vs ECHA)

L-applikanti japplikaw għall-annullament ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell tal-ECHA. F’dawn id-deċiżjonijiet, il-Bord tal-Appell ikkonferma t-talba tal-ECHA għal ċerti testijiet li jinvolvu l-ittestjar fuq l-annimali għal sustanzi kimiċi li jintużaw biss fil-kożmetiċi.

Fost motivi oħra, l-applikant, appoġġat minn NGOs u minn kumpaniji attivi fil-produzzjoni tal-kożmetiċi, isostni li billi talbet testijiet fuq annimali vertebrati għall-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-ħaddiema, u billi naqset milli tqis is-sikurezza tas-sustanza kif ivvalutata skont ir-Regolament dwar il-Kożmetiċi, l-ECHA wettqet żball manifest ta’ valutazzjoni u interpretat b’mod ħażin ir-Regolament REACH.

3.2.   Objettiv 2: Trasformazzjoni tar-regolament tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi

L-IĊE tistieden lill-Kummissjoni tittrasforma l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi u tiżgura li s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jiġu protetti bil-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi mingħajr iż-żieda ta’ rekwiżiti ġodda għall-ittestjar fuq l-annimali. L-inizjattiva tirrikjedi, taħt l-objettiv 2, li jiġu stabbiliti passi konkreti għall-iżvilupp, il-validazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ approċċi mhux bl-annimali rilevanti għall-bniedem għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi kimiċi tossiċi. Din titlob li jkun hemm impenn għal tranżizzjoni sħiħa lil hinn mill-ittestjar fuq l-annimali, biex tiżgura l-użu ta’ metodi mhux bl-annimali li jkunu allinjati bejn l-aġenziji regolatorji rilevanti kollha b’responsabbiltà amministrattiva għall-kimiċi, il-bijoċidi, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-farmaċewtiċi, u prodotti oħra u biex tadatta l-oqfsa regolatorji għall-iżgurar ta’ użu rapidu tal-NAMs. Hija titlob ukoll li tiżgura li l-iskadenzi tar-rekwiżiti tat-test ma jiġux applikati għad-detriment tar-rigorożità xjentifika jew tas-sikurezza umana u ambjentali billi tippermetti riżerva awtomatika għad-dipendenza fuq testijiet fuq l-annimali mhux affidabbli. Essenzjalment, l-objettivi tal-inizjattiva jikkorrispondu għall-istabbiliment ta’ strateġija jew pjan direzzjonali għal tranżizzjoni lil hinn mill-ittestjar fuq l-annimali. Il-punti msemmija taħt l-objettiv 2, li ġew spjegati aktar fid-dettall f’laqgħa mal-Kummissjoni fis-17 ta’ Marzu 2023, jidhru li jikkoinċidu parzjalment ma’ dawk taħt l-objettiv 3 li jitolbu t-“tfassil ta’ pjan direzzjonali” u li jkomplu jagħtu prijorità lill-finanzjament għall-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ metodi mhux bl-annimali, anke għal finijiet regolatorji, u biex jikkoordinaw l-użu tal-metodi. B’mod partikolari, it-talba għal passi konkreti fl-objettiv 2 tikkorrispondi għall-istabbiliment ta’ pjan direzzjonali lejn it-tneħħija gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali għall-valutazzjonijiet tas-sikurezza kimika.

Rispons għall-Objettiv 2:

Pjan direzzjonali biex fl-aħħar mill-aħħar jitneħħa b’mod gradwali l-ittestjar fuq l-annimali għall-valutazzjonijiet tas-sigurtà kimika

Il-Kummissjoni se tniedi minnufih il-ħidma biex tiżviluppa pjan direzzjonali li se jiddeskrivi l-istadji importanti u l-azzjonijiet speċifiċi, li għandu jiġi implimentat fuq perjodu ta’ żmien qasir sa twil, biex inaqqas l-ittestjar fuq l-annimali u dan ifisser prerekwiżiti għal tranżizzjoni lejn sistema regolatorja mingħajr annimali skont il-partijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi (eż. REACH, ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali, ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti u mediċini umani u veterinarji). Il-qalba tal-pjan direzzjonali se tkun li janalizza u jiddeskrivi l-passi meħtieġa għas-sostituzzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali f’partijiet ta’ leġiżlazzjoni li bħalissa jeħtieġu ttestjar fuq l-annimali għall-valutazzjonijiet tas-sikurezza kimika. Il-pjan direzzjonali se jiddeskrivi l-perkors lejn l-espansjoni u l-aċċellerazzjoni tal-iżvilupp, il-validazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ metodi mhux bl-annimali kif ukoll mezzi għall-faċilitazzjoni tal-użu tagħhom fil-leġiżlazzjonijiet kollha. Il-Kummissjoni beħsiebha tiddiskuti mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati l-elementi tal-pjan direzzjonali f’sessjoni ta’ ħidma fit-tieni nofs tal-2023 u tippreżenta l-progress li sar fit-tieni sessjoni ta’ ħidma fit-tieni nofs tal-2024. Hija beħsiebha tiffinalizza l-ħidma fuq il-pjan direzzjonali fl-ewwel kwart tat-terminu tal-Kummissjoni li jmiss.

Meta tfassal il-pjan direzzjonali, il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-aġenziji tagħha, mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti mill-NGOs, mill-industrija u mir-riċerka. L-iżvilupp tal-pjan direzzjonali se jkun appoġġat minn valutazzjonijiet li twettqu miċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta, mill-ħidma tal-EFSA dwar approċċi mhux bl-annimali, mill-pjan direzzjonali tal-EFSA u mill-għarfien espert tal-ECHA, tal-EFSA u tal-EMA.

Il-pjan direzzjonali se jinkludi u se jibni fuq l-elementi ta’ hawn taħt biex jappoġġa t-tranżizzjoni lejn valutazzjonijiet tas-sikurezza kimika bbażati fuq ittestjar mhux fuq l-annimali.

1.

Sostituzzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali: Filwaqt li sar progress sostanzjali matul dawn l-aħħar snin biex jiġu żviluppati metodi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali, għadu ma huwiex possibbli li l-ittestjar fuq l-annimali jiġi sostitwit għal valutazzjonijiet tas-sikurezza kimika għall-punti ta’ tmiem (eko)tossikoloġiċi kollha. Għal xi punti ta’ tmiem, hija meħtieġa aktar riċerka. Għal punti ta’ tmiem oħrajn, l-ittestjar mhux fuq l-annimali bħalissa ma huwiex jissodisfa bis-sħiħ il-ħtiġijiet regolatorji, eż. fir-rigward tal-valutazzjonijiet kwantitattivi tal-perikli u tar-riskji. Għalhekk huwa meħtieġ li għal kull punt ta’ tmiem (eko-)tossikoloġiku jiġu analizzati l-għażliet biex jiġi sostitwit l-ittestjar fuq l-annimali, jiġu identifikati l-lakuni li jridu jingħalqu u l-ħtiġijiet ta’ żvilupp. Barra minn hekk, f’xi każijiet, jista’ jkun meħtieġ li r-rekwiżiti tad-data fil-leġiżlazzjoni jiġu ddefiniti b’mod differenti sabiex il-metodi mhux bl-annimali jkunu jistgħu jintużaw biex jissodisfaw il-ħtiġijiet regolatorji. Din l-analiżi se tkun element ewlieni tal-pjan direzzjonali, li se jinkludi wkoll punti ta’ azzjoni u stadji importanti biex jintlaħaq l-għan aħħari tal-eliminazzjoni gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali għall-punti ta’ tmiem differenti.

2.

Ngħaqqdu l-forzi - involviment tal-partijiet ikkonċernati: L-involviment tal-partijiet ikkonċernati huwa kruċjali għall-ġbir flimkien tal-għarfien xjentifiku li jifforma l-bażi tal-pjan direzzjonali u li huwa essenzjali biex jiġi riċevut appoġġ mill-Istati Membri, mill-aġenziji u mill-partijiet ikkonċernati mill-industrija, mill-NGOs u mir-riċerka. Bħala l-ewwel pass, mill-31 ta’ Mejju sal-1 ta’ Ġunju 2023 (51), il-Kummissjoni, flimkien mal-ECHA u diversi partijiet ikkonċernati, organizzat sessjoni ta’ ħidma li qieset l-iżviluppi xjentifiċi dwar l-ittestjar mhux fuq l-annimali, u ddiskutiet ir-rekwiżiti li tali ttestjar jeħtieġ li jissodisfa f’kuntest regolatorju. L-organizzaturi tal-IĊE pparteċipaw fis-sessjoni ta’ ħidma. Il-parteċipanti tas-sessjoni ta’ ħidma esprimew appoġġ għall-iżvilupp ta’ pjan direzzjonali lejn l-eliminazzjoni gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali. L-involviment kontinwu tal-partijiet ikkonċernati se jiġi ggarantit, fost affarijiet oħra, permezz ta’ sett ta’ sessjonijiet ta’ ħidma ulterjuri:

il-Kummissjoni se torganizza sessjoni ta’ ħidma fit-tieni nofs tal-2023 biex tiddiskuti l-passi meħtieġa biex tissostitwixxi l-ittestjar fuq l-annimali għal kull punt ta’ tmiem tossikoloġiku u l-elementi ta’ pjan direzzjonali;

il-Kummissjoni beħsiebha torganizza t-tieni sessjoni ta’ ħidma fit-tieni nofs tal-2024 biex tippreżenta l-progress li sar fl-iżvilupp ta’ pjan direzzjonali kif ukoll biex tirċievi kontribut mill-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati; u

se jiġu organizzati aktar sessjonijiet ta’ ħidma li jiffukaw fuq aspetti xjentifiċi u regolatorji f’kollaborazzjoni mal-EPAA jew mill-aġenziji.

3.

Tisħiħ tal-kollaborazzjoni tal-aġenziji u tal-kumitati tal-esperti: Il-Kummissjoni bħalissa qed tħejji proposta għall-adozzjoni fl-2023 bit-titolu “Ir-razzjonalizzazzjoni tal-ħidma xjentifika u teknika tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi permezz tal-aġenziji tal-UE” li għandha l-għan li ttejjeb il-kollaborazzjoni tal-aġenziji u li żżid l-effiċjenza tagħhom billi tagħmel użu sħiħ mis-sinerġiji fil-valutazzjoni sustanzi kimiċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, bħala parti mill-pjan direzzjonali, se tanalizza l-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet tax-xenarju attwali tal-aġenziji, tal-kumitati u tal-gruppi ta’ ħidma li jipprovdu pariri dwar metodi mhux bl-annimali. Tali azzjoni, li se titlesta flimkien mal-pjan direzzjonali, tista’ tesplora wkoll opportunitajiet għal kollaborazzjoni aktar b’saħħitha u tanalizza l-possibbiltajiet biex it-trasferiment tal-għarfien espert xjentifiku disponibbli għal-leġiżlazzjoni jitħaffef.

4.

Kumitat xjentifiku konsultattiv dwar metodi mhux bl-annimali: Bħala parti mill-ħidma taħt il-pjan direzzjonali, il-Kummissjoni se tanalizza l-ħtieġa u l-fattibbiltà ta’ kumitat xjentifiku espert biex jipprovdi pariri dwar l-iżvilupp ta’ approċċi mhux bl-annimali u l-adozzjoni u l-użu tagħhom fil-kuntest regolatorju. L-analiżi se tiġi ppreżentata flimkien mal-pjan direzzjonali.

5.

Aċċettazzjoni tal-metodi: Il-Kummissjoni se tanalizza, bħala parti mill-pjan direzzjonali, modi kif taċċellera l-aċċettazzjoni ta’ metodi ġodda mhux bl-annimali, filwaqt li tqis l-importanza tal-aċċettazzjoni reċiproka tad-data f’ġurisdizzjonijiet differenti. Dan jinkludi l-ħtieġa għal żieda fil-validazzjoni iżda wkoll l-użu regolatorju ta’ metodi mhux bl-annimali.

6.

Dimensjoni internazzjonali: Il-pjan direzzjonali se jiddeskrivi modi kif jistgħu jittejbu l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni ma’ pajjiżi sħab mhux tal-UE u ma’ organizzazzjonijiet multilaterali biex irawwem l-iżvilupp u l-aċċettazzjoni ta’ metodi ta’ ttestjar mhux bl-annimali għal skopijiet regolatorji, bħall-metodi ta’ klassifikazzjoni sottostanti għas-sustanzi u t-taħlitiet skont is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikettar ta’ Sustanzi Kimiċi tan-NU.

7.

Involviment tal-aġenziji f’fora internazzjonali: L-aġenziji tal-UE, bħall-EFSA, l-ECHA jew l-EMA, għandhom għarfien espert eċċellenti fil-metodi mhux bl-annimali. Il-pjan direzzjonali se janalizza, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-aġenziji, il-possibbiltajiet li tiżdied il-viżibbiltà u l-impatt tal-aġenziji fil-fora internazzjonali, bħall-OECD fil-livell reġjonali u d-WHO fil-livell internazzjonali. Il-kollaborazzjoni tar-regolaturi mill-Istati Uniti, mill-Kanada, mill-Ewropa u minn oħrajn fil-proġett APCRA (Naċċelleraw il-Pass tal-Valutazzjoni tar-Riskju Kimiku) qed tiffaċilita l-allinjament f’fora internazzjonali. Din il-ħidma hija kritika biex tippermetti progress lejn l-eliminazzjoni gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali fil-kuntest internazzjonali, jiġifieri fid-dawl ta’ klassifikazzjonijiet armonizzati globalment u l-aċċettazzjoni reċiproka tad-data.

8.

Titjib tad-disponibbiltà u tal-aċċessibbiltà tal-informazzjoni: L-aċċess għall-informazzjoni dwar l-NAMs, għall-bażijiet ta’ għarfien u għall-għodod disponibbli huwa kruċjali biex jitħaffef l-użu ta’ approċċi mhux bl-annimali. Fl-2023, il-Kummissjoni se tipproponi Regolament dwar id-data dwar is-sustanzi kimiċi li se jtejjeb l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi. Barra minn hekk, sa tmiem l-2024, il-Kummissjoni se tanalizza kif tiffaċilita l-aċċess għal informazzjoni bħal avvenimenti li ġejjin, sejħiet, iżda wkoll għal gwida, eż. permezz ta’ pjattaformi ddedikati u għodod ta’ komunikazzjoni interattivi. Id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà akbar tal-informazzjoni dwar metodi mhux bl-annimali se jkunu ta’ benefiċċju għall-industrija u għall-awtoritajiet meta jissostitwixxu l-ittestjar fuq l-annimali, jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali u jappoġġaw lill-komunità xjentifika meta jiżviluppaw metodi ġodda.

9.

Komunikazzjoni mal-komunità xjentifika u mal-partijiet ikkonċernati: Skambju mal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluża l-komunità xjentifika, huwa vitali biex titħaffef is-sostituzzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali u biex jinkiseb appoġġ biex il-valutazzjonijiet kimiċi jiġu bbażati fuq metodi mhux bl-annimali. Għalhekk, il-Kummissjoni se żżid l-involviment tagħha mal-partijiet ikkonċernati u mal-komunità xjentifika, bl-appoġġ tal-aġenziji tagħha, biex tirċievi l-kontribut meħtieġ dwar kif tissostitwixxi l-ittestjar fuq l-annimali b’approċċi mhux bl-annimali, eż. permezz tal-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma (il-punt 2), il-konferenza annwali taħt l-umbrella tal-EPAA (it-taqsima 2.5) jew kontribuzzjonijiet għall-konferenzi.

Barra minn hekk, bħala parti mir-reviżjoni tar-Regolament REACH, il-Kummissjoni beħsiebha tivvaluta l-possibbiltajiet kollha biex tissostitwixxi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni bbażati fuq l-ittestjar fuq l-annimali b’metodi mhux bl-annimali. Rekwiżiti ġodda ta’ informazzjoni bbażati fuq l-annimali jiġu introdotti biss bħala l-aħħar istanza.

3.3.   Objettiv 3: L-immodernizzar tax-xjenza fl-UE – Impenn għal proposta leġiżlattiva li tfassal pjan direzzjonali għat-tneħħija gradwali tal-ittestjar kollu fuq l-annimali

L-IĊE titlob li tiġi mmodernizzata x-xjenza fl-UE billi fl-aħħar mill-aħħar issir eliminazzjoni gradwali tal-ittestjar kollu fuq l-annimali inkluż għal skopijiet ta’ riċerka u edukazzjoni. L-inizjattiva tipproponi li jintlaħaq dan l-għan permezz ta’ “proposta leġiżlattiva li tfassal pjan direzzjonali għat-tneħħija gradwali tal-ittestjar kollu fuq l-annimali fl-UE qabel tmiem il-leġiżlatura attwali”. Proposta bħal din għandha tinkludi miri rigward it-“tnaqqis fin-numru ta’ annimali użati, investimenti f’mudelli u f’infrastrutturi avvanzati mhux bl-annimali u sinerġija fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u aċċettazzjoni regolatorja ta’ metodi mhux bl-annimali. Id-deskrizzjoni taħt l-objettiv 3 tal-inizjattiva tidher li tikkoinċidi mal-objettiv 2. L-inizjattiva titlob ukoll li tiġi approvata x-xewqa li l-ittestjar fuq l-annimali jiġi eliminat gradwalment fix-xjenza.

Rispons għall-Objettiv 3:

Il-Kummissjoni twieġeb għall-IĊE kif stabbilit hawn taħt.

Il-Kummissjoni qed tipproponi sett ta’ punti ta’ azzjoni biex tħaffef it-tnaqqis tal-ittestjar fuq l-annimali fir-riċerka, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, inklużi attivitajiet li se jżidu l-kooperazzjoni mal-Istati Membri.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa r-riċerka dwar alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali b’finanzjament sostanzjali.

Il-Kummissjoni ttenni li għandha l-għan li telimina gradwalment l-ittestjar fuq l-annimali, hekk kif ikun xjentifikament possibbli, kif imsemmi wkoll fil-premessa 10 tad-Direttiva 2010/63/UE, madankollu ma tqisx li proposta leġiżlattiva hija t-triq ’il quddiem lejn l-eliminazzjoni gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali kollu. Id-Direttiva 2010/63/UE tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-annimali użati għal skopijiet xjentifiċi jew edukattivi. Din ma tipprovdix qafas legali biex tistabbilixxi programmi ta’ riċerka jew biex tistabbilixxi miri ta’ tnaqqis għall-għadd ta’ annimali użati, jew biex tistimula investimenti f’mudelli u f’infrastrutturi avvanzati mhux bl-annimali, sinerġiji fl-edukazzjoni u t-taħriġ jew l-aċċettazzjoni regolatorja ta’ metodi mhux bl-annimali. L-avvanzi fl-oqsma msemmija jistgħu pjuttost jintlaħqu bil-bini u bl-estensjoni ta’ programmi eżistenti u bl-iżvilupp ta’ azzjonijiet speċifiċi kif issuġġerit hawn taħt. Barra minn hekk, il-progress fix-xjenza permezz ta’ programmi ta’ riċerka jeħtieġ appoġġ qawwi mill-Istati Membri. Dan huwa saħansitra aktar evidenti għal azzjonijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ, qasam li għalih huma responsabbli l-Istati Membri. Bl-istess mod, l-użu ta’ metodi vvalidati jista’ jinkiseb biss bl-involviment tagħhom.

L-istabbiliment ta’ miri ta’ tnaqqis jidher li huwa utli f’oqsma ta’ politika fejn il-possibbiltajiet għall-implimentazzjoni ta’ għan ta’ politika jistgħu jiġu mmappjati b’mod ċar. Madankollu, dan ma huwiex il-każ fir-riċerka, fejn il-progress xjentifiku u l-innovazzjoni huma imprevedibbli, u jiddependu fuq l-aqwa metodi, teknoloġiji u għarfien disponibbli. Barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ mira ta’ tnaqqis universali jista’ ma jkunx responsabbli għad-diversità tal-ħtiġijiet tar-riċerka. Saru avvanzi konsiderevoli fl-iżvilupp ta’ alternattivi, iżda l-mudelli bl-annimali għadhom inevitabbli fil-mument biex nifhmu xi proċessi bijoloġiċi jew fiżjoloġiċi aktar kumplessi involuti fis-saħħa, fil-mard u fil-bijodiversità. Il-Kummissjoni ttenni li f’dan l-istadju, ma huwiex possibbli li wieħed ibassar meta se jkunu disponibbli metodi xjentifikament validi li jistgħu jissostitwixxu proċeduri partikolari tal-annimali fir-riċerka. Konsegwentement, l-iffissar tal-għanijiet ta’ tnaqqis jidher li ma huwiex realistiku u dawn ikollhom jiġu aġġustati b’mod kostanti.

Kif imsemmi hawn fuq fit-taqsima 3.2 (il-punt 5), bħala tweġiba għat-talbiet tal-inizjattiva taħt l-objettiv 2, il-Kummissjoni se tipproponi li tfassal pjan direzzjonali li jinkludi l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ metodi mhux bl-annimali għal skopijiet regolatorji kif ukoll l-użu u l-aċċettazzjoni tagħhom fi proċeduri regolatorji għall-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi hekk kif ikunu disponibbli. Fir-rigward tal-finanzjament għar-riċerka, l-UE diġà qed tagħmel investimenti konsiderevoli fl-avvanz ta’ approċċi mhux bl-annimali. Dan ġie deskritt fil-qosor fit-taqsima 2.3. Il-Kummissjoni beħsiebha żżomm ir-ritmu tal-alternattivi ta’ finanzjament għall-approċċi bl-annimali.

Fl-aħħar, il-Kummissjoni se tikkomplementa l-impenji tagħha għall-pjan direzzjonali għall-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi deskritt fit-taqsima 3.2 bil-punti ta’ azzjoni speċifiċi ta’ hawn taħt biex tħaffef it-tnaqqis tal-annimali użati fir-riċerka, fl-edukazzjoni u l-aċċettazzjoni regolatorja.

1.

Aktar titjib fil-koordinazzjoni mal-Istati Membri: Il-Kummissjoni qed tesplora l-possibbiltà li tiżviluppa azzjoni politika taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) biex tnaqqas l-użu tal-annimali fir-riċerka u l-ittestjar regolatorju. L-involviment ta’ massa kritika tal-Istati Membri huwa kruċjali biex titħaffef l-adozzjoni ta’ metodi alternattivi u biex isir impenn għal tnaqqis fl-ittestjar fuq l-annimali. Din l-azzjoni tkun tweġiba diretta u potenzjalment tħalli impatt fuq it-talba tal-inizjattiva biex l-ittestjar fuq l-annimali jiġi eliminat gradwalment fir-riċerka. Din tista’ timmobilizza lill-Istati Membri, taħt it-tmexxija tal-Kummissjoni, biex jissimplifikaw il-politiki nazzjonali u reġjonali tagħhom biex inaqqsu l-ittestjar fuq l-annimali, filwaqt li jaċċelleraw l-iżvilupp, il-validazzjoni u l-użu ta’ metodi alternattivi. Din l-azzjoni ta’ politika taż-ŻER tinforma wkoll lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar l-applikabbiltà ta’ metodi mhux bl-annimali, hekk kif dawn isiru disponibbli. Il-Kummissjoni ppreżentat din il-proposta lill-Istati Membri fil-25 ta’ Mejju 2023. L-Istati Membri bħalissa qed jivvalutaw l-interess tagħhom li jipparteċipaw f’tali azzjoni.

2.

Finanzjament kontinwu tal-UE għal alternattivi u viżibbiltà: Il-Kummissjoni diġà tipprovdi appoġġ sostanzjali għar-riċerka dwar alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali u se tkompli tagħmel dan. Kif imsemmi fit-taqsima 2.3, il-programm ta’ ħidma tal-2023-2024 tal-Programmi ta’ Ħidma ta’ Orizzont Ewropa 2023-2024 u l-Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva jkopru diversi suġġetti rilevanti. Il-Kummissjoni beħsiebha tinkludi wkoll alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali fl-ippjanar strateġiku li jmiss ta’ Orizzont Ewropa 2025-2027.

3.

Sessjoni(jiet) ta’ ħidma ta’ esplorazzjoni: Il-Kummissjoni beħsiebha torganizza sessjoni ta’ ħidma jew aktar ma’ esperti biex tiddetermina l-oqsma ta’ prijorità tar-riċerka futuri. Is-sessjoni(jiet) ta’ ħidma se jsiru qabel nofs l-2025 u jistgħu jkunu parti mis-sessjonijiet ta’ ħidma mħabbra fit-taqsima 3.2.

4.

Edukazzjoni, taħriġ u sensibilizzazzjoni: Kif indikat f’din it-taqsima 2.3, reċentement ġiet stabbilita akkademja ta’ xjenzati żgħażagħ f’alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali taħt il-cluster ASPIS ta’ Orizzont 2020. Il-Kummissjoni qed tesplora modi kif tista’ tkompli din l-inizjattiva.

4.   KONKLUŻJONI U PROSPETTIVA

L-inizjattiva “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà – Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali” tal-IĊE tirrifletti t-tħassib pubbliku dwar l-użu tal-annimali għal skopijiet xjentifiċi, inkluż għal valutazzjonijiet tas-sikurezza kimika taħt diversi partijiet ta’ leġiżlazzjoni.

Il-Kummissjoni taqbel mal-fehma li l-ittestjar kollu fuq l-annimali għal skopijiet regolatorji għandu jiġi eliminat gradwalment. Madankollu, din hija mira fit-tul li se tintlaħaq biss gradwalment u li teħtieġ aktar żviluppi xjentifiċi fl-identifikazzjoni tal-perikli u r-riskji bbażati biss fuq metodi mhux bl-annimali. Fit-terminu qasir u medju, l-ittestjar fuq l-annimali għadu importanti għall-valutazzjoni tar-riskji tas-sustanzi kimiċi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Meta possibbli, ir-reviżjonijiet kurrenti ta’ diversi partijiet ta’ leġiżlazzjoni kimika jrawmu l-użu ta’ approċċi mhux bl-annimali. Pereżempju, il-Kummissjoni beħsiebha tissostitwixxi xi metodi bbażati fuq l-annimali li bħalissa huma meħtieġa fir-Regolament REACH u tintroduċi metodi mhux bl-annimali.

It-tnaqqis tal-ittestjar fuq l-annimali fit-terminu qasir u medju u l-eliminazzjoni gradwali ta’ dawn it-testijiet fit-tul se jeħtieġu azzjoni miftiehma u allinjata mill-Kummissjoni u mill-aġenziji tagħha, mill-Istati Membri, mill-komunità tar-riċerka u mill-partijiet ikkonċernati. Jitlob ukoll viżjoni ċara dwar il-passi meħtieġa għall-eliminazzjoni gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali. Għalhekk, il-Kummissjoni se tibda bil-ħidma tagħha immedjatament biex tiżviluppa pjan direzzjonali li se jiddeskrivi l-istadji importanti u l-azzjonijiet speċifiċi, li għandhom jiġu implimentati mit-terminu qasir sa twil, biex tnaqqas l-ittestjar fuq l-annimali bil-għan li ssir tranżizzjoni lejn sistema regolatorja mingħajr annimali skont il-partijiet tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi rilevanti kollha. Dan il-pjan direzzjonali se janalizza l-bidliet meħtieġa fl-approċċi regolatorji u se jagħti l-ispinta xierqa għall-iżvilupp, il-validazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ metodi mhux bl-annimali u l-adozzjoni rapida tagħhom fi proċeduri regolatorji għall-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi. Ladarba jiġi definit, dan il-pjan direzzjonali jista’ jservi bħala mudell għal oqsma ta’ politika oħrajn. L-azzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni li se jikkontribwixxu għal dan il-pjan direzzjonali jikkonsistu f’sett ta’ azzjonijiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi (deskritti fid-dettall fit-taqsima 3.2):

Analiżi pass pass ta’ kull punt ta’ tmiem (eko)tossikoloġiku bil-għan li jiġu ddefiniti l-azzjonijiet u l-istadji importanti meħtieġa għall-eliminazzjoni gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali;

L-involviment sħiħ tal-partijiet ikkonċernati fis-sessjonijiet ta’ ħidma fl-2023 u l-2024 li se jiddiskutu l-pjan direzzjonali. ;

Kollaborazzjoni msaħħa tal-aġenziji u tal-kumitati tal-esperti, fost l-oħrajn permezz tal-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għall-adozzjoni fit-tieni nofs tal-2023 bit-titolu “Ir-razzjonalizzazzjoni tal-ħidma xjentifika u teknika tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi permezz tal-aġenziji tal-UE”;

Titjib tal-aċċessibbiltà għall-informazzjoni dwar l-NAMs, fost l-oħrajn, permezz ta’ proposta tal-Kummissjoni fit-tieni nofs tal-2023 għal Regolament dwar id-data dwar is-sustanzi kimiċi li se jtejjeb l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi;

Twettiq ta’ analiżi, bħala parti mill-pjan direzzjonali, ta’ modi kif tħaffef il-validazzjoni u l-aċċettazzjoni ta’ metodi ġodda mhux bl-annimali;

Analiżi tal-ħtieġa u l-fattibbiltà possibbli ta’ kumitat xjentifiku espert biex jingħataw pariri dwar l-iżvilupp ta’ approċċi mhux bl-annimali u l-adozzjoni u l-użu tagħhom fil-kuntest regolatorju;

Analiżi tal-modi biex ittejjeb l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni ma’ pajjiżi sħab mhux tal-UE u organizzazzjonijiet multilaterali, kif ukoll biex tiżdied il-viżibbiltà tal-aġenziji tal-UE f’fora internazzjonali rilevanti.

Bl-istess mod, biex jintlaħaq l-għan tal-immodernizzar tax-xjenza, huwa meħtieġ żvilupp ulterjuri ta’ metodi mhux bl-annimali. Għalhekk, il-Kummissjoni se tkompli bl-appoġġ qawwi tagħha għall-iżvilupp ta’ approċċi alternattivi b’finanzjament xieraq. Il-Kummissjoni qed tesplora wkoll il-possibbiltà li tikkoordina l-attivitajiet tal-Istati Membri f’dan il-qasam.

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-fehma li proposta leġiżlattiva hija l-għodda xierqa biex tilħaq l-għan tal-eliminazzjoni gradwali tal-użu tal-annimali fir-riċerka u l-edukazzjoni. Ix-xjenza għadha ma għamlitx biżżejjed progress biex toffri soluzzjonijiet adegwati mhux bl-annimali biex isir fehim komplet tas-saħħa u l-mard jew il-bijodiversità. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li tiżviluppa miżuri speċifiċi biex tħaffef it-tnaqqis tal-ittestjar fuq l-annimali fix-xjenza. Dawn l-azzjonijiet huma deskritti fit-taqsima 3.3 fil-qasam tar-riċerka, l-edukazzjoni u t-taħriġ biex ikomplu jissaħħu l-isforzi lejn l-eliminazzjoni gradwali tal-ittestjar fuq l-annimali.

Fl-aħħar, permezz ta’ proposta ta’ azzjoni ġdida ta’ politika taż-ŻER, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jaġixxu fi ħdan is-setgħat tagħhom, u b’mod partikolari għal skopijiet ta’ riċerka u edukazzjoni, biex iżidu l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-metodi bl-annimali u biex jipparteċipaw b’mod attiv fl-iżvilupp ta’ approċċi alternattivi.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 55).

(2)  https://europa.eu/citizens-initiative/initiatives/details/2021/000006_mt

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1136 tat-30 ta’ Ġunju 2021 dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà – Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali.”, skont ir-regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(4)  L-anness għall-IĊE “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà – Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali” jipprovdi aktar dettalji proċedurali dwar l-inizjattiva, inklużi l-limiti meħtieġa, u l-għadd ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ.

(5)  Laqgħa tal-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà” mal-Kummissjoni Ewropea (europa.eu); https://audiovisual.ec.europa.eu/en/reportage/P-060517

(6)  Is-Smigħ tal-IĊE “Nippreżervaw il-kożmetiċi li ma jinvolvux krudeltà – Nimpenjaw ruħna għal Ewropa mingħajr l-ittestjar fuq l-annimali”; https://www.europarl.europa.eu/committees/en/eci-hearing-save-cruelty-free-cosmetics-/product-details/20230524ECI00141

(7)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ittestjar fuq l-annimali u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u dwar il-qagħda attwali fejn jidħlu metodi alternattivi fil-qasam tal-kożmetika (COM/2013/0135 final)

(8)  https://webgate.ec.europa.eu/envdataportal/content/alures/section1_number-of-animals.html

(9)  It-tnaqqis tal-2020 huwa wkoll parzjalment dovut għal attivitajiet imnaqqsa minħabba lockdowns u għal proġetti li ġew ikkanċellati jew posposti b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19.

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(11)  Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

(12)  Laboratorju ta’ Referenza tal-UE għal alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali (EURL ECVAM) (europa.eu)

https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eu-reference-laboratory-alternatives-animal-testing-eurl-ecvam_en

(13)  Ara l-aħħar rapport dwar l-istatistika https://ec.europa.eu/environment/chemicals/lab_animals/reports_en.htm

(14)  Bażi tad-data tal-istatistika pubblika https://webgate.ec.europa.eu/envdataportal/content/alures/section1_number-of-animals.html

(15)  Il-lista ta’ dokumenti ta’ gwida dwar REACH hija disponibbli fuq is-sit web tal-ECHA: https://echa.europa.eu/mt/guidance-documents/guidance-on-reach

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(19)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/525 tad-19 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 106, 26.3.2021, p. 3).

(20)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(21)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

(22)  Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u li jistabbilixxi regoli li jirregolaw l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. COM(2023)193

(23)  Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

(24)  https://vichsec.org/en/home.html

(25)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).EUR-Lex - 52020DC0381 - EN - EUR-Lex (europa.eu)

(26)  Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE

(27)  COM/2019/640. https://commission.europa.eu/document/daef3e5c-a456-4fbb-a067-8f1cbe8d9c78_mt

(28)  Sikurezza kimika – aċċess aħjar għad-data dwar is-sustanzi kimiċi għall-valutazzjonijiet tas-sikurezza (europa.eu)

(29)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2510 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi qafas ta’ valutazzjoni Ewropew għal sustanzi kimiċi u materjali “sikuri u sostenibbli mid-disinn”

(30)  Fajl tal-Proċedura: 2021/2784(RSP) | Osservatorju Leġiżlattiv |Parlament Ewropew (europa.eu)

(31)  Animal-free Safety assessment of chemicals: Project cluster for Implementation of novel Strategies. (Valutazzjoni tas-Sikurezza ħielsa mill-annimali tas-sustanzi kimiċi: Cluster ta’ proġetti għall-Implimentazzjoni ta’ Strateġiji ġodda). (aspis-cluster.eu)

(32)  Sħubija għall-Valutazzjoni tar-Riskju mis-Sustanzi Kimiċi | Parc (eu-parc.eu)

(33)  Marx-Stoelting, P., Rivière, G., Luijten, M. et al. A walk in the PARC: developing and implementing 21st century chemical risk assessment in Europe (niżviluppaw u nimplimentaw il-valutazzjoni tar-riskju kimiku tas-seklu 21 fl-Ewropa). Arch Toxicol 97, 893–908 (2023). https://doi.org/10.1007/s00204-022-03435-7

(34)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2023)2178). Programm ta’ Ħidma ta’ Orizzont Ewropa għall-2023-2024. 4. Saħħa. 31 ta’ Marzu 2023

(35)  https://european-union.europa.eu/institutions-law-budget/institutions-and-bodies/search-all-eu-institutions-and-bodies/innovative-health-initiative-joint-undertaking-ihi-ju_mt

(36)  Eż. fil-qafas tal-Isfida tas-Soċjetà 1 ta’ Orizzont 2020, il-Cluster tas-Saħħa ta’ Orizzont Ewropa, l-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi u l-Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva, in-networks Marie Curie, eċċ

(37)  Eż. il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Sanitarji, Ambjentali u Emerġenti (SCHEER) jew il-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku tal-EURL ECVAM

(38)  Eż. Naċċelleraw il-Pass tal-Valutazzjoni tar-Riskju Kimiku (APCRA), EU ToxRisk, ASPIS, PARC u proġetti MATCHING,)

(39)  Eż. Is-Sett ta’ Għodod OECD QSAR jew il-ħidma tal-Qafas ta’ Valutazzjoni QSAR fl-OECD

(40)  Eż. Laqgħat Annwali SETAC, EUROTOX, QSAR 2023

(41)  Pjan ta’ ħidma konsolidat ta’ 3 snin għad-dominju mhux kliniku inklużi l-prijoritajiet għall-2023 (europa.eu)

(42)  Żvilupp ta’ Pjan Direzzjonali għal Azzjoni dwar Metodoloġiji ta’ Approċċ Ġdid fil-Valutazzjoni tar-Riskju, EFSA Journal 2022; 19(6): EN-7341

(43)  Il-Kumitat jipprovdi opinjonijiet dwar ir-riskji għas-saħħa u għas-sikurezza (riskji kimiċi, bijoloġiċi, mekkaniċi u oħrajn fiżiċi) ta’ prodotti tal-konsumatur li ma humiex tal-ikel (eż. prodotti kożmetiċi u l-ingredjenti tagħhom, ġugarelli, tessuti, ħwejjeġ, prodotti għall-kura personali u għad-dar) u servizzi (eż. tatwaġġi, smurija tal-ġilda artifiċjali).

(44)  https://learn.etplas.eu/ Pjattaforma tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ għax-Xjenza tal-Annimali fil-Laboratorju

(45)  Avveniment konġunt EDQM-EPAA: Il-futur tal-ittestjar tal-piroġeniċità: it-tneħħija gradwali tat-test tal-piroġeni tal-fniek — Direttorat Ewropew għall-Kwalità tal-Mediċini u l-Kura tas-Saħħa

(46)  Approċċi li ma jinvolvux l-annimali — Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE (europa.eu) (2017); Lejn is-sostituzzjoni tal-annimali għal skopijiet xjentifiċi — L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE (europa.eu) (2021)

(47)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ittestjar fuq l-annimali u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u dwar il-qagħda attwali fejn jidħlu metodi alternattivi fil-qasam tal-kożmetika, 11.3.2013, COM(2013)135

(48)  L-Artikolu 10(3) tar-Regolament 1223/2009/KE

(49)  Interfaċċa bejn REACH u r-Regolamenti dwar il-Kożmetiċi, Skeda informattiva, ECHA-14-FS-04-EN; https://echa.europa.eu/documents/10162/13628/reach_cosmetics_factsheet_en.pdf/2fbcf6bf-cc78-4a2c-83fa-43ca87cfb314

(50)  Bi professjonisti nifhmu persuni li jużaw prodotti kożmetiċi bħala parti min-negozju tagħhom (eż. parrukkiera), filwaqt li l-ħaddiema jimmanifatturaw l-ingredjenti jew il-prodotti f’sit industrijali.

(51)  https://echa.europa.eu/-/echa-s-workshop-opens-way-for-animal-testing-free-chemicals-regulation


18.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/16


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11144 — COLT TECHNOLOGY SERVICES GROUP / LUMEN EMEA BUSINESS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 290/02)

Fid-9 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11144. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

18.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/17


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta' Lulju 2023

dwar proposta għal riforma tal-governanza ekonomika fl-Unjoni

(CON/2023/20)

(2023/C 290/03)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-12 ta’ Mejju u fis-27 ta’ Ġunju 2023 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u s-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 (minn hawn ’il quddiem, ir-“regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST)”) (1). Fit-12 ta’ Mejju 2023 il-BĊE rċieva talbiet għal opinjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (minn hawn ’il quddiem, “l-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST”) (2) u fuq proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem, “l-emendi proposti għad-direttiva dwar l-oqfsa baġitarji”) — (3) din tal-aħħar, flimkien mar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST u l-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“proposti tal-Kummissjoni”.

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni dwar ir-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST u dwar l-emendi proposti għad-direttiva dwar l-oqfsa baġitarji hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress li l-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u s-sorveljanza baġitarja multilaterali huma rilevanti għall-għan primarju tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikoli 127(1) u 282(2) TFUE u l-Artikolu 2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni dwar l-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST hija bbażata fuq it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 126(14) TFUE, li jipprevedi li l-Kunsill għandu, wara li jikkonsulta, fost l-oħrajn, mal-BĊE, jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, li hija rilevanti wkoll għall-objettiv primarju tas-SEBĊ imsemmi hawn fuq.

Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet Ġenerali

Il-BĊE jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni dwar ir-riforma tal-qafas ta’ governanza ekonomika tal-Unjoni. Ir-riforma għandha l-għan li tissalvagwardja s-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku, il-kontroċikliċità tal-politika fiskali, li tadotta approċċ fuq terminu medju għall-politiki baġitarji, kif ukoll li tikseb simplifikazzjoni u sjieda nazzjonali akbar tal-qafas. Jirrikonoxxi wkoll li r-riformi, l-investiment u s-sostenibbiltà fiskali jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku u għalhekk jenħtieġ li jitrawmu b’approċċ integrat. Fl-aħħar nett, ir-riforma għandha l-għan li tiżgura infurzar aktar effettiv. Biex jappoġġa l-kisba ta’ dawn l-objettivi, il-BĊE joffri xi osservazzjonijiet u suġġerimenti speċifiċi u tekniċi dwar il-proposti tal-Kummissjoni, bil-ħsieb li jkompli jsaħħaħ il-qafas il-ġdid u jiżgura li jkun aktar trasparenti u prevedibbli.

Qafas sod tal-Unjoni għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politika ekonomika u fiskali huwa fl-interess profond u kbir tal-Unjoni Ewropea, tal-Istati Membri u, b’mod partikolari, taż-żona tal-euro (4) . Il-BĊE jenfasizza l-importanza ta’ pożizzjonijiet fiskali sostenibbli għall-istabbiltà tal-prezzijiet u t-tkabbir sostenibbli f’Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) li tiffunzjona tajjeb (5). Ir-riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-Unjoni tista’ toffri aġġustament realistiku, gradwali u sostnut tad-dejn pubbliku, flimkien mal-iffaċilitar tal-politiki strutturali nazzjonali meħtieġa.

Il-BĊE jħeġġeġ lil-leġiżlaturi tal-Unjoni biex jaslu għal ftehim dwar ir-riforma tal-qafas ta’ governanza ekonomika tal-Unjoni malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn tmiem l-2023. Peress li l-klawżola liberatorja ġenerali li tinsab fil-PST se tiġi diżattivata sa dak iż-żmien (6), tali ftehim ikun kritiku sabiex jiġu ankrati l-aspettattivi għas-sostenibbiltà tad-dejn u t-tkabbir sostenibbli u inklużiv. In-nuqqas ta’ qbil malajr dwar u l-istabbiliment ta’ qafas fiskali kredibbli, trasparenti u prevedibbli jista’ joħloq inċertezza u jdewwem bla bżonn, l-aġġustament fiskali meħtieġ u l-impetu għar-riformi u l-investiment.

Il-BĊE jenfasizza r-raġunijiet li ġejjin għal qafas ta’ governanza ekonomika riformat. L-ewwel nett, iż-żieda fil-proporzjonijiet tad-dejn tal-gvern u l-eteroġeneità tad-dejn wara l-pandemija tal-coronavirus isaħħu l-ħtieġa għal koordinazzjoni effettiva tal-pożizzjonijiet fiskali permezz tal-PST. Aġġustament realistiku, gradwali u sostnut tad-dejn pubbliku li jqis il-prospettiva prevalenti għat-tkabbir u l-inflazzjoni huwa importanti biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà fiskali u sabiex jinbena mill-ġdid l-ispazju fiskali qabel it-tnaqqis eventwali fir-ritmu ekonomiku. It-tieni, huwa essenzjali li l-politika fiskali ssir aktar kontroċiklika. Hija meħtieġa azzjoni determinata matul ir-reċessjonijiet biex jiġu evitati żviluppi ekonomiċi negattivi, iżda huwa kruċjali wkoll li jinbnew mill-ġdid ir-riżervi ladarba l-ekonomija terġa’ lura fit-triq it-tajba, biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tad-dejn. Billi tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-istabbilizzazzjoni makroekonomika fi żminijiet ta’ xokkijiet kbar, il-politika fiskali kontroċiklika tappoġġa l-politika monetarja fil-kisba tal-istabbiltà tal-prezzijiet fuq terminu medju. It-tielet, huwa essenzjali li l-qafas ta’ governanza ekonomika jistabbilixxi prekundizzjonijiet biex il-politiki ekonomiċi jsiru aktar favorevoli għat-tkabbir. Ir-riformi strutturali, l-investiment u s-sostenibbiltà fiskali għandhom jiġu integrati aħjar fis-sorveljanza fiskali u makroekonomika, inkluż taħt il-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku (MIP) (7). Barra minn hekk, l-indirizzar tal-isfidi tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, b’mod partikolari l-issodisfar tal-impenji klimatiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont id-dritt internazzjonali u tal-UE (8), se jirrikjedi investiment privat u pubbliku sinifikanti, iffaċilitat minn politiki strutturali komplementari. Stabbilizzazzjoni kredibbli tal-proporzjonijiet tad-dejn pubbliku tirrikjedi politiki ekonomiċi li jiffavorixxu t-tkabbir, inkluż l-investiment pubbliku, li jeħtieġ li jiġu inċentivati b’mod xieraq fil-qafas riformat tal-governanza ekonomika tal-Unjoni. Fil-fatt, jekk jiġi implimentat b’mod effettiv, in-NextGenerationEU, u b’mod partikolari l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, se jappoġġaw lill-Istati Membri fl-indirizzar ta’ dawn l-isfidi u juru l-potenzjal ta’ azzjoni fl-Unjoni kollha. Iżda se jkunu meħtieġa riżorsi u investiment akbar fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll investiment sostnut u ffinanzjat nazzjonalment, li jirrikjedi jew sorsi addizzjonali ta’ dħul jew prijoritizzazzjoni mill-ġdid tan-nefqa, b’mod partikolari fi Stati Membri bi proporzjonijiet ta’ dejn elevati. Ir-raba’, fil-futur il-BĊE jilqa’ aktar progress dwar aspetti relatati maż-żona tal-euro tal-qafas ta’ governanza ekonomika tal-Unjoni, bħal koordinazzjoni aktar effettiva tal-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro u l-istabbiliment ta’ kapaċità fiskali ċentrali permanenti mfassla b’mod xieraq. B’mod aktar ġenerali, it-tlestija tal-arkitettura ekonomika u istituzzjonali tal-UEM tibqa’ essenzjali biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ assorbiment tax-xokkijiet taż-żona tal-euro u biex jitrawmu l-istabbiltà u t-tkabbir (9).

Osservazzjonijiet speċifiċi

1.   Is-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku u l-aġġustament fiskali

1.1   Ir-rwol tal-analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn

1.1.1

Il-BĊE jifhem li skont ir-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST, l-Analiżi tas-Sostenibbiltà tad-Dejn (DSA) imħejjija mill-Kummissjoni se jkollha rwol importanti fit-tfassil tat-trajettorji tekniċi għan-nefqa netta tal-gvern imressqa mill-Kummissjoni biex tipprovdi gwida lill-Istati Membri (10). Id-DSA tal-Kummissjoni hija għodda siewja fl-identifikazzjoni tar-riskji fiskali li mhumiex koperti biżżejjed fil-livelli ta’ dejn irreġistrati, pereżempju, il-kostijiet futuri relatati mat-tixjiħ, l-obbligazzjonijiet kontinġenti, u l-kompożizzjoni tal-maturità tad-dejn. Sabiex jiġu żgurati r-replikabbiltà, il-prevedibbiltà u t-trasparenza tad-DSA u implimentazzjoni konsistenti tal-qafas madwar l-Istati Membri u ż-żmien, il-BĊE jenfasizza l-ħtieġa li tiġi speċifikata l-metodoloġija li tirfed id-DSA tal-Kummissjoni f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u appoġġata minnhom. Barra minn hekk, il-BĊE jara wkoll mertu li jikkonsulta lill-Bord Fiskali Ewropew dwar din il-metodoloġija.

1.1.2

Il-BĊE jilqa’ l-fatt li t-trajettorja teknika tal-Kummissjoni tiffoka fuq perkors ta’ nefqa netta li, fil-prinċipju, ma jkunx jiddependi fuq stimi annwali f’ħin reali tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni mhux osservabbli. Dan għandu l-potenzjal li jtejjeb il-kontroċikliċità tal-politika fiskali, inkluża l-fluttwazzjoni tad-dħul li jirriżulta minn kundizzjonijiet ċikliċi. Sabiex tissaħħaħ aktar iċ-ċarezza tal-proposti tal-Kummissjoni, il-BĊE jirrakkomanda li d-definizzjoni ta’ “nefqa netta” tiġi speċifikata aktar (11) biex jiġu ċċarati l-aspetti li ġejjin. Id-definizzjoni għandha: (a) tispjega jekk il-perkors tan-nefqa netta jkunx definit f’termini nominali jew f’termini reali; (b) tiċċara u tivvaluta il-metodoloġija għall-kalkolu tal-miżuri diskrezzjonali tad-dħul li għandhom jitnaqqsu min-nefqa grossa u (c) tikkjarifika sa liema punt il-komputazzjoni tal-indikatur tkun tiddependi fuq entrati osservabbli, b’mod partikolari billi tiċċara il-metodoloġija għall-komputazzjoni tal-elementi ċikliċi tan-nefqa tal-benefiċċju tal-qgħad.

1.1.3

Ir-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST jirrikjedi li t-trajettorja teknika għan-nefqa netta tiżgura li l-proporzjon tad-dejn pubbliku jitqiegħed jew jibqa’ fit-triq ta’ tnaqqis b’mod plawżibbli jew jibqa’ f’livelli prudenti (12). Il-Kummissjoni hija meħtieġa tivvaluta u tippubblika l-analiżi tagħha tal-plawżibbiltà u d-data sottostanti (13). Il-BĊE jirrakkomanda li l-parametri u s-suppożizzjonijiet ewlenin sottostanti l-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-plawżibbiltà għandhom jiġu elaborati aktar fil-proposti tal-Kummissjoni (14). Barra minn hekk, il-BĊE jilqa’ u jappoġġja l-fatt li r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, li fih it-trajettorji tekniċi, se jsir pubbliku qabel it-tħejjija mill-Istati Membri tal-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali tagħhom fuq terminu medju (minn hawn ’il quddiem, il-“pjanijiet nazzjonali”) (15). Barra minn hekk, il-BĊE jirrakkomanda li jiġi żviluppat qafas komuni fir-rigward tal-“argumenti ekonomiċi sodi u verifikabbli” li l-Istati Membri għandhom iressqu fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom kull meta jinkludu trajettorja ta’ nefqa netta ogħla minn dik imressqa mill-Kummissjoni (16).

1.2   Salvagwardji

Il-BĊE jfakkar li l-Artikolu 126(2)(b) TFUE jirreferi għal sitwazzjonijiet fejn il-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-Prodott Domestiku Gross (PDG) ikun “qed jonqos biżżejjed u joqrob lejn il-valur ta’ referenza b’pass sodisfaċenti” (17). Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi evitat li d-dejn jistabbilizza f’livelli għoljin, il-BĊE jilqa’ l-fatt li l-proposti tal-Kummissjoni jinkludu xi salvagwardji li jappoġġaw id-dejn u t-tnaqqis tad-defiċit, b’mod partikolari billi jiġi żgurat li t-trajettorja fiskali tipprevedi proporzjon ta’ dejn pubbliku aktar baxx fi tmiem l-orizzont tal-ippjanar milli fil-bidu tat-trajettorja teknika, billi jiġi evitat l-posponiment tal-aġġustament fiskali għas-snin tal-aħħar tal-perijodu ta’ aġġustament, u billi jiġi propost aġġustament minimu għas-snin li fihom id-defiċit huwa mistenni li jaqbeż il-valur ta’ referenza ta’ 3 % (18). Il-BĊE jifhem li l-kwistjoni tas-salvagwardji hija soġġetta għal diskussjonijiet li għaddejjin u jqis li huwa meħtieġ bilanċ bejn il-kumplessità u s-sjieda minn naħa u l-effettività tat-tnaqqis tad-dejn min-naħa l-oħra biex jiġi żgurat li d-dejn jitqiegħed fuq perkors ta’ tnaqqis suffiċjenti li jkun iddifferenzjat b’mod xieraq.

2.   Pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju

2.1   Riformi u investimenti

L-investiment produttiv huwa prerekwiżit għat-tkabbir ekonomiku li jappoġġa s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. Għalhekk, huwa kruċjali li l-aġġustament fiskali ma jkunx għad-detriment tal-investiment, speċjalment l-investiment li jappoġġa l-prijoritajiet komuni tal-Unjoni. Għal dan l-għan, il-livell u l-kwalità tal-investiment pubbliku għandhom ukoll jiġu mmonitorjati b’mod effettiv. Barra minn hekk, il-BĊE jaqbel li hemm ħtieġa urġenti li jitrawmu riformi li jiffavorixxu t-tkabbir. Għal dik ir-raġuni, is-sjieda nazzjonali tal-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri hija essenzjali. Il-BĊE jenfasizza li d-djalogu tekniku bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni skont ir-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST, (19) li huwa element importanti tas-sjieda nazzjonali, għandu jitwettaq b’mod bla xkiel, trasparenti u prevedibbli. Id-djalogu tekniku għandu jkun strutturat u dettaljat kif xieraq biex jgħin biex jiġi speċifikat b’mod ċar il-kontenut tal-pjanijiet nazzjonali. Għalhekk, il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST jinkludi livell ogħla ta’ dettall dwar ir-rekwiżiti għar-riformi u l-impenji ta’ investiment li għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet nazzjonali kollha (20).

2.2   Perijodu ta’ aġġustament

Ir-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST jipprevedi li l-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri jridu jippreżentaw trajettorja netta tan-nefqa li tkopri perijodu ta’ mill-inqas erba’ snin (21). Meta Stat Membru jimpenja ruħu għal sett rilevanti ta’ riformi u investimenti, il-perijodu ta’ aġġustament jista’ jiġi estiż sa tliet snin (22). Tali perijodu ta’ żmien huwa twil u jmur lil hinn minn ċiklu elettorali tipiku u għalhekk jista’ jxekkel il-konformità ma’ dawk l-impenji. Għalhekk, il-BĊE jappoġġa użu prudenti tal-estensjonijiet tal-pjanijiet nazzjonali u jenfasizza l-ħtieġa li l-impenji għal riformi u investimenti addizzjonali jimmaterjalizzaw bis-sħiħ. Barra minn hekk, il-BĊE għandu żewġ suġġerimenti fir-rigward tal-perijodu ta’ aġġustament u l-estensjoni tiegħu. L-ewwel, il-BĊE jilqa’ r-rekwiżit li kull wieħed mill-impenji ta’ riforma u investiment li jirfdu estensjoni tal-perijodu ta’ aġġustament irid ikun dettaljat biżżejjed, front-loaded, marbut biż-żmien u verifikabbli (23). Sabiex jiġi żgurat li l-metodoloġija tkun ċara u trasparenti biżżejjed, il-BĊE jissuġġerixxi li l-qafas ta’ valutazzjoni għall-valutazzjoni tal-impenji tal-Istati Membri (24) jiġi żviluppat aktar. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi żgurat li tali impenji jwasslu għat-tisħiħ tat-tkabbir potenzjali u, għalhekk, għas-sostenibbiltà tad-dejn. Barra minn hekk, il-BĊE jirrakkomanda li jiġu inklużi aktar salvagwardji biex tiġi żgurata żieda fl-investiment għal prijoritajiet ta’ politika kritiċi bħat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u li l-impenji ta’ riforma u investiment jiġu antiċipati biżżejjed, b’mod simili għas-salvagwardji diġà fis-seħħ għall-aġġustament fiskali (25). It-tieni, sal-2026 l-impenji ta’ riforma u investiment inklużi fil-pjanijiet approvati għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri jistgħu jitqiesu għal estensjoni tal-perijodu ta’ aġġustament (26) . Filwaqt li jilqa’ l-kunsiderazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, il-BĊE jirrakkomanda li l-qafas ta’ valutazzjoni jiżgura li sehem sostanzjali tar-riformi u l-investimenti mressqa mill-Istati Membri jkunu addizzjonali għall-impenji preeżistenti.

2.3   Pjanijiet nazzjonali riveduti

Ir-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST jistabbilixxi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jippreżentaw pjan nazzjonali rivedut jekk ikun hemm ċirkostanzi oġġettivi li jipprevjenu l-implimentazzjoni tal-pjan oriġinali, jew jekk is-sottomissjoni ta’ pjan nazzjonali ġdid tintalab minn gvern ġdid (27). Il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST jispeċifika ċ-ċirkostanzi oġġettivi li jitqiesu rilevanti u jiċċara kif il-Kummissjoni tqis l-aġġustament tal-passat tal-Istat Membru kkonċernat, jew in-nuqqas tiegħu, fit-tħejjija tat-trajettorja teknika l-ġdida tiegħu. Barra minn hekk, il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST jiżgura li l-pjan rivedut ma jippermettix li r-riformi u l-investimenti jiġu posposti.

3.   Interazzjoni mal-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku

3.1

Il-BĊE jilqa’ l-monitoraġġ olistiku tal-impenji ta’ riforma strutturali nazzjonali, flimkien ma’ investimenti u politiki fiskali, bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali, għall-politiki strutturali nazzjonali kollha, speċifikament dawk li jistgħu jiffaċilitaw il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi, kif immonitorjat taħt l-MIP (28).

3.2

Il-BĊE jilqa’ r-rekwiżit li l-pjanijiet nazzjonali jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-Unjoni, inklużi dawk relatati mal-iżbilanċi makroekonomiċi identifikati taħt l-MIP (29). Il-BĊE jirrakkomanda li l-pjanijiet nazzjonali jiffukaw fuq l-indirizzar tar-riskji ewlenin tal-iżbilanċi makroekonomiċi għas-sostenibbiltà fiskali, it-telf sostnut tal-kompetittività, u l-iżbilanċi esterni kbar.

3.3

Ir-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST jipprevedi li meta Stat Membru jonqos milli jimplimenta l-impenji ta’ riforma u investiment inklużi fil-pjan nazzjonali tiegħu biex jindirizza rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti għall-MIP, u l-Istat Membru kkonċernat ikun affettwat minn żbilanċi eċċessivi, tista’ tinfetaħ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (EIP), f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) (31). F’dak il-każ, l-Istat Membru għandu jissottometti pjan nazzjonali rivedut, li jservi wkoll bħala l-pjan ta’ azzjoni korrettiva meħtieġ skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011. Il-BĊE għandu żewġ kummenti f’dan ir-rigward. L-ewwel, minħabba n-natura li qed tevolvi tal-isfidi makroekonomiċi, il-BĊE jqis li jkun ta’ għajnuna jekk il-qafas jista’ jiffaċilita wkoll l-aġġustamenti għall-pjanijiet nazzjonali irrispettivament minn jekk tinfetaħx EIP jew le. Dan jiżgura li r-riformi u l-investimenti rilevanti jkunu jistgħu jiġu aġġustati biex jindirizzaw l-iżbilanċi makroekonomiċi u l-isfidi makroekonomiċi emerġenti ġodda kollha b’mod aktar estensiv fil-ħin u b’mod effettiv. It-tieni, il-BĊE jinnota li l-infurzar fir-rigward tal-iżbilanċi makroekonomiċi huwa ta’ tħassib ewlieni taħt il-qafas ta’ governanza ekonomika eżistenti. Il-BĊE jenfasizza li l-proċeduri għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ mekkaniżmi ta’ skattar trasparenti u effettivi, inkluża komunikazzjoni dettaljata tad-deċiżjonijiet proċedurali (32). Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jindirizzaw l-iżbilanċi makroekonomiċi fil-ħin u b’mod effettiv, u kif innotat mill-Kunsill (33), il-BĊE jenfasizza li l-MIP għandha tintuża sal-potenzjal sħiħ tagħha u b’mod trasparenti u konsistenti, filwaqt li tiġi żgurata s-sjieda tal-proċedura mill-Istati Membri, inkluża l-attivazzjoni tal-EIP fejn applikabbli.

4.   Konformità u infurzar

4.1   Konformità sodisfaċenti mill-Istati Membri mal-impenji li jirfdu estensjoni ta’ perijodu ta’ aġġustament

Ir-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST jipprevedi li meta Stat Membru jkun ingħata estensjoni tal-perijodu ta’ aġġustament applikabbli iżda jonqos milli jikkonforma b’mod sodisfaċenti mas-sett ta’ impenji ta’ riforma u investiment tiegħu li jirfdu l-estensjoni, il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jirrakkomanda perkors ta’ nefqa netta rivedut b’perijodu ta’ aġġustament iqsar (34). F’dak il-kuntest, il-BĊE jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati monitoraġġ u infurzar f’waqthom, adegwati u trasparenti tal-konformità tal-Istati Membri mal-impenji ta’ riforma u investiment tagħhom biex tiġi żgurata l-istabbiltà fiskali u makroekonomika. Għalhekk, jista’ jkun preferibbli li, f’dan il-każ, ir-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST jobbliga lill-Kunsill jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, skont il-prinċipju ta’ “konformità jew spjegazzjoni” (35), li jirrakkomanda perkors ta’ nfiq nett rivedut b’perijodu ta’ aġġustament iqsar (36). F’dan ir-rigward, il-BĊE jinnota r-referenza mill-Kummissjoni għall-ħidma li jmiss biex tiġi żviluppata għodda ġdida ta’ infurzar (37). Il-BĊE jilqa’ aktar dettalji tal-għodda l-ġdida ta’ infurzar, li għadhom ma jiffurmawx parti mill-proposti tal-Kummissjoni.

4.2   Valutazzjoni tal-isfidi sostanzjali tas-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku u fatturi rilevanti oħra fil-kuntest tar-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 126(3) tat-TFUE

Il-BĊE jilqa’ l-fatt li l-livell tal-isfidi tas-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku tal-Istat Membru kkonċernat huwa inkluż bħala fattur rilevanti ewlieni għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ defiċit eċċessiv (PDE) (38). Minħabba l-importanza tal-valutazzjoni tal-fatturi rilevanti għall-implimentazzjoni tal-PDE, il-BĊE jitlob li approċċ metodoloġiku definit sew u trasparenti għall-valutazzjoni ta’ dawn il-fatturi jiġi inkluż fl-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST.

4.3   It-tfassil tal-perkors korrettiv tan-nefqa netta

Il-BĊE jenfasizza l-ħtieġa għal korrezzjoni gradwali iżda rapida tad-dejn u d-defiċits eċċessivi. F’dan il-kuntest hija tirrikonoxxi li salvagwardji maħsuba biex jillimitaw ir-riskju ta’ posponiment tal-aġġustament fiskali fir-rigward ta’ kif il-perkors korrettiv tan-nefqa netta għandom jindirizzaw l-proporzjon tad-dejn (39). Il-BĊE jilqa’ r-rekwiżit numeriku fir-rigward tad-defiċits, filwaqt li jafferma li għas-snin meta d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika huwa mistenni li jaqbeż il-valur ta’ referenza, il-perkors ta’ nfiq nett korrettiv irid ikun konsistenti ma’ aġġustament minimu. Madankollu, għandu jiġi ċċarat kif jitkejjel dan l-aġġustament. Il-BĊE jinnota madankollu li l-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST (40) ineħħu r-rekwiżit attwali li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE trid tistabbilixxi skadenza speċifika għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, “li għandha titlesta fis-sena ta’ wara l-identifikazzjoni tiegħu sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċjali” (41).

4.4   Il-kont ta’ kontroll

Il-BĊE jilqa’ r-rekwiżit li l-Kummissjoni tistabbilixxi kont ta’ kontroll biex iżżomm rekord tad-devjazzjonijiet kumulattivi, kemm ’l fuq kif ukoll ’l isfel, tan-nefqa netta reali mill-perkors tan-nefqa netta (42). Dan huwa element kruċjali biex tiġi żgurata l-konformità u tiġi appoġġata l-kontroċikliċità tar-regola permezz tal-possibbiltà li jinbnew riżervi fiskali fi żminijiet ekonomiċi tajbin li jistgħu jintużaw fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. L-informazzjoni fil-kont ta’ kontroll titqies fil-kuntest tar-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 126(3) tat-TFUE (43), u għalhekk hija fattur importanti rilevanti għall-ftuħ ta’ PDE. Għal dik ir-raġuni, il-BĊE jirrakkomanda li l-parametri tal-funzjonament u dawk ewlenin tal-kont ta’ kontroll għandhom jiġu speċifikati aktar. Barra minn hekk, il-BĊE jirrakkomanda li l-komputazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u l-istatus ta’ kull Stat Membru taħt il-kont ta’ kontroll għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni, preferibbilment flimkien mal-previżjonijiet tar-rebbiegħa u tal-ħarifa tal-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, il-BĊE jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ limitu għad-devjazzjonijiet tal-infiq nett reali mill-perkors tan-nefqa netta, li jiskatta rekwiżit għall-Kummissjoni biex tħejji rapport skont l-Artikolu 126(3) tat-TFUE (44).

5.   Ir-rwol tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti u tal-Bord Fiskali Ewropew

5.1

It-tisħiħ tar-rwol tal-korpi indipendenti fil-proċess ta’ sorveljanza fiskali jista’ jgħin biex jitnaqqsu t-tendenzi proċikliċi inerenti fit-tfassil tal-politika fiskali filwaqt li tiġi appoġġata wkoll is-sjieda nazzjonali, li hija essenzjali għall-implimentazzjoni sostnuta tal-qafas (45). Il-BĊE għalhekk jappoġġa d-dispożizzjonijiet tal-proposti li għandhom l-għan li jsaħħu r-rwol tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti (IFIs) (46) billi jinkludu rekwiżiti relatati mal-governanza u l-indipendenza tagħhom u jassenjawhom kompiti (47) li jmorru lil hinn mill-kompiti eżistenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48). B’mod partikolari, il-BĊE jilqa’ l-ankraġġ tal-prinċipju ta’ “konformità jew spjegazzjoni” fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-BĊE jappoġġa t-tisħiħ tar-rwol tal-IFIs, sakemm il-kapaċità ġenerali tagħhom tittejjeb ukoll b’mod proporzjonat mal-kompiti addizzjonali tagħhom, u li jiġu żgurati r-riżorsi adegwati u stabbli tagħhom stess biex iwettqu l-mandat tagħhom b’mod effettiv (49).

5.2

Il-BĊE jirrakkomanda li, soġġett għat-tisħiħ tal-kapaċità msemmi hawn fuq u mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kummissjoni skont it-Trattati, ir-rwol tal-IFIs skont ir-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST jista’ jissaħħaħ aktar billi jingħataw rwol fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri u fil-valutazzjoni ta’ miri mhux kwantifikabbli (pereżempju, dwar l-impatt tar-riformi). L-IFIs jistgħu jipprovdu valutazzjoni tas-suppożizzjonijiet sottostanti, il-konsistenza tal-pjan nazzjonali mat-trajettorja teknika tal-Kummissjoni u, fejn rilevanti, il-plawżibbiltà tal-impenji ta’ riforma u investiment. Bl-istess mod, il-BĊE jirrakkomanda li l-involviment tal-IFIs skont l-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST jista’ jissaħħaħ aktar billi l-IFI jintalab iħejji wkoll opinjoni dwar l-analiżi mill-Kummissjoni tal-fatturi rilevanti għall-finijiet tar-rapport skont l-Artikolu 126(3) tat-TFUE.

5.3

Fl-aħħar nett, il-BĊE jirrikonoxxi l-ħidma tal-Bord Fiskali Ewropew (50) u jappoġġa bis-sħiħ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tesplora miżuri biex issaħħaħha. Għal dak l-għan, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Kummissjoni, il-BĊE jappoġġa rwol sinifikanti tal-Bord Fiskali Ewropew fil-qafas tal-governanza ekonomika tal-Unjoni (51). B’mod partikolari, il-BĊE jilqa’ l-possibbiltà li l-Bord Fiskali Ewropew jipprovdi opinjoni biex jinforma r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-attivazzjoni jew l-estensjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali f’konformità mar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST (52). Kif innotat hawn fuq fil-paragrafu 1.1.1 hawn fuq, il-BĊE jara wkoll mertu meta jikkonsulta lill-Bord Fiskali Ewropew dwar il-metodoloġija sottostanti għad-DSA. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Bord Fiskali Ewropew fil-valutazzjoni tal-pożizzjoni fiskali xierqa taż-żona tal-euro għandu jissaħħaħ ukoll.

6.   Setgħat delegati tal-Kummissjoni biex temenda l-annessi

6.1

Ir-Regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati għall-fini tal-emendar tal-Annessi II sa VII, biex tadattahom sabiex tqis kif xieraq l-iżviluppi jew il-ħtiġijiet ulterjuri (53).

6.2

Peress li l-Annessi jiffurmaw parti integrali mir-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST, il-BĊE jirrakkomanda li l-Annessi diġà jinkludu aktar dettalji u speċifikazzjonijiet ex ante. B’mod partikolari, kif innotat hawn fuq, jista’ jiġi pprovdut aktar dettall dwar l-informazzjoni fil-pjan fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju (l-Anness II), il-kont ta’ kontroll (l-Anness IV), il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-plawżibbiltà (l-Anness V), u l-qafas ta’ valutazzjoni għas-sett ta’ impenji ta’ riforma u investiment li jirfdu estensjoni tal-perijodu ta’ aġġustament (l-Anness VII).

6.3

Barra minn hekk, il-BĊE jixtieq jenfasizza l-importanza li jiġi kkonsultat dwar l-atti legali delegati u ta’ implimentazzjoni kollha li jaqgħu fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu, u b’mod f’waqtu, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(4) u l-Artikolu 282(5) TFUE (54).

7.   Relazzjoni mat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza

Il-BĊE jilqa’ l-objettiv tal-proposti tal-Kummissjoni li s-sustanza tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSKG) tiġi integrata fil-qafas legali tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 16 tiegħu (55). Is-sustanza tat-TSKG ġiet interpretata mill-Kummissjoni li tikkorrispondi mal-Patt Fiskali (Titolu III tat-TSKG). Barra minn hekk, il-BĊE jinnota li l-Artikolu 2 tat-TSKG jiżgura li l-adozzjoni tal-proposti tal-Kummissjoni ma teħtieġx l-emenda jew it-tħassir tat-TSKG. L-Artikolu 2(1) tat-TSKG jirrikjedi li t-TSKG irid jiġi applikat u interpretat mill-partijiet kontraenti f’konformità mat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mad-dritt tal-Unjoni, inkluż il-liġi proċedurali kull meta tkun meħtieġa l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni sekondarja. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(2) tat-TSKG jiddikjara li t-TSKG japplika sa fejn ikun kompatibbli mat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea u mad-dritt tal-Unjoni, u li ma għandux jidħol fil-kompetenza tal-Unjoni li taġixxi fil-qasam tal-unjoni ekonomika. Għalhekk, il-BĊE jifhem li meta l-proposti tal-Kummissjoni jiġu adottati u jidħlu fis-seħħ, it-TSKG se japplika u jiġi interpretat f’konformità mal-qafas il-ġdid ta’ governanza ekonomika.

8.   It-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa

Minħabba l-importanza ta’ qafas sod tal-Unjoni għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u fiskali fil-kuntest tal-unjoni monetarja, il-BĊE jenfasizza li huwa meħtieġ aktar progress dwar aspetti speċifiċi għaż-żona tal-euro. L-iżvilupp ta’ qafas għall-monitoraġġ u t-tmexxija tal-pożizzjoni fiskali aggregata taż-żona tal-euro huwa importanti biex jipprovdi kontroparti għall-politika monetarja, peress li jista’ jgħin biex jiġi żgurat li l-politika monetarja u fiskali jikkomplementaw aħjar lil xulxin. Barra minn hekk, tibqa’ l-ħtieġa għal kapaċità fiskali ċentrali permanenti. Għodda bħal din, jekk imfassla b’mod xieraq, jista’ jkollha rwol fit-tisħiħ tal-istabbilizzazzjoni makroekonomika u l-konverġenza fiż-żona tal-euro fuq medda itwal ta’ żmien, inkluż permezz tal-investiment, u b’hekk tappoġġa wkoll il-politika monetarja unika. Għal dak l-għan, kapaċità fiskali ċentrali permanenti tkun teħtieġ li tkun biżżejjed fid-daqs u jkollha finanzjament permanenti (56) .

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Lulju 2023.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  COM(2023) 240 final.

(2)  COM(2023) 241 final.

(3)  COM(2023) 242 final.

(4)  Ara l-paragrafu 1.1 tal-Opinjoni CON/2018/25 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2018 dwar proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi dispożizzjonijiet għat-tisħiħ tar-responsabbiltà fiskali u l-orjentazzjoni baġitarja fuq terminu medju fl-Istati Membri (ĠU C 261, 25.7.2018, p. 1). L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma disponibbli fuq EUR-Lex.

(5)  Ara t-tweġiba tal-Eurosistema għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea “L-ekonomija tal-UE wara l-COVID-19: implikazzjonijiet għall-governanza ekonomika”, tal-1 ta’ Diċembru 2021, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu

(6)  Ara l-Kummissjoni Ewropea, “Gwida għall-politika fiskali għall-2024: Il-promozzjoni tas-sostenibbiltà tad-dejn u t-tkabbir sostenibbli u inklużiv”, 8 ta’ Marzu 2023.

(7)  Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).

(8)  Il-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4). Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (minn hawn ’il quddiem il-‘Liġi Ewropea dwar il-Klima’) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(9)  Ara “Completing Europe’s Economic and Monetary Union” (“It-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa”), Rapport minn Jean-Claude Juncker, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ Donald Tusk, Jeroen Dijsselbloem, Mario Draghi u Martin Schulz, 22 ta’ Ġunju 2015, p. 4, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni fuq www.ec.europa.eu. Ara wkoll l-Osservazzjonijiet Ġenerali tal-Opinjoni CON/2018/51, tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Novembru 2018 dwar proposta għal regolament dwar l-istabbiliment ta’ Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investiment (ĠU C 444, 10.12.2018, p. 11); paragrafu 1.3 tal-Opinjoni CON/2019/37 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ Ottubru 2019 dwar proposta għal regolament dwar qafas ta’ governanza għall-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività għaż-żona tal-euro (ĠU C 408, 4.12.2019, p. 3).

(10)  Ara l-Artikoli 5 u 6 u l-Anness I tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST. Ara wkoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tar-Reġjuni, “Komunikazzjoni dwar l-orjentazzjonijiet għal riforma tal-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE”, COM(2022) 583 final, 9 ta’ Novembru 2022.

(11)  Pereżempju, fl-Artikolu 2, il-punt (2), u/jew fl-Anness II, il-punt (a), tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(12)  Ara l-Artikolu 6, il-punt (a), tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(13)  Ara l-Artikolu 8 u l-Anness V tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(14)  B’mod partikolari, dan jista’ jiġi inkluż fl-Anness V tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(15)  Ara l-Artikolu 5 tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(16)  Ara l-Artikolu 11(2) tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(17)  Ara wkoll l-Artikolu 1, il-punt (1), tal-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST, li jemenda l-Artikolu 2(1a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).

(18)  Ara l-Artikolu 6, il-punti (c) u (d), l-Artikolu 15(2) u l-Anness I, il-punt (c), tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST. Ara l-Artikolu 1, il-punt (2), tal-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST, li jemenda l-Artikoli 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97, ara l-Artikolu 1, il-punt (4), tal-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST, li jemenda l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97.

(19)  Ara l-Artikolu 10 tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(20)  Ara l-Artikoli 11, 12 u 14 u l-Anness II tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(21)  Ara l-Artikolu 5 u l-Artikolu 11(1) tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(22)  Ara l-Artikolu 13(1) tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(23)  Ara l-Artikolu 13(3) tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(24)  Ara l-Artikolu 13(5) u l-Anness VII tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(25)  Ara l-Artikolu 6, il-punti (c) u (d), u l-Artikolu 15(2) tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(26)  Ara l-Artikolu 13(4) tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(27)  Ara l-Artikolu 14(1) tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(28)  Ara l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 12 il-punt (b), l-Artikolu 13(2) u l-Artikoli 16 u 30 tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(29)  Ara l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 12, il-punt (b), tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(30)  Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).

(31)  Ara l-Artikolu 30 tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(32)  Ara l-paragrafu 18 tal-Opinjoni CON/2011/13 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Frar 2011 dwar ir-riforma tal-governanza ekonomika fl-Unjoni Ewropea (ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1).

(33)  Ara l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022, “Proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku: Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet”, disponibbli fuq is-sit web tal-Kunsill fuq www.consilium.europa.eu

(34)  Ara l-Artikolu 19 tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(35)  Ara l-Artikolu 27 tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(36)  Ara l-Artikolu 19 tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST. L-abbozzar jista’ jiġi emendat biex jiddikjara: “[...] il-Kunsill għandu, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jirrakkomanda perkors ta’ nfiq nett rivedut b’perijodu ta’ aġġustament iqsar”.

(37)  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Komunikazzjoni dwar l-orjentazzjonijiet għal riforma tal-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE”, COM(2022) 583 final, 9 ta’ Novembru 2022.

(38)  L-Artikolu 1, il-punt (1), tal-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST, li jemenda l-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97.

(39)  Ara l-Artikolu 1, il-punt (2), tal-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST, li jemenda l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97, u l-Artikolu 1, il-punt (4), tal-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST, li jemenda l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97.

(40)  Ara l-Artikolu 1, il-punt (2), tal-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST, li jemenda l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97.

(41)  Ara l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97.

(42)  Ara l-Artikolu 21, it-tieni paragrafu, u l-Anness IV tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(43)  Ara l-Artikolu 1, il-punt (1), tal-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST, li jemenda l-Artikolu 2(3), il-punt (b), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97.

(44)  Pereżempju, skont l-Artikolu 1, il-punt (1), tal-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST, li jemenda l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97.

(45)  Ara t-tweġiba tal-Eurosistema għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea “L-ekonomija tal-UE wara l-COVID-19: implikazzjonijiet għall-governanza ekonomika” tad-19 ta’ Ottubru 2021, l-1 ta’ Diċembru 2021.

(46)  Ara l-paragrafu 2.4.1 tal-Opinjoni CON/2018/25.

(47)  Ara l-Artikolu 1, il-punt (8), tal-emendi proposti għad-direttiva dwar l-oqfsa baġitarji, li jemenda l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41). Ara l-Artikolu 22 tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST. Ara l-Artikolu 1, il-punt (1), tal-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST, li jemenda l-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97, u l-Artikolu 1, il-punt (3), tal-emendi proposti għar-regolament dwar il-parti korrettiva tal-PST, li jemenda l-Artikolu 3(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97.

(48)  Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11)

(49)  Ara l-Artikolu 1, il-punt (8), tal-emendi proposti għad-direttiva dwar l-oqfsa baġitarji, li temenda l-Artikolu 8(3), il-punt (c), tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE.

(50)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1937 tal-21 ta’ Ottubru 2015 li tistabbilixxi Bord Fiskali Ewropew konsultattiv indipendenti (ĠU L 282, 28.10.2015, p. 37).

(51)  Ara l-paragrafu 22 tal-Opinjoni CON/2011/13.

(52)  Ara l-Artikolu 24 tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(53)  Ara l-Artikolu 32 tar-regolament il-ġdid propost dwar il-parti preventiva tal-PST.

(54)  Ara l-Opinjoni CON/2011/42 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2011 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq; ara l-paragrafu 8 tal-Opinjoni CON/2011/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea; ara l-paragrafu 4 tal-Opinjoni CON/2012/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Jannar 2012 dwar proposta għal Direttiva dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment u proposta għal Regolament dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment; ara l-paragrafu 1.9 tal-Opinjoni CON/2018/1 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Jannar 2018 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tan-negozju Ewropea li temenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 u li tħassar 10 legali atti fil-qasam tal-istatistika tan-negozju.

(55)  Ara l-paragrafu 1.2 tal-Opinjoni CON/2018/25. L-Artikolu 16 tat-TSKG jipprevedi li sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-TSKG, jiġifieri sal-1 ta’ Jannar 2018, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa bl-għan li s-sustanza tat-TSKG tiġi inkorporata fil-qafas legali tal-Unjoni.

(56)  Ara t-tweġiba tal-Eurosistema għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea “L-ekonomija tal-UE wara l-COVID-19: implikazzjonijiet għall-governanza ekonomika” tad-19 ta’ Ottubru 2021, l-1 ta’ Diċembru 2021. Ara wkoll l-Osservazzjonijiet Ġenerali tal-Opinjoni CON/2018/51, u l-paragrafu 1.3 tal-Opinjoni CON/2019/37.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/26


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta' Awwissu 2023

(2023/C 290/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0900

JPY

Yen Ġappuniż

158,88

DKK

Krona Daniża

7,4518

GBP

Lira Sterlina

0,85395

SEK

Krona Żvediża

11,8666

CHF

Frank Żvizzeru

0,9555

ISK

Krona Iżlandiża

144,10

NOK

Krona Norveġiża

11,4985

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,078

HUF

Forint Ungeriż

384,73

PLN

Zloty Pollakk

4,4718

RON

Leu Rumen

4,9385

TRY

Lira Turka

29,5376

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6931

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4718

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,5318

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8298

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4793

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 458,28

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

20,7417

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9387

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 726,82

MYR

Ringgit Malażjan

5,0712

PHP

Peso Filippin

61,738

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

38,542

BRL

Real Brażiljan

5,4127

MXN

Peso Messikan

18,6156

INR

Rupi Indjan

90,4995


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

18.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/27


Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2023/C 290/05)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (KE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

IL-ĠERMANJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 202, 9.6.2023, p.33.

Portijiet tal-Baħar tat-Tramuntana

(1)

Borkum

(2)

Brake

(3)

Brunsbüttel

(4)

Büsum

(5)

Bützflether Sand

(6)

Bremen

(7)

Bremerhaven

(8)

Cuxhaven

(9)

Eckwarderhörne

(10)

Elsfleth

(11)

Emden

(12)

Fedderwardersiel

(13)

Glückstadt

(14)

Hamburg

(15)

Hamburg-Neuenfelde

(16)

Helgoland

(17)

Husum

(18)

Leer

(19)

Lemwerder

(20)

List/Sylt

(21)

Norddeich

(22)

Nordenham

(23)

Norderney

(24)

Papenburg

(25)

Stadersand

(26)

Wangerooge

(27)

Wedel

(28)

Wewelsfleth

(29)

Wilhelmshaven

Portijiet baltiċi

(1)

Eckernförde (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(2)

Flensburg-port

(3)

Greifswald-Ladebow port

(4)

Jägersberg (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(5)

Kiel

(6)

Kiel (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(7)

Kiel-Holtenau

(8)

Lubmin

(9)

Lübeck

(10)

Lübeck-Travemünde

(11)

Mukran

(12)

Neustadt

(13)

Puttgarden

(14)

Rendsburg

(15)

Rostock-port (fużjoni tal-portijiet ta’ Warnemünde u Rostock)

(16)

Sassnitz

(17)

Stralsund

(18)

Surendorf (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(19)

Vierow

(20)

Wismar

(21)

Wolgast

ODERHAFF

(1)

Ueckermünde

Ajruporti, ajrudromi, mtajar

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BADEN-WÜRTTEMBERG

(1)

Aalen-Heidenheim-Elchingen

(2)

Baden Airport Karlsruhe Baden-Baden

(3)

Donaueschingen-Villingen

(4)

Freiburg/Brg.

(5)

Friedrichshafen-Löwental

(6)

Heubach (Krs. Schwäb. Gmünd)

(7)

Lahr

(8)

Laupheim

(9)

Leutkirch-Unterzeil

(10)

Mannheim-City

(11)

Mengen

(12)

Niederstetten

(13)

Schwäbisch Hall

(14)

Stuttgart

FL-ISTAT FEDERALI TAL-BAVARJA

(1)

Aschaffenburg

(2)

Augsburg-Mühlhausen

(3)

Bayreuth – Bindlacher Berg

(4)

Coburg-Brandebsteinsebene

(5)

Giebelstadt

(6)

Hof-Plauen

(7)

Ingolstadt

(8)

Lechfeld

(9)

Memmingerberg

(10)

München “Franz Joseph Strauß”

(11)

Neuburg

(12)

Nürnberg

(13)

Oberpfaffenhofen

(14)

Roth

(15)

Straubing-Wallmühle

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BERLIN

(1)

Berlin-Tegel

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BRANDENBURG

(1)

Berlin Brandenburg “Willy Brandt”

(2)

Schönhagen

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BREMEN

(1)

Bremen

FL-ISTAT FEDERALI TA’ HAMBURG

(1)

Hamburg

FL-ISTAT FEDERALI TA’ HESSEN

(1)

Allendorf/Eder

(2)

Egelsbach

(3)

Frankfurt/Main

(4)

Fritzlar

(5)

Kassel-Calden

(6)

Reichelsheim

FL-ISTAT FEDERALI TA’ MECKLENBURG-VORPOMMERN

(1)

Neubrandenburg-Trollenhagen

(2)

Rostock-Laage

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA T’ISFEL

(1)

Braunschweig-Waggum

(2)

Bückeburg-Achum

(3)

Celle

(4)

Damme/Dümmer-See

(5)

Diepholz

(6)

Emden

(7)

Fassberg

(8)

Hannover

(9)

Leer-Nüttermoor

(10)

Nordholz

(11)

Osnabrück-Atterheide

(12)

Wilhelmshaven-Mariensiel

(13)

Wittmundhafen

(14)

Wunstorf

Fl-ISTAT FEDERALI TA’ NORDRHEIN-WESTFALEN

(1)

Aachen-Merzbrück

(2)

Arnsberg

(3)

Bielefeld-Windelsbleiche

(4)

Bonn-Hardthöhe

(5)

Dortmund-Wickede

(6)

Düsseldorf

(7)

Essen-Mülheim

(8)

Bonn Hangelar

(9)

Köln/Bonn

(10)

Marl/Loemühle

(11)

Mönchengladbach

(12)

Münster-Osnabrück

(13)

Nörvenich

(14)

Paderborn-Lippstadt

(15)

Porta Westfalica

(16)

Rheine-Bentlage

(17)

Siegerland

(18)

Stadtlohn-Wenningfeld

(19)

Weeze-Lahrbruch

Fl-ISTAT FEDERALI TA’ RHEINLAND-PFALZ

(1)

Büchel

(2)

Föhren

(3)

Hahn

(4)

Koblenz-Winningen

(5)

Mainz-Finthen

(6)

Pirmasens-Pottschütthöhe

(7)

Ramstein (US-Air Base)

(8)

Speyer

(9)

Spangdahlem (US-Air Base)

(10)

Zweibrücken

FL-ISTAT FEDERALI TA’ SAARLAND

(1)

Saarbrücken-Ensheim

(2)

Saarlouis/Düren

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA

(1)

Dresden

(2)

Leipzig-Halle

(3)

Rothenburg/Oberlausitz

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA-ANHALT

(1)

Cochstedt

(2)

Magdeburg

FL-ISTAT FEDERALI TA’ SCHLESWIG-HOLSTEIN

(1)

Helgoland-Düne

(2)

Hohn

(3)

Kiel-Holtenau

(4)

Lübeck-Blankensee

(5)

Schleswig/Jagel

(6)

Westerland/Sylt

FL-ISTAT FEDERALI TA’ THÜRINGEN

(1)

Altenburg-Nobitz

(2)

Erfurt-Weimar

IL-GREĊJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 261, 25.7.2018, p.6.

Εναέρια σύνορα  (*1)

Ajruporti (fruntieri ta’ l-ajru)

1.

Αθήνα

Αthina

2.

Ηράκλειο

Heraklion

3.

Θεσσαλονίκη

Thessaloniki

4.

Ρόδος

Rodos (Rhodes)

5.

Κέρκυρα

Kerkira (Corfou)

6.

Αντιμάχεια Κω

Antimachia (Kos)

7.

Χανιά

Chania

8.

Πυθαγόρειο Σάμου

Pithagorio, Samos

9.

Μυτιλήνη

Mitilini

10.

Ιωάννινα

Ioannina

11.

Άραξος

Araxos

12.

Σητεία

Sitia

13.

Χίος

Chios (*1)

14.

Αργοστόλι

Argostoli

15.

Καλαμάτα

Kalamata

16.

Καβάλα

Kavala

17.

Άκτιο Βόνιτσας

Aktio Vonitsas

18.

Ζάκυνθος

Zakinthos

19.

Θήρα

Thira

20.

Σκιάθος

Skiathos

21.

Κάρπαθος

Karpathos (*1)

22.

Μύκονος

Mikonos

23.

Αλεξανδρούπολη

Alexandroupoli

24.

Ελευσίνα

Elefsina

25.

Ανδραβίδα

Andravida

26.

Ατσική Λήμνου

Atsiki - Limnos

27.

Νέα Αγχίαλος

Νea Aghialos

28.

Αργος Ορεστικού (Καστοριά)

Argos


Θαλάσσια σύνορα

Portijiet (fruntieri tal-baħar)

1.

Γύθειο

Githio

2.

Σύρος

Siros

3.

Ηγουμενίτσα

Igoymenitsa

4.

Στυλίδα

Stilida

5.

Άγιος Νικόλαος

Agios Nikolaos

6.

Ρέθυμνο

Rethimno

7.

Λευκάδα

Lefkada

8.

Σάμος

Samos

9.

Βόλος

Volos

10.

Κως

Kos

11.

Δάφνη Αγίου Όρους

Dafni, Agiou Oros

12.

Ίβηρα Αγίου Όρους

Ivira, Agiou Oros

13.

Γλυφάδα

Glifada

14.

Πρέβεζα

Preveza

15.

Πάτρα

Patra

16.

Κέρκυρα

Kerkira

17.

Σητεία

Sitia

18.

Χίος

Chios

19.

Αργοστόλι

Argostoli

20.

Θεσσαλονίκη

Thessaloniki

21.

Κόρινθος

Korinthos

22.

Καλαμάτα

Kalamata

23.

Κάλυμνος

Kalymnos (*2)

24.

Καβάλα

Kavala

25.

Ιθάκη

Ithaki

26.

Πύλος

Pilos

27.

Πυθαγόρειο Σάμου

Pithagorio - Samos

28.

Λαύριο

Lavrio

29.

Ηράκλειο

Heraklio

30.

Σάμη Κεφαλληνίας

Sami, Kefalonia

31.

Πειραιάς

Pireas

32.

Μήλος

Milos

33.

Κατάκολο

Katakolo

34.

Σούδα Χανίων

Souda - Chania

35.

Ιτέα

Itea

36.

Ελευσίνα

Elefsina

37.

Μύκονος

Mikonos

38.

Ναύπλιο

Nafplio

39.

Χαλκίδα

Chalkida

40.

Ρόδος

Rodos

41.

Ζάκυνθος

Zakinthos

42.

Θήρα

Thira

43.

Καλοί Λιμένες Ηρακλείου

Kali - Limenes - Herakliou

44.

Μύρινα Λήμνου

Myrina - Limnos

45.

Παξοί

Paxi

46.

Σκιάθος

Skiathos

47.

Αλεξανδρούπολη

Alexandroupoli

48.

Αίγιο

Aighio

49.

Πάτμος

Patmos

50.

Σύμη

Simi

51.

Μυτιλήνη

Mitilini

52.

Χανιά

Chania

53.

Αστακός

Astakos

54.

Καρλόβασι Σάμου

Karlovasi Samos (*2)

55.

Πέτρα Λέσβου

Petra, Lesvos (*2)

56.

Αγία Μαρίνα Λέρου

Agia Marina Leros (*2)

57.

Νέα Μουδανιά Χαλκιδικής

Nea Moudania

58.

Άγιοι Θεόδωροι

Agioi Theodoroi

59.

Καστελόριζο

Kastellorizo

60.

Πλωμάρι Λέσβου

Plomari, Lesvos (*2)


Χερσαία σύνορα

Fruntieri ta’ l-art

Με την Αλβανία

Ma’ L-Albanija

1.

Κακαβιά

1.

Kakavia

2.

Κρυσταλλοπηγή

2

Kristalopigi

3

Σαγιάδα

3

Sagiada

4

Μερτζάνη

4

Mertzani

Με την πρώην Γιουγκοσλαβική Δημοκρατία της Μακεδονίας

Mal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

1.

Νίκη

1.

Niki

2.

Ειδομένη (σιδηροδρομικό)

2.

Idomeni (linja tal-ferrovija)

3.

Εύζωνοι

3.

Evzoni

4.

Δοϊράνη

4.

Doirani

Με τη Βουλγαρία

Mal-Bulgarija

1.

Προμαχώνας

1.

Promachonas

2.

Προμαχώνας (σιδηροδρομικό)

2.

Promachonas (linja tal-ferrovija)

3.

Δίκαια (σιδηροδρομικό)

3.

Dikea, Evros (linja tal-ferrovija)

4.

Ορμένιο

4.

Ormenio, Evros

5

Εξοχή

5

Εχοηι

6

Άγιος Κωνσταντίνος Ξάνθης

6

Agios Konstantinos (Xanthi)

7

Κυπρίνος Έβρου

7

Kyprinos (Evros)

8

Νυμφαία

8

Nymfaia

Με την Τουρκία

Mat-Turkija

1.

Καστανιές Έβρου

1.

Kastanies

2.

Πύθιο (σιδηροδρομικό)

2.

Pithio (linja tal-ferrovija)

3.

Κήποι Έβρου

3.

Kipi

FRANZA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 202, 9.6.2023, p.33.

Fruntieri tal-ajru

(1)

Ajaccio-Napoléon-Bonaparte

(2)

Albert-Bray

(3)

Angers-Marcé

(4)

Angoulême-Brie-Champniers

(5)

Annecy-Methet

(6)

Auxerre-Branches

(7)

Avignon-Caumont

(8)

Bâle-Mulhouse

(9)

Bastia-Poretta

(10)

Beauvais-Tillé

(11)

Bergerac-Dordonge-Périgord

(12)

Béziers-Vias

(13)

Biarritz-Pays Basque

(14)

Bordeaux-Mérignac

(15)

Brest-Bretagne

(16)

Brive-Souillac

(17)

Caen-Carpiquet

(18)

Calais-Dunkerque

(19)

Calvi-Sainte-Catherine

(20)

Cannes-Mandelieu

(21)

Carcassonne-Salvaza

(22)

Châlons-Vatry

(23)

Chambéry-Aix-les-Bains

(24)

Châteauroux-Déols

(25)

Cherbourg-Mauperthus

(26)

Clermont-Ferrand-Auvergne

(27)

Colmar-Houssen

(28)

Deauville-Normandie

(29)

Dijon-Longvic

(30)

Dinard-Pleurtuit-Saint-Malo

(31)

Dôle-Tavaux

(32)

Epinal-Mirecourt

(33)

Figari-Sud Corse

(34)

Grenoble-Alpes-Isère

(35)

Hyères-le Palivestre

(36)

Istres-Le-Tubé

(37)

La Môle-Saint-Tropez (ftuħ annwali mill-1 ta’ Lulju sal-15 ta’ Ottubru)

(38)

La Rochelle-Ile de Ré

(39)

La Roche-sur-Yon

(40)

Laval-Entrammes

(41)

Le Castellet (ftuħ annwali mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju. Ftuħ eċċezzjonali mit-22 sal-31 ta’ Ottubru 2022.)

(42)

Le Havre-Octeville

(43)

Le Mans-Arnage

(44)

Le Touquet-Côte ďOpale

(45)

Lille-Lesquin

(46)

Limoges-Bellegarde

(47)

Lorient-Lann-Bihoué

(48)

Lyon-Bron

(49)

Lyon-Saint-Exupéry

(50)

Marseille-Provence

(51)

Metz-Nancy-Lorraine

(52)

Monaco-Héliport

(53)

Montpellier-Méditérranée

(54)

Nantes-Atlantique

(55)

Nice-Côte d’Azur

(56)

Nîmes-Garons

(57)

Orléans-Bricy

(58)

Orléans-Saint-Denis-de-l’Hôtel

(59)

Paris-Charles de Gaulle

(60)

Paris-Issy-les-Moulineaux

(61)

Paris-le Bourget

(62)

Paris-Orly

(63)

Pau-Pyrénées

(64)

Perpignan-Rivesaltes

(65)

Poitiers-Biard

(66)

Pontoise / Cormeille-en-Vexin (14-22 ta’ Ġunju 2023, 13:30-16:30; 23-25 ta’ Ġunju 2023, 12:30-17:30)

(67)

Quimper-Pluguffan (miftuħ mill-bidu ta’ Mejju sal-bidu ta’ Settembru)

(68)

Rennes Saint-Jacques

(69)

Rodez-Aveyron

(70)

Rouen-Vallée de Seine

(71)

Saint-Brieuc-Armor

(72)

Saint-Etienne Loire

(73)

Saint-Nazaire-Montoir

(74)

Salon de Provence (10 ta’ Mejju 2023–27 ta’ Mejju 2023)

(75)

Strasbourg-Entzheim

(76)

Tarbes-Lourdes-Pyrénées

(77)

Toulouse-Blagnac

(78)

Toulouse-Francazal

(79)

Tours-Val de Loire

(80)

Troyes-Barberey

(81)

Valence — Chabeuil (mill-1 ta’ Ġunju 2021)

(82)

Vélizy-Villacoublay

Fruntieri marittimi

(1)

Ajaccio

(2)

Bastia

(3)

Bayonne

(4)

Bordeaux

(5)

Boulogne

(6)

Brest

(7)

Caen-Ouistreham

(8)

Calais

(9)

Cannes-Vieux Port

(10)

Carteret

(11)

Cherbourg

(12)

Dieppe

(13)

Douvres

(14)

Dunkerque

(15)

Granville

(16)

Honfleur

(17)

La Rochelle-La Pallice

(18)

Le Havre

(19)

Les Sables-d’Olonne-Port

(20)

Lorient

(21)

Marseille

(22)

Monaco-Port de la Condamine

(23)

Nantes-Saint-Nazaire

(24)

Nice

(25)

Port-de-Bouc-Fos/Port-Saint-Louis

(26)

Port-la-Nouvelle

(27)

Port-Vendres

(28)

Roscoff

(29)

Rouen

(30)

Saint-Brieuc

(31)

Saint-Malo

(32)

Sète

(33)

Toulon

Fruntieri tal-art

(1)

L-istazzjon ferrovjarju Bourg Saint Maurice (jiftaħ mill-bidu ta’ Diċembru sa nofs April)

(2)

L-istazzjon ferrovjarju Moûtiers (jiftaħ mill-bidu ta’ Diċembru sa nofs April)

(3)

L-istazzjon ferrovjarju Ashford International

(4)

Cheriton/Coquelles

(5)

L-istazzjon ferrovjarju Chessy-Marne-la-Vallée

(6)

L-istazzjon ferrovjarju Fréthun

(7)

L-istazzjon ferrovjarju Lille-Europe

(8)

L-istazzjon ferrovjarju Paris-Nord

(9)

L-istazzjon ferrovjarju St-Pancras

(10)

L-istazzjoni ferrovjarju Ebbsfleet

(11)

Pas de la Case-Porta

(12)

L-istazzjon ferrovjarju Roissy TGV - l-ajruport

IL-POLONJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 84, 4.3.2016, p.2.

Il-punti ta’ qsim tal-fruntieri

1)

aċċessibbli għal kulħadd:

Le

Isem

Tip

Tip ta’ traffiku awtorizzat fil-fruntiera

Ħinijiet tal-ftuħ:

a)

il-fruntiera nazzjonali fuq l-art mal-Federazzjoni Russa:

1

Braniewo - Mamonovo

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

2

Bezledy - Bagrationovsk

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija, vetturi involuti fit-trasport internazzjonali b’tagħbija fuq il-fus sa 8 tunnellati

24/7

3

Glomno - Bagrationovsk

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-merkanzija

24/7

4

Skandawa - Zheleznodorozhny

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-merkanzija

24/7

5

Gołdap — Gusev

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija, vetturi li għandhom piż massimu permessibli mgħobbi ta’ mhux aktar minn 7,5 tunnellati.

24/7

6

Grzechotki - Mamonovo II

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

7

Gronowo - Mamonovo

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija, vetturi b'piż mgħobbi ta’ mhux aktar minn 6 tunnellati.

24/7

b)

il-fruntiera nazzjonali fuq l-art mal-Belarussja:

1

Rudawka - Lesnaya

traffiku fuq ix-xmajjar

traffiku tal-passiġġieri

mill-01.05 sal-01.10 bejn is-07:00 u s-19:00

2

Kuźnica Białostocka - Grodno

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

3

Kuźnica Białostocka -Bruzgi

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

4

Bobrowniki - Bierestovica

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

5

Zubki Białostockie - Bierestovica

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-merkanzija

24/7

6

Siemianówka - Svislach

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-merkanzija

24/7

7

Białowieża - Piererov

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri: persuni bil-mixi, ċiklisti

mill-01.04 sat-30.09, bejn it-08:00 u t-20:00; mill-01.10 sal-31.03, bejn it-08:00 u s-18:00

8

Czeremcha - Vysoko-Litovsk

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-merkanzija

24/7

9

Kukuryki - Kozłowiczy

traffiku bit-triq;

traffiku tal-merkanzija

24/7

10

Terespol - Brest

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

11

Terespol - Brest

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri

24/7

12

Sławatycze - Damachava

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri — esklużi xarabanks

24/7

c)

il-fruntiera nazzjonali fuq l-art mal-Ukrajna:

1

Dorohusk - Jagodzin

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

2

Dorohusk - Jagodzin

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

3

Zosin - Ustilug

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri

24/7

4

Hrubieszów — Volodymyr-Volynsky

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

5

Dołhobyczów - Uhryniv

traffiku bit-triq;

vetturi tal-passiġġieri b’piż mgħobbi permissibbli ta’ mhux aktar minn 3,5 tunnellati u xarabanks

24/7

6

Hrebenne - Rava-Rus’ka

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

7

Hrebenne - Rava-Rus’ka

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-passiġġieri

24/7

8

Werchrata - Rava-Rus’ka

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-merkanzija

24/7

9

Budomierz - Hrushiv

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija, vetturi li għandhom piż massimu permessibli mgħobbi ta’ mhux aktar minn 3,5 tunnellati.

24/7

10

Korczowa - Krakovets’

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

11

Przemyśl — Mostys’ka

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

12

Medyka - Shehyni

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

13

Krościenko - Smil’nytsya

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija, vetturi li għandhom piż massimu permessibli mgħobbi ta’ mhux aktar minn 7,5 tunnellati.

24/7

14

Krościenko - Khyriv

traffiku ferrovjarju

traffiku tal-passiġġieri

24/7

d)

il-fruntiera marittima:

1

Szczecin

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

2

Trzebież

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri

24/7

3

Nowe Warpno

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri

24/7

4

Swinoujscie

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

5

Dziwnów

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri fuq bċejjeċ tal-baħar għar-rikreazzjoni, traffiku tal-merkanzija (sajd Pollakk)

24/7

6

Mrzeżyno

traffiku marittimu

traffiku tal-merkanzija (sajd Pollakk)

24/7

7

Kołobrzeg

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

8

Darłowo

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

9

Ustka

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

10

Łeba

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri fuq bċejjeċ tal-baħar għar-rikreazzjoni, traffiku tal-merkanzija (sajd Pollakk)

24/7

11

Władysławowo

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

12

Jastarnia

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri fuq bċejjeċ tal-baħar għar-rikreazzjoni, traffiku tal-merkanzija (sajd Pollakk)

24/7

13

Hel

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

14

Gdynia

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

15

Gdańsk-Port

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

16

Gdańsk-Górki Zachodnie

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri fuq bċejjeċ tal-baħar għar-rikreazzjoni, traffiku tal-merkanzija (sajd Pollakk)

24/7

17

Elbląg

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

18

Frombork

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

19

Nowy Świat

traffiku marittimu

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

e)

ajruport permanenti:

1

Poznań-Ławica

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

2

Bydgoszcz

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

3

Łódż-Lublinek

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

4

Świdnik k/Lublina

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

5

Kraków-Balice

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

6

Katowice-Pyrzowice

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

7

Wroclaw-Strachowice

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

8

Gdańsk-Rębiechowo

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

9

Rzeszów-Jasionka

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

10

Warsaw-Okęcie

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

11

Warsaw-Modlin

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

12

Szczecin-Goleniów

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

13

Radom-Sadków

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

14

Mazury

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri

24/7

15

Zielona Góra-Babimost

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

24/7

f)

ajruporti oħra:

1

Jelenia Góra

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri

bejn is-07:00 u t-20:00; mill-01.05 sat-30.09, bejn is-07:00 u l-22:00

2

Mielec

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri

bejn is-08:00 u t-20:00; mill-01.05 sat-30.09, bejn is-07:00 u l-22:00

3

Zielona Góra–Przylep

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri

bejn is-06:00 u t-20:00; mill-01.05 sat-30.09, bejn is-06:00 u l-22:00

4

Gdynia-Kosakowo

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri

bejn is-06:00 u t-20:00; mill-01.05 sat-30.09, bejn is-06:00 u l-22:00

5

Kielce-Maslów

traffiku tal-ajru

traffiku tal-passiġġieri, traffiku tal-merkanzija

bejn is-06:00 u t-20:00; mill-01.05 sat-30.09, bejn is-06:00 u l-22:00

2)

Punti internazzjonali ta’ qsim tal-fruntiera għal ċittadini tal-istati kkonċernati:

Le

Isem

Tip

Tip ta’ traffiku awtorizzat fil-fruntiera

Ħinijiet tal-ftuħ

1

Polowce-Pieszczatka

traffiku bit-triq;

traffiku tal-passiġġieri — esklużi x-xarabanks, għaċ-ċittadini Pollakki u tal-Belarus

24/7

IS-SLOVENJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 210, 16.7.2011, p.30.

Fruntieri tal-baħar

(1)

Koper – Capodistria

(2)

Piran – Pirano

Fruntieri ta' l-ajru

(1)

Ljubljana–Brnik

(2)

Maribor–Slivnica

(3)

Portorož–Portorose

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 25.

ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11.

ĠU C 153, 6.7.2007, p.22.

ĠU C 164, 18.7.2008, p. 45.

ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1.

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16.

ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9.

ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10.

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10.

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10.

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20.

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7.

ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28.

ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22.

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17.

ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13.

ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17.

ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34.

ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22.

ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12.

ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8.

ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17.

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14.

ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30.

ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18.

ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12.

ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3.

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7.

ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11.

ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22.

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9.

ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9.

ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2.

ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7.

ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5.

ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6.

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4.

ĠU C 167, 4.6.2014, p. 9.

ĠU C 244, 26.7.2014, p. 22.

ĠU C 332, 24.9.2014, p. 12.

ĠU C 420, 22.11.2014, p. 9.

ĠU C 72, 28.2.2015, p. 17.

ĠU C 126, 18.4.2015, p. 10.

ĠU C 229, 14.7.2015, p. 5.

ĠU C 341, 16.10.2015, p. 19.

ĠU C 84, 4.3.2016, p. 2.

ĠU C 236, 30.6.2016, p. 6.

ĠU C 278, 30.7.2016, p. 47.

ĠU C 331, 9.9.2016, p. 2.

ĠU C 401, 29.10.2016, p. 4.

ĠU C 484, 24.12.2016, p.30.

ĠU C 32, 1.2.2017, p. 4.

ĠU C 74, 10.3.2017, p. 9.

ĠU C 120, 13.4.2017, p. 17.

ĠU C 152, 16.5.2017, p. 5.

ĠU C 411, 2.12.2017, p. 10.

ĠU C 31, 27.1.2018, p. 12.

ĠU C 261, 25.7.2018, p. 6.

ĠU C 264, 26.7.2018, p. 8.

ĠU C 368, 11.10.2018, p. 4.

ĠU C 459, 20.12.2018, p. 40.

ĠU C 43, 4.2.2019, p. 2.

ĠU C 64, 27.2.2020, p. 17.

ĠU C 231, 14.7.2020, p. 2.

ĠU C 58, 18.2.2021, p. 35.

ĠU C 81, 10.3.2021, p. 27.

ĠU C 184, 12.5.2021, p. 8.

ĠU C 219, 9.6.2021, p. 9.

ĠU C 279, 13.7.2021, p. 4.

ĠU C 290, 20.7.2021, p. 10.

ĠU C 380, 20.9.2021, p. 3.

ĠU C 483, 1.12.2021, p. 19.

ĠU C 201, 18.5.2022, p. 82.

ĠU C 229, 14.6.2022, p. 8.

ĠU C 241, 24.6.2022, p. 6.

ĠU C 286, 27.7.2022, p. 33.

ĠU C 335, 2.9.2022, p. 15.

ĠU C 202, 9.6.2023, p. 33.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.

(*1)  Nota: Dawn joperaw esklussivament matul il-perjodu tas-sajf.

(*2)  Nota: Dawn joperaw esklussivament matul il-perjodu tas-sajf.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

18.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/45


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2023/C 290/06)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Maremma toscana”

PDO-IT-A1413-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 18.5.2023

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Indikazzjoni tat-terminu “Rosè” bħala alternattiva għat-terminu “Rosato”

Għad-denominazzjoni tal-inbejjed tat-tip rożè, żdiedet il-possibbiltà li jiġu indikati wkoll bit-terminu “Rosè” għat-tipi ta’ prodotti li ġejjin: Rosato, Alicante Rosato, Grenache Rosato, Ciliegiolo Rosato, Merlot Rosato, Sangiovese Rosato, Syrah Rosato.

Din il-possibbiltà tagħmilha possibbli li jiżdiedu l-opportunitajiet kummerċjali speċjalment fis-swieq Anglo-Sassoni.

L-emenda tikkonċerna dawn l-Artikoli tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: 1, 2, 4, 5, 6, u 7, u dawn il-punti tad-Dokument Uniku: 4 u 9.

2.   Żieda tat-tip Vermentino Superiore

Żdied it-tip il-ġdid Vermentino bl-indikazzjoni Superiore.

Dan it-tip għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-varjetà tad-dwieli Vermentino, billi jadotta tekniki agrikoli u tal-produzzjoni tal-inbid differenzjati mit-tip Vermentino (bażiku).

L-emenda tikkonċerna dawn l-Artikoli tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: 1, 2, 4, 5, 6, 7, 8, u 9, u dawn il-punti tad-Dokument Uniku: 4, 5, u 8.

3.   Bażi ampelografika tat-tip Vermentino Superiore

Il-perċentwal minimu tal-varjetà tad-dwieli Vermentino żdied minn 85 % fit-tip bażiku, għal 95 % fit-tip bl-indikazzjoni Superiore.

B’dan il-mod, il-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetà joħorġu aħjar.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.

4.   Żieda ta’ rekwiżiti agrikoli għat-tip Vermentino Superiore

Iddaħħlu r-rendiment massimu għal kull ettaru u l-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum għal dan it-tip.

Din hija emenda li tirriżulta miż-żieda tat-tip innifsu, f’konformità mar-rekwiżiti għall-użu tat-terminu Superiore.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5.2 tad-Dokument Uniku.

5.   Bidliet formali

It-tip Canaiolo żdied mal-lista tar-rekwiżiti għar-rilaxx għall-konsum.

It-tip Merlot Passito żdied mal-lista tar-rendimenti tal-għeneb/inbid u l-produzzjoni massima tal-inbid.

Din hija korrezzjoni formali għal sempliċi żball materjali preżenti fl-abbozzi preċedenti.

L-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

6.   Regoli għall-vinifikazzjoni u r-rilaxx għall-konsum tat-tip Vermentino Superiore

Għal dan it-tip, żdiedu l-valuri tal-produzzjoni massima tal-għeneb fl-inbid u tar-rendiment massimi għal kull ettaru, kif ukoll ir-rekwiżiti għar-rilaxx għall-konsum.

L-indikazzjoni tal-produzzjoni u tar-rendiment massimu għal kull ettaru huma konsegwenza tar-rekwiżiti agronomiċi stabbiliti għal dan it-tip; barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ perjodu minimu għar-rilaxx għall-konsum jippermetti differenzjazzjoni tal-prodott kemm kwalitattivament kif ukoll kummerċjalment.

L-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

7.   Deskrizzjoni tat-tip ta’ nbid Vermentino Superiore

Żdiedu d-deskritturi kimiċi, fiżiċi u organolettiċi għat-tip il-ġdid li żdied.

Il-karatteristiċi tal-prodott għall-konsum jippermettu li jiġu distinti b’mod ċar l-inbejjed miksuba mill-varjetà Vermentino kkwalifikati bl-indikazzjoni Superiore.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

8.   Bidliet fir-rekwiżiti tat-tikkettar

It-terminu “Rosè” ġie miżjud bħala alternattiva għat-terminu “Rosato” għall-kulur imsemmi.

Tħassar it-terminu “Superiore” mil-lista ta’ kwalifiki pprojbiti fuq it-tikketta.

Dawn l-emendi huma konsistenti mal-bidliet introdotti fid-denominazzjoni tal-inbejjed tad-DOP Maremma toscana.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.

9.   Bidliet fir-rekwiżiti tal-imballaġġ

Il-limitu minimu tal-kapaċità għall-użu tar-reċipjent bag in box tnaqqas minn 3 litri għal 2 litri; barra minn hekk, l-użu ta’ reċipjenti alternattivi tal-ħġieġ tal-polietilentereftalat (PET) u kompożit (Brick) huwa eskluż. It-tnaqqis fil-kapaċità għal dan ir-reċipjent jagħmilha possibbli li jittejbu l-opportunitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti fis-swieq tal-Unjoni u internazzjonali biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ ħafna konsumaturi li japprezzaw dan il-format ta’ kapaċità żgħira. Min-naħa l-oħra, ir-reċipjenti tal-PET u Brick huma esklużi biex tiġi ppreservata l-immaġni tal-prodott tad-DOP ippreżentat lill-konsumatur.

Anki għat-tip “Superiore” bħalma huwa l-każ għat-tipi “Riserva”, “Vigna”, Passito”, “Vin Santo”, u “Vendemmia tardiva”, huwa permess biss l-użu ta’ fliexken tal-ħġieġ biex tiġi kkwalifikata aktar l-immaġni tal-prodotti; barra minn hekk għal dawn it-tipi, il-kapaċità massima tal-fliexken żdiedet għal 18-il litru biex tissodisfa l-ħtiġijiet tas-swieq, li jeħtieġu tipi partikolari ta’ kwalità b’formati ta’ kapaċità kbira li jistgħu jintużaw speċjalment għal skopijiet promozzjonali.

L-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku.

10.   Bidliet formali fir-rabta maż-żona ġeografika

Id-deskrizzjoni tar-rabta ġiet adattata f’konformità mal-introduzzjoni tat-tip il-ġdid Vermentino kkwalifikat bl-indikazzjoni Superiore.

Dan huwa intervent formali li jikkonċerna l-abbozzar tat-test b’referenzi għat-tip imsemmi hawn fuq.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Maremma toscana

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid spumanti

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Bianco inkluża r-Riserva, u b’indikazzjoni waħda jew tnejn ta’ varjetajiet ta’ dwieli

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: isfar lewn it-tiben b’intensità li tvarja. Aroma: fina u delikata, b’noti l-aktar ta’ frott fil-Viognier u l-Ansonica, u aktar prominenti u kumplessa fil-verżjoni Riserva. Togħma: minn xotta għal nofsha misjura fil-Bianco; ratba u bellusija fil-Vermentino, fil-Viognier u fl-Ansonica; u aktar friska b’noti ta’ ħwawar, mimlija togħma, u robusta fil-verżjoni Riserva. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: Abjad: 10,50; Ansonica, Viogner, Vermentino, Chardonnay, Sauvignon, Trebbiano:11,00; Riserva: 12,00. Estratt minimu mingħajr zokkor: Abjad: 14,00 g/l; Ansonica, Viogner, Vermentino, Chardonnay, Sauvignon, Trebbiano: 16 g/l; Riserva: 18 g/l; Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Vermentino Superiore

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: isfar lewn it-tiben jgħajjat, xi kultant b’riflessjonijiet li joqorbu lejn lewn id-deheb. Aroma: delikata, karatteristika, fina. Togħma: xotta, mimlija togħma, mingħajr ħafna tannini, bellusija. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % vol. Estratt minimu mingħajr zokkor: 20,0 g/l.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Rosso, Novello, Riserva, u ttikkettat b’indikazzjoni varjetali waħda jew tnejn

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar lewn ir-rubin ta’ intensità li tvarja bi ħjiliet ta’ vjola; aħmar qawwi, li jxaqleb lejn il-granata maż-żmien.

Aroma: b’noti ta’ frott fin-Novello, fl-Alicante jew fil-Grenache, fil-Merlot, fil-Pugnitello u fis-Sangiovese; noti ta’ ħwawar fil-Cabernet Franc, fil-Cabernet Sauvignon, fis-Syrah u fil-Petit Verdot, u aktar delikata fiċ-Ciliegiolo, li għandhom tendenza li jirfinaw waqt it-tqaddim fl-inbejjed Riserva.

Togħma: minn xotta għal nofsha misjura fir-Rosso, u kemxejn aċiduża u mimlija togħma iżda pjaċevoli fin-Novello, fl-Alicante jew fil-Grenache; b’aktar korporatura fil-Cabernet, fil-Cabernet Franc, fil-Cabernet Sauvignon, fiċ-Ciliegiolo, fil-Petit Verdot, fil-Pugnitello, fis-Sangiovese u fil-Merlot, kif ukoll fl-inbejjed Riserva; qawwija u mħawra fis-Syrah; u qawwija u togħma matura fil-prodotti Rosso u Sangiovese soġġetti għat-teknika Governo all’uso Toscano.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: Rosso, Novello: 11,00; Alicante jew Grenache, Cabernet, Cabernet franc, Cabernet Sauvignon, Canaiolo, Merlot, Petit Verdot, Pugnitello, Sangiovese u Ciliegiolo, Syrah: 11,50; Riserva: 12,00;

Estratt minimu mingħajr zokkor: Rosso 22,00 g/l; u 20,00 g/l għan-Novello; Alicante jew Grenache, Cabernet, Cabernet franc, Cabernet Sauvignon, Canaiolo, Merlot, Petit Verdot, Pugnitello, Sangiovese u Ciliegiolo, Syrah: 22 g/l; Riserva 24,00;

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   Rosato jew Rosè u b’indikazzjonijiet varjetali

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: rożè b’intensità li tvarja.

Aroma: delikata, b’noti qawwija ta’ frott, aktar persistenti fl-Alicante, u aktar delikata fis-Sangiovese.

Togħma: minn xotta sa nofsha misjura, kemxejn aċiduża, armonjuża.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 % vol.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,00 g/l;

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Vin Santo

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: minn isfar lewn it-tiben sa ambra jagħti fil-kannella.

Aroma: eterjali, sħuna u distintiva.

Togħma: minn xotta għal ħelwa, armonjuża u bellusija.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,00 % vol.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,00

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

30,00

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

6.   Vendemmja tardiva, inklużi dawk b’indikazzjonijiet ta’ varjetà ta’ dwieli

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: minn isfar qawwi lewn it-tiben għal isfar dehbi ta’ intensità li tvarja.

Aroma: delikata, qawwija, xi drabi pikkanti.

Togħma: minn xotta għal ħelwa, mimlija u armonjuża.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 15,00 % vol.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

7.   Passito Bianco, inklużi dawk b’indikazzjonijiet ta’ varjetà ta’ dwieli

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: minn isfar dehbi għal ambra ta’ intensità li tvarja.

Aroma: qawwija, ta’ frott misjur.

Togħma: minn xotta għal ħelwa, ibbilanċjata u bellusija.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 15,50 % vol.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 23,00 g/l;

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,00

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

8.   Passito Rosso, b’indikazzjoni ta’ varjetà ta’ dwieli

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: aħmar qawwi lewn ir-rubin.

Aroma: qawwija, prominenti.

Togħma: minn xotta għal ħelwa, bellusija.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 15,50 % vol.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 24,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,00

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

9.   Inbid spumanti u Inbid spumanti ta’ kwalità - it-tip abjad, inklużi dawk b’indikazzjonijiet ta’ varjetà ta’ dwieli, u t-tip rożè

DESKRIZZJONI QASIRA

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja; fl-Ansonica, isfar jgħajjat lewn it-tiben; xi drabi bi ħjiel fl-aħdar fil-Vermentino; minn roża ċar għal lewn iċ-ċirasa fir-Rosato jew fir-Rożè.

Ragħwa: fina u persistenti.

Aroma: fina, ta’ frott, iddum, aktar ħafifa fl-Ansonica, aktar delikata fil-Vermentino; b’noti ta’ frott aktar notevoli fir-Rosato jew fir-Rożè.

Togħma: ebda doża sa straxotta, armonjuża fl-Ansonica; vivaċi, aċiduża, kemxejn morra fir-Rosato jew fir-Rożè.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: Bianco u Rosato: 10,50 % vol.; Ansonica u Vermentino: 11,00 % vol.

Estratt minimu mingħajr zokkor: Bianco 14,00 g/l; Ansonica, Vermentino, Rosato jew Rożè: 16,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Il-metodu ta’ vinifikazzjoni tal-Vin Santo

Prattika enoloġika speċifika

Wara li jgħaddi minn proċess ta’ għażla bir-reqqa, l-għeneb irid jitnixxef b’mod naturali f’postijiet xierqa sakemm jilħaq kontenut ta’ zokkor adegwat, qabel jingħasar. L-inbid irid isir, jinħażen, u jiġi mmaturat f’kontenituri tal-injam b’kapaċità massima ta’ 500 litru, u ma jistax jiġi rilaxxat għall-konsum qabel l-1 ta’ Marzu tat-tielet sena wara s-sena li fiha jkun sar l-għeneb.

2.   Il-metodu ta’ vinifikazzjoni tal-“Governo all’uso toscano”

Prattika enoloġika speċifika

Il-metodu tradizzjonali, li huwa permess għat-tipi Rosso u Sangiovese, jikkonsisti f’fermentazzjoni bil-mod billi jiżdied għeneb iswed kemxejn imnixxef li, qabel jingħasar, ikun beda jiffermenta, f’ammont ta’ mhux inqas minn 10 kg għal kull ettolitru.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru:

1.

Bianco, Bianco Riserva u Spumante

13 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

2.

Bianco, Bianco Riserva u Spumante

91,00 ettolitru għal kull ettaru

3.

Rosso, Rosso Riserva, Rosato, Rosato Spumante, Novello

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

4.

Rosso, Rosso Riserva, Rosato, Rosato Spumante, Novello

84,00 ettolitru għal kull ettaru

5.

Vin Santo

13 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.

Vin Santo

45,50 ettolitru għal kull ettaru

7.

Ansonica, Ansonica Spumante, Chardonnay, Sauvignon, Trebbiano, Vermentino, Vermentino Spumante, Viognier

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

8.

Ansonica, Ansonica Spumante, Chardonnay, Sauvignon, Trebbiano, Vermentino, Vermentino Spumante, Viognier

84,00 ettolitru għal kull ettaru

9.

Vermentino Superiore

9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

10.

Vermentino Superiore

63,00 ettolitru għal kull ettaru

11.

Alicante, Cabernet, Cabernet Sauvignon, Cabernet Franc, Canaiolo, Ciliegiolo, Merlot, Petit Verdot, Sangiovese, Syrah

11 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

12.

Alicante, Cabernet, Cabernet Sauvignon, Cabernet Franc, Canaiolo, Ciliegiolo, Merlot, Petit Verdot, Sangiovese, Syrah

77,00 ettolitru għal kull ettaru

13.

Pugnitello

9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

14.

Pugnitello

63,00 ettolitru għal kull ettaru

15.

Alicante Rosato, Ciliegiolo Rosato, Merlot Rosato, Sangiovese Rosato, Syrah Rosato

11 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

16.

Alicante Rosato, Ciliegiolo Rosato, Merlot Rosato, Sangiovese Rosato, Syrah Rosato

77,00 ettolitru għal kull ettaru

17.

Passito Bianco, Ansonica Passito, Chardonnay Passito, Sauvignon Passito, Vermentino Passito

11 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

18.

Passito Bianco, Ansonica Passito, Chardonnay Passito, Sauvignon Passito, Vermentino Passito

44,00 ettolitru għal kull ettaru

19.

Passito Rosso, Cabernet Passito, Cabernet Sauvignon Passito, Ciliegiolo Passito, Merlot Passito, Sangiovese Passito

11 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

20.

Passito Rosso, Cabernet Passito, Cabernet Sauvignon Passito, Ciliegiolo Passito, Merlot Passito, Sangiovese Passito

44,00 ettolitru għal kull ettaru

21.

Vendemmia tardiva, Ansonica Vendemmia tardiva, Chardonnay Vendemmia tardiva, Sauvignon Vendemmia tardiva

80 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

22.

Vendemmia tardiva, Ansonica Vendemmia tardiva, Chardonnay Vendemmia tardiva, Sauvignon Vendemmia tardiva

40,00 ettolitru għal kull ettaru

23.

Trebbiano Vendemmia tardiva, Vermentino Vendemmia tardiva, Viognier Vendemmia tardiva

80 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

24.

Trebbiano Vendemmia tardiva, Vermentino Vendemmia tardiva, Viognier Vendemmia tardiva

40,00 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni taqa’ fi ħdan ir-reġjun ta’ Toscana u, speċifikament, tkopri l-provinċja kollha ta’ Grosseto.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Alicante N. - Grenache

Ansonica B. - Inzolia

Cabernet franc N. - Cabernet

Cabernet sauvignon N. - Cabernet

Canaiolo nero N. - Canaiolo

Carmenère N. - Cabernet

Chardonnay B.

Ciliegiolo N.

Malvasia Istriana B. - Malvasia

Malvasia bianca Lunga B. - Malvoisier

Malvasia bianca di Candia B. - Malvasia

Merlot N.

Petit verdot N

Pugnitello N.

Sangiovese N. - Sangioveto

Sauvignon B. - Sauvignon blanc

Syrah N.

Trebbiano toscano B. - Procanico

Vermentino B. - Pigato B.

Viogner B.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Maremma Toscana DOC - Inbid inkluż Vin Santo, Vendemmja tardiva u Passito

Iż-żona tikkonsisti l-aktar f’għoljiet u f’għoljiet baxxi, b’xita moderata u b’xita sajfija skarsa; il-ħamrija fonda tiffavorixxi l-iżvilupp tal-għeruq u għandha kapaċità ta’ skular tajba. Din hija żona ta’ vitikultura storika li tmur lura għall-Etruski, li, matul is-sekli, kienet meqjusa ideali għat-tkabbir tad-dwieli, fejn ħafna minnhom tkabbru bl-użu tal-metodu taz-zokk bid-dwiefer b’densità tat-tħawwil għolja. Il-varjetajiet użati huma kemm tradizzjonali għaż-żona (Trebbiano Toscano, Ansonica, Vermentino, Vermentino Superiore, Sangiovese u Ciliegiolo), kif ukoll aktar moderni (Chardonnay, Sauvignon, Viognier, Merlot, Cabernet u Syrah), u dawn jipproduċu nbejjed karatteristiċi ferm li huma friski, aromatiċi u strutturati sew.

8.2.   Maremma Toscana DOC - Inbid Spumanti u Inbid Spumanti ta’ kwalità

Iż-żona tikkonsisti l-aktar f’għoljiet u f’għoljiet baxxi, b’xita moderata, b’xita sajfija skarsa, u b’ventilazzjoni tajba; il-ħamrija fonda tiffavorixxi l-iżvilupp tal-għeruq u għandha kapaċità ta’ skular tajba. Il-produzzjoni tradizzjonali tal-inbejjed frizzanti hija marbuta wkoll mal-preżenza ta’ kantini naturali mterrqa mill-ġebla tat-tufu, li jippermettu li jinżammu l-aħjar temperaturi. Il-vinji ilhom minn żmien l-antik b’densitajiet tat-tħawwil għoljin. Il-varjetajiet użati huma dawk tradizzjonali għaż-żona (Trebbiano Toscano, Vermentino u Ansonica), fejn xi drabi jiżdiedu magħhom varjetajiet oħra aktar moderni (Chardonnay, Sauvignon), li jagħtu lill-inbejjed karatteristiċi friski, kemxejn aċidużi, fini u ta’ frott.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Tikkettar

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali tat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Is-sinonimu Grenache ġie speċifikat bħala isem alternattiv għall-varjetà Alicante.

Ġiet speċifikata l-possibbiltà tal-użu tat-terminu “Rosè” bħala alternattiva għall-isem “Rosato” għat-tipi ta’ dan il-kulur.

Żona tal-vinifikazzjoni tal-prodotti

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga mill-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Flimkien mal-provinċji ta’ Pisa, Livorno, Siena u Firenze, il-provinċja ta’ Arezzo żdiedet mal-lista ta’ żoni li fihom jistgħu jsiru l-operazzjonijiet ta’ vinifikazzjoni għall-prodotti koperti bid-DOP.

Indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali tat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Żdiedet l-għażla li fuq it-tikketta jiġu speċifikati żewġ varjetajiet tal-għeneb tal-istess kulur minn dawk indikati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li jridu jitniżżlu f’ordni dekrexxenti fir-rigward tal-ammont attwali ta’ għeneb użat, skont l-Artikolu 50(1)(a)(ii) tar-Regolament (UE) 2019/33.

Rekwiżiti speċifiċi tal-ippakkjar

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali tat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Huwa previst l-użu tar-reċipjenti kollha ta’ volum nominali permess mil-leġiżlazzjoni attwali, inklużi reċipjenti alternattivi għall-ħġieġ li jikkonsistu minn flixkun tal-plastik b’ħafna saffi tal-poletilen u tal-poliester magħluqa f’kartuna jew materjal riġidu ieħor, esklużivament għal kapaċitajiet ta’ bejn 2 u 5 litri.

Huma esklużi reċipjenti bħal dami u damiġġani, kif ukoll reċipjenti alternattivi għall-ħġieġ bħal tal-polietilentereftalat (PET) u dawk kompożiti (Brick).

Għall-għeluq tal-inbejjed, ippakkjati fi fliexken tal-ħġieġ, jista’ jintuża kull tip ta’ għeluq previst mir-regolamenti, minbarra kapsuni.

Għat-tipi bl-indikazzjonijiet “Riserva”, “Superiore” u “Vigna” u għat-tipi “Passito”, “Vin Santo” u “Vendemmia tardiva” huma permessi biss fliexken tal-ħġieġ b’forma u kisi konsistenti mal-karattru tal-inbejjed fini, b’volum nominali sa 18-il litru u b’għeluq li ma huwiex kapsun.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/19593


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


18.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/57


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 290/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias”

Nru tal-UE: PGI-CY-02872

Ippreżentat fil-21.10.2022

1.   Isem/Ismijiet

“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Ċipru

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” huwa ġobon abjad bejn artab u semiiebes magħmul mill-ħalib frisk tal-mogħoż ittrattat bis-sħana, mit-tames (għajr it-tames tal-ħnieżer) u mill-melħ.

Il-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” huwa mmaturat fix-xorrox immellaħ għal mill-inqas erbgħin (40) jum minn meta jiġi prodott qabel ma jkun lesta biex jittiekel. Il-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” jitqiegħed fis-suq f’imballaġġ trasparenti, b’kull pakkett li jkun fih ħafna biċċiet mgħerreq fix-xorrox immellaħ. Il-biċċiet għandhom forma irregolari u kull biċċa tiżen bejn wieħed u ieħor minn 20 g sa 80 g .

Karatteristiċi kimiċi

Xaħam ikkalkulat fuq il-materja niexfa: mill-anqas 43 %

Kontenut ta’ ndewwa: mhux aktar minn 56 %

Melħ: mhux aktar minn 4,5 %

Karatteristiċi organolettiċi

Il-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” għandu konsistenza minn ratba sa kemxejn iebsa u li titfarrak bit-toqob karatteristiċi ta’ daqs u forma li jvarjaw. Għandu togħma qarsa u friska, b’riħa ta’ lumi u kemxejn mielħa.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni mit-twassil tal-ħalib sal-maturazzjoni tal-ġobon isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” jiġi ppakkjat f’imballaġġ trasparenti, b’ħafna biċċiet f’kull pakkett.

Sabiex il-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” iżomm il-forma irregolari u l-konsistenza mfarrka tiegħu jeħtieġ li jiġi ppakkjat fiż-żona ddefinita, għaliex it-trasport u l-ippakkjar barra ż-żona jistgħu jżidu r-riskju li dawn il-karatteristiċi speċifiċi jinbidlu. L-ippakkjar fiż-żona ddefinita jiżgura wkoll traċċabbiltà aħjar.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ddefinita hija demarkata mill-konfini amministrattivi tal-komunitajiet ta’ Kato Pyrgos Tillirias, Pigenia, Pachyammos, Pano Pyrgos Tillirias u Mosfili. Dawn il-komunitajiet jinsabu f’Tilliria, Ċipru.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-raġunijiet għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni IĠP “Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” ” huma l-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi tal-prodott, li huma prinċipalment ir-riżultat tal-proċess tal-produzzjoni u l-għarfien espert żviluppat mill-produtturi fiż-żona ddefinita. Bis-saħħa ta’ dawn il-karatteristiċi speċifiċi, speċjalment il-forma tiegħu, il-prodott għandu reputazzjoni li torbtu mill-qrib maż-żona tal-produzzjoni ddefinita.

Bil-forma karatteristika tagħhom, il-kulur abjad pur u t-toqob irregolari fuq ġewwa li jagħtuhom dehra raffa, bħal ħaġar li jsiru lixxi bl-azzjoni tal-ilma baħar, il-biċċiet tal-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” jixbhu ċ-ċagħaq abjad kbir li jinsab fil-baħar. Dawn il-karatteristiċi speċifiċi taw l-isem tal-prodott u jintuża nom plural għaliex meta jiġu ppakkjati flimkien il-ġobon jixbah aktar iċ-ċagħaq tal-bajja.

It-tekniki elenkati hawn taħt, flimkien jgħinu biex jiddeterminaw il-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi tal-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” deskritti hawn fuq, jiġifieri l-kulur abjad u l-forma ta’ ċagħaq b’toqob irregolari, u konsistenza minn ratba sa semiiebsa.

(a)

Jintuża biss il-ħalib tal-mogħoż, u dan jagħmel il-ġobon aktar abjad minn ġobon ieħor li fih tipi differenti ta’ ħalib fi proporzjon ogħla.

(b)

Il-baqta tinqata’ f’biċċiet tondi u mbagħad f’biċċiet iżgħar, li jitqiegħdu f’kontenituri baxxi u jitħallew jistrieħu f’xorrox immellaħ għal 48 siegħa. Meta l-biċċiet tal-baqta jitqiegħdu fil-kontenituri, tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li ma jiġux ippakkjati b’mod issikkat wisq, li mbagħad ibiddel il-forma tagħhom. Dan il-proċess kollu huwa importanti minħabba li l-biċċiet tal-baqta jassorbu x-xorrox immellaħ u jikbru, u dan huwa l-mod kif il-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” jikseb il-forma tiegħu ta’ ċagħqa.

(c)

It-trasferiment tal-baqta għal “talari” [tip ta’ basket], filwaqt li titħawwad sew u tingħafas ftit, jirriżulta fil-formazzjoni mekkanika ta’ toqob ġewwa l-baqta u, imbagħad, fil-prodott finali.

(d)

Il-maturazzjoni fix-xorrox immellaħ, li matulha jseħħu proċessi mikrobijoloġiċi li jgħinu biex tiġi ddeterminata l-forma irregolari ttondjata u l-wiċċ raff tal-prodott, li jfakkru fiċ-ċagħaq illixxat mill-ilma baħar.

(e)

Il-proċess naturali tal-proteoliżi, li huwa importanti fil-maturazzjoni tal-ġobnijiet bojod fix-xorrox immellaħ u jgħin biex jagħtihom konsistenza ratba sa nofsha iebsa.

Il-karatteristiċi tal-ġobon “Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias”, ix-xebh tiegħu maċ-ċagħaq fuq il-bajja u r-rabta tiegħu maż-żona ġeografika ddefinita ġew deskritti wkoll f’riċerka xjentifika reċenti li tiddikjara li l-“Halitzia huwa ġobon abjad tradizzjonali mmanifatturat fil-peniżola remota ta’ Tilliria fil-Majjistral ta’ Ċipru mill-ħalib tal-mogħoż fi kwantitajiet żgħar fil-livell tar-razzett” u “L-isem tal-ġobon ġej mill-forma tiegħu li tfakkar f’ġebel abjad żgħir jew f’ċagħaq żgħir” (Photis Papademas et al. (2019). L-approċċi konvenzjonali u omiċi jitfgħu dawl fuq il-ġobon Halitzia, ġobon mmellaħ abjad minsi minn Ċipru, International Dairy Journal 98 p. 72— 83).

X’aktarx li l-arti tal-produzzjoni tal-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” ġiet mgħoddija lill-abitanti taż-żona mill-ħakkiema tagħhom lejn tmiem is-seklu 16. Minkejja li l-produzzjoni tal-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” kienet limitata prinċipalment għaż-żona ddefinita, f’dawn l-aħħar snin il-prodott sar popolari fil-gżira kollha.

L-għarfien espert dwar il-produzzjoni tal-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” ġie mgħoddi minn ġenerazzjoni għall-oħra, u sal-lum jiġi prodott f’industriji domestiċi żgħar jew fid-djar tal-abitanti ta’ Tilliria. Reċentement il-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” kien is-suġġett ta’ ħafna attenzjoni fl-istampa u online. L-isem “Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” jinsab ukoll fid-dizzjunarji tad-djalett Ċiprijott u fil-pubblikazzjonijiet li jippromwovu l-ikel Ċiprijott, bħall-Mappa Gastronomika ta’ Ċipru. Id-data biblijografika tindika li l-prodott kien tradizzjonalment magħmul minn taħlita ta’ ħalib tal-mogħoż u tan-nagħaġ, iżda f’dawn l-aħħar snin u speċjalment fiż-żona ta’ Tilliria, l-użu tal-ħalib tal-mogħoż waħdu sar prattika stabbilita.

Mill-2016, il-festival “Fig and Halitzi” sar tradizzjoni fiż-żona ta’ Tilliria, filwaqt li fis-“Cyprus Eating Awards” tal-2020, il-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” ġie ppremjat bħala l-prodott Ċiprijott tas-sena. Barra minn hekk, il-“Χαλίτζια Τηλλυρίας / Halitzia Tillirias” huwa wieħed fost il-prodotti li ngħataw it-tikketta ta’ kwalità “Taste Cyprus Delightful Journeys” kif ukoll it-tikketta “Cyprus breakfast”, u jidher ukoll fil-menus tar-ristoranti Ċiprijotti.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

http://www.moa.gov.cy/moa/da/da.nsf/All/82B33F7D83ABF5A8C225879C00346BA5?OpenDocument


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


18.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/60


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 290/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Meso crne slavonske svinje”

Nru tal-UE: PDO-HR-02818 — 26.11.2021

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Meso crne slavonske svinje”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Ir-Repubblika tal-Kroazja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Meso crne slavonske svinje” huwa laħam frisk li jinkiseb bit-tbiċċir ta’ ħnieżer irġiel u nisa mill-kategorija tal-qżieqeż u l-ħnieżer tas-simna li huma l-frieħ ta’ ħnieżer nisa u fħula tar-razza tal-ħnieżer Slavonjani Suwed (Fajferica), ta’ età xierqa u b’piż tal-ġisem finali, miżmuma f’kundizzjonijiet speċifiċi ta’ akkomodazzjoni (sistema estensiva u semi-intensiva) u taħt reġim xieraq ta’ tagħlif.

Il-“Meso crne slavonske svinje” jinkiseb minn qżieqeż imbiċċra fl-età ta’ 120–150 jum b’piż tal-ġisem ħaj ta’ 20–30 kg u minn ħnieżer tas-simna imbiċċra fl-età ta’ 450–730 jum b’piż tal-ġisem ħaj ta’ 100–170 kg. Il-karkassi mbiċċra tal-qżieqeż jiżnu 12–22 kg, u dawk tal-ħnieżer tas-simna jiżnu 55–120 kg. Il-karkassi mbiċċra (mill-pubis sal-ewwel vertebra ċervikali, l-atlas) huma twal 60–80 cm għall-qżieqeż u 90–115 cm għall-ħnieżer tas-simna. Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassi mbiċċra jvarja minn 55 % sa 60 % għall-qżieqeż u minn 35 % sa 45 % għall-ħnieżer tas-simna. Skont l-età u l-mod kif jinżammu l-annimali, il-proporzjon ta’ xaħam intramuskolari huwa ogħla minn 5 %, li jagħti lil-laħam id-dehra “bl-istrixxi” tiegħu.

It-tessut xaħmi tal-“Meso crne slavonske svinje” huwa abjad.

Il-kompożizzjoni kimika tal-“Meso crne slavonske svinje” f’kull fażi tal-produzzjoni trid tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt:

Ingredjent

Qżieqeż

Ħnieżer tas-simna sa 120 kg

Ħnieżer tas-simna minn 120 kg sa 180 kg

Xaħam (%)

> 2,0

> 4,0

> 5,0

Proteini (%)

> 21,0

> 23,0

> 23,0

Irmied (%)

< 1,5

< 1,5

< 1,5

Ilma (%)

< 75,0

< 75,0

< 75,0

Il-“Meso crne slavonske svinje” jitqiegħed fis-suq bħala laħam imkessaħ (frisk) jew iffriżat fil-forma ta’ karkassi sħaħ, nofs karkassi, partijiet minn nofs karkassi bl-għadma (kwarti tal-karkassi, qatgħat primarji (il-koxxa, l-ispalla, iż-żaqq, in-nofs spalla, il-lojn) u bħala laħam bl-għadam imneħħi (bil-biċċa jew imqatta’, bl-ingrossa jew ippakkjat). Il-“Meso crne slavonske svinje” jittiekel f’forma msajra.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Matul il-perjodu tat-treddigħ, il-qżieqeż jirċievu suppliment ta’ taħlita lesta ta’ għalf (20 % proteina mhux raffinata). Wara l-ftim u waqt it-trobbija fil-beraħ, jiġu mitmugħa taħlita ta’ ċereali (qamħirrum, xgħir, qamħ, tritikal) u legumi (sojja, piżelli tal-għalqa, lupini, fażola) b’żieda supplimentari ta’ foraġġ oħxon (alfalfa aħdar frisk, taħlitiet ta’ silla/ħaxix, qara’ aħmar, ħurrieq, ħuxlief tal-alfalfa). Il-proteina mhux raffinata trid tammonta għal mill-inqas 16 % tar-razzjon tal-qżieqeż matul it-trobbija. L-użu ta’ għalf ġenetikament modifikat ma huwiex permess fid-dieta tal-qżieqeż. Il-qżieqeż jiġu mitmugħa razzjonijiet, u l-użu ta’ supplimenti ta’ vitamini minerali huwa permess. Għandu jkun hemm disponibbli għall-qżieqeż f’kull mument provvista suffiċjenti ta’ ilma tax-xorb frisk.

Filwaqt li jinżammu fil-beraħ, il-ħnieżer tas-simna jiġu mitmugħa taħlita ta’ ċereali (qamħirrum, xgħir, qamħ, tritikal, ħafur) u legumi (sojja, piżelli, lupini, fażola) b’suppliment ta’ foraġġ oħxon u ġewż tal-foresti (ġandar, qastan, ġewż tal-fagu). Il-proteina mhux raffinata għandha tammonta għal mill-inqas 12 % tar-razzjon tal-ħnieżer tas-simna. L-użu ta’ għalf ġenetikament modifikat ma huwiex permess fid-dieta tal-ħnieżer tas-simna. Il-ħnieżer tas-simna jiġu mitmugħa razzjonijiet. Għandu jkun hemm disponibbli għall-ħnieżer tas-simna f’kull mument provvista suffiċjenti ta’ ilma tax-xorb frisk.

L-għalf kollu mogħti lill-annimali jrid joriġina fiż-żona ddefinita fil-punt 4. Eċċezzjonalment, f’każ ta’ diżastri naturali li jipprevjenu l-produzzjoni tal-għalf fiż-żona ddefinita, l-għalf jista’ jinxtara minn żoni oħra, li għalihom is-sid irid jipprovdi evidenza dokumentata. Madankollu, l-għalf li jkun ġej minn barra ż-żona ddefinita ma għandux jaqbeż il-50 % tal-materja niexfa fuq bażi annwali.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-fażijiet kollha tal-produzzjoni tal-“Meso crne slavonske svinje”, mit-twellid u t-trobbija, it-tismin u t-tagħlif, sat-tbiċċir tal-ħanżir, l-ipproċessar tal-karkassa u t-tqegħid fis-suq, iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Sabiex jiġu żgurati l-kontrolli effettivi u t-traċċabbiltà, il-passi kollha fil-produzzjoni tal-“Meso crne slavonske svinje”, kif ukoll l-ippakkjar u t-tikkettar, iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita. Huwa importanti li l-prodott jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita, sabiex jiġi żgurat li l-laħam jibqa’ frisk u jżomm il-kwalità u l-iġjene tiegħu. B’dan il-mod, il-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika titnaqqas għal minimu.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Meta jitqiegħed fis-suq, il-prodott lest tal-“Meso crne slavonske svinje” għandu jinkludi l-logo, l-isem tal-produttur u l-marka tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta. Il-logo tal-prodott għandu l-forma ta’ pentagonu irregolari, b’bażi kwadra tħares ’il fuq u b’ponta triangolari tħares ’l isfel. Il-pentagonu huwa aħmar skur b’tarf tad-deheb. Hemm immaġni stilizzata ta’ ħanżir iswed fiċ-ċentru tal-pentagonu. Fuq il-ħanżir iswed stilizzat hemm it-test li fih l-isem tal-prodott “Meso crne slavonske svinje”, li huwa miktub b’kulur isfar dehbi bit-tipa Papyrus. Taħt il-ħanżir iswed stilizzat hemm tliet stilel tad-deheb stilizzati.

Image 1

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-“Meso crne slavonske svinje” jiġi prodott fiż-żona tal-Kroazja kontinentali, li tikkonsisti minn 13-il kontea u l-belt ta’ Zagreb. Il-“Meso crne slavonske svinje” jiġi prodott esklużivament fil-konfini amministrattivi tal-bliet u l-muniċipalitajiet tal-kontej li ġejjin: Vukovar-Syrmia, Osijek-Baranja, Slavonski Brod-Posavina, Požega-Slavonia, Virovitica-Podravina, Bjelovar-Bilogora, Koprivnica-Križevci, Međimurje, Varaždin, Krapina-Zagorje, Zagreb, Sisak Moslavina, u Karlovac. Il-ħnieżer tradizzjonalment jiġu mrobbija f’din iż-żona, u l-metodu tradizzjonali tat-tnissil tal-ħnieżer huwa kważi identiku fil-partijiet kollha taż-żona ddefinita, bħala riżultat tal-karatteristiċi ġeografiċi u klimatiċi speċifiċi tiegħu. Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Meso crne slavonske svinje” prinċipalment tmiss mal-fruntiera tal-istat Kroat mal-Ungerija fit-Tramuntana, mas-Serbja fil-Lvant, u l-Bożnija-Ħerzegovina fin-Nofsinhar u x-Xlokk, fejn il-fruntiera tgħaddi tul ix-Xmajjar Sava u Una. Il-konfini taż-żona tal-produzzjoni tal-“Meso crne slavonske svinje” lejn il-Lbiċ hija ffurmata mill-fruntiera bejn il-Kontea ta’ Karlovac u l-kontej ta’ Lika-Senj, Primorje-Gorski Kotar u Zadar.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-protezzjoni tal-prodott “Meso crne slavonske svinje” hija bbażata fuq il-kwalità speċifika tal-laħam li tirriżulta mill-bażi ġenetika, mill-mod kif jinżammu u jiġu mitmugħa l-ħnieżer, u mill-età meta jitbiċċru l-ħnieżer.

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika li fiha jiġi prodott il-“Meso crne slavonske svinje” għandha varjetà topografika konsiderevoli. Hija kkaratterizzata minn żona ta’ art baxxa fil-Lvant u minn żona muntanjuża fil-Punent u l-Lbiċ maħluqa mill-oroġenija Ersinjana. Il-bqija tal-pajsaġġ kien iffurmat prinċipalment minn proċessi fluvjali (il-fluss tax-xmajjar) u eoliċi (tar-riħ) li rriżultaw f’akkumulazzjonijiet (depożitu) u erożjonijiet (esponiment għall-kundizzjonijiet tat-temp). Dawn il-proċessi wasslu għall-formazzjoni ta’ pjanuri ta’ għargħar, xmajjar iserrpu u liwjiet mejta, iżda wkoll artijiet imtarrġa tax-xmajjar barra ż-żoni ta’ għargħar li kienu idonei biex imorru jgħixu fihom il-bnedmin u għall-użu agrikolu, u żoni ta’ akkumulazzjoni bir-riħ ta’ ħamrija sewda u materjal fin (loess) xierqa għall-isfruttament agrikolu. Dawn il-proċessi wasslu għall-ħolqien ta’ diversi tipi ta’ ħamrija (ħamrija sewda rikka fil-ħumus, ħamrija kannella, ħamrija sewda mistagħdra, ħamrija alluvjali u podzols jew ħamrija tal-lissija).

Iż-żona tal-Kroazja kontinentali li fiha jiġi prodott il-“Meso crne slavonske svinje” hija kkaratterizzata minn klima moderatament sħuna u umduża, bi sjuf sħan u xtiewi relattivament moderati. It-temperatura medja tal-arja hija 10,7 °C. It-temperaturi medji ta’ kull xahar jilħqu l-massimu tagħhom f’Lulju (inqas ta’ spiss f’Awwissu jew f’Ġunju), b’medja ta’ 19,5–21,9 °C, kif imkejla mill-istazzjonijiet tat-temp. Jannar huwa l-aktar xahar kiesaħ, b’temperatura medja ta’ -1,4–1,2 °C. Il-medja tal-preċipitazzjoni annwali tvarja minn 700 mm (fis-sajf) sa 1 400 mm (fix-xitwa). L-umdità relattiva hija ta’ medja ta’ madwar 80 % fis-sena, b’defiċit ta’ umdità fix-xhur tar-rebbiegħa u tas-sajf u b’umdità predominanti fix-xhur tax-xitwa, u ftit ħafna ġranet estremament xotti b’umdità medja ta’ inqas minn 30 %. Ix-xmajjar jikkontribwixxu għaż-żieda fl-umdità taż-żona.

Il-karatteristiċi klimatiċi u topografiċi speċifiċi wasslu wkoll għall-iżvilupp ta’ foresti estensivi, fil-biċċa l-kbira tagħhom taż-żafżafa, l-alnu, il-luq, il-ballut pedunkulat, il-ballut sessili, il-karpin, il-qastan u l-fagu (’il fuq minn 300 m). L-art fertili u l-abbundanza tax-xmajjar wasslu biex fil-passat il-bnedmin marru jgħixu fiż-żona, li prinċipalment kienu involuti fil-produzzjoni agrikola kif ukoll fit-tkabbir tal-għelejjel u t-trobbija tal-bhejjem. Il-produzzjoni tal-għelejjel u tal-bhejjem hija wkoll adattata għall-kundizzjonijiet klimatiċi u l-karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi taż-żona ddefinita. Il-karatteristiċi klimatiċi u topografiċi tas-Slavonja kellhom influwenza sinifikanti fuq l-iżvilupp agrikolu. Il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli għall-produzzjoni taċ-ċereali u l-mergħat kbar fuq il-pjanuri tal-għargħar tax-xmajjar kienu partikolarment favorevoli għall-iżvilupp tat-trobbija tal-bhejjem, b’mod partikolari t-tnissil tal-ħnieżer. It-tnissil tal-ħnieżer fis-Slavonja nbidel matul l-istorja, mit-tnissil inizjali fuq il-proprjetajiet privati, għat-tnissil fuq l-art agrikola, fejn kważi kull familja fil-kampanja kienet trabbi l-ħnieżer biex tissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom stess, għall-iżvilupp ta’ sistemi agroindustrijali kbar li fihom il-ħnieżer kienu jinżammu f’irziezet kbar.

Fil-proprjetajiet tiegħu f’Orlovnjak, Bezenica, Višnjevci u Gladoš, il-Konti Dragutin Karlo Pfeiffer de Orlovnjak kien irabbi b’mod selettiv bosta speċijiet ta’ annimali domestiċi, l-aktar famuż fosthom il-ħanżir Slavonjan Iswed, li aktar tard ingħata l-isem ta’ Fajferica warajh, isem li għadu jintuża sal-lum. B’rikonoxximent tal-karatteristiċi speċifiċi tal-klima u l-ħamrija, Pfeiffer xtaq joħloq razza ta’ ħnieżer li tkun aktar matura, fertili u laħmija f’età aktar bikrija mill-ħnieżer li kienu jitrabbew dak iż-żmien fis-Slavonja. Huwa kellu wkoll il-mira li joħloq razza ta’ ħnieżer li l-karatteristiċi anatomiċi u d-dehra tagħhom kienu jadattaw għaż-żamma fil-beraħ, fuq mergħat tal-għargħar. Il-ħanżir Slavonjan Iswed (Fajferica) beda jinfirex mal-Kroazja Pannonjana kollha, inkluża ż-żona ta’ madwar Zagreb u fil-Kontea ta’ Baranja. Kważi n-nissiela kollha adottaw l-istess metodu għat-tnissil tal-ħanżir Slavonjan Iswed. Il-ħnieżer kienu jitrabbew fil-miftuħ, f’merħliet (merħliet seminomadiċi), u billi adattaw tajjeb għall-kundizzjonijiet klimatiċi, din kienet l-aktar razza ta’ ħnieżer numeruża fil-Kroazja Pannonjana sa nofs is-seklu 20 (Specijalno stočarstvo, Hrasnica et al, 1964, pp. 250–253).

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Ir-razza tal-ħanżir Slavonjan Iswed (Fajferica) irriżultat minn żieda fid-domanda għal-laħam tal-majjal. Mill-bidu nett, il-“Meso crne slavonske svinje” tqies li huwa ta’ kwalità ogħla mil-laħam ta’ razez oħra ta’ ħnieżer disponibbli fis-suq. Ritzoffy (M. Kurbanović, Uzgoj svinja [Tnissil tal-ħanżir], 1943) jiddikjara li r-razza tal-ħanżir Slavonjan Iswed inħolqot biex ittejjeb il-laħam tar-razza Mangalica, filwaqt li żviluppat il-kapaċità tas-simna tagħha, u żied jgħid li “l-ħanżir Slavonjan Iswed kellu aktar laħam mill-Mangalica. Hemm differenza ta’ 5–10 % fil-kontenut tal-laħam. Il-laħam tal-ħanżir Slavonjan Iswed huwa tal-ogħla kwalità.” F’pubblikazzjoni tal-1950 dwar il-kwalità tan-nofs karkassa u l-laħam tal-ħanżir Slavonjan Iswed, S. Pribičević jiddikjara li r-razza “timmatura kmieni, hija fertili biżżejjed, adattata għat-tismin, tagħmel użu tajjeb mill-għalf, tipproduċi laħam tajjeb bi proporzjon favorevoli bejn il-laħam u x-xaħam, tagħmel użu tajjeb mill-mergħa u hija adattata tajjeb għall-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni u l-għalf tagħna”. F’pubblikazzjoni intitolata “Klaoničke vrijednosti kod tovljenika različitih pasmina svinja” [Il-valuri tat-tbiċċir fost il-ħnieżer tas-simna ta’ razez differenti], Ilančić u Adilović jiddikjaraw li l-kontenut medju ta’ laħam dgħif ta’ karkassi ta’ ħnieżer Slavonjani Suwed imsemmna huwa kważi 39 %, li kien 8 % ogħla minn dak tal-Mangalica.

Waħda mill-proprjetajiet ewlenin tal-kwalità tal-ħanżir li għandha impatt sinifikanti fuq it-togħma u l-aroma hija l-kontenut tax-xaħam intramuskolari, li llum għall-biċċa l-kbira tar-razez u l-ibridi tal-ħnieżer kummerċjali ma jaqbiżx it-2 %. Il-“Meso crne slavonske svinje” tal-kategoriji kollha hija distinta minn proporzjon ogħla ta’ xaħam intramuskolari fil-muskolu dorsali minn razez, tipi u ibridi kummerċjali tal-ħnieżer. Skont l-età u l-mod kif jinżammu l-annimali, il-proporzjon ta’ xaħam intramuskolari tal-ħanżir Slavonjan Iswed (Fajferica) huwa ogħla minn 5 %, li jagħti lil-laħam id-dehra “bl-istrixxi” tiegħu. Il-proporzjon għoli ta’ xaħam jagħmel il-laħam aktar immerraq, xi ħaġa li hija partikolarment apprezzata fost il-konsumaturi llum. Minħabba l-libertà tiegħu li jiċċaqlaq u jirgħa fil-miftuħ, u t-tkabbir bil-mod tiegħu, li jifforma parti mir-ritmi naturali tal-ħajja, il-ħanżir Slavonjan Iswed għandu kostituzzjoni aktar b’saħħitha. Fl-istess ħin, għandu kwantità akbar ta’ tessut xaħmi fil-karkassa, speċjalment fil-muskoli. Il-proporzjon akbar ta’ xaħam fil-muskoli huwa responsabbli għall-irtubija notevoli u t-togħma mmerrqa tal-“Meso crne slavonske svinje” meta jissajjar, li jagħtuh konsistenza estremament ratba meta jintmagħad meta mqabbel mal-majjal miksub minn razez, tipi u ibridi kummerċjali tal-ħnieżer.

Stħarriġ fl-2017 dwar il-preferenzi tal-konsumaturi għal-laħam tal-majjal u l-perċezzjoni tagħhom tal-prodotti tal-ħanżir Slavonjan Iswed (Fajferica) sab interess konsiderevoli fil-konsum tal-“Meso crne slavonske svinje”. Dan jintwera mill-fatt li l-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu (74 %) huma lesti li jonfqu aktar għall-“Meso crne slavonske svinje” jekk ikunu ċerti li ġie prodott b’mod tradizzjonali u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott

It-tnissil tal-ħnieżer ilu l-qasam ewlieni tat-trobbija tal-bhejjem fis-Slavonja, bis-saħħa tal-ħamrija fertili għat-tkabbir taċ-ċereali, li jiffurmaw il-bażi tad-dieta tal-ħnieżer.

Il-karatteristiċi naturali taż-żona – il-pjanuri fertili tagħha, il-pjanuri vasti tal-għargħar tax-xmajjar, iż-żoni tal-għoljiet u l-muntanji, u l-abbundanza tal-foresti – kif ukoll il-forma tradizzjonali tagħha tal-produzzjoni tal-ħnieżer u l-fatt li l-ħnieżer jinżammu fil-beraħ, kienu speċjalment favorevoli għat-tnissil tal-ħanżir Slavonjan Iswed, li huwa estremament reżistenti għall-kundizzjonijiet klimatiċi.

Il-metodu speċifiku għall-produzzjoni tal-“Meso crne slavonske svinje” jirriżulta mill-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi u l-proċessi teknoloġiċi partikolari fil-produzzjoni tal-ħnieżer li feġġew bħala riżultat tal-għarfien u l-esperjenza tal-abitanti lokali. Dawn il-proċessi teknoloġiċi fil-produzzjoni tal-ħnieżer żviluppaw billi adattaw għall-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi speċifiċi u fil-biċċa l-kbira jiddeterminaw l-ispeċifiċità tal-“Meso crne slavonske svinje”.

Il-kwalità tal-“Meso crne slavonske svinje” hija r-riżultat tal-bażi ġenetika tiegħu, iżda fuq kollox tal-mod kif jinżammu u jiġu mitmugħa l-ħnieżer u l-età li fiha jitbiċċru. Il-karatteristiċi kwalitattivi u teknoloġiċi tajbin ħafna tal-“Meso crne slavonske svinje” (il-kulur aktar skur tal-laħam, il-grad akbar ta’ sodezza tiegħu, il-proporzjon ogħla ta’ xaħam intramuskolari, l-iskariku aktar baxx tal-ilma, eċċ.) huma r-riżultat tal-bażi ġenetika tiegħu, il-moviment liberu u r-ragħa tal-ħanżir Slavonjan Iswed (Fajferica) fuq il-mergħat, l-użu ta’ għalf speċifiku fid-dieta tiegħu (l-alfalfa ħadra, il-ħbub taċ-ċereali), u l-perjodu itwal ta’ tismin bħala riżultat taż-żieda medja aktar baxxa fil-piż ta’ kuljum.

Il-mod kif jinżammu l-annimali (fil-beraħ) jagħti lil-laħam il-kulur aktar skur tiegħu, hekk kif jiċċaqalqu aktar u jkollhom fluss akbar tad-demm fil-muskoli. Konsegwenza diretta taż-żamma tal-ħnieżer fil-beraħ hija li ssaħħaħ il-fibra tal-muskoli tagħhom u tnaqqas il-kapaċità ta’ ħruġ tal-meraq tal-laħam.

Il-proporzjon ogħla ta’ xaħam intramuskolari li jirriżulta mill-bażi ġenetika, il-fatt li l-ħnieżer jinżammu fil-miftuħ, u l-għalf tagħhom, huma responsabbli għas-sukkulenza u l-irtubija akbar tal-“Meso crne slavonske svinje”.

Il-laħam tal-majjal tradizzjonalment huwa kkunsmat fil-Kroazja kontinentali biex jimmarka l-vaganzi, il-festi reliġjużi u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-familja, u huwa l-element ċentrali tal-mejda tal-pranzu. Il-majjal għandu wkoll tifsira simbolika: l-abitanti lokali qabdu d-drawwa tal-ħanżir li jdeffes imnieħru fl-art u jimbuttah ’il quddiem bħala simbolu ta’ xorti tajba u progress lejn il-prosperità. Huwa għalhekk li l-majjal mixwi huwa platt tradizzjonali u indispensabbli meta tintemm sena u tibda oħra.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://poljoprivreda.gov.hr/UserDocsImages/dokumenti/hrana/proizvodi_u_postupku_zastite-zoi-zozp-zts/Specifikacija_Meso_crne_slavonske_svinje_Ispravak.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.