ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 272

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
1 ta' Awwissu 2023


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 272/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11108 — MERIDIAM / AWSA I / AWSA II / A2 ROUTE / AESA) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 272/02

Rata tal-kambju tal-euro — Il-31 ta' Lulju 2023

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 272/03

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11205 – INPEX CORPORATION / ENEL GREEN POWER / ENEL GREEN POWER AUSTRALIA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

3

2023/C 272/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11215 – PAI PARTNERS / HG / AZETS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

2023/C 272/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11168 – WARBURG PINCUS / ADVENT INTERNATIONAL / BAXTER PHARMACEUTICAL SOLUTIONS AND BAXTER ONCOLOGY) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 272/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

9

2023/C 272/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

15


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 272/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11108 — MERIDIAM / AWSA I / AWSA II / A2 ROUTE / AESA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 272/01)

Fid-19 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11108. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 272/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta' Lulju 2023

(2023/C 272/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1023

JPY

Yen Ġappuniż

156,73

DKK

Krona Daniża

7,4529

GBP

Lira Sterlina

0,85765

SEK

Krona Żvediża

11,5895

CHF

Frank Żvizzeru

0,9619

ISK

Krona Iżlandiża

144,30

NOK

Krona Norveġiża

11,1805

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,900

HUF

Forint Ungeriż

386,93

PLN

Zloty Pollakk

4,4070

RON

Leu Rumen

4,9349

TRY

Lira Turka

29,7126

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6436

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4566

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,5966

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7773

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4660

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 405,49

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

19,5511

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8808

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 622,65

MYR

Ringgit Malażjan

4,9703

PHP

Peso Filippin

60,522

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,732

BRL

Real Brażiljan

5,2031

MXN

Peso Messikan

18,4088

INR

Rupi Indjan

90,6690


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 272/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11205 – INPEX CORPORATION / ENEL GREEN POWER / ENEL GREEN POWER AUSTRALIA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 272/03)

1.   

Fl-24 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Enel Green Power S.p.A. (“EGP”, l-Italja), li tappartjeni għall-Enel Group (l-Italja),

INPEX Corporation (“INPEX”, il-Ġappun),

Enel Green Power Australia Pty Ltd (“EGPA”, l-Awstralja), li tappartjeni għall-ENEL Group,

Enel Green Power Australia Trust (“Master Trust”, l-Awstralja), li tappartjeni għall-ENEL Group.

EGP u INPEX jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ EGPA u Master Trust.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

EGP hija l-fergħa rinnovabbli tal-Enel Group, bil-kwartieri ġenerali tiegħu f’Ruma. EGP topera madwar id-dinja (direttament jew permezz tas-sussidjarji tagħha) fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli,

INPEX hija kumpanija ta’ esplorazzjoni u produzzjoni li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Tokyo, il-Ġappun. Hija tinvolvi ruħha fir-riċerka, l-esplorazzjoni, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ taż-żejt, tal-gass naturali, ta’ riżorsi minerali oħra u ta’ negozji relatati oħra, u l-investiment u s-self lil kumpaniji involuti f’dawn l-attivitajiet,

EGPA u Master Trust jimpenjaw ruħhom fl-investiment fi proġetti tal-enerġija rinnovabbli, billi jipprovdu pjattaforma tal-enerġija rinnovabbli minn tarf sa tarf li tiżviluppa u topera proġetti, u l-bejgħ bl-imnut u l-kummerċ tal-enerġija. EGPA u Master Trust joperaw biss fl-Awstralja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11205 – INPEX CORPORATION / ENEL GREEN POWER / ENEL GREEN POWER AUSTRALIA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


1.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 272/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11215 – PAI PARTNERS / HG / AZETS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 272/04)

1.   

Fl-24 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PAI Partners S.à.r.l. (Franza), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ PAI Partners SAS (Franza), flimkien “PAI Partners”,

HgCapital LLP (“Hg”, ir-Renju Unit),

Azets Topco Limited (“Azets”, Jersey), li bħalissa hija kkontrollata minn Hg.

PAI Partners u Hg jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Azets.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

PAI Partners hija kumpanija ta’ ekwità privata. Il-fondi ġestiti minn PAI Partners għandhom politika li jakkwistaw maġġoranza ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji f’kumpaniji attivi madwar id-dinja fis-setturi tas-servizzi tan-negozju, l-ikel &consumer, l-industrija ġenerali, u l-kura tas-saħħa,

Hg hija investitur f’negozji tas-software u tas-servizzi b’enfasi fuq l-Ewropa u l-Istati Uniti tal-Amerka,

Azets hija fornitur ta’ servizzi ta’ kontabilità, ta’ taxxa, ta’ awditjar, ta’ konsulenza, ta’ appoġġ għar-riżorsi umani u ta’ appoġġ tal-pagi prinċipalment għall-SMEs u hija attiva fiż-ŻEE kollha.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11215 – PAI PARTNERS / HG / AZETS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


1.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 272/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11168 – WARBURG PINCUS / ADVENT INTERNATIONAL / BAXTER PHARMACEUTICAL SOLUTIONS AND BAXTER ONCOLOGY)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 272/05)

1.   

Fil-25 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Warburg Pincus LLC u fondi affiljati (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Advent International Corporation u fondi affiljati (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Baxter Pharmaceutical Solutions LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka) u Baxter Oncology GmbH (il-Ġermanja) (“BPS”).

Warburg Pincus u Advent se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ BPS kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Warburg Pincus hija kumpanija globali ta’ ekwità privata. Il-kumpaniji tal-portafoll tagħha huma attivi f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa u l-konsumaturi, is-servizzi industrijali u kummerċjali, u t-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjonijiet,

Advent hija investitur ta’ ekwità privata ffokata fuq l-akkwist ta’ ishma ta’ ekwità u l-ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment f’diversi setturi, inklużi l-kura tas-saħħa, l-industrija, it-teknoloġija, il-bejgħ bl-imnut, il-konsumatur u d-divertiment, u s-servizzi tan-negozju u finanzjarji.

BPS hija n-negozju globali tal-iżvilupp u tal-manifattura tal-kuntratti farmaċewtiċi globali ta’ Baxter International Inc. Hija tipprovdi servizzi ta’ Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u l-Manifattura b’Kuntratt għal Farmaċewtiċi ta’ Doża Lesti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11168 – WARBURG PINCUS / ADVENT INTERNATIONAL / BAXTER PHARMACEUTICAL SOLUTIONS AND BAXTER ONCOLOGY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

1.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 272/9


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(2023/C 272/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

“Мелник”

PDO-BG-A1472-AM01

Data tal-applikazzjoni: 24.3.2021

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Il-Kamra Reġjonali tad-Dwieli u l-Inbid Pirin (RLVK)

L-RLVK Pirin hija rreġistrata f’konformità mal-Att dwar l-Inbid u x-Xorb Spirituż u tinkludi membri li huma produtturi b’interess leġittimu li jemendaw l-Ispeċifikazzjoni għad-DOP Мелник.

2.   Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Kategorija tal-prodott tad-dwieli

Rabta

Restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni

3.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

3.1.   Tkabbir taż-żona ġeografika

Iż-żona demarkata għall-produzzjoni tal-inbid tad-DOP Мелник attwalment tinkludi biss ir-raħal ta’ Drangovo fil-muniċipalità ta’ Petrich, ir-reġjun ta’ Blagoevgrad. Iż-żona għandha biss numru żgħir ta’ vinji, li għandhom produzzjoni limitata u sehem żgħir mis-suq. Id-demarkazzjoni attwali qiegħda twaqqaf liż-żona milli tippożizzjona ruħha fis-suq kif meħtieġ u tisfrutta l-valur miżjud għall-inbejjed ittikkettati bid-DOP Мелник. Iż-żona jeħtieġ li tiġi rieżaminata sabiex tiġi definita b’mod korrett, filwaqt li jitqies il-fatt li l-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima huma identiċi fuq żona usa’, fejn huma disponibbli varjetajiet li jipproduċu nbejjed b’karatteristiċi organolettiċi speċifiċi. Taħt dawn il-kundizzjonijiet, iż-żona tista’ tirkupra r-reputazzjoni tagħha fis-suq u tikseb sehem mis-suq li jirrifletti l-kwalità tal-inbejjed. Sabiex titħejja din l-applikazzjoni, twettaq studju wiesa’ dwar iż-żona, inkluż minn perspettiva storika. Il-karatteristiċi tal-ħamrija ġew studjati, tfasslet mappa tal-klima, u nehmeż dokument li juri l-irqajja’ tal-art imħawla bil-varjetajiet elenkati u mqassma fiż-żona. It-twessigħ taż-żona għandu impatt fuq ir-rabta mingħajr ma jinvalidaha, peress li l-karatteristiċi speċifiċi tal-ħamrija u tal-klima taż-żona, kif ukoll l-impatt tal-fattur uman fuq il-produzzjoni tal-inbid tad-DOP Мелник, ma humiex affettwati. Il-lokalitajiet li ġejjin fir-reġjun ta’ Blagoevgrad ġew miżjuda:

fil-muniċipalità ta’ Sandanski, l-irħula ta’ Lehovo, Novo Hodzhovo, Piperitsa, Petrovo, Yanovo, Vranya, Katuntsi, Kalimantsi, Harsovo, Zlatolist, Zornitsa, Vinogradi, Hotovo, Lozenitsa, Levunovo, Novo Delchevo, Damyanitsa, Spatovo, Sklave, Leshnitsa, Polenitsa, Ploski, Debrene, Dzhigurovo, Laskarevo, Ladarevo, Lyubovka, Gorna Sushitsa, Rozhen, Kovachevo, Chereshnitsa, Gorno Spanchevo u Belevehchevo, u l-belt ta’ Sandanski;

fil-muniċipalità ta’ Petrich, l-irħula ta’ Kulata, Chuchuligovo, Dolno Spanchevo, Marino Pole, Topolnitsa, Drangovo, Kapatovo, Mitino, Marikostinovo, Kromidovo, Novo Konomladi, General Todorov, Rupite, Starchevo, Karnalovo, Mihnevo u Belasitsa, u l-belt ta’ Petrich;

fil-muniċipalità ta’ Strumyani, l-irħula ta’ Ilindentsi, Drakata, Mikrevo u Kamenitsa;

fil-muniċipalità ta’ Kresna, il-belt ta’ Kresna u r-raħal ta’ Dolna Gradeshnitsa.

Din l-emenda taffettwa l-punt 3 “Żona għall-produzzjoni tal-inbid tad-DOP Мелник” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 6 “Żona ġeografika demarkata” tad-Dokument Uniku.

3.2.   L-inklużjoni ta’ varjetajiet tad-dwieli ġodda

Matul l-aħħar 20 sena, it-tqassim territorjali tal-vinji fiż-żona usa’ proposta ta’ Melnik għadda minn bidliet sinifikanti. L-istruttura varjetali nbidlet ukoll. Ġie osservat interess profond u sostnut fil-kultivazzjoni u l-vinifikazzjoni ta’ varjetajiet ta’ dwieli lokali, kif ukoll ta’ varjetajiet ta’ dwieli li huma ġodda fil-Bulgarija. Ġie stabbilit li l-varjetajiet huma perfettament adattati għall-kundizzjonijiet fiż-żona, u li hemm żieda fl-interess tas-suq fl-inbejjed prodotti minnhom. Din il-bidla se tagħmilha possibbli li titwessa’ l-firxa ta’ nbejjed offruti b’risposta għad-domanda tal-konsumatur. Huma proposti għall-inklużjoni l-varjetajiet li ġejjin:

għall-inbejjed bojod: Misket Sandanski, Keratsuda, Tamyanka, Muscat Ottonel, Chardonnay, Sauvignon Blanc, Viognier u Pinot Gris;

għall-inbejjed ħomor u rożè: Shiroka Melnishka Loza, Ranna Melnishka Loza (Melnik 55), Melnik 82, Melnik 1300, Rubin, Ruen, Melnishki Rubin, Cabernet Sauvignon, Syrah, Mourvèdre, Cabernet Franc, Pinot Noir u Grenache.

Din l-emenda taffettwa l-punt 5 “Varjetajiet ta’ dwieli awtorizzati għall-produzzjoni tal-inbid tad-DOP Мелник” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 “Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed” tad-Dokument Uniku.

3.3.   Iż-żieda tal-produzzjoni tal-inbid abjad

Fid-dawl tal-istruttura varjetali estiża u d-domanda tas-suq, il-produzzjoni tal-inbejjed bojod fiż-żona ġiet awtorizzata. L-inbejjed bojod huma distintivi u ta’ kwalità għolja, peress li l-varjetajiet bojod huma adattati sew għat-terroir. L-inbejjed bojod jikkumplimentaw l-ispeċifiċità taż-żona, u d-distintività tagħhom hija dovuta għall-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima u l-fatturi umani. Din l-emenda taffettwa l-punti 2 “Inbid prodott, karatteristiċi” u 6 “Rabta maż-żona ġeografika” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 4 “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, 5 “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” u 8 “Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet” tad-Dokument Uniku.

3.4.   Tibdil fil-prattiki ta’ kultivazzjoni applikati

B’riżultat tal-vinji li għadhom kif ġew stabbiliti u r-ristrutturar ta’ dawk eżistenti, u sabiex titqies il-klima speċifika u titjieb il-prestazzjoni tal-inbid prodott, jistgħu jintużaw il-metodi ta’ taħriġ ġodda li ġejjin: Guyot u goblet. Minħabba l-bidla fl-istruttura tal-vinji, id-densità permessa tal-vinji hija sa massimu ta’ 500 dielja għal kull dekaru, jew 5 000 dielja għal kull ettaru. Din l-emenda taffettwa l-punt 6 “Rabta maż-żona ġeografika” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5 “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” tad-Dokument Uniku.

3.5.   Ir-rendiment massimu tal-inbid minn 100 kg ta’ għeneb (inbid miksub wara l-vinifikazzjoni ta’ 100 kg ta’ għeneb)

Peress li l-produzzjoni tal-inbid abjad ġiet awtorizzata, ġie miżjud rendiment massimu ta’ 60 L (inbid miksub wara l-vinifikazzjoni ta’ 100 kg ta’ għeneb) għall-inbejjed bojod. Din l-emenda taffettwa l-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5 “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” tad-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Мелник

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

Kategorija 1. Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid abjad

L-inbejjed bojod huma prodotti mill-varjetajiet Misket Sandanski, Keratsuda, Tamyanka, Muscat Ottonel, Chardonnay, Sauvignon Blanc, Viognier u Pinot Gris, jew bħala nbejjed ta’ varjetà waħda jew bħala nbejjed cuvée prodotti minn diversi varjetajiet. Huma robusti b’kulur li jvarja minn lewn it-tiben ċar sa dehbi vibranti, għandhom firxa rikka ta’ aromi li jvarjaw minn noti ta’ fjuri bojod sa frott taċ-ċitru delikat, u aromi ta’ frott tal-ġamm tal-isfarġel, ċiras u ħawħ. Id-dispożizzjonijiet tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

4,0 g/l, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

Inbid aħmar

L-inbejjed ħomor huma prodotti mill-varjetajiet Shiroka Melnishka Loza, Ranna Melnishka Loza (Melnik 55), Melnik 82, Melnik 1300, Rubin, Ruen, Melnishki Rubin, Merlot, Cabernet Sauvignon, Syrah, Mourvèdre, Cabernet Franc, Pinot Noir u Grenache, jew bħala nbejjed ta’ varjetà waħda jew bħala nbejjed cuvée prodotti minn diversi varjetajiet. Għandhom kulur li jvarja minn rubin sa aħmar skur, b’aromi qawwija u firxa wiesgħa ta’ togħmiet minn frott tal-foresta sa ħwawar eżotiċi bħal imsiemer tal-qronfol, kannella u ħxejjex aromatiċi nexfin. Fihom ħafna tannini u estratti, huma robusti u għandhom potenzjal konsiderevoli ta’ tqaddim fit-tul. Id-dispożizzjonijiet tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

4,0 g/l, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

15

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

Inbid rożè

L-inbejjed rożè huma prodotti mill-varjetajiet Shiroka Melnishka Loza, Ranna Melnishka Loza (Melnik 55), Melnik 82, Melnik 1300, Rubin, Ruen, Melnishki Rubin, Merlot, Cabernet Sauvignon, Syrah, Mourvèdre, Cabernet Franc, Pinot Noir u Grenache, jew bħala nbejjed ta’ varjetà waħda jew bħala nbejjed cuvée prodotti minn diversi varjetajiet. Għandhom firxa rikka ta’ kuluri li tvarja minn sfumaturi delikati ċari sa dawk lewn il-lampun. L-aromi tal-frawli misjur u tal-lampun immerraq jitħalltu ma’ noti ta’ ċitru minerali, freskezza ħafifa, togħma qawwija ta’ frawli u finitura twila ta’ frott. Id-dispożizzjonijiet tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

4,0 g/l, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Rendiment (inbid miksub wara l-vinifikazzjoni ta’ 100 kg ta’ għeneb)

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

L-inbid jiġi prodott bl-użu tal-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni tal-inbejjed ħomor, bojod u rożè. It-tqaddim fi btieti tal-ballut huwa permess.

Ir-rendiment massimu tal-inbid minn 100 kg ta’ għeneb (inbid miksub wara l-vinifikazzjoni ta’ 100 kg ta’ għeneb)

65 l għall-inbejjed ħomor (65 %);

60 l għall-inbejjed bojod (60 %);

60 l għall-inbejjed rożè (60 %).

Rekwiżiti tal-kultivazzjoni

Metodu ta’ kultivazzjoni

Ir-rekwiżiti għall-kultivazzjoni tad-dwieli huma:

taħriġ: umbrella, Moser, f’nofs il-fil ta’ kurdun bilaterali, tat-tip Guyot jew goblet;

żbir: żbir ikkombinat u fil-baxx, fejn jinżammu sa 54 rimja għal kull dielja;

distanzi tat-tħawwil: minn 2,0 sa 3,4 m bejn il-flanni u bi spazju ta’ 1,0 sa 1,5 m bejn il-flanni, sa massimu ta’ 500 dielja għal kull dekaru, jew 5 000 dielja għal kull ettaru.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

9 000 kg għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żona demarkata għall-produzzjoni tal-inbid tad-DOP Мелник (GKNP – denominazzjoni tal-oriġini ggarantita u kkontrollata) tinsab fil-konfini tal-lokalitajiet li ġejjin:

fil-muniċipalità ta’ Sandanski, l-irħula ta’ Lehovo, Novo Hodzhovo, Piperitsa, Petrovo, Yanovo, Vranya, Katuntsi, Kalimantsi, Harsovo, Zlatolist, Zornitsa, Vinogradi, Hotovo, Lozenitsa, Levunovo, Novo Delchevo, Damyanitsa, Spatovo, Sklave, Leshnitsa, Polenitsa, Ploski, Debrene, Dzhigurovo, Laskarevo, Ladarevo, Lyubovka, Gorna Sushitsa, Rozhen, Kovachevo, Chereshnitsa, Gorno Spanchevo u Belevehchevo, u l-belt ta’ Sandanski;

fil-muniċipalità ta’ Petrich, l-irħula ta’ Kulata, Chuchuligovo, Dolno Spanchevo, Marino Pole, Topolnitsa, Drangovo, Kapatovo, Mitino, Marikostinovo, Kromidovo, Novo Konomladi, General Todorov, Rupite, Starchevo, Karnalovo, Mihnevo u Belasitsa, u l-belt ta’ Petrich;

fil-muniċipalità ta’ Strumyani, l-irħula ta’ Ilindentsi, Drakata, Mikrevo u Kamenitsa;

fil-muniċipalità ta’ Kresna, il-belt ta’ Kresna u r-raħal ta’ Dolna Gradeshnitsa.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

Viognier

 

Grenache

 

Cabernet Sauvignon

 

Cabernet Franc

 

Keratsuda

 

Melnik 82

 

Melnik Yubileen 1300

 

Melnishki Rubin

 

Merlot

 

Misket Sandanski - Muscat Sandanski

 

Mourvèdre

 

Muscat Ottonel

 

Pinot Gris

 

Pinot Noir

 

Ranna Melnishka Loza - Melnik 55

 

Rubin

 

Ruen

 

Syrah - Shiraz

 

Sauvignon Blanc

 

Tamyanka - Temenuga

 

Chardonnay

 

Shiroka Melnishka Loza - Melnik

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-vinji fiż-żona demarkata jinsabu fil-Lbiċ tal-Bulgarija fil-wied ta’ Struma, tul ix-Xmara Melnik, fil-parti tan-Nofsinhar tal-Gorge ta’ Kresna u fl-għoljiet baxxi qalb il-muntanji ta’ Osogovo-Belasitsa. Iż-żona għandha klima tranżizzjonali Mediterranja, u s-sħana tal-Eġew, li tinġarr mix-Xmara Struma, tista’ tinħass matul is-sena. Ix-xitwa hija qasira, moderata u mingħajr borra, is-sajf huwa sħun, u l-ħarifa hija twila u sħuna. Il-medja tat-temperatura annwali tvarja bejn 12,5-il oC u 14-il oC. Il-perjodu ta’ temperaturi sostnuti ta’ aktar minn 5 oC f’żoni ta’ altitudni baxxa jdum 280-290 jum, li matulu t-total tat-temperaturi jilħaq 4 800 oC. Il-perjodu ta’ temperaturi ogħla minn 10 oC idum bejn 225 u 230 jum, b’total tat-temperaturi ta’ 4 300 sa 4 400 oC. L-ammont ta’ xita annwali huwa bejn 470 u 670 mm. It-temperatura medja ta’ kuljum tal-aktar xahar sħun hija ta’ 24,9 oC. It-tipi ta’ ħamrija huma: ħamrija taflija ramlija minn moderata sa tqila, rendzina u pararendzina, ħamrija kolluvjali u alluvjali tal-mergħat u tal-foresti kannella.

Il-klima tipika taż-żona influwenzata mill-Baħar Eġew li tinġarr mix-Xmara Struma, il-prossimità tal-muntanji ta’ Osogovo-Belasitsa, il-kundizzjonijiet favorevoli tal-ħamrija, kif ukoll ir-restrizzjonijiet imposti mill-intervent uman, jirriżultaw fl-inbejjed tipiċi taż-żona. Ir-rwol tal-fattur uman huwa rifless fl-għażla tal-varjetajiet, il-prattiki ta’ kultivazzjoni applikati għad-dwieli, il-limitazzjoni tar-rendimenti tal-għeneb u tal-inbid u l-metodi ta’ produzzjoni tal-inbid.

L-inbejjed prodotti fiż-żona huma distinti, u l-karatteristiċi organolettiċi tagħhom huma influwenzati, mill-kompożizzjoni speċifika tal-klima u l-ħamrija taż-żona. Bis-saħħa tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, l-inbejjed prodotti jispikkaw minħabba li fihom ammont kbir ta’ estratti, u għall-istruttura eċċellenti u l-kontenut aromatiku għoli tagħhom. L-inbejjed jieħdu l-istruttura distintiva u l-karatteristiċi organolettiċi tagħhom mill-għażla xierqa ta’ varjetajiet adattati għall-ħamrija tipika taż-żona – ħamrija tal-foresti kannella ffurmata fuq depożiti kwaternarji antiki, ħamrija kolluvjali ffurmata fuq kolluvju, rendzina ffurmata fuq il-ġebla tal-ġir, pararendzina ffurmata fuq il-materjali tal-ġir sottostanti, u ħamrija alluvjali ffurmata fuq alluvjoni tax-xmara. Il-ħamrija u s-saffi ta’ taħt il-ħamrija fiż-żona huma fondi ħafna, għandhom kompożizzjoni mekkanika taflija ramlija minn medja sa tqila, u kapaċità ta’ żamma tal-ilma u ta’ skular tajba. Dan jippermetti lill-għeruq tad-dwieli jippenetraw fil-fond fl-art u jfornu lill-pjanti bin-nutrijenti meħtieġa, fatturi li għandhom effett dirett fuq in-natura rikka fl-estratti tal-inbejjed. It-temperaturi medji għoljin fiż-żona jfissru li l-għeneb isir b’mod tajjeb ħafna, u dan jiggarantixxi kwalità għolja meta l-frott jiġi pproċessat. B’temperaturi li jaqbżu l-10 °C f’aktar minn 220 jum fis-sena u madwar 209 jum mingħajr ġlata fis-sena, anke l-varjetajiet li jdumu l-aktar biex isiru għandhom it-temperaturi li għandhom bżonn biex isiru perfettament. Dawn il-karatteristiċi jiddeterminaw il-karatteristiċi organolettiċi tipiċi tal-inbejjed prodotti fiż-żona.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-vinifikazzjoni u l-ipproċessar isiru fiż-żona demarkata u f’żona li tinsab fil-prossimità immedjata taż-żona demarkata inkwistjoni. Għall-finijiet tad-demarkazzjoni taż-żona għall-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOP Мелник, iż-żona fil-prossimità immedjata hija mifhuma li tkopri t-territorju tar-reġjun amministrattiv ta’ Blagoevgrad.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://eavw.com/updocs/2323031679562021_PDO_Melnik_Specification-NEW.pdf


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


1.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 272/15


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 272/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Vit färsksaltad Östgötagurka”

Nru tal-UE: PGI-SE-02824 — 14.12.2021

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Vit färsksaltad Östgötagurka”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Iżvezja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Vit färsksaltad Östgötagurka” hija ħjara bajda mkabbra fis-serer u ppreżervata fis-salmura u l-ħwawar. Jintużaw l-ingredjenti li ġejjin: Melħ (NaCl), ħwawar, xibt, preżervattivi (benżoat tas-sodju, sorbat tal-potassju) u aċidu ċitriku. Bl-eċċezzjoni taż-żieda obbligatorja tax-xibt, il-kompożizzjoni tal-ħwawar tista’ tvarja. Il-proporzjon ta’ melħ għal ilma għas-salmura tradizzjonalment jiġi ddeterminat mill-produtturi.

Il-“Vit färsksaltad Östgötagurka” hija prodott frisk li jitħassar. Il-“Vit färsksaltad Östgötagurka” tinbiegħ sħiħa jew imqatta’.

Il-“Vit färsksaltad Östgötagurka” għandha l-karatteristiċi li ġejjin.

Karatteristiċi fiżiċi:

 

Il-“Vit färsksaltad Östgötagurka” sħiħa:

 

Tul: 120–150 mm

 

Dijametru: 30–50 mm

 

Piż: 50–90 gramma

 

Il-“Vit färsksaltad Östgötagurka” imqatta’:

 

Dijametru: 30–50 mm

 

Ħxuna: 5–7 mm

 

Wiċċ: imqabbeż

Dan li ġej japplika kemm għall-“Vit färsksaltad Östgötagurka” sħiħa kif ukoll imqatta’:

 

Karatteristiċi kimiċi:

 

Kontenut ta’ melħ: 10–15 %

 

Karatteristiċi organolettiċi:

 

Kulur:

 

Qoxra: Bajda tagħti fl-isfar bi ħjiel ħodor (NSC S0520-G60Y għal S0520-G50Y).

 

Parti ta’ ġewwa: Kulur uniformi fuq l-istess skala ta’ kuluri bħan-naħa ta’ barra tal-“Vit färsksaltad Östgötagurka”. Il-laħma tal-ħjara hija safra lewn il-ġir, filwaqt li l-qalba hija ta’ lewn aħdar kemxejn aktar skur mill-qoxra.

 

Togħma: Togħma mielħa ħafna bbilanċjata bil-ħlewwa inerenti tal-ħjara bajda. It-togħma għandha wkoll ċerta rikkezza li tfakkar fix-xibt u fil-karwija.

 

Finitura: Mielħa bi ħjiel tax-xibt u tal-piżelli ħodor friski.

 

Aroma: Taħlita profonda ta’ aromi bi ħjiel tal-ħamrija / tal-kantina ta’ taħt l-art kif ukoll tar-rimjiet tal-piżella u tal-alkoħol distillat mhux imħawwar.

 

Konsistenza: Iebsa u tqarmeċ, bil-qalba kemxejn inqas iebsa.

 

Sensazzjoni fil-ħalq: Struttura pjaċevoli u iebsa meta tingidem. Il-kwalitajiet mielħa ħafna u partikolarment krokkanti żammet ħafna mill-freskezza karatteristika tal-ħjara bajda li tikber fis-serer li tkun għadha kif inqatgħet.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Materja prima: Ħjar abjad li jikber fis-serer tal-varjetà Lilla Delikatessen. Il-ħjara bajda li tikber fis-serer għandha tul ta’ 120–150 mm u għandha dijametru ta’ 30–50 mm. Il-ħjara li tkun għadha kif inqatgħet tkun tagħti fl-abjad, b’finitura tleqq tagħti fl-aħdar ċar. Il-qoxra għandha boċoċ żgħar imqabbżin u hija relattivament iebsa. Il-laħma tal-ħjara bajda li tikber fis-serer hija safra lewn il-ġir, filwaqt li l-qalba relattivament żgħira għandha kulur jagħti fl-aħdar.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-proċess sħiħ ta’ produzzjoni – mill-kultivazzjoni tal-ħjara bajda sal-preservazzjoni fis-salmura tal-ħjara bajda mkabbra fis-serer – irid isir fiż-żona ġeografika indikata taħt il-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

-

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

-

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“Vit färsksaltad Östgötagurka” tikkonsisti mill-provinċja ta’ Östergötland.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta bejn il-karatteristiċi tal-“Vit färsksaltad Östgötagurka” u ż-żona ġeografika hija bbażata fuq il-fatturi umani assoċjati maż-żona ġeografika.

Karatteristiċi speċjali tal-prodott:

Il-“Vit färsksaltad Östgötagurka” għandha l-istess lewn abjad jagħti fl-isfar sfumat fuq in-naħa ta’ barra, bil-laħma safra lewn il-ġir u l-qalba li tagħti fl-aħdar bħall-ħjara bajda mkabbra fis-serer li tkun għadha kif inqatgħet. It-togħma u l-aroma huma kkaratterizzati mill-freskezza tipika tal-ħjara bajda li tkun għadha kif inqatgħet.

Minħabba l-qoxra relattivament iebsa u l-qalba żgħira tagħha, il-“Vit färsksaltad Östgötagurka” tqarmeċ ħafna aktar mill-ħjar aħdar li jkun għadu kif ġie mmellaħ. Il-konsistenza iebsa u tqarmeċ tal-“Vit färsksaltad Östgötagurka” tagħtiha l-ebusija pjaċevoli meta tingidem.

Fil-“Vit färsksaltad Östgötagurka”, il-ħlewwa inerenti tal-ħjara bajda hija bbilanċjata bl-imluħa qawwija. L-aroma hija kumplessa, bi ħjiel tal-ħamrija, tar-rimjiet tal-piżella friska u tal-alkoħol distillat.

Il-“Vit färsksaltad Östgötagurka” hija differenti mit-tipi l-oħra ta’ ħjar immellaħ li normalment jinbiegħ, għax is-salmura mħawwra li tintuża għall-preservazzjoni ma fiha l-ebda zokkor jew ħall miżjud. Il-“Vit färsksaltad Östgötagurka” tvarja wkoll mill-“ättiksgurka”, il-ħjara morra preservata li hija ħafna aktar komuni fl-Iżvezja u li għandha togħma distinta ħelwa u morra ta’ ħall, zokkor u mustarda.

Fatturi umani assoċjati maż-żona ġeografika:

Il-“Vit färsksaltad Östgötagurka” hija speċjalità tipika ħafna ta’ Östergötland. F’Östergötland, il-ħjar ippreservat huwa tradizzjonalment abjad u jiġi mħejji fis-salmura, filwaqt li l-bqija tal-Iżvediżi jippreferu l-ħjar aħdar ippreservat f’soluzzjoni ta’ ħall, zokkor u melħ.

L-Akkademja ta’ Hagdahl tat premju lill-produtturi tal-“Vit färsksaltad Östgötagurka” għall-ħidma tagħhom biex jippreservaw din it-tradizzjoni kulinari ta’ Östergötland.

L-oriġini tal-preferenzja reġjonali għall-“Vit färsksaltad Östgötagurka” f’Östergötland mhix magħrufa, iżda fl-aħħar tas-seklu 19 ġie skopert li l-ħjara bajda kellha karatteristiċi (qoxra aktar iebsa u qalba iżgħar) li pproduċew ħjara mmelħa tqarmeċ aktar mill-ħjara ħadra, diment li tiġi manipulata kif suppost waqt il-proċess tal-preservazzjoni.

Il-ħjara bajda tradizzjonalment ikkultivata għall-produzzjoni tal-“Vit färsksaltad Östgötagurka” hija tat-tip Lilla Delikatessen. Il-ħjara Lilla Delikatessen titkabbar fis-serer f’Östergötland u tinqata’ bejn Marzu u Ottubru. Il-“Vit färsksaltad Östgötagurka” għalhekk hija prodott staġonali li jiġi prodott biss bejn Marzu u Ottubru.

Il-kultivazzjoni tal-Lilla Delikatessen tirrikjedi sforzi partikolari min-naħa tal-kultivatur. Għall-kuntrarju tal-ħjar aħdar, pereżempju, il-Lilla Delikatessen ma ddakkarx lilha nnifisha. Sabiex il-ħjara trendi l-frott, teħtieġ l-għajnuna tal-kultivatur bid-dakkir, li min-naħa tiegħu jfisser li l-pjanti tal-ħjara jridu jinżabru u jiġu mħarrġa biex jippermettu lill-kultivatur idakkar il-fjuri.

Il-kultivaturi jħejju ż-żerriegħa għall-produzzjoni tas-sena ta’ wara tal-Lilla Delikatessen mir-razzett innifsu billi jagħżlu għadd ta’ pjanti tal-ħjar biex jipproduċu n-nebbieta. L-għażla tkun ibbażata fuq il-ħila tal-pjanta li tipproduċi ħsad tajjeb ta’ ħjar abjad li jkollu l-karatteristiċi kwalitattivi (il-kulur tal-ħjara, il-laħma u l-qalba kif ukoll l-ebusija tal-qoxra u d-daqs tal-qalba) meħtieġa għall-produzzjoni tal-“Vit färsksaltad Östgötagurka”.

Il-ħila tal-produttur li jippreserva l-kulur, it-tqarmiċ u l-freskezza li huma tipiċi tal-ħjara bajda mkabbra fis-serer li tkun għadha kif inqatgħet waqt il-preservazzjoni hija essenzjali għall-karatteristiċi assoċjati mal-“Vit färsksaltad Östgötagurka”.

Għall-produzzjoni tal-“Vit färsksaltad Östgötagurka”, il-ħjar abjad irid ikun għadu kif inqata’. Il-ħjara bajda għalhekk tinqata’ kuljum. Sabiex il-ħjara bajda tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalità għall-“Vit färsksaltad Östgötagurka”, il-ħjara li tkun għadha kif inqatgħet irid ikollha tul ta’ minn 12-il cm sa 15-il cm u dijametru ta’ minn 3 cm sa 5 cm.

Il-ħjar abjad li jkun għadu kif inqata’ jinħasel fl-ilma, jintmesaħ u jittaqqab sabiex is-salmura tiġi assorbita aktar faċilment mill-ħjara kollha kemm hi. Imbagħad, għall-produzzjoni tal-“Vit färsksaltad Östgötagurka” sħiħa, il-ħjar abjad jintgħażel u jsirlu il-kontroll tal-kwalità qabel ma jitqiegħed sħiħ fis-soluzzjoni ta’ salmura, xibt u ħwawar.

Għall-produzzjoni tal-“Vit färsksaltad Östgötagurka” imqatta’, il-ħjara bajda maħsula titqatta’ f’biċċiet twal tal-wisa’ madwar 6 millimetri permezz ta’ skieken li jħallu wiċċ imqabbeż, u wara, il-biċċiet twal jitqiegħdu fis-soluzzjoni ta’ salmura, xibt u ħwawar.

Fil-produzzjoni tal-“Vit färsksaltad Östgötagurka”, il-produtturi jeħtiġilhom iqiegħdu l-ħjar abjad li jkun għadu kif inqata’ fis-salmura fi żmien jum sa jumejn sabiex jippreservaw il-kulur u t-tqarmiċ karatteristiċi tal-ħjara bajda. Jekk il-ħjara bajda tinħażen għal żmien itwal, tirtab u ssir ta’ lewn isfar.

Kull produttur tal-“Vit färsksaltad Östgötagurka” juża r-riċetta tiegħu meta jħejji s-salmura. Is-salmura tradizzjonalment irid ikollha biżżejjed melħ biex bajda ta’ tiġieġa tibqa’ fil-wiċċ. Madankollu, il-parti tal-bajda li tibqa’ fuq wiċċ l-ilma ma kinitx permessa li tkun akbar minn munita ta’ 25 öre. Is-salmura dejjem ikun fiha x-xibt, iżda l-kompożizzjoni eżatta tal-ħwawar hija fakultattiva u bbażata fuq riċetti antiki li spiss ingħaddew minn ġenerazzjoni għal oħra.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://www.livsmedelsverket.se/globalassets/foretag-regler-kontroll/livsmedelsinformation-markning-halsopastaenden/skyddade-beteckningar/produktbeskrivning_vit_farsksaltad-ostgotagurka_23-02-08.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.