|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 280/01 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 280/02 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11130 – SONAE / BKCF / BKSA / UNIVERSO IME / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 280/03 |
||
|
2023/C 280/04 |
||
|
2023/C 280/05 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta' Awwissu 2023
(2023/C 280/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0944 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
156,55 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4515 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86158 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
11,7440 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9600 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
144,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
11,2950 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,240 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
388,50 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4500 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9498 |
|
TRY |
Lira Turka |
29,5716 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6827 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4755 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,5491 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,8116 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4766 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 444,82 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
20,6870 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8950 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 665,11 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0151 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,747 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,348 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,3970 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,8176 |
|
INR |
Rupi Indjan |
90,6614 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/2 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11130 – SONAE / BKCF / BKSA / UNIVERSO IME / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 280/02)
1.
Fit-3 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sonae SGPS, S.A. (“Sonae”, il-Portugall), ikkontrollata minn Efanor Investimentos, SGPS, SE (“Efanor”, il-Portugall), |
|
— |
Bankinter Consumer Finance, E.F.C., S.A. (“BKCF”, Spanja), ikkontrollata minn Bankinter S.A. (“BKSA”, Spanja), |
|
— |
Universo IME S.A. (“Universo IME”, il-Portugall), ikkontrollata minn Sonae, |
|
— |
Universo GC - Gestão e Consultoria, S.A. (“Universo GC”, il-Portugall), ikkontrollata minn Sonae. |
Sonae u BKCF jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Universo IME. Sonae se tikkontribwixxi lill-Universo GC kollha kemm hi lil Universo IME.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Sonae hija primarjament attiva fil-bejgħ bl-imnut tal-ikel u mhux tal-ikel fil-Portugall, u għandha wkoll attivitajiet f’setturi li jinkludu l-finanzi u l-assikurazzjoni tal-konsumatur, il-proprjetà immobbli, il-komunikazzjonijiet elettroniċi, u l-IT, |
|
— |
BKCF hija prinċipalment attiva fil-forniment ta’ servizzi bankarji għall-konsumatur fi Spanja u l-Portugall. Toffri wkoll servizzi bankarji korporattivi u ta’ investiment, ġestjoni tal-assi, ġestjoni ta’ fondi tal-pensjonijiet, servizzi ta’ investiment, assikurazzjoni u kards ta’ pagament, |
|
— |
Universo IME hija involuta f’servizzi ta’ pagament lill-konsumaturi, intermedjazzjoni tal-kreditu għal self lill-konsumaturi mogħti minn terzi persuni, u servizzi ta’ akkwist tan-negozjanti għall-bejjiegħa bl-imnut, |
|
— |
Universo GC tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni u kummerċjalizzazzjoni u taġixxi bħala medjatur tal-assikurazzjoni għal varjetà ta’ tipi ta’ assikurazzjoni, inkluża l-assikurazzjoni tal-protezzjoni tal-kreditu għall-konsumatur. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11130 – SONAE / BKCF / BKSA / UNIVERSO IME / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/4 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2023/C 280/03)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Edremit Körfezi Yeşil Çizik Zeytini”
Nru tal-UE: PDO-TR-02398-12.4.2018
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem/Ismijiet
“Edremit Körfezi Yeşil Çizik Zeytini”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
It-Turkija
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-“Edremit Körfezi Yeşil Çizik Zeytini” huwa żebbuġ tal-mejda miksub mill-varjetà Edremit bil-brix u t-tqegħid fis-salmura taż-żebbuġ Edremit. Il-karatteristiċi tal-“Edremit Körfezi Yeşil Çizik Zeytini” huma deskritti hawn taħt.
Il-karatteristiċi morfoloġiċi tal-frotta huma kif ġej:
|
Daqs: |
IOC (standard tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ) medju |
|
Piż (għal kull 100 għadma): |
43,77 –63,77 g |
|
Volum (għal kull 100 għadma): |
43 –63 cm3 |
|
Tul taż-żebbuġ tal-mejda fis-salmura: |
11,76 –13,76 mm |
|
Wisa’ taż-żebbuġ tal-mejda fis-salmura: |
6,15 –8,15 mm |
|
Proporzjon ta’ tul/wisa’: |
1,68 –1,88 mm |
|
Daqs tal-għadam fil-frotta: |
14,00 –15,48 mm |
|
Forma: |
Kważi tonda, ċilindrika |
|
Simetrija lonġitudinali: |
Simetrika |
|
Simetrija trasversali: |
Simetrika |
|
L-iktar punt wiesa’: |
Qrib in-nofs |
|
Ponta: |
Ċatta jew tonda mingħajr nefħa |
|
Sinus taz-zokk: |
Fond fin-nofs, dejjaq, forma ta’ mekkuk tarf bl-inċiżi. |
|
Kulur tal-frott fuq is-siġra: |
Minn aħdar sa roża, kulur tipiku taż-żebbuġ |
|
Kulur tal-wiċċ taż-żebbuġ tal-mejda fis-salmura: minn beige sa isfar |
|
|
RAL 1001 – 1002 – 1003 – 1004 – 1018 – 1027 (kodiċijiet tal-kulur internazzjonali) |
|
|
Lentiċelli fil-frotta ħadra: |
Jidhru bħala partikuli żgħar |
|
Piż (għal kull 100 frotta): |
355 –375 g |
|
Wiċċ: |
B’inċiżi fondi u mhux lixx |
Iż-żebbuġ jinħasad meta jkun bejn 1 u 3 fuq l-indiċi tal-maturità taż-żebbuġ.
pH tas-salmura: 4,0–4,2
Melħ tas-Salmura: Massimu ta’ 8 %
Aċidu Ċitriku: Massimu ta’ 1,5 %
Togħma: sagħtar, lewż morr, qaqoċċ u ħxejjex aromatiċi tal-Eġew. It-togħma morra ma hijiex qawwija żżejjed u ma hemm l-ebda riħa persistenti. It-togħma taż-żebbuġ issir apparenti meta jintmagħad u għandu togħma qarsa bħall-qoxra tal-lumi.
Riħa: ir-riħa tal-ħaxix u tas-sagħtar tintgħaraf fis-salmura. L-aroma tfakkar fir-riħa tal-fjuri tar-rebbiegħa.
Id-difetti possibbli (bħal ħsara lill-ġilda bi ħsara lill-polpa jew mingħajrha, tikmix, preżenza taz-zokk u ħsara kkawżata minn fungi, batterji u/jew insetti) huma ttollerati sa massimu ta’ 4 %.
Is-salmura għandha tkun nadifa u ċara.
Sustanzi aċidifikanti u/jew preservattivi, bħall-aċidu L-askorbiku u l-aċidu ċitriku, jistgħu jintużaw fl-ippakkjar tal-prodott biex jippromwovu u jestendu l-ħajja tiegħu fuq l-ixkaffa.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-prodott huwa magħmul minn tip wieħed ta’ varjetà taż-żebbuġ (Edremit).
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-passi kollha tal-proċess tal-produzzjoni (it-tkabbir, il-ħsad u l-ipproċessar taż-żebbuġ) iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita deskritta fil-punt 4 hawn taħt.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-prodotti li jiżnu bejn 0,5 kg u 14-il kg jistgħu jiġu ppakkjati f’ippakkjar li jista’ jintuża mal-ikel.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
L-informazzjoni li ġejja trid tinkiteb jew tiġi stampata b’mod li jinqara u li ma jitħassarx fuq il-pakketti tal-“Edremit Körfezi Yeşil Çizik Zeytini”:
|
— |
l-isem u l-indirizz kummerċjali, l-isem u l-indirizz fil-qosor, jew it-trademark irreġistrata tal-kumpanija |
|
— |
in-numru tal-lott |
|
— |
l-isem tal-oġġett - “Edremit Körfezi Yeşil Çizik Zeytini” |
|
— |
il-piż nett |
|
— |
il-logo li ġej:
|
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Ir-reġjun ġeografiku li fih huwa prodott uffiċjalment l-“Edremit Körfezi Yeşil Çizik Zeytini” jkopri d-Distrett ta’ Edremit, id-Distrett ta’ Havran, id-Distrett ta’ Burhaniye, id-Distrett ta’ Gömeç, id-Distrett ta’ Ayvalık fil-Provinċja ta’ Balıkesir, u l-irħula ta’ Adatepe, Ahmetçe, Babakale, Balabanlı, Bademli, Behram, Bektaş, Büyükhusun, Çamkalabak, Hüseyinfakı, Demirci, Kayalar, Paşaköy, Sazlı, Koyunevi, Kozlu, Kuruoba, Küçükkuyu, Kocaköy, Korubaşı, Tamış, Yeniçay, u Yeşilyurt, li jinsabu fil-konfini bejn id-Distrett ta’ Ayvacıkı tal-Provinċja ta’ Çanakkale.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-kultivazzjoni taż-żebbuġ hija tradizzjonali fiż-żona tal-Golf ta’ Edremit. L-“Edremit Körfezi Yeşil Çizik Zeytini” ġej mill-varjetà Edremit, meqjusa bħala waħda mill-aktar varjetajiet magħrufa fit-Turkija. Il-varjetà Edremit hija kklassifikata bħala żebbuġa ħadra mibruxa roża. Iż-żona tal-Golf ta’ Edremit hija reġjun sinifikanti ta’ kultivazzjoni estensiva taż-żebbuġ fit-Turkija. Is-siġar taż-żebbuġ ilhom jitkabbru hawn għal eluf ta’ snin u llum din hija attività ekonomika kbira ħafna.
L-imsaġar taż-żebbuġ fit-Turkija ġeneralment jinsabu fiż-żona kostali, fejn jipprevalu l-kundizzjonijiet klimatiċi tal-Mediterran. Il-fatturi naturali ewlenin li jaffettwaw ir-rendiment huma l-ġeomorfoloġija, l-altitudni, l-esponiment u l-inklinazzjoni, il-klima, il-ħamrija, il-kundizzjonijiet tal-ilma, il-perjodiċità u l-età tas-siġar, flimkien ma’ fatturi bbażati fuq l-intervent tal-bniedem bħall-manutenzjoni, l-irrigazzjoni, iż-żbir, il-ħin u t-tip ta’ ħsad. Skont studji xjentifiċi, ir-reġjuni tal-Eġew tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Marmara jipprovdu kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp tal-frotta taż-żebbuġ. Peress li l-Golf ta’ Edremit jinsab fir-reġjun tal-Eġew tat-Tramuntana, din id-dikjarazzjoni tgħodd għall-varjetà taż-żebbuġ ta’ Edremit. Skont studju ieħor, il-varjetà Edremit tikber ħafna taħt kundizzjonijiet ta’ żamma tajbin.
Madwar ir-reġjun lejn it-Tramuntana u l-Lvant, il-Muntanji Kaz inaqqsu l-impatt negattiv tal-mases tal-arja kiesħa fix-xhur tax-xitwa. Jannar huwa l-aktar xahar kiesaħ fil-Golf ta’ Edremit, b’temperatura medja ta’ madwar 7 °C li tippermetti lis-siġar taż-żebbuġ jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ tkessiħ tagħhom b’mod komdu. Is-sjuf sħan fil-Golf ta’ Edremit huma importanti biex jiġu aċċellerati l-attivitajiet fiżjoloġiċi tas-siġra taż-żebbuġ u l-iżvilupp tal-frott. Il-fatt li t-temperaturi medji huma madwar 27 °C fil-Golf ta’ Edremit jikkontribwixxi għat-tkabbir taż-żebbuġ. Dan jiżgura li l-imrar u l-punġenza tal-frotta jkunu qawwija iżda bbilanċjati. L-istaġuni differenti jikkontribwixxu għat-togħma u r-riħa tal-frotta.
L-arja muntanjuża rikka fl-ossiġenu u friska li tiċċirkola lejn l-inklinazzjonijiet li jħarsu lejn il-baħar (ta’ għoli ta’ bejn 50 m u 250 m) u l-widien u l-canyons dojoq u fondi ffurmati mix-xmajjar li jibdew fil-Muntanji Kaz u jgħaddu lejn il-Golf ta’ Edremit jesperjenzaw kurrenti tal-arja li fihom il-jodju mill-Golf ta’ Edremit fil-Baħar Eġew. Sitwazzjoni simili sseħħ fiż-żoni bejn il-Muntanja Madra u l-Golf ta’ Edremit. Għal din ir-raġuni, iż-żebbuġ imkabbar fiż-żona tal-Golf ta’ Edremit huwa distintiv f’termini ta’ aroma, togħma u s-sawra tal-polpa tal-frott taż-żebbuġ.
Il-karatteristiċi ġeomorfoloġiċi għandhom rwol sinifikanti fid-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona. Bl-istess mod, ir-riżalti jaffettwaw il-ħamrija, il-veġetazzjoni u l-karatteristiċi idroloġiċi. Dan huwa fattur sinifikanti li jiddetermina l-kwalità taż-żebbuġ imkabbar fil-Golf ta’ Edremit. Bl-istruttura xierqa tal-ħamrija u l-materja organika suffiċjenti, is-siġar taż-żebbuġ jiksbu n-nutrijenti u jinżammu niedja u friski. Anqas ma s-siġar jesperjenzaw stress, aktar jipproduċu frott bit-togħma tal-ħaxix. Il-Golf ta’ Edremit jiksaħ hekk kif ir-riħ jonfoħ mill-baħar matul il-jum, iżda r-riħ jibdel id-direzzjoni hekk kif ix-xemx tinżel filgħaxija, u l-arja kiesħa tar-riħ tat-Tramuntana mill-Muntanji Kaz u Madra tkessaħ l-għelieqi taż-żebbuġ. Iż-żebbuġ li jsir bil-mod għandu qxur irqaq u robusti. Peress li l-istress min-nixfa ma jseħħx, il-qalba ssir lixxa, u dan jiddistingwi l-Golf ta’ Edremit minn żoni oħra tat-tkabbir taż-żebbuġ.
L-ilma ta’ taħt l-art jakkumula hekk kif il-borra tinżel mill-muntanji. Mal-wasla tax-xhur tas-sajf, it-temp isir sħun. Dan it-tisħin iwassal biex il-borra tinħall. L-ilmijiet mill-borra jinżlu sal-imsaġar taż-żebbuġ – taħt l-art iżda qrib il-wiċċ. Dan joħloq riżerva ta’ ilma għas-sajf.
L-irrigazzjoni hija speċjalment importanti għall-kwalità u l-produzzjoni wara x-xtiewi xotti.
L-irrigazzjoni twassal biex iż-żebbuġ li jkun qiegħed isir jikseb daqs akbar, jiżviluppa l-forma xierqa u jassorbi biżżejjed nutrijenti mill-komponenti rilevanti kollha (il-ħamrija, il-klima, ir-riħ u r-riżervi tal-ilma). Is-siġar taż-żebbuġ jesperjenzaw ukoll anqas stress, għalhekk jiżviluppaw l-aroma u t-togħma li huma speċifiċi għal dan ir-reġjun. Din l-aroma tfakkar fir-riħa tal-fjuri tar-rebbiegħa. Ir-riħa tal-ħaxix u tas-sagħtar tintgħaraf fis-salmura.
Dawn il-kundizzjonijiet jagħtu liż-żebbuġ Edremit imkabbar fir-reġjun togħma distinta (ta’ sagħtar, lewż morr, qaqoċċ, ħxejjex aromatiċi tal-Eġew) u jirriżultaw f’togħma unika taż-żebbuġ tal-mejda aħdar mibrux, li tingħata mis-salmura. Il-polpa tal-frotta tal-prodott finali ffermentat “Edremit Körfezi Yeşil Çizik Zeytin” hija aktar ratba u itjeb fit-togħma minn dik ta’ reġjuni oħra. It-togħma morra ma hijiex qawwija żżejjed u ma hemm l-ebda riħa persistenti. It-togħma taż-żebbuġ issir apparenti meta jintmagħad u għandu togħma qarsa bħall-qoxra tal-lumi. Ma għandu jkun hemm l-ebda riħa jew togħma ta’ butir, ġobon, salmura jew materja organika mħassra fiż-żebbuġ tal-mejda u s-salmura trid tkun ta’ kwalità tal-ilma tajjeb għax-xorb.
Iż-żebbuġ li jgħaddi minn dan il-proċess jiġi sseparat skont id-daqs. Tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat daqs ta’ bejn 200 u 300 għal kull kg. Iż-żebbuġ jiġi ppakkjat f’kontenituri ppreparati minn qabel. Dawn jinżammu għal 3 ġimgħat mingħajr ma jiżdiedu immedjatament il-melħ u/jew is-sustanzi artifiċjali aċidifikanti. Fi tmiem it-tielet ġimgħa, jitqiegħdu f’ilma mielaħ li jkun fih sa massimu ta’ 8 % melħ. Imbagħad iż-żebbuġ jitħalla jikseb it-togħma. Il-kontenituri li fihom iż-żebbuġ u s-salmura jiġu ċċirkolati kull 10 ijiem. Il-proċessi kollha, inkluż it-tqegħid fis-salmura, għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika speċifikata fl-Artikolu 4.
Il-fattur ewlieni li jiddistingwi l-produzzjoni tal-“Edremit Körfezi Yeşil Çizik Zeytini” huwa l-fermentazzjoni naturali tiegħu. Ma jsir l-ebda intervent mill-bniedem jew trattament kimiku waqt li ż-żebbuġ ikun qiegħed jiffermenta; għalhekk il-proċess tal-produzzjoni jkompli għal mill-inqas 6 xhur wara l-ħsad, peress li l-imrar jitneħħa gradwalment. Madankollu, ikun għad fadal xi ftit imrar fil-prodott finali, li jikkonferma l-freskezza u l-awtentiċità taż-żebbuġ.
Karatteristika distintiva sinifikanti taż-żebbuġ tal-mejda aħdar mibrux magħmul mill-frott taż-żebbuġ prodott fir-reġjun hija li l-polpa u l-għadma jistgħu faċilment jiġu sseparati minn xulxin ladarba l-fermentazzjoni tkun kompluta u l-ebda polpa tal-frott ma tibqa’ mal-għadma. Karatteristika sinifikanti oħra hija li l-kulur tal-ġilda tal-frott isir isfar lewn il-lumi fil-prodott iffermentat.
Il-polpa u l-qalba jiġu sseparati minn xulxin faċilment. L-għadma taż-żebbuġa ma hijiex lixxa iżda ma toħloqx skumdità fuq l-ilsien.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
_
|
9.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/8 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2023/C 280/04)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Sel de l’Île de Ré” / “Fleur de sel de l’Île de Ré”
Nru tal-UE: PGI-FR-02782 — 2.7.2021
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Sel de l’Île de Ré” / “Fleur de sel de l’Île de Ré”
2. Stat membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 2.6. Melħ
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Deskrizzjoni skont il-kategorija tal-prodott
A- “Sel de l’Île de Ré”
“Sel de l’Île de Ré” fl-għamla ta’ kristalli
Karatteristiċi organolettiċi
Is-“Sel de l’Île de Ré” huwa ppreżentat fl-għamla ta’ kristalli, mhux ipproċessat wara l-ġbir, ġeneralment magħruf bħala melħ oħxon jew fl-għamla ta’ melħ fin, fil-każ ta’ kristalli mitħuna jew mgħarbula. Is-“Sel de l’Île de Ré” għandu kulur li jvarja minn griż sa abjad skont ir-rata ta’ komponenti li ma jinħallux preżenti fil-prodott. Jista’ jkollu noti li jvarjaw kemxejn mill-aħmar għall-isfar minħabba l-preżenza ta’ mikroorganiżmi.
Karatteristiċi fiżiċi
Il-kristalli miġbura huma fil-biċċa l-kbira fil-forma ta’ kubu jew f’aggregati tiegħu.
Is-“Sel de l’Île de Ré” fl-għamla ta’ kristalli huwa melħ li l-granulometrija tiegħu hija eteroġenja mal-ġbir u tista’ tvarja b’mod konsiderevoli matul l-istaġun tal-produzzjoni u skont kif jiġi ġestit il-marġ salmastru.
|
— |
Il-granulometrija tas-“Sel de l’Île de Ré”, mhux ipproċessat, ġeneralment magħruf bħala melħ oħxon: mill-inqas 90 % tal-melħ għandu granulometrija ta’ inqas minn 8 mm. |
|
— |
Il-granulometrija tal-melħ fin: mill-inqas 90 % tal-melħ għandu granulometrija ta’ inqas minn 2 mm. |
Is-“Sel de l’Île de Ré” jiġi ppakkjat mingħajr l-ebda materjal estranju iebes u/jew li jaqta’ ta’ aktar minn 7 mm.
Karatteristiċi kimiċi
Is-“Sel de l’Île de Ré”, fl-għamla ta’ kristalli, mhuwiex raffinat u maħsul u ma għandux addittivi miżjuda. Meta jiġi ppakkjat ikollu:
|
— |
Kontenut li ma jinħallx ta’ mhux aktar minn 0,75 g għal kull 100 g ta’ melħ. |
|
— |
Kontenut ta’ umdità ta’ mhux aktar minn 10 %, |
“Sel de l’Île de Ré” fl-għamla ta’ melħ kompatt
Karatteristiċi organolettiċi
Is-“Sel de l’Île de Ré”, fl-għamla kompatta, huwa magħmul minn kristalli kompatti. Għandu kulur li jvarja minn griż sa abjad skont kontenut li ma jinħallx preżenti fil-prodott. Jista’ jkollu noti li jvarjaw kemxejn mill-aħmar għall-isfar minħabba l-preżenza ta’ mikroorganiżmi.
Karatteristiċi fiżiċi
Is-“Sel de l’Île de Ré”, fl-għamla kompatta, huwa ppreżentat fi blokok ta’ daqs u forma li jvarjaw, b’piż ta’ aktar minn 4 g.
Is-“Sel de l’Île de Ré” fl-għamla kompatta jiġi ppakkjat mingħajr l-ebda materjal estranju iebes u/jew li jaqta’ ta’ aktar minn 7 mm.
Karatteristiċi kimiċi
Is-“Sel de l’Île de Ré” fl-għamla kompatta mhuwiex raffinat u maħsul u ma għandux addittivi miżjuda. Meta jiġi ppakkjat ikollu:
|
— |
Kontenut li ma jinħallx ta’ mhux aktar minn 0,75 g għal kull 100 g ta’ melħ. |
|
— |
Kontenut ta’ umdità ta’ mhux aktar minn 5 %. |
B- “Fleur de sel de l’Île de Ré”
Karatteristiċi organolettiċi
Il-“Fleur de sel de l’Île de Ré” huwa magħmul minn kristalli ħfief li jitfarrku malajr u li jżommu f’wiċċ l-ilma waqt il-ġbir.
Il-“Fleur de sel de l’Île de Ré” huwa abjad u jista’ jkollu noti li jvarjaw kemxejn mill-aħmar għall-isfar minħabba l-preżenza ta’ mikroorganiżmi li jiċċaraw maż-żmien.
Karatteristiċi fiżiċi
Il-kristalli tal-“Fleur de Sel de l’Île de Ré” għandhom prinċipalment forma ta’ piramida bil-maqlub vojta.
Il-“Fleur de sel de l’Île de Ré” ma għandu l-ebda materjal estranju iebes u/jew li jaqta’ ta’ aktar minn 5 mm.
Meta jiġi ppakkjat, il-“Fleur de l’Île de Ré” għandu densità ta’ mhux aktar minn 0,8.
Karatteristiċi kimiċi
Meta jiġi ppakkjat, il-“Fleur de sel de l’Île de Ré” ikollu:
|
— |
Kontenut ta’ umdità ta’ mhux aktar minn 8 %, |
|
— |
Kontenut li ma jinħallx ta’ mhux aktar minn 0,2 g għal kull 100 g ta’ fleur de sel |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
___
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċessi tal-produzzjoni u tal-ġbir tas-“Sel de l’Île de Ré”/“Fleur de sel d’Île de Ré” isiru esklussivament fiż-żona ġeografika.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Is-“Sel de l’Île de Ré”/“Fleur de sel de l’Île de Ré” jiġi ppakkjat f’pakketti identifikati bin-numru tal-lott.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
___
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tkopri l-10 muniċipalitajiet li ġejjin:
Ars-en-Ré, Le Bois-Plage-en-Ré, La Couarde-sur-Mer, La Flotte, Loix, Les Portes-en-Ré, Rivedoux-Plage, Saint-Clément-des-Baleines, Saint-Martin-de-Ré, Sainte-Marie-de-Ré.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Is-“Sel de l’Île de Ré”/“Fleur de sel de l’Île de Ré” huwa prodott tal-melħ tal-baħar tal-gżejjer miġbur bl-idejn wara l-evaporazzjoni naturali tal-ilma baħar permezz ta’ fluss li jimxi skont il-gravità li jseħħ fil-marġi salmastri, li l-qiegħ tagħhom huwa magħmul naturalment mit-tafal.
Il-karatteristiċi tas-“Sel de l’Île de Ré”/“Fleur de sel de l’Île de Ré” u l-fama tiegħu jirriżultaw mit-taħlita ta’ fatturi naturali, b’mod partikolari fatturi klimatiċi u morfoloġiċi speċifiċi għall-Île de Ré, u tal-għarfien prattiku mħaddem mill-ħaddiema tal-melħ tagħha sa mis-seklu 12.
Ré hija gżira relattivament ċatta, baxxa u sedimentarja, li tinsab ftit kilometri ’l barra minn La Rochelle u li tissepara lil Pertuis Breton fit-Tramuntana mill-Pertuis d’Antioche fin-Nofsinhar.
L-Île de Ré tingħaraf minn pjanuri kalkarji assoċjati ma’ żoni ta’ marġi salmastri. L-Île de Ré hija magħmula minn tliet gżejjer antiki (Ré, Ars u Loix) li jappartjenu għall-pjanura kalkarja ta’ Aunis. Dawn ingħaqdu gradwalment permezz ta’ strixxi ta’ ramel u ċagħaq u tal-akkumulazzjoni sedimentarja fil-ħofor ikkawżati miċ-ċediment tal-art ta’ Fier d’Ars u Fosse de Loix, li b’hekk iffurmaw spazji kbar ta’ marġi salmastri. F’dawn il-marġi, l-akkumulazzjoni sedimentarja ddepożitata b’mod naturali, b’mod partikolari matul it-trasgressjoni Fjamminga, evolviet maż-żmien f’art magħrufa bħala terre de Bri u tat tafal griż u kompatt imsejjaħ bric fuq il-gżira. Dawn l-episodji differenti wasslu għal pajsaġġ b’għoljiet weqfin ftit li xejn, b’quċċata ta’ mhux aktar minn 20 metru.
L’Île de Ré tinsab fl-Oċean Atlantiku fejn il-marea togħla darbtejn kuljum. Il-marea l-aktar qawwija tista’ tilħaq bejn il-5 u s-6 metri ta’ medda ta’ marea.
Il-meżoklima tal-Île de Ré hija kkaratterizzata minn medja annwali għolja ta’ xemx (2 250 siegħa ta’ insolazzjoni fis-sena skont l-istazzjon meteoroloġiku ta’ La Rochelle) flimkien ma’ ammont baxx ta’ xita b’medja ta’ 712-il mm fis-sena fuq medja ta’ 113-il jum ta’ xita (data medja minn Météo France 1981-2010 f’La Couarde sur Mer). Barra minn hekk, il-varjazzjonijiet fit-temperatura u fl-umdità bejn il-perjodi ta’ binhar u ta’ billejl jitnaqqsu. Il-ventilazzjoni hija attiva u regolari bis-saħħa tal-alternanza bejn iż-żiffiet sħan u d-disturbi oċeaniċi li jġibu irjieħ aktar b’saħħithom mill-Majjistral.
Sabiex jikseb żoni tal-produzzjoni, il-bniedem sawwar l-Île de Ré billi qaċċat jew ifforma diversi żoni ta’ dan it-territorju.
Il-marġi salmastri tal-Île de Ré żviluppaw fis-seklu 12 (1191), permezz tat-tħeġġiġ tar-reliġjużi ta’ Saint Michel en l’Herm, is-sinjuri nobbli tal-ġżejjer ta’ Ars u ta’ Lois.
L-espansjoni taż-żona tal-melħ issukktat bit-tkomplija b’saħħitha tal-bini ta’ imbankmenti u l-ħolqien ta’ marġi salmastri madwar Fier, fuq l-inizjattiva tal-protestanti magħrufa tal-Île de Ré u La Rochelle. L-attività tal-melħ fuq l-Île de Ré laħqet il-quċċata tagħha f’nofs is-seklu 19, meta laħqet 1 550 ettaru ta’ marġi u produzzjoni annwali ta’ 31 750 tunnellata, li għamluha pilastru fundamentali għall-iżvilupp tal-gżira (Tardy, 1987). Din iż-żona ta’ marġi ffurmata għall-produzzjoni tal-melħ bħalissa tokkupa madwar 20 % tal-wiċċ totali tal-gżira. Dan l-ambjent antropoġeniku għandu impatt qawwi fuq il-pajsaġġ u d-dehra tal-gżira.
Il-funzjonament attwali tal-marġi salmastri tal-Île de Ré u t-tekniki tal-ġbir huma identiċi għall-prattiki magħrufa fi żmien il-quċċata tal-produzzjoni tal-melħ fil-gżira (is-seklu 19).
Il-ġestjoni tal-ilma fiċ-ċirkwiti li jaħdmu permezz tal-gravità teħtieġ għarfien prattiku preċiż u hija kruċjali għall-produzzjoni tas-“Sel de l’Île de Ré”/“Fleur de sel de l’Île de Ré”. Il-ħaddiem tal-melħ irid ikun jaf il-karatteristiċi tal-marġ tiegħu sabiex jikkontrolla b’mod tajjeb il-ġestjoni idrawlika, jiżgura l-evaporazzjoni tajba tal-ilma u b’hekk jottimizza l-produzzjoni tal-melħ u tal-fleur de sel.
Il-ħaddiema tal-melħ jirriproduċu t-tekniki antiki u jużaw għodod tradizzjonali (boguette, rouable, simoussi, souvron, eċċ.), adattati għaż-żamma tal-marġi salmastri u għall-ġbir manwali u ta’ kuljum tal-melħ u l-fleur de sel.
Is-“Sel de l’Île de Ré” huwa kkaratterizzat minn kulur li jvarja minn griż għall-abjad u jista’ jkollu noti li jvarjaw kemxejn mill-isfar għall-aħmar. Matul il-ġbir, il-maġġoranza tal-kristalli jkollhom forma ta’ kubu, huma kkummerċjalizzati prinċipalment f’din il-forma jew jistgħu jkunu mfarrka, mgħarbula jew kompatti.
Il-“Fleur de sel de l’Île de Ré” huwa abjad u jista’ jkollu noti li jvarjaw kemxejn mill-aħmar għall-isfar li jiċċaraw maż-żmien.
Dan jikkonsisti fi kristalli ħfief u li jitfarrku malajr, l-aktar fil-forma ta’ piramida bil-maqlub vojta, li jżommu f’wiċċ l-ilma waqt il-ġbir.
Is-“Sel de l’Île de Ré”/il-“Fleur de sel de l’Île de Ré” ma jiġix maħsul u lanqas arrikkit.
L-ewwel nett, il-karatteristiċi tas-“Sel de l’Île de Ré”/“Fleur de sel de l’Île de Ré” jirriżultaw mit-taħlita tal-fatturi naturali tal-Île de Ré u tal-għarfien prattiku mħaddem mill-produtturi tagħha tal-melħ u tal-fleur de sel.
L-iżvilupp tal-marġi salmastri fl-Île de Ré, permezz tal-ippjanar u t-tqaċċit taż-żoni tal-marġi, intensifika l-meżoklima oriġinali tal-gżira, li hija speċifika u partikolarment evaporatorja. L-abbundanza tax-xemx, l-alternazzjoni taż-żiffiet tal-baħar u tal-art jew saħansitra x-xita limitata huma l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-produzzjoni tal-melħ u tal-fleur de sel. It-tafal tal-marġi salmastri, li huwa materjal impermeabbli, jagħmilha possibbli li tiġi riflessa s-sħana mix-xemx, u b’hekk tittejjeb l-effiċjenza tal-għadajjar ta’ konċentrazzjoni. Dan it-tafal partikolarment iebes iwassal għar-rata baxxa ta’ kontenut li ma jinħallx li jiddetermina l-kulur partikolari tal-melħ (minn griż għal abjad). Min-naħa tagħhom, in-noti li jvarjaw mill-aħmar għall-isfar, li xi drabi jkunu preżenti, huma relatati mal-preżenza tal-mikroorganiżmi speċifiċi għall-ambjent.
Il-ħaddiem tal-melħ kien kapaċi juża l-kundizzjonijiet ambjentali billi żviluppa għarfien prattiku partikolari, f’termini tal-ippjanar tat-territorju, il-ġestjoni tal-ilma fi ħdan il-marġ, l-użu ta’ għodod speċifiċi u r-ritmu tal-ġbir. Dan l-għarfien prattiku dwar il-melħ tal-Île de Ré huwa parti minn sensiela twila ta’ tradizzjonijiet u jikkontribwixxi għall-karatteristiċi ta’ dan il-melħ. Il-marġi salmastri, li l-isfond tagħhom huwa magħmul naturalment mit-tafal, ġew iffurmati b’tali mod li jiġbru l-ilma baħar b’mod naturali u jirregolaw il-fluss skont il-gravità tiegħu. Il-ħaddiem tal-melħ jikkontrolla l-ġestjoni tal-ilma baħar, mill-vasais (l-ewwel għadira li timtela meta jkun hemm marea għolja) sal-aires saunantes (l-għadira fejn l-ilma jikkristallizza f’melħ), filwaqt li jippromwovi l-evaporazzjoni u l-kristallizzazzjoni tal-ilma baħar sabiex jikseb il-melħ u l-fleur de sel.
Miġbur bl-idejn, is-“Sel de l’Île de Ré” għandu granulometrija eteroġenja. Din l-eteroġeneità qawwija, karatteristika ta’ melħ miġbur bl-idejn skont l-għarfien prattiku tradizzjonali tal-produtturi tal-melħ tal-Atlantiku, twassal għall-ogħla limitu tal-granulometrija biex ikun akbar mill-biċċa l-kbira tal-imluħa miġbura b’mod mekkaniku.
Minbarra l-kundizzjonijiet atmosferiċi speċifiċi (ir-riħ ħafif, ix-xemx, u n-nuqqas ta’ umdità jew xita), il-produzzjoni tal-fleur de sel teħtieġ kontroll tal-kundizzjonijiet tal-ilma u tekniki tal-ġbir saħansitra aktar preċiżi. Huwa meħtieġ saff baxx ta’ ilma sabiex il-fleur de sel ikun jista’ jżomm fil-wiċċ b’mod liberu u jinġabar b’mod delikat.
Il-kundizzjonijiet fiżiċi u klimatiċi kollha tal-ambjent kif ukoll l-għarfien prattiku tal-ħaddiem tal-melħ jippermettu l-produzzjoni u l-ġbir tal-melħ u l-fleur de sel, li l-karatteristiċi inerenti tagħhom ma jeħtiġux il-proċessi ta’ ħasil jew arrikkiment.
Għal aktar minn 800 sena, il-produzzjoni tal-melħ kienet pilastru tal-ekonomija tal-Île de Ré, fl-iskambji kummerċjali reġjonali iżda wkoll dawk aktar fil-bogħod. Diversi kitbiet antiki, mis-seklu 15 sar-Rivoluzzjoni Franċiża u mbagħad fil-bidu tas-seklu 20 isemmu l-produzzjoni tal-melħ fl-Île de Ré kif ukoll il-kummerċ nazzjonali u internazzjonali tagħha.
Kull sena, is-“Sel de l’Île de Ré” jiġi kopert mill-mezzi tax-xandir kemm fil-media stampata kif ukoll fuq it-televiżjoni (Sud-Ouest 1986, Le Figaro 2012, Franza 3, 2017, eċċ.).
Il-“Fleur de sel de l’Île de Ré” jissemma wkoll f’ħafna mezzi tax-xandir (New York Times 2012, Le Point 2017, France Inter 2021, eċċ.). Jidher fil-kotba tar-riċetti tat-territorju, b’mod partikolari Le sel de l’Île de Ré ta’ Bahic (2015).
Fl-aħħar nett, sa mill-irkupru tal-produzzjoni tal-melħ fl-aħħar tas-seklu 20, is-“Sel de l’Île de Ré”/“Fleur de sel de l’Île de Ré” kien soġġett għal żvilupp sinifikanti.
Din il-fama tmur lil hinn mill-fruntieri Franċiżi, peress li s-“Sel de l’Île de Ré”/“Fleur de sel de l’Île de Ré” jiġi esportat lejn l-Ewropa iżda wkoll lejn l-Amerka ta’ Fuq u t’Isfel, l-Asja u ċerti pajjiżi tal-Lvant Nofsani. L-artikli fil-media jixhdu dan il-vjaġġ internazzjonali: Sud-Ouest 1987, New York Times 2012, ARD 2021...
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
https://extranet.inao.gouv.fr/fichier/CDC-SFdSRe2211.pdf
|
9.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/13 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2023/C 280/05)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1) .
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Utiel-Requena”
PDO-ES-A0874-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 9.5.2023
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Titjib fid-deskrizzjoni tal-inbejjed
DESKRIZZJONI:
|
A) |
Jiżdiedu l-kategoriji tal-inbejjed speċifikati skont id-deskrizzjoni definita fl-Anness VIII, parti II tar-Regolament (UE) 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
B) |
Fl-identifikazzjoni tal-qawwa alkoħolika għall-inbejjed b’termini speċjali, it-terminu “qawwa alkoħolika attwali” jiġi sostitwit b’“qawwa alkoħolika proprja” Il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa emendat u ma taffettwax id-Dokument Uniku. Titqies bħala emenda standard bħal dawk previsti fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 1308/2013, peress li tikkonsisti sempliċiment f’adattamenti legali u ma tidhirx fl-elenku ta’ emendi li jitqiesu bħala tal-Unjoni. F’dan il-każ speċifiku, l-ebda kategorija ta’ prodotti tal-inbid ma tinbidel, titħassar jew tiżdied (it-tipi ta’ nbejjed inklużi fid-DOP jibqgħu l-istess, iżda l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott issa tiddikjara għal-liema kategorija jappartjenu). Bl-istess mod, l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta mhux affettwat u lanqas hemm il-possibbiltà li r-rabta tiġi invalidata. |
RAĠUNAMENT:
Fir-rigward tal-punt A), biex dan jiġi adattat għall-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat 2019/33; Fir-rigward tal-punt B), biex dan jiġi adattat għall-Parti IV tal-Anness II tar-Regolament 1308/2013 u għall-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/34.
2. Deskrizzjoni organolettika aktar dettaljata tal-inbejjed rożè
DESKRIZZJONI:
Tittejjeb id-deskrizzjoni ta’ dawn l-inbejjed fl-aspett viżiv, billi jiġi indikat li jvarjaw minn roża fil-vjola sa roża fl-oranġjo, minflok ma jiġu indikati biss dawk tal-varjetà Bobal jew minflok ma jiġi indikat biss b’mod ġeneriku li l-ilwien roża “jgħajtu”. Fid-deskrizzjoni tal-aromi, jitħassar il-lampun bħala element li jiddistingwihom.
L-emenda taffettwa t-Taqsima 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4.3 tad-Dokument Uniku.
Titqies bħala emenda standard bħal dawk previsti fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 1308/2013, peress li ma tidhirx fl-elenku ta’ emendi li jitqiesu bħala tal-Unjoni. F’dan il-każ speċifiku, l-ebda kategorija ta’ prodotti tal-inbid ma tinbidel, titħassar jew tiżdied. Bl-istess mod, l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta mhux affettwat, m’hemmx il-possibbiltà li r-rabta tiġi invalidata, u lanqas jitpoġġew restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.
RAĠUNAMENT:
L-għan ta’ din l-emenda huwa li tingħata deskrizzjoni iktar preċiża tal-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed rożè prodotti taħt id-DOP Utiel-Requena. Id-dehra tal-inbejjed tagħna issa hija deskritta fid-diversità kollha tagħha, li hija r-riżultat tal-progress tekniku u tal-għeneb użat. L-emenda tfisser li l-firxa ta’ lwien tista’ tiġi enfasizzata. Fir-rigward tal-aroma, jitħassar il-lampun peress li mhuwiex karatteristika tipika tal-inbejjed ta’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini, u l-inbejjed magħmula minn ċerti varjetajiet tradizzjonali lanqas fihom din l-aroma.
3. Deskrizzjoni organolettika aktar preċiża tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità bojod u rożè
DESKRIZZJONI:
Fid-deskrizzjoni tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità issa tissemma nota predominanti li tfakkar fil-kuntatt mal-ħmira tal-inbid, li ma kinitx tissemma fl-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Madankollu, hija karatteristika organolettika stabbilita preżenti f’dan it-tip ta’ nbejjed bojod u rożè.
L-emenda taffettwa t-Taqsima 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4.4 tad-Dokument Uniku.
Titqies bħala emenda standard bħal dawk previsti fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 1308/2013, peress li ma tidhirx fl-elenku ta’ emendi li jitqiesu bħala tal-Unjoni. F’dan il-każ speċifiku, l-ebda kategorija ta’ prodotti tal-inbid ma tinbidel, titħassar jew tiżdied. Bl-istess mod, l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta mhux affettwat, m’hemmx il-possibbiltà li r-rabta tiġi invalidata, u lanqas jitpoġġew restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.
RAĠUNAMENT:
L-għan huwa li d-deskrizzjoni tal-prodott issir aktar preċiża peress li l-bord tad-dewqan tal-korp ta’ kontroll ta’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini nnota dan il-kuntatt mal-ħmira tal-inbid fl-inbejjed bojod u rożè.
4. Speċifikazzjoni tar-rendiment massimu tal-estrazzjoni
DESKRIZZJONI:
It-Taqsima dwar il-prattiki enoloġiċi speċifiċi tiddikjara li r-rata massima ta’ konverżjoni għandha tkun ta’ 74 litru nbid għal kull 100 litru ta’ ħsad.
Temenda t-Taqsima 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.1 tad-Dokument Uniku.
Titqies bħala emenda standard bħal dawk previsti fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 1308/2013, peress li ma tidhirx fl-elenku ta’ emendi li jitqiesu bħala tal-Unjoni. F’dan il-każ speċifiku, l-ebda kategorija ta’ prodotti tal-inbid ma tinbidel, titħassar jew tiżdied. Bl-istess mod, l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta mhux affettwat, m’hemmx il-possibbiltà li r-rabta tiġi invalidata, u lanqas jitpoġġew restrizzjonijiet fuq l-inbejjed ta’ din id-DOP.
RAĠUNAMENT:
Tispeċifika r-rendiment ta’ estrazzjoni bħala prattika enoloġika speċifika, għall-konformità mar-rendimenti stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Jiġifieri, ir-rendimenti stabbiliti f’din it-Taqsima, f’kg/Ha u f’Hl/Ha, kienu diġà jimplikaw dan l-istess valur ta’ rendiment tal-estrazzjoni, u issa qiegħed sempliċement jissemma b’mod espliċitu.
5. Ġew introdotti varjetajiet ġodda ta’ vitis vinifera u ġew identifikati l-varjetajiet ewlenin għall-finijiet tal-użu tat-terminu speċjali “superjuri”
DESKRIZZJONI:
Fil-varjetajiet ħomor ġew inklużi l-varjetajiet Graciano u Monastrell u fil-bojod ġew inklużi l-varjetajiet Viognier, Xarel-lo, Godello, Garnacha Blanca, Albariño u Tortosí. Barra minn hekk, issa ġie indikat liem huma l-varjetajiet ewlenin u liem mhumiex.
Temenda t-Taqsima 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 tad-Dokument Uniku.
Titqies bħala emenda standard bħal dawk previsti fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 1308/2013, peress li ma tidhirx fl-elenku ta’ emendi li jitqiesu bħala tal-Unjoni. F’dan il-każ speċifiku, l-ebda kategorija ta’ prodotti tal-inbid ma tinbidel, titħassar jew tiżdied. Bl-istess mod, l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta mhux affettwat, m’hemmx il-possibbiltà li r-rabta tiġi invalidata, u lanqas jitpoġġew restrizzjonijiet fuq l-inbejjed ta’ din id-DOP.
RAĠUNAMENT:
Il-varjetajiet ġodda kollha li ġew introdotti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jitkabbru fiż-żona tad-DOP Utiel-Requena u diġà hemm storja ta’ nbejjed ta’ kwalità minn din iż-żona li, kemm bħala monovarjetali kif ukoll bħala taħlita, jużaw il-varjetajiet ġodda li huma indikati bħala stabbiliti sew, li jwassalna biex nirrikonoxxu u nidentifikaw it-tkabbir ta’ dan l-għeneb bħala tradizzjonali fil-comarca u għaldaqstant, biex ninkluduh fl-ambitu ta’ protezzjoni tad-DOP.
Il-varjetà Graciano tagħti struttura u kwalitajiet aromatiċi lill-varjetajiet li jeżistu diġà; il-varjetà Monastrell hija għenba tipikament Mediterranja li fil-kuntest attwali tat-tibdil fil-klima tadatta ruħha għall-karatteristiċi klimatiċi tad-DO. Fil-każ tal-varjetajiet bojod Viogner u Tortosí, dawn diġà ilhom żmien twil jintużaw f’din il-comarca u għalhekk, kien pass loġiku li dawn jiġu aċċettati bħala dwieli li huma xierqa għall-produzzjoni ta’ nbejjed bid-DOP. Il-varjetà Xarel-lo wkoll hija varjetà tipika ta’ din iż-żona u adattat ruħha sew ħafna għall-art, filwaqt li pproduċiet riżultati tant stupendi, li issa saret għenba tradizzjonali; fil-każ tal-varjetajiet Godello u Albariño, tradizzjonalment imħawla f’din il-comarca, intwera li għandhom il-karatteristiċi li għall-inbejjed ta’ kwalità, jirrappreżentaw l-essenza tal-inbejjed bojod ta’ din iż-żona. L-istess jista’ jingħad dwar il-varjetà Garnacha Blanca, li ilha tintuża biex tikkumplimenta inbejjed oħra billi tagħtihom aktar struttura u palat.
Il-ħtieġa li jiġu idendifikati l-varjetajiet ewlenin hija relatata mar-rekwiżit li ċertu varjetajiet jintużaw li huma meħtieġa għall-użu tat-terminu speċjali “Superjuri”, li hija rregolata fis-subtaqsima (ii) tat-Taqsima H “termini speċjali u termini tradizzjonali”, tan-numru 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u tikkostitwixxi aġġornament tal-kundizzjonijiet tal-ipproċessar.
6. Titjib fil-formulazzjoni tal-kliem dwar ir-rabta.
DESKRIZZJONI:
Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti, taħt “Fatturi Umani” fit-taqsima dwar ir-rabta, kien iddikjarat li t-territorju kopert mid-DOP Utiel-Requena kellu jiġi inkluż fil-kategorija “Pajsaġġ tad-Dwieli u l-Inbid” fl-applikazzjoni għall-istatus ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Is-sitwazzjoni attwali hija li din iż-żona ta’ vitikultura ġiet inkluża fil-lista indikattiva taħt l-intestatura “L-Inbid fl-Iberia”. Barra minn hekk, jiġi aġġornat in-numru ta’ persuni li jkabbru d-dwieli, jissemmew il-varjetajiet il-ġodda, tiġi adattata d-deskrizzjoni tal-inbejjed skont il-bidliet introdotti fil-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, u, fit-Taqsima dwar ir-rabta kawżali, jissemmew ukoll l-inbejjed likuri.
Temenda t-Taqsima 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Titqies bħala emenda standard bħal dawk previsti fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 1308/2013, peress li ma tidhirx fl-elenku ta’ emendi li jitqiesu bħala tal-Unjoni. F’dan il-każ speċifiku, l-ebda kategorija ta’ prodotti tal-inbid ma tinbidel, titħassar jew tiżdied. Bl-istess mod, l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta mhux affettwat, m’hemmx il-possibbiltà li r-rabta tiġi invalidata, u lanqas jitpoġġew restrizzjonijiet fuq l-inbejjed ta’ din id-DOP.
RAĠUNAMENT:
Tittieħed din l-opportunità biex tiġi aġġornata l-informazzjoni dwar ir-rabta u tiġi kkoreġuta l-omissjoni tal-inbejjed likuri li kienet saret bi żball.
7. Rekwiżiti dwar il-ħżin
DESKRIZZJONI:
Huwa meqjus xieraq li fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiżdied kjarifika dwar il-ħżin tal-inbejjed b’DOP. Dan isir fiż-żona ta’ produzzjoni, iżda l-ħżin barra miż-żona tad-DOP se jibqa’ jiġi awtorizzat, f’konformità mad-drittijiet stabbiliti u soġġett għal kontrolli xierqa. Dan japplika wkoll għall-kantini fejn l-inbid jiġi bbottiljat, dment li diġà kienu awtorizzati li jagħmlu dan qabel Diċembru 2011. L-intestatura “Ibbottiljar tal-inbejjed” tinbidel għal: “Ibbottiljar u ħżin tal-inbejjed”.
Taffettwa t-Taqsima 8.F tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li issa ssir it-Taqsima 8.E, peress li titħassar ukoll it-Taqsima 8.A li kienet tirreferi għal regola li issa ma għadhiex tapplika. Ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Titqies bħala emenda standard bħal dawk previsti fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 1308/2013, peress li ma tidhirx fl-elenku ta’ emendi li jitqiesu bħala tal-Unjoni. F’dan il-każ speċifiku, l-ebda kategorija ta’ prodotti tal-inbid ma tinbidel, titħassar jew tiżdied. Bl-istess mod, l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta mhux affettwat, m’hemmx il-possibbiltà li r-rabta tiġi invalidata, u lanqas jitpoġġew restrizzjonijiet fuq l-inbejjed ta’ din id-DOP.
RAĠUNAMENT:
L-inbejjed li jitqiegħdu f’kantini jibqgħu fiż-żona ġeografika, f’kantini tal-inbid li jridu jkunu rreġistrati wkoll bħala tali. Dan isir biex jiġi ffaċilitat l-iċċekkjar ħalli jiġu ggarantiti l-awtentiċità u l-kwalità tal-inbejjed, għall-benefiċċju tal-konsumatur.
8. Titjib fir-regoli dwar it-tikkettar.
DESKRIZZJONI:
Jitħassar l-obbligu li t-tikketti jiġu approvati qabel ma jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni, u titħalla l-għażla li jiġu ppreżentati lill-Korp tal-Ġestjoni li tista’ toħroġ osservazzjonijiet, mhux vinkolanti, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli meħtieġa ladarba t-tikketta tiddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni. L-operatur huwa responsabbli li jara li t-tikketta ma toħloqx konfużjoni għall-konsumatur.
Taffettwa t-Taqsima 8.G tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (li issa saret it-Taqsima F), u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Titqies bħala emenda standard bħal dawk previsti fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 1308/2013, peress li ma tidhirx fl-elenku ta’ emendi li jitqiesu bħala tal-Unjoni. F’dan il-każ speċifiku, l-ebda kategorija ta’ prodotti tal-inbid ma tinbidel, titħassar jew tiżdied. Bl-istess mod, l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta mhux affettwat, m’hemmx il-possibbiltà li r-rabta tiġi invalidata, u lanqas jitpoġġew restrizzjonijiet fuq l-inbejjed ta’ din id-DOP.
RAĠUNAMENT:
Ir-riforma kienet meħtieġa biex ikun hemm konformità mal-Artikolu 17 tal-Liġi 20/2013, tad-9 ta’ Diċembru, dwar il-garanzija tal-unità tas-suq, peress li “il-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità” ma humiex issodisfati.
9. Bidliet fir-rekwiżiti ta’ xi termini fit-tikketti
DESKRIZZJONI:
Minbarra li jiġi kkoreġut żball dwar ir-regola msemmija (l-Artikolu 93 jiġi sostitwit bl-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 1308/2013), jiġu emendati wkoll ir-rekwiżiti tat-termini li ġejjin dwar it-tikketti:
|
— |
“Superjuri”: titħassar ir-referenza għal regola li ma għadhiex fis-seħħ u jiġi speċifikat li dan ifisser li l-inbid għandu kwalitajiet organolettiċi “superjuri”. |
|
— |
“Immaturat” jew “Immaturat fil-btieti”: jiġi inkluż ir-rekwiżit tal-evidenza organolettika tal-kuntatt tiegħu mal-injam. |
|
— |
“Reserva” u “Gran Reserva”: tiġi kkoreġuta l-formulazzjoni tiegħu biex jiġi adattat għat-termini li jiddefinixxu dan it-terminu fir-regoli nazzjonali. |
|
— |
“Bobal Alta Expresión”: l-età minima tad-dielja li minnha jkun ġej l-għeneb tiżdied minn 35 għal 50 sena. Taffettwa l-punt 8.H tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (li issa sar il-paragrafu G), u l-punt 9 tad-Dokument Uniku. Titqies bħala emenda standard bħal dawk previsti fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 1308/2013, peress li ma tidhirx fl-elenku ta’ emendi li jitqiesu bħala tal-Unjoni. F’dan il-każ speċifiku, l-ebda kategorija ta’ prodotti tal-inbid ma tinbidel, titħassar jew tiżdied. Bl-istess mod, l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta mhux affettwat, m’hemmx il-possibbiltà li r-rabta tiġi invalidata, u lanqas jitpoġġew restrizzjonijiet fuq l-inbejjed ta’ din id-DOP. |
RAĠUNAMENT:
Tiġi kkoreġuta l-formulazzjoni u jiġu speċifikati u mtejba r-rekwiżiti tat-termini.
B’mod partikolari, għat-terminu “Bobal Alta Expresión”, id-dwieli li jintużaw fil-fatt għandhom aktar minn 50 sena, u għalkemm jikkonformaw mar-rekwiżit attwali li jkunu “eqdem minn 35”, l-emenda tagħmel dan ir-rekwiżit ferm aktar preċiż u rappreżentattiv tas-sitwazzjoni.
10. Aġġornament tad-data dwar l-awtorità kompetenti u l-korp ta’ kontroll
DESKRIZZJONI:
Tiġi aġġornata d-data dwar l-Awtorità Kompetenti u l-korp delegat għall-kontroll.
Taffettwa t-Taqsima 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Titqies bħala emenda standard bħal dawk previsti fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 1308/2013, peress li ma tidhirx fl-elenku ta’ emendi li jitqiesu bħala tal-Unjoni. F’dan il-każ speċifiku, l-ebda kategorija ta’ prodotti tal-inbid ma tinbidel, titħassar jew tiżdied. Bl-istess mod, l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta mhux affettwat, m’hemmx il-possibbiltà li r-rabta tiġi invalidata, u lanqas jitpoġġew restrizzjonijiet fuq l-inbejjed ta’ din id-DOP.
RAĠUNAMENT:
Tittieħed din l-opportunità biex jiġu aġġornati l-bidliet li seħħew fid-data dwar iż-żewġ entitajiet.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Utiel-Requena
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
3. |
Inbid likur |
|
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
|
6. |
Inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità |
|
8. |
Inbid semifrizzanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbid aħmar
DESKRIZZJONI QASIRA
Dehra viżiva: ilwien ħomor skuri li jisfumaw fil-vjola, u ġieli fl-aħmar lewn iċ-ċirasa skont kemm ikunu mmaturaw. L-inbejjed ħomor prodotti mill-varjetà Bobal jiżviluppaw il-kulur tagħhom bil-mod ħafna. Riħa: aromi ta’ frott iswed u aħmar. Maż-żmien, jiżviluppaw aromi ta’ frott misjur. Togħma: inbejjed b’palat, intensità tajba u aċidità ġeneralment ibbilanċjata.
|
* |
Aċidità volatili massima fi nbejjed minn staġuni preċedenti 20 meq/l (16,6 + 1 meq/l) għal kull grad ta’ alkoħol li jaqbeż l-10 % Vol |
|
** |
SO2 massimu: 150 mg/l jekk g/l zokkor <5, u 200 mg/l jekk ikun > jew = għal 5 g/l |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
15 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
2. Inbid abjad
DESKRIZZJONI QASIRA
Ilwien safranija ta’ intensitajiet differenti, li kultant jisfumaw fl-aħdar. Il-varjetajiet bojod ta’ Tardana huma aktar dehbija. Aromi ta’ fjuri u ta’ frott abjad. Dawk ta’ Tardana jista’ jkollhom aromi tropikali. Fil-ħalq huwa korpuż iżda fl-istess ħin għandu ħjiel ta’ aċidità tagħtihom freskezza.
|
* |
Aċidità volatili massima fi nbejjed minn staġuni preċedenti 18 meq/l (16,6 + 1 meq/l) għal kull grad ta’ alkoħol li jaqbeż l-10 %Vol |
|
** |
SO2 massimu: 200 mg/l jekk g/l zokkor <5, u 250 mg/l jekk ikun > jew = għal 5 g/l |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità totali minima |
4 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
15 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
3. Inbid rożè
DESKRIZZJONI QASIRA
Ilwien fir-roża, li jmorru minn roża fil-vjola għal roża fl-oranġjo. Aromi li jfakkru fil-frott aħmar; fil-Bobal tippredomina l-aroma tal-frawli. Fil-ħalq huwa korpuż u frisk minħabba l-aċidità naturali tal-varjetà. L-intensità tal-aroma tiegħu ta’ frott aħmar tibqa’ wkoll wara.
|
* |
Aċidità volatili massima fi nbejjed minn staġuni preċedenti 18 meq/l (16,6 + 1 meq/l) għal kull grad ta’ alkoħol li jaqbeż l-10 %Vol |
|
** |
SO2 massimu: 200 mg/l jekk g/l zokkor <5, u 250 mg/l jekk ikun > jew = għal 5 g/l |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
9 |
|
Aċidità totali minima |
4 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
15 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
4. Inbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja
DESKRIZZJONI QASIRA
Aromi ta’ frott bi sfumaturi li jfakkru fil-kuntatt tiegħu mal-ħmira tal-inbid, u li fil-ħalq huma bbilanċjati bejn iz-zokkor u l-aċidità.
|
* |
Aċidità volatili massima fi nbejjed minn staġuni preċedenti 18 meq/l (16,6 + 1 meq/l) għall-bojod u r-rożè, u 20 meq/l (16,6 + 1 meq/l) għall-ħomor, għal kull grad ta’ alkoħol li jaqbeż l-10 % Vol |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
15 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
185 |
5. Inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità
DESKRIZZJONI QASIRA
Tonalitajiet sofor; aromi ta’ frott li jfakkru l-għeneb li bih ġie prodott, fil-ħalq iħalli ħjiel ħafif ta’ ħlewwa li jintegra sew mal-aċidità.
|
* |
Aċidità volatili massima fi nbejjed minn staġuni preċedenti 18 meq/l (16,6 + 1 meq/l) għal kull grad ta’ alkoħol li jaqbeż l-10 %Vol |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
6 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
15 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
185 |
6. Inbid semifrizzanti abjad, rożè u aħmar
DESKRIZZJONI QASIRA
L-aspett viżiv huwa adattat għall-karatteristiċi li ġew deskritti, skont jekk hux abjad, rożè jew aħmar. Predominanza ta’ aromi tipiċi ta’ din il-varjetà, li fil-ħalq huma ħfief u friski.
|
* |
Aċidità volatili massima fi nbejjed minn staġuni preċedenti 18 meq/l (16,6 + 1 meq/l) għall-bojod u r-rożè, u 20 meq/l (16,6 + 1 meq/l) għall-ħomor, għal kull grad ta’ alkoħol li jaqbeż l-10 % Vol |
|
** |
SO2 mass (mg/l): 150 għall-aħmar u 200 għall-abjad u r-rożè, jekk g/l zokkor <5; u 200 għall-aħmar u 250 għall-abjad u r-rożè, jekk g/l zokkor > jew = għal 5. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
7 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
15 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
7. Inbid likur abjad u rożè
DESKRIZZJONI QASIRA
L-aspett viżiv u aromatiku jixbah lil dak deskritt għall-inbejjed bojod. Fil-ħalq huwa żejtni, bi proporzjon ta’ aċidità-zokkor ibbilanċjat ħafna.
|
* |
Aċidità volatili massima fi nbejjed minn staġuni preċedenti 18 meq/l (16,6 + 1 meq/l) għal kull grad ta’ alkoħol li jaqbeż l-10 %Vol |
|
** |
SO2 massimu: 150 mg/l jekk g/l zokkor <5, u 200 mg/l jekk ikun > jew = għal 5 g/l |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
15 |
|
Aċidità totali minima |
4 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
15 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
8. Inbid likur aħmar
DESKRIZZJONI QASIRA
L-aspett viżiv u aromatiku jixbah lil dak deskritt għall-inbejjed ħomor. Fil-ħalq huwa żejtni, bi proporzjon ta’ aċidità-zokkor ibbilanċjat ħafna.
|
* |
Aċidità volatili massima fi nbejjed minn staġuni preċedenti 20 meq/l (16,6 + 1 meq/l) għal kull grad ta’ alkoħol li jaqbeż l-10 % Vol |
|
** |
SO2 massimu: 150 mg/l jekk g/l zokkor <5, u 200 mg/l jekk ikun > jew = għal 5 g/l |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
15 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
15 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
9. Inbejjed b’kontenut baxx ta’ alkoħol bojod, rożè u ħomor
DESKRIZZJONI QASIRA
L-aspett viżiv u aromatiku jixbah lil dak deskritt, skont jekk ikunux bojod, rożè jew ħomor. Huma nbejjed b’togħma ta’ frott li jfakkru fl-għeneb frisk li minnu huma prodotti. Fil-ħalq għandhom aċidità inkorporata sew li tagħtihom freskezza u armonija.
|
* |
Aċidità totali massima 3,5 g/l għall-ħomor u 4 g/l għall-inbejjed bojod u rożè |
|
** |
Aċidità volatili massima fi nbejjed minn staġuni preċedenti 18 meq/l (16,6 + 1 meq/l) għal inbejjed bojod u r-rożè, u 20 meq/l (16,6 + 1 meq/l) għal inbejjed ħomor, għal kull grad ta’ alkoħol li jaqbeż l-10 % Vol |
|
** |
SO2 mass (mg/l): 150 għall-aħmar u 200 għall-abjad u r-rożè, jekk g/l zokkor <5; u 200 għall-aħmar u 250 għall-abjad u r-rożè, jekk g/l zokkor > jew = għal 5. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
- |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
4,5 |
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
15 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Prattika enoloġika speċifika
Massimu ta’ 74 l nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Varjetajiet ħomor f’arbuxelli 7 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru 55,5 ettolitru għal kull ettaru |
|
2. |
Varjetà Bobal f’arbuxelli 8 600 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru 63,64 ettolitru għal kull ettaru |
|
3. |
Varjetajiet bojod f’arbuxelli 9 900 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru 73,26 ettolitru għal kull ettaru |
|
4. |
Varjetajiet ħomor fuq kannizzata 9 100 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru 67,34 ettolitru għal kull ettaru |
|
5. |
Varjetà Bobal fuq kannizzata 10 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru 77,70 ettolitru għal kull ettaru |
|
6. |
Varjetajiet bojod fuq kannizzata 12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru 88,80 ettolitru għal kull ettaru |
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-għeneb u tal-ipproċessar tal-inbejjed koperti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Utiel-Requena tikkostitwixxi artijiet li jinsabu fil-muniċipalitajiet ta’ Camporrobles, Caudete de las Fuentes, Fuenterrobles, Requena, Siete Aguas, Sinarcas, Utiel, Venta del Moro u Villargordo del Cabriel, li lkoll jinsabu fil-provinċja ta’ Valenzja.
Iż-żona ta’ pproċessar u tat-tkabbir hija l-istess bħaż-żona ta’ produzzjoni.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
BOBAL
CABERNET SAUVIGNON
CHARDONNAY
GARNACHA BLANCA
GARNACHA TINTA
GARNACHA TINTORERA
GODELLO
GRACIANO
MACABEO - VIURA
MERLOT
MERSEGUERA
MONASTRELL
PARELLADA
PETIT VERDOT
PINOT NOIR
PLANTA NOVA - TARDANA
SAUVIGNON BLANC
SYRAH
TEMPRANILLO
TORTOSÍ
VERDEJO
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Inbejjed ħomor
Il-kontenut ta’ polifenol li jinkiseb f’din iż-żona, u b’mod partikolari mill-varjetà indiġena Bobal, flimkien mal-aċidità totali għolja, huma l-fatturi responsabbli għall-ilwien ħomor skuri fl-inbejjed ħomor, u f’xi każijiet, li jisfumaw fil-vjola. Il-ħjiel aromatiku ta’ frott aħmar u iswed bi sfumaturi balsamiċi li ġejjin mill-art minħabba l-karatteristiċi li diġà ssemmew. B’mod ġenerali, id-dwieli ta’ din iż-żona ġeografika jipproduċu nbejjed b’palat minħabba l-konċentrazzjoni ta’ polifenol li ssemmiet qabel, flimkien mal-aromi li jżommu t-togħma għal ċertu ħin, b’volum tajjeb, persistenza u mineralità fil-ħalq.
8.2. Inbejjed bojod u rożè
Fl-inbejjed bojod, il-ħamrija kalkarja tagħti lill-inbejjed aromi ta’ fjuri u frott abjad intensi ħafna jekk isseħħ maturazzjoni fenolika xierqa. Il-freskezza fil-ħalq li ġejja mill-aċidità naturali tagħhom hija notevoli.
L-inbejjed rożè prodotti mid-DOP jistgħu jiġu identifikati mil-lonġevità tal-lewn roża tagħhom, b’mod partikolari meta jiġu prodotti mill-varjetà Bobal. L-aromi ta’ frott aħmar huma karatteristiċi tipiċi. Fil-każ tal-varjetà Bobal, jippredominaw l-aromi tipiċi ta’ frawli din il-varjetà, li huma karatteristiċi tal-varjetà fl-artijiet ta’ Utiel-Requena.
8.3. Inbejjed frizzanti, semifrizzanti u b’kontenut baxx ta’ alkoħol
Bis-saħħa, fil-biċċa l-kbira, tal-ħafna sigħat ta’ xemx, fil-fażi ta’ maturazzjoni teknika huwa possibbli li jinkiseb potenzjal aromatiku u bilanċ interessanti bejn iz-zokkor u l-aċidità, li huma xierqa għal dan it-tip ta’ nbejjed.
8.4. Inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità
L-għadd kbir ta’ sigħat ta’ xemx fis-sena jippermetti li l-għeneb jiżviluppa z-zokkor tiegħu mingħajr ma jirriżulta f’kontenut eċċessiv ta’ alkoħol, peress li l-komponenti tal-qoxra jimmaturaw b’mod effettiv.
Dawn l-inbejjed huma kkaratterizzati mill-bilanċ bejn iz-zokkor u l-aċidità tagħhom u l-potenzjal aromatiku ta’ kwalità tagħhom, billi huma ħfief fil-ħalq u fl-istess ħin għandhom ċerta freskezza li tfakkar fil-frott li minnu ġej l-inbid. L-aċidità naturali ta’ dawn l-inbejjed tagħtihom kapaċità tajba għall-konservazzjoni u l-maturazzjoni tagħhom.
8.5. Inbejjed likuri
Il-kundizzjonijiet analitiċi tal-inbejjed likuri jinkisbu grazzi għar-riskju baxx ta’ mard fungali fid-DOP. Għal dan it-tip ta’ nbid, huwa possibbli li l-ħsad isir tard ħafna b’għeneb f’saħħtu li jilħaq konċentrazzjonijiet ta’ zokkor għoljin ħafna filwaqt li tinżamm aċidità totali għolja ħafna b’mod naturali. Il-kwalitajiet organolettiċi tiegħu huma influwenzati miż-żminijiet differenti meta jsir il-ħsad tiegħu u meta jingħaqad iz-zokkor mal-aċidità u, finalment, il-grad ta’ maturazzjoni tal-għeneb, mingħajr ma wieħed jinsa li l-art u l-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ din iż-żona huma l-karatteristiċi li jagħmlu lil dawn l-inbejjed uniċi.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ibbottiljar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
L-ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Għandu jsir biss mill-kantini rreġistrati u li jinsabu fiż-żona demarkata mid-DOP, għajr għall-kumpaniji ta’ bbottiljar li jinsabu barra miż-żona ta’ produzzjoni li kienu awtorizzati mill-Bord Regolatorju qabel Diċembru 2011, sakemm jibqgħu jwettqu l-attività li għaliha kienu awtorizzati u jibqgħu jirrispettaw il-kundizzjonijiet li bihom saret ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kumpaniji tal-ibbottiljar, filwaqt li jibqgħu soġġetti għas-sistema ta’ kontroll stabbilita mill-Bord Regolatorju.
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Fuq it-tikketti tal-inbejjed ibbottiljati jrid ikun hemm u jkun viżibbli sew l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Utiel-Requena, kif ukoll l-informazzjoni li tipprevedi inġenerali l-leġiżlazzjoni applikabbli.
L-inbejjed bojod, rożè u ħomor ibbottiljati għandhom jinkludu s-sena tal-ħsad stampata b’mod prominenti.
Il-fliexken kollha użati għall-introduzzjoni fis-suq tal-inbid għall-konsum għandu jkollhom siġill ta’ garanzija, tikketti jew tikketti ta’ wara nnumerati, maħruġa mill-Bord Regolatorju, li għandhom jitqiegħdu mill-kantina stess u f’konformità mal-istandards stabbiliti mill-Bord Regolatorju u dejjem b’mod li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw. Il-Bord Regolatorju jista’ jagħti awtorizzazzjoni biex it-tikketta ta’ wara nnumerata tiġi sostitwita minn numerazzjoni korrelativa apposta.
Jistgħu jintużaw it-termini li ġejjin:
“Bobal con mención específica”, għal inbejjed Bobal rożè u ħomor ta’ varjetà unika.
“Maturati” jew “Maturati fil-btieti”, għal inbejjed ħomor jew bojod, li jkunu ġew soġġetti għal perjodu ta’ żmien f’bettija tal-ballut jew tal-arżnu b’kapaċità massima ta’ 600 l, għal tul ta’ żmien li ma jaqbiżx is-6 xhur iżda b’tul ta’ żmien suffiċjenti biex jikkontribwixxi għall-bdil tal-karatteristiċi organolettiċi inizjali tiegħu, u b’hekk jittrasforma l-kwalitajiet aromatiċi u tat-togħma primarja tiegħu, b’tali mod li l-kuntatt tiegħu mal-injam ikun evidenti.
“Bobal Alta Expresión” għall-inbejjed ta’ varjetà unika ta’ Bobal, b’maturazzjoni jew mingħajrha, li jiggarantixxu l-espressjoni massima tat-territorju ta’ din il-varjetà. Id-dwieli għandu jkollhom aktar minn 50 sena, għandu jkollhom rendiment aktar baxx minn 4 000 kg/ha (29,60 hl/ha) u ma għandhomx ikunu jistgħu jissaqqew għajr jekk tingħata awtorizzazzjoni minn qabel mill-Bord Regolatorju. Il-vitikultura applikata għandha tiffoka fuq is-salvagwardja tal-bilanċ bijoloġiku tad-dwieli u għandha tirrispetta l-ambjent. Il-prattiki agrikoli kollha użati għandhom ikunu ġustifikati permezz ta’ ġurnal tal-għalqa. Il-kantina għandha tiggarantixxi f’kull mument is-separazzjoni assoluta fl-istallazzjonijiet tagħha ta’ dawn l-inbejjed minn prodotti oħrajn, u tiddikjara l-provenjenza tagħhom. It-tikketta għandha tirrifletti n-numru ta’ fliexken miksuba fl-intestatura tal-inbid kwalifikata b’dan it-terminu.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://portalagrari.gva.es/documents/366567370/0/00001D+PC+DO+UTIEL-REQUENA+DEFINITIVO.pdf/76ec7286-6eef-f866-3b5f-ab88734cbbed?t=1682418183136