ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 268

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
31 ta' Lulju 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2023/C 268/01

Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni u ta' entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

1

2023/C 268/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1567 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1564 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

2

2023/C 268/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 268/04

Rata tal-kambju tal-euro — It-28 ta' Lulju 2023

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 268/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11170 – VERITAS / EIM / PATIENT SQUARE / SYNEOS HEALTH) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2023/C 268/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11210 – ACCIONA CONCESIONES / COBRA / ENDEAVOUR / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 268/07

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

10

2023/C 268/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/1


Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni u ta' entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

(2023/C 268/01)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Rosario María MURILLO ZAMBRANA, magħrufa wkoll bħala: Rosario María MURILLO DE ORTEGA (nru 7), Gustavo Eduardo PORRAS CORTÉS (nru 8), Fidel de Jesús DOMÍNGUEZ ÁLVAREZ (nru 11), Brenda Isabel ROCHA CHACÓN (nru 17), Cairo Melvin AMADOR ARRIETA (nru 18), Lumberto Ignacio CAMPBELL HOOKER (nru 19), l-Istitut tan-Nikaragwa tat-Telekomunikazzjoni u s-Servizzi Postali (nru 3), il-persuni u l-entità li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entità imsemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Dawk il-persuni u l-entità huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet previsti għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, sas-7 ta' Awwissu 2023, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni u l-entità kkonċernati jistgħu f'kull mument jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li jkunu inklużi u jinżammu fuq il-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Talbiet bħal dawn jiġu kkunsidrati meta jkunu ġew riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għar-rieżami regolari mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720.


(1)  ĠU L 262, 15.10.2019, p. 58.

(2)  ĠU L 262, 15.10.2019, p. 1.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1567 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1564 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(2023/C 268/02)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1567 (2), u fl-Anness Ia għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (3), kif implimentat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1564 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi friżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel l-1 ta' Settembru 2023, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.

(2)  ĠU L 190I, 28.7.2023, p. 28.

(3)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 190I, 28.7.2023, p. 9.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(2023/C 268/03)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1567 (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1564 (5) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa r-RELEX.1 li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2023/1567 u r-Regolament (KE) Nru 1183/2005, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/1564.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/788/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta mar-raġunijiet għall-elenkar.

Il-bażijiet legali għat-trattament tad-data personali huma d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 29 TUE u r-Regolamenti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 215 TFUE li jiddeżinjaw persuni fiżiċi (suġġetti tad-data) u jimponu l-iffriżar tal-assi u restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.

L-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku f'konformità mal-Artikolu 5(1)(a) u għall-konformità mal-obbligi legali stipulati fl-atti legali msemmija hawn fuq li għalihom huwa soġġett il-kontrollur f'konformità mal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

L-ipproċessar ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali f'konformità mal-Artikolu 10(2)(g) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kunsill jista' jikseb data personali tas-suġġetti tad-data mill-Istati Membri u/jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Ir-riċevituri tad-data personali huma l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Id-data personali kollha pproċessata mill-Kunsill fil-kuntest tal-miżuri restrittivi awtonomi tal-UE tinżamm għal ħames snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet jew, jekk titressaq azzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm tingħata sentenza finali. Id-data personali li tinsab f'dokumenti rreġistrati mill-Kunsill tinżamm mill-Kunsill għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kunsill jista' jkollu bżonn jiskambja data personali dwar suġġett tad-data ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fil-kuntest tat-traspożizzjoni mill-Kunsill tad-deżinjazzjonijiet tan-NU jew fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali rigward il-politika tal-UE dwar il-miżuri restrittivi.

Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, jew ta' salvagwardji xierqa, it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jkun ibbażat fuq il-kundizzjoni(jiet) li ġejja/ġejjin, skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1725:

it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku;

it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta' talbiet legali.

L-ebda teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat ma huwa involut fl-ipproċessar tad-data personali tas-suġġett tad-data.

Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għall-informazzjoni u d-dritt ta' aċċess għad-data personali tagħhom. Għandhom ukoll id-dritt li jikkoreġu u jimlew b'mod komplet id-data tagħhom. Taħt ċerti ċirkostanzi, jista' jkollhom id-dritt li jiksbu t-tħassir tad-data personali tagħhom, jew id-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom jew li jitolbu li din tiġi ristretta.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet billi jibagħtu ittra elettronika lill-kontrollur b'kopja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data kif indikat hawn fuq.

Mehmuż mat-talba tagħhom, is-suġġetti tad-data jridu jipprovdu kopja ta' dokument ta' identifikazzjoni biex jikkonfermaw l-identità tagħhom (karta tal-identità jew passaport). Dan id-dokument għandu jkollu numru ta' identifikazzjoni, il-pajjiż tal-ħruġ, il-perjodu ta' validità, l-isem, l-indirizz u d-data tat-twelid. Kwalunkwe data oħra li tkun tinsab fil-kopja tad-dokument ta' identifikazzjoni, bħal ritratt jew kwalunkwe karatteristika personali, tista' titgħatta bl-iswed.

Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).

Qabel ma jagħmlu dan, huwa rakkomandat li s-suġġetti tad-data l-ewwel jippruvaw jiksbu rimedju billi jikkuntattjaw lill-kontrollur u/jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.

(3)  ĠU L 190 I, 28.7.2023, p. 28.

(4)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 190 I, 28.7.2023, p. 9.


Il-Kummissjoni Ewropea

31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta' Lulju 2023

(2023/C 268/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1010

JPY

Yen Ġappuniż

153,35

DKK

Krona Daniża

7,4527

GBP

Lira Sterlina

0,85560

SEK

Krona Żvediża

11,5545

CHF

Frank Żvizzeru

0,9554

ISK

Krona Iżlandiża

144,90

NOK

Krona Norveġiża

11,1680

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,028

HUF

Forint Ungeriż

383,26

PLN

Zloty Pollakk

4,4113

RON

Leu Rumen

4,9308

TRY

Lira Turka

29,6771

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6508

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4553

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,5865

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7855

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4653

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 406,73

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

19,4309

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8799

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 620,44

MYR

Ringgit Malażjan

5,0145

PHP

Peso Filippin

60,405

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

37,852

BRL

Real Brażiljan

5,1996

MXN

Peso Messikan

18,3975

INR

Rupi Indjan

90,5010


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11170 – VERITAS / EIM / PATIENT SQUARE / SYNEOS HEALTH)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 268/05)

1.   

Fl-20 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Veritas Capital Fund Management, L.L.C (“Veritas”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Veritas Manager Holdings,

Elliott Investment Management L.P. (“EIM”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Patient Square Capital L.P. (“Patient Square”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Syneos Health, Inc. (“Syneos Health”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Veritas, EIM u Patient Square se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Syneos Health.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Veritas huwa fond ta’ ekwità privata li jinvesti f’kumpaniji li jipprovdu prodotti, software u servizzi kritiċi, primarjament soluzzjonijiet iffaċilitati mit-teknoloġija u t-teknoloġija, lill-gvern u lill-klijenti kummerċjali madwar id-dinja,

EIM hija kumpanija ta’ ġestjoni tal-investiment li l-istrateġiji kummerċjali tagħha jinkludu ekwità, ekwità privata u kreditu privat, titoli f’diffikultà, dejn mhux f’diffikultà, ħeġġ/arbitraġġ, titoli relatati mal-proprjetà reali, kummerċ ta’ komoditajiet u protezzjoni tal-volatilità tal-portafoll,

Patient Square hija ditta ta’ investiment dedikata għall-kura tas-saħħa,

Syneos Health hija organizzazzjoni globali ta’ riċerka b’kuntratt u esternalizzata ta’ kummerċjalizzazzjoni li tipprovdi servizzi lil ditti farmaċewtiċi u tal-bijoteknoloġija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11170 – VERITAS / EIM / PATIENT SQUARE / SYNEOS HEALTH

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11210 – ACCIONA CONCESIONES / COBRA / ENDEAVOUR / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 268/06)

1.   

Fl-24 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Acciona Concesiones S.L. (“Acciona Concesiones”, Spanja), li tappartjeni għall-grupp Acciona S.A. (Spanja),

Cobra Instalaciones y Servicios, S.A. (“Cobra”, Spanja), li finalment hija kkontrollata minn Vinci S.A. (Franza),

Endeavour Energy (“Endeavour”, l-Awstralja),

Kumpanija ġdida (joint venture, “JV”, l-Awstralja).

Acciona Concesiones, Cobra u Endeavour se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Acciona Concesiones hija l-fergħa tal-investiment ta’ Acciona speċjalizzata fl-iżvilupp, il-kostruzzjoni, l-operat u l-manutenzjoni ta’ proġetti ta’ sħubija infrastrutturali pubblika privata (public private partnership, “PPP”) b’arranġamenti ta’ konċessjoni f’setturi bħat-trasport, il-kura tas-saħħa, is-sostenibbiltà, u t-telekomunikazzjonijiet,

Cobra tipprovdi soluzzjonijiet integrati fl-oqsma tal-enerġija, l-inġinerija industrijali, it-telekomunikazzjonijiet, u l-enerġija rinnovabbli, u b’mod partikolari fl-iżvilupp tat-trażmissjoni, prinċipalment fl-Ewropa,

Endeavour huwa attiv fis-settur tad-distribuzzjoni tal-elettriċità fl-Awstralja.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-JV li għadha kif twaqqfet se jkunu dawn li ġejjin:

L-eżekuzzjoni ta’ proġett li jinvolvi d-disinn, il-kostruzzjoni, il-finanzjament, l-operat, il-manutenzjoni, il-ġestjoni tal-assi u l-għoti lura ta’ infrastruttura ta’ network ta’ trażmissjoni tal-elettriċità għaż-Żona tal-Enerġija Rinnovabbli tal-Ewropa Ċentrali fil-Punent ta’ New South Wales (l-Awstralja).

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11210 – ACCIONA CONCESIONES / COBRA / ENDEAVOUR / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/10


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2023/C 268/07)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Ribera del Duero”

PDO-ES-A0626-AM06

Data tal-komunikazzjoni: it-23 ta’ Mejju 2023

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Emenda tal-karatteristiċi organolettiċi.

Deskrizzjoni:

Id-deskrizzjonijiet organolettiċi tal-inbejjed protetti prodotti u kkummerċjalizzati huma emendati. Barra minn hekk, żdied l-għadd tat-tipi ta’ nbejjed koperti mid-DOP, mil-lat strettament organolettiku.

It-Taqsima 2b tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 tad-Dokument Uniku huma emendati.

Din hija emenda standard, li MA timplikax bidla fil-karatteristiċi tal-prodott iddefiniti fir-rabta. Tittratta biss titjib fid-deskrizzjoni ta’ dawk il-karatteristiċi. Din l-emenda ma tikkorrispondi għall-ebda kategorija ta’ emendi tal-Unjoni stabbilita fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar l-OKS Unika.

Raġunament:

Din id-deskrizzjoni saret aktar preċiża biex tkopri l-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed prodotti u kkummerċjalizzati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, bl-għan li tiġi ffaċilitata l-analiżi sensorjali bl-użu tal-kriterji tal-ISO 17025.

2.   Korrezzjoni ta’ żball fit-taqsima dwar il-Prattiki enoloġiċi (Kundizzjonijiet tal-maturazzjoni tal-inbejjed)

Deskrizzjoni:

L-inklużjoni tat-terminu tradizzjonali “CRIANZA” fil-paragrafu dwar il-bidu tal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni meħtieġ għall-użu tiegħu.

It-Taqsima 3(b)(2) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija emendata u ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard, peress li tikkonċerna biss kwistjoni ta’ rimedju għal ommissjoni involontarja. Din l-emenda ma tikkorrispondi għall-ebda kategorija ta’ emendi tal-Unjoni stabbilita fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar l-OKS Unika.

Raġunament:

Korrezzjoni tal-ommissjoni fl-edizzjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

3.   Emenda tal-Prattiki enoloġiċi (Restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni tal-inbid)

Deskrizzjoni:

Tneħħa r-rekwiżit li l-inbejjed ħomor jiġu prodotti b’minimu ta’ 95 % tal-varjetajiet ta’ għeneb aħmar. Għaldaqstant, l-użu tal-varjetà bajda Albillo Mayor ma għadux limitat għal 5 %, iżda tela’ għal massimu ta’ 25 % fil-produzzjoni tal-inbejjed ħomor, filwaqt li l-minimu ta’ 75 % jinżamm għall-varjetà ewlenija Tempranillo, Tinto Fino jew Tinta del País. B’hekk, jinżammu l-karatteristiċi tal-prodott definiti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

It-Taqsima 3.c tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5.1 tad-Dokument Uniku huma emendati.

Il-karatteristiċi bażiċi tal-prodott iddefiniti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li jirriżultaw mill-interazzjoni tal-fatturi naturali u umani, jibqgħu l-istess. Għalhekk, din l-emenda ma tikkorrispondi għall-ebda kategorija ta’ emendi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 105.2 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar l-OKS Unika.

Raġunament:

Titqies bħala titjib mil-lat enoloġiku, biex jissaħħu ċerti karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed ħomor, ir-riħa u t-togħma tagħhom.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Ribera del Duero

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   INBID AĦMAR ŻAGĦŻUGĦ U INBID ŻAGĦŻUGĦ FI BTIETI TAL-BALLUT

DESKRIZZJONI QASIRA

ŻGĦAŻAGĦ (mhux immaturati, jew immaturati u/jew iffermentati f’bettija għal inqas minn 3 xhur). Dehra viżiva: ċara, b’intensità tal-kulur mill-inqas medja u bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar fil-porpra għal aħmar fil-vjola. Riħa: preżenza ta’ aromi tal-frott aħmar u/jew iswed b’intensità medja. Togħma: ibbilanċjata u friska bħala riżultat tal-komponent aċiduż, u b’palat ħafif jew medju. Dejjem b’ċertu grad ta’ persistenza.

ŻGĦAŻAGĦ IMMATURATI GĦAL IKTAR MINN SENTEJN. Dehra viżiva: Ċara, bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola għal aħmar lewn il-granata. Riħa: Preżenza ta’ aromi tal-frott aħmar u/jew iswed frisk b’intensità medja. Togħma: Ibbilanċjata u friska bħala riżultat tal-komponent aċiduż, u b’palat ħafif jew medju. Dejjem b’ċertu grad ta’ persistenza.

ŻGĦAŻAGĦ FI BTIETI TAL-BALLUT (immaturati u/jew iffermentati f’bettija għal aktar minn 3 xhur). Dehra viżiva: ċara, b’intensità tal-kulur mill-inqas medja u bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar lewn il-granata għal aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola. Riħa: preżenza ta’ aromi tal-frott aħmar u/jew iswed flimkien ma’ aromi mill-maturazzjoni tal-injam tal-ballut. Togħma: ibbilanċjata u friska bħala riżultat tal-komponent aċiduż, u b’mill-inqas palat medju. Dejjem b’ċertu grad ta’ persistenza.

(*)

0,833 milliekwivalenti għal kull litru għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika għall-inbejjed immaturati sa sena. L-inbejjed immaturati għal iktar minn sena ma għandhomx jaqbżu l-limitu massimu kkalkulat kif ġej: 1 g/l sa 10 % ta’ alkoħol, li jiżdied b’0,06 g/l għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika li jaqbeż l-10 %.

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżikokimiċi stabbiliti f’din it-taqsima se jissodisfaw il-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

2.   INBID AĦMAR “CRIANZA”

DESKRIZZJONI QASIRA

“CRIANZA”. Dehra viżiva: ċara, b’intensità tal-kulur mill-inqas medja u bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar lewn il-granata għal aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola. Ebda diossidu tal-karbonju. Riħa: preżenza ta’ aromi tal-frott aħmar u/jew iswed flimkien ma’ aromi mill-maturazzjoni tal-injam tal-ballut, mill-inqas sa grad medju. Togħma: ibbilanċjata, b’biżżejjed freskezza tal-aċidu u b’palat medju sa sħiħ u persistenza medja sa dewwiema.

“CRIANZA” IMMATURATI GĦAL IKTAR MINN 3 SNIN. Dehra viżiva: ċara, bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar lewn ir-rubini għal aħmar fil-porpra. Ebda diossidu tal-karbonju. Riħa: preżenza ta’ aromi tal-frott aħmar u/jew iswed flimkien ma’ aromi mill-maturazzjoni tal-injam tal-ballut, mill-inqas sa grad medju. Togħma: ibbilanċjata, b’biżżejjed freskezza tal-aċidu u b’mill-inqas ċertu grad ta’ palat u persistenza.

(*)

L-inbejjed immaturati għal iktar minn sena ma għandhomx jaqbżu l-limitu massimu kkalkulat kif ġej: 1 g/l sa 10 % ta’ alkoħol, li jiżdied b’0,06 g/l għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika li jaqbeż l-10 %.

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżikokimiċi stabbiliti f’din it-taqsima se jissodisfaw il-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

4 f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

3.   INBID AĦMAR “RESERVA” U “GRAN RESERVA”, U NBEJJED ĦOMOR OĦRAJN TA’ AKTAR MINN SENTEJN

DESKRIZZJONI QASIRA

“RESERVA” u “GRAN RESERVA”. Dehra viżiva: nadifa jew kemxejn imċajpra, b’intensità tal-kulur mill-inqas medja u bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar lewn il-briks għal aħmar fil-porpra. Ebda diossidu tal-karbonju. Riħa: aromi mill-maturazzjoni tal-injam tal-ballut sa grad medju, bil-preżenza possibbli tal-frott. Togħma: ibbilanċjata, b’aċidità suffiċjenti u b’palat u persistenza medja sa dewwiema.

“RESERVA” IMMATURATA GĦAL IKTAR MINN 5 SNIN U “GRAN RESERVA” IMMATURATA GĦAL IKTAR MINN 7 SNIN. Dehra viżiva: nadifa jew kemxejn imċajpra, bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar lewn il-briks għal aħmar fil-porpra. Ebda diossidu tal-karbonju. Riħa: aromi mill-maturazzjoni tal-injam tal-ballut sa grad medju, bil-preżenza possibbli tal-frott. Togħma: ibbilanċjata, b’aċidità suffiċjenti u b’mill-inqas ċertu grad ta’ palat u persistenza.

INBEJJED OĦRA MMATURATI GĦAL IKTAR MINN SENTEJN (immaturati u/jew iffermentati f’bettija għal aktar minn 3 xhur). Dehra viżiva: nadifa jew kemxejn imċajpra, bi sfumaturi li jvarjaw minn aħmar lewn il-briks għal aħmar jagħti fl-ikħal fil-vjola. Riħa: preżenza ta’ aromi mill-maturazzjoni tal-injam tal-ballut. Togħma: ibbilanċjata, b’mill-inqas ċertu grad ta’ palat u persistenza.

(*)

L-inbejjed immaturati għal iktar minn sena ma għandhomx jaqbżu l-limitu massimu kkalkulat kif ġej: 1 g/l sa 10 % ta’ alkoħol, li jiżdied b’0,06 g/l għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika li jaqbeż l-10 %.

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżikokimiċi stabbiliti f’din it-taqsima se jissodisfaw il-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

4.   INBID ROŻÈ/ĊAR

DESKRIZZJONI QASIRA

MHUX IMMATURATI U LANQAS IFFERMENTATI FIL-BETTIJA. Dehra viżiva: nadifa bi sfumaturi li jvarjaw minn lewn il-qoxra tal-basla għal roża lewn il-lampun. Riħa: preżenza ta’ aromi ta’ frott aħmar u/jew frott ieħor. Fil-każ tal-inbejjed rożè immaturati għal iktar minn sentejn, il-frotta tista’ tkun friska jew ippreservata fil-ġulepp. Togħma: ibbilanċjata u friska b’aċidità medja jew għolja u b’palat ħafif jew medju.

IFFERMENTATI U/JEW IMMATURATI FIL-BETTIJA. Dehra viżiva: nadifa bi sfumaturi li jvarjaw minn lewn il-qoxra tal-basla għal roża lewn il-lampun. Riħa: preżenza ta’ aromi ta’ frott aħmar u/jew frott ieħor, flimkien ma’ aromi mill-maturazzjoni tal-injam tal-ballut. Il-preżenza tal-frott mhijiex obbligatorja fil-każ tal-inbejjed “Reserva” u “Gran Reserva”. Togħma: ibbilanċjata u friska b’aċidità medja jew għolja u b’palat ħafif jew medju.

(*)

0,833 milliekwivalenti għal kull litru għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika għall-inbejjed immaturati sa sena. L-inbejjed immaturati għal iktar minn sena ma għandhomx jaqbżu l-limitu massimu kkalkulat kif ġej: 1 g/l sa 10 % ta’ alkoħol, li jiżdied b’0,06 g/l għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika li jaqbeż l-10 %.

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżikokimiċi stabbiliti f’din it-taqsima se jissodisfaw il-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4,3 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

180

5.   INBID ABJAD

DESKRIZZJONI QASIRA

MHUX IMMATURAT U LANQAS IFFERMENTAT FIL-BETTIJA: Dehra viżiva: nadifa bi sfumaturi lewn it-tiben li jvarjaw fl-intensità. Riħa: preżenza ta’ aromi ta’ “frott ieħor”. Togħma: ibbilanċjata u friska b’aċidità medja jew għolja u b’palat ħafif jew medju.

IFFERMENTATI U/JEW IMMATURATI FIL-BETTIJA. Dehra viżiva: nadifa bi sfumaturi bejn isfar lewn it-tiben u isfar dehbi. L-inbejjed bit-termini tradizzjonali “Crianza”, “Reserva” jew “Gran Reserva” jista’ jkollhom sfumatura lewn id-deheb antik, kif inhu l-każ għall-inbejjed bojod ta’ din il-kategorija li għandhom aktar minn tliet snin. Riħa: preżenza ta’ aromi ta’ “frott ieħor” flimkien ma’ aromi mill-maturazzjoni tal-injam tal-ballut. Il-preżenza tal-frott mhijiex obbligatorja fil-każ tal-inbejjed “Reserva” u “Gran Reserva”. Togħma: ibbilanċjata u friska b’aċidità medja jew għolja u b’palat ħafif jew medju.

(*)

Aċidità volatili massima: 0,65 g/l għall-inbejjed mhux iffermentati jew immaturati fil-btieti (10,83 milliekwivalenti għal kull litru) 0,80 g/l għall-inbejjed iffermentati jew immaturati fil-btieti (13,33 milliekwivalenti għal kull litru).

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżikokimiċi stabbiliti f’din it-taqsima se jissodisfaw il-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

180

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattika ta’ kultivazzjoni

Biex jitqiesu bħala rqajja’ tal-vinji għall-produzzjoni tal-għeneb taħt id-DOP “Ribera del Duero”, l-irqajja’ jridu jkunu mill-inqas fit-tielet ċiklu ta’ tkabbir tagħhom mit-tħawwil.

Id-densità minima għall-pjanti l-ġodda għandha tkun ta’ 2 000 vinja għal kull ettaru.

Prattika enoloġika speċifika

Qawwa naturali minima tal-għeneb: 9,1 gradi Brix (11-il grad Beaumé) għall-varjetajiet il-ħomor u 17,9-il grad Brix (10,5° Beaumé) għall-varjetajiet il-bojod.

Mhux aktar minn 72 litru nbid jew most għal kull 100 kg għeneb maħsud.

“CRIANZA”. Inbejjed ħomor: perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 24 xahar, li mill-inqas 12-il xahar minnhom iridu jitqattgħu fi btieti tal-ballut. Rożè/klaret u nbejjed bojod: perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 18-il xahar, li mill-inqas 6 xhur minnhom iridu jitqattgħu fi btieti tal-ballut.

“RESERVA”. Inbejjed ħomor b’perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 36 xahar, li mill-inqas 12-il xahar minnhom iridu jitqattgħu fi btieti tal-ballut, u l-bqija tal-perjodu jrid jitqatta’ fil-flixkun. Rożè/klaret u nbejjed bojod: perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 24 xahar, li mill-inqas 6 xhur minnhom iridu jitqattgħu fi btieti tal-ballut, u l-bqija tal-perjodu jrid jitqatta’ fil-flixkun.

“GRAN RESERVA”. Inbejjed ħomor: perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 60 xahar, li mill-inqas 24 xahar minnhom iridu jitqattgħu fi btieti tal-ballut, bil-bqija tal-perjodu li jitqatta’ fil-flixkun. Rożè/klaret u nbejjed bojod: perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 48 xahar, li mill-inqas 6 xhur minnhom iridu jitqattgħu fi btieti tal-ballut, u l-bqija tal-perjodu jrid jitqatta’ fil-flixkun.

Terminu “ROBLE/BARRICA”. Inbejjed ħomor, rożè/klaret u bojod: il-perjodu ta’ maturazzjoni fil-btieti ma għandux ikun inqas minn 3 xhur.

Għal “CRIANZA”, “RESERVA” u “GRAN RESERVA”, il-btieti tal-ballut għandhom ikunu ta’ massimu ta’ 330 l u għal “ROBLE/BARRICA” ta’ massimu ta’ 600 l.

Restrizzjoni rilevanti dwar il-produzzjoni tal-inbejjed

L-inbejjed koperti mid-DOP “RIBERA DEL DUERO” jridu jirrispettaw il-proporzjonijiet li ġejjin ta’ varjetajiet għal kull tip ta’ nbid fil-produzzjoni tagħhom:

Inbejjed Ħomor: Għandhom jiġu prodotti minn tal-inqas 75 % tal-varjetà Tempranillo jew Tinto Fino jew Tinta del País.

Inbejjed rożè/klaret: għandhom jiġu prodotti b’mill-inqas 50 % tal-varjetajiet ħomor awtorizzati f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Inbejjed Bojod: għandhom jiġu prodotti b’minimu ta’ 75 % tal-varjetà Albillo Mayor.

5.2.   Rendimenti massimi

 

VARJETAJIET ĦOMOR

 

7 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

 

50,4 ettolitru għal kull ettaru

 

VARJETAJIET BOJOD

 

9 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

 

68,4 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

IL-PROVINĊJA TA’ BURGOS: ADRADA DE HAZA, ANGUIX, ARANDA DE DUERO (LA AGUILERA u SINOVAS), BAÑOS DE VALDEARADOS, BERLANGAS DE ROA, CALERUEGA, CAMPILLO DE ARANDA, CASTRILLO DE LA VEGA, LA CUEVA DE ROA, FRESNILLO DE LAS DUEÑAS, FUENTECEN, FUENTELCESPED, FUENTELISENDO, FUENTEMOLINOS, FUENTENEBRO, FUENTESPINA, GUMIEL DE IZÁN, GUMIEL DE MERCADO, HAZA, HONTANGAS, HONTORIA DE VALDEARADOS, LA HORRA, HOYALES DE ROA, MAMBRILLA DE CASTREJÓN, MILAGROS, MORADILLO DE ROA, NAVA DE ROA, OLMEDILLO DE ROA, PARDILLA, PEDROSA DE DUERO (BOADA DE ROA, GUZMÁN, QUINTANAMANVIRGO y VALCABADO DE ROA), PEÑARANDA DE DUERO (CASANOVA), QUEMADA, QUINTANA DEL PIDIO, ROA, SAN JUAN DEL MONTE, SAN MARTÍN DE RUBIALES, SANTA CRUZ DE LA SALCEDA, LA SEQUERA DE HAZA, SOTILLO DE LA RIBERA (PINILLOS DE ESGUEVA), TERRADILLOS DE ESGUEVA, TORREGALINDO, TÓRTOLES DE ESGUEVA (VILLOVELA DE ESGUEVA), TUBILLA DEL LAGO, VADOCONDES, VALDEANDE, VALDEZATE, LA VID Y BARRIOS (GUMA u ZUZONES), VILLAESCUSA DE ROA, VILLALBA DE DUERO, VILLALBILLA DE GUMIEL, VILLANUEVA DE GUMIEL, VILLATUELDA y ZAZUAR.

PROVINCIA DE SEGOVIA: ALDEHORNO, HONRUBIA DE LA CUESTA, MONTEJO DE LA VEGA DE LA SERREZUELA y VILLAVERDE DE MONTEJO (VILLALVILLA DE MONTEJO)

PROVINCIA DE SORIA: ALCUBILLA DE AVELLANEDA (ALCOBA DE LA TORRE y ZAYAS DE BÁSCONES), (ALCUBILLA DEL MARQUÉS), CASTILLEJO DE ROBLEDO, LANGA DE DUERO (ALCOZAR, BOCIGAS DE PERALES, VALDANZO, VALDANZUELO y ZAYAS DE TORRE), MIÑO DE SAN ESTEBAN y SAN ESTEBAN DE GORMAZ (ALDEA DE SAN ESTEBAN, ATAUTA, INES, MATANZA DE SORIA, OLMILLOS, PEDRAJA DE SAN ESTEBAN, PEÑALBA DE SAN ESTEBAN, QUINTANILLA DE TRES BARRIOS, REJAS DE SAN ESTEBAN, SOTO DE SAN ESTEBAN, VELILLA DE SAN ESTEBAN y VILLÁLVARO).

PROVINCIA DE VALLADOLID: BOCOS DE DUERO, CANALEJAS DE PEÑAFIEL, CASTRILLO DE DUERO, CURIEL DE DUERO, FOMPEDRAZA, MANZANILLO, OLIVARES DE DUERO, OLMOS DE PEÑAFIEL, PEÑAFIEL (ALDEAYUSO, MÉLIDA y PADILLA DE DUERO), PESQUERA DE DUERO, PIÑEL DE ABAJO, PIÑEL DE ARRIBA, QUINTANILLA DE ARRIBA, QUINTANILLA DE ONÉSIMO, RÁBANO, ROTURAS, TORRE DE PEÑAFIEL (MOLPECERES), VALBUENA DE DUERO (SAN BERNARDO) y VALDEARCOS DE LA VEGA.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

 

ALBILLO MAYOR

 

TEMPRANILLO - TINTA DEL PAIS

 

TEMPRANILLO - TINTO FINO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

1.-

Il-ħamrija u l-klima taż-żona ġeografika demarkata fil-punt 5 jagħtu lill-inbejjed taż-żona l-personalità tagħhom. Is-sinonimi jintużaw għall-varjetajiet ewlenin tal-għeneb fiż-żona. Dawn juru li l-għeneb prodott fiż-żona għandu ċerti elementi distintivi li wassluh biex jingħata dawn is-sinonimi.

Din il-karatteristika distintiva hija riflessa fl-aċidità naturali bbilanċjata tal-inbejjed. Fil-każ tal-inbejjed il-ħomor, fattur distintiv ieħor huwa l-kontenut għoli ta’ fenol, li fih it-tonalitajiet blu mill-antoċijanini u mill-vitisini huma notevoli, kif inhu t-tannin ta’ kwalità polimerika għolja.

2.-

B’mod partikolari, minħabba l-elevazzjoni medja għolja taż-żona, il-klima teżerċita influwenza qawwija fuq l-għeneb. Minkejja dan, fl-aħħar mill-aħħar, hija l-maturazzjoni deskritta hawn fuq, flimkien mad-differenza termali kbira bejn il-jum u l-lejl, li tikkawża tkabbir kbir ta’ komposti utli matul il-jum, u tnaqqas il-kombustjoni metabolika ta’ dawn il-komposti bil-lejl. Il-maturazzjoni twila tagħti wkoll ħlewwa lit-tannin b’mod naturali.

3.-

Għaldaqstant, iż-żona ta’ produzzjoni koperta mid-DOP “RIBERA DEL DUERO” hija adattata għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità dment li jiġi stabbilit limitu massimu fuq il-volumi fil-vinji u ma jintużawx varjetajiet tardivi. Iż-żona tirċievi ħafna dawl tax-xemx — aktar minn 2 400 siegħa xemx fis-sena — u jkollha s-sħana fis-sajf u waqt it-tkabbir u l-maturazzjoni, li huma meħtieġa għal kontenut tajjeb ta’ polifenol.

Din hija ċertament żona li hija adattata biss għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità fejn jeħtieġ li jsiru adattamenti għas-siti tat-tħawwil, għall-varjetajiet, għas-saħħa tal-pjanti, għall-prattiki tat-tkabbir, eċċ...

4.-

Il-kundizzjonijiet naturali fiż-żona tal-produzzjoni, li huma marbuta mat-tipi ta’ art, mal-klima u mal-ħamrija, jippermettu l-aħjar żvilupp tal-vinji li matul is-snin adattaw speċifikament għar-Ribera del Duero.

Minbarra l-kundizzjonijiet partikolari fiż-żona deskritta hawn fuq, hemm il-karatteristiċi speċifiċi għall-iżvilupp tal-varjetà Tinto Fino f’din iż-żona, li jagħtu lill-inbejjed il-personalità unika tagħhom. Dan l-adattament tal-varjetà, li jagħmilha indiġena, jagħti lill-materja prima kundizzjonijiet speċjali għall-produzzjoni ta’ nbejjed fini li jżommu tajjeb, kif intwera matul is-sekli kif ukoll bil-mod li llum l-inbejjed protetti huma kummerċjalizzati, u li huma l-favoriti tal-konsumaturi.

Sadanittant, il-varjetà Albillo Mayor tista’ titqies bħala l-varjetà ewlenija ta’ nbid abjad taż-żona, peress li storikament hija l-aktar varjetà li ġiet imħawla b’mod estensiv fir-reġjun. Barra minn hekk, l-inbejjed bojod fiż-żona tradizzjonalment dejjem kienu magħmulin fuq il-bażi ta’ din il-varjetà.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-proċess tal-produzzjoni tal-inbid jinkludi l-ibbottiljar u l-maturazzjoni sussegwenti tal-inbejjed; għalhekk, il-karatteristiċi organolettiċi u fiżikokimiċi deskritti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jistgħu jiġu ggarantiti biss jekk l-operazzjonijiet kollha tal-immaniġġar tal-inbid iseħħu fiż-żona ta’ produzzjoni. L-ibbottiljar tal-inbejjed koperti mid-DOP “RIBERA DEL DUERO” huwa wieħed mill-fatturi kritiċi għall-ksib tal-karatteristiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Għaldaqstant, u bil-għan li tiġi żgurata l-kwalità u tiġi pprovduta garanzija fir-rigward tal-oriġini u tal-kontroll, dan irid isir fil-fabbriki tal-inbid li jinsabu fl-impjanti tal-ibbottiljar irreġistrati fiż-żona ta’ produzzjoni.

Rekwiżiti tat-tikkettar

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed protetti kollha jrid ikun fihom l-Indikazzjoni terapewtika Ġeografika “RIBERA DEL DUERO” fuq it-tikketta.

It-terminu tradizzjonali li jissostitwixxi d-DOP huwa “Denominazzjoni ta’ Oriġini” (DO).

L-inbejjed protetti jistgħu jużaw it-termini “ROBLE/BARRICA”, dment li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-maturazzjoni stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsima 3b2) u r-rekwiżiti l-oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

L-inbejjed protetti rożè/klaret jistgħu jużaw iż-żewġ termini relatati mal-kulur mingħajr distinzjoni: “rożè” jew “klaret”, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

L-inbejjed protetti jistgħu jużaw l-isem ġeografiku ta’ kwalunkwe wieħed mill-postijiet ġeografiċi iżgħar (insedjamenti) elenkati fil-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, dment li 85 % tal-għeneb li jintuża biex isir l-inbid, jiġi minn irqajja’ li jinsabu fl-unità ġeografika iżgħar indikata.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

www.itacyl.es/documents/20143/342640/PCC+DOP+RIBERA+Rev+6_Pppt+mod.docx/566e4fbd-a6e9-c063-3427-ef7073800533


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/18


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 268/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Poulet du Bourbonnais”

Nru tal-UE: PDO-FR-02865 – 13.9.2022

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Poulet du Bourbonnais”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1: Laħam frisk (u ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Poulet du Bourbonnais” tinkiseb bit-tgħammir bejn serduk tar-razza tal-Bourbonnais u:

jew tiġieġa tar-razza tal-Bourbonnais,

jew tiġieġa reċessiva li tippermetti li l-fenotip tas-serduk jidher fil-prodotti derivati minnu.

Il-piż minimu tal-karkassi għandu jkun ta’ mill-inqas 1,4 kilogramma mqatta’ u ta’ mill-inqas 1,2 kilogramma lesti għat-tisjir (PAC) bir-ras u l-għonq bis-saqajn jew mingħajrhom, jiġifieri mill-inqas 1,1 kilogramma f’PAC.

Il-karkassa għandha dehra tipika ġenerali tawwalija. L-għadma tas-sider hija prominenti. Il-fletti huma magħmula minn laħam ċar u sod. Il-muskoli tal-koxox huma sodi. Il-karkassi huma mlaħħmin sew u s-sinsla ma tkunx tidher bit-tismin. Il-ġilda għandha konsistenza u vina partikolarment fina u delikata, ix-xaħam intramuskolari tal-muskoli ħomor huwa żviluppat sew, ix-xaħam ta’ taħt il-ġilda, li huwa dens u sod, jifforma kisja mqassma b’mod uniformi tul id-dahar.

It-tiġieġ imbiċċra huma ppreżentati bħala prodott frisk sħiħ, jew imqatta’ (bil-ġewwieni, bir-ras, bl-għonq u bis-saqajn), kemm lesti għat-tisjir (PAC), kif ukoll lesti għat-tisjir bir-ras, bl-għonq u bis-saqajn, jew lesti għat-tisjir bir-ras u bl-għonq jew f’qatgħat.

Fil-pollam imqatta’, is-sriedak jiġu ppreżentati bin-naħa tas-sinsla tidher, bis-saqajn jistrieħu fuq il-ġwienaħ filwaqt li t-tiġieġ jiġu ppreżentati bin-naħa taż-żaqq tidher, bis-saqajn imdawrin fuq in-naħa ta’ wara tal-pollam.

Il-qatgħat huma ppreżentati kif ġej:

Flett: is-sider bil-ġilda jew mingħajrha,

Qafas: flett bl-għadam li jinkludi l-għadma tas-sider, il-kustilji u l-ġwienaħ bil-ġilda magħhom, ippreżentat sħiħ jew maqsum fi tnejn,

Koxxa: il-wirk, il-qasba tas-sieq u l-fibula b’massa tal-muskoli madwarhom, bil-ġilda magħhom,

Laħam tal-koxxa: il-koxxa mingħajr għadam,

Qatgħa ta’ fuq: nofs is-sider bl-ewwel ġonta tal-ġewnaħ ta’ maġenbu, bil-ġilda.

Wara t-tisjir, il-“Poulet du Bourbonnais” ikollha muskoli b’niktiet ħomor u muskoli bojod ċari, b’xaħam taħt il-ġilda. Għandha riħa intensa u persistenti. Il-konsistenza tagħha qabel it-tidwiq hija soda u kompatta, u l-konsistenza tagħha fil-ħalq hija soda u dewwieba. It-togħma tagħha hija intensa u persistenti u għandha karatteristika ta’ brodu tal-pollam. It-togħmiet tagħha huma bbilanċjati u ma tfeġġx aċidità jew togħma morra żejda.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Minbarra r-riżorsi mill-art tal-merħliet, l-għalf tat-tiġieġ huwa kompost fil-mod li ġej, f’materja niexfa, fir-rigward tal-piż totali tal-formula:

Mill-ewwel jum sa mhux aktar tard mill-34 jum: Minimu ta’ 50 % ta’ ħbub taċ-ċereali.

Matul il-perjodu tat-tismin, jiġifieri mhux aktar tard mill-35 jum sat-tbiċċir: Minimu ta’ 70 % ta’ ħbub taċ-ċereali.

Sa mhux aktar tard mis-86 jum tat-trobbija, minimu ta’ 70 % ta’ ħbub taċ-ċereali miżjuda b’9 sa 11 % ta’ prodotti tal-ħalib u b’1 sa 3 % ta’ ħmira tal-birra.

Il-materja prima u l-addittivi awtorizzati fl-għalf huma speċifikati f’lista pożittiva.

L-għalf huwa mingħajr OĠM.

Il-pollam għandu jkollu aċċess ta’ kuljum għal art tal-merħliet bil-ħaxix u mdellija sa mhux aktar tard mit-42 jum tat-trobbija u sal-bidu tal-perjodu ta’ rfinar.

Isir irfinar f’konfinament, mill-inqas matul l-aħħar ġimagħtejn qabel it-tbiċċir u mhux qabel s-87 jum, iżda mhux aktar tard minn tliet ġimgħat.

Il-ħbub taċ-ċereali kollha ġejjin miż-żona ġeografika, li tirrappreżenta mill-inqas 67 % tal-għalf tal-“Poulet du Bourbonnais”. L-oriġini tal-materja prima l-oħra miż-żona ġeografika mhijiex meħtieġa billi din iż-żona ma għandhiex biżżejjed riżorsi agrikoli. Il-karatteristiċi tal-prodott ma jinbidlux mill-fatt li parti żgħira mill-għalf ma tkunx ġejja miż-żona ġeografika.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

It-twelid tal-flieles, it-trobbija u t-tbiċċir tal-“Poulet du Bourbonnais” isir fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Poulet du Bourbonnais” titqatta’ u tiġi ppakkjata fiż-żona ġeografika. Id-dehra tal-qatgħat tikkonforma mal-kriterji tal-preżentazzjoni tal-Klassi A.

L-obbligu li dawn il-passi jitwettqu fiż-żona ġeografika huwa meħtieġ sabiex:

Jinżammu l-karatteristiċi tal-kwalità billi t-tqattigħ jista’ jsir malajr, fi żmien massimu ta’ 72 siegħa wara t-tbiċċir. Il-laħam maqtugħ aktar malajr huwa inqas niexef b’għeruq u muskoli aktar rotob u dan jippermetti tqattigħ ta’ kwalità aħjar. Minħabba l-perjodi ta’ żmien qosra jiġi evitat li l-laħam jimmatura żżejjed, li kieku jbaxxi l-kwalità tal-prodott,

Tkun żgurata t-traċċabbiltà individwali permezz ta’ sistema ta’ numru ta’ identifikazzjoni individwali għal kull unità tal-bejgħ, u b’hekk il-monitoraġġ ikun ikkontrollat aħjar,

Ikunu żgurati ħiliet ta’ qtugħ manwali preċiżi li jadattaw għall-anatomija ta’ kull karkassa.

Dan l-obbligu ma japplikax għat-tqattigħ u l-ippakkjar għall-bejgħ immedjat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Irrispettivament mill-indikazzjonijiet regolatorji applikabbli għat-tikkettar tal-laħam tal-pollam, it-tikkettar tal-prodotti bid-denominazzjoni ta’ oriġini “Poulet du Bourbonnais” jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

L-isem tad-denominazzjoni u s-simbolu DOP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv,

Numru ta’ identifikazzjoni individwali.

Fil-każ ta’ pollam mibjugħ sħiħ, l-isem ta’ min irabbi u l-muniċipalità tat-trobbija huma indikati wkoll fuq it-tikketta.

It-tikketta bl-isem tal-prodott hija ċċentrata fuq il-wiċċ viżibbli tal-pollam sħiħ jew tal-unità fejn jinbiegħu l-qatgħat.

It-tikketta bl-isem tal-prodott imwaħħla ma’ kull pollam u ma’ kull unità fejn jinbiegħu l-qatgħat għandha tkun konformi ma’ mudell definit mill-grupp li:

Tinkludi l-logo “Poulet du Bourbonnais” riprodott hawn taħt, bl-itwal assi mkejjel bħala minimu:

Għall-pollam sħiħ, 10 cm;

Għall-biċċiet tat-tqattigħ, żewġ terzi tal-wisa’ tat-tikketta;

Image 1

Isegwi l-kodiċi bil-kuluri tal-istemma araldika tad-Dukat ta’ Bourbon, jiġifieri blu, aħmar u isfar, li miegħu jiżdied il-kulur abjad.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-perimetru taż-żona ġeografika jkopri t-territorji li ġejjin fid-département tal-Allier:

Il-cantons sħaħ: Bellerive-sur-Allier, Commentry, Cusset, Moulins-1, Moulins-2, Saint-Pourçain-sur-Sioule, Souvigny, Vichy-1, Vichy-2, Yzeure

U l-muniċipalitajiet ta’ Andelaroche, Barberier, Barrais-Bussolles, Bellenaves, Billezois, Biozat, Bizeneuille, Le Bouchaud, Bourbon-l’Archambault, Le Breuil, Buxières-les-Mines, Chantelle, La Chapelle-aux-Chasses, Chareil-Cintrat, Charmes, Charroux, Chevagnes, Chezelle, Chézy, Chouvigny, Cosne-d’Allier, Couleuvre, Couzon, Deneuille-lès-Chantelle, Dompierre-sur-Besbre, Le Donjon, Droiturier, Etroussat, Fleuriel, Fourilles, Franchesse, Gannat, Haut-Bocage, Hérisson, Isserpent, Jenzat, Lalizolle, Lapalisse, Lenax, Limoise, Loddes, Louroux-Bourbonnais, Lurcy-Lévis, Lusigny, Le Mayet-d’Ecole, Mazerier, Monestier, Monétay-sur-Loire, Montaiguët-en-Forez, Montcombroux-les-Mines, Monteignet-sur-l’Andelot, Moulins, Nades, Naves, Néris-les-Bains, Neuilly-en-Donjon, Neure, Paray-le-Frésil, Périgny, Le Pin, Poëzat, Pouzy-Mésangy, Saint-Aubin-le-Monial, Saint-Bonnet-de-Rochefort, Saint-Christophe, Saint-Didier-en-Donjon, Saint-Etienne-de-Vicq, Saint-Germain-de-Salles, Saint-Hilaire, Saint-Léopardin-d’Augy, Saint-Plaisir, Saint-Pourçain-sur-Besbre, Saint-Prix, Saligny-sur-Roudon, Saulzet, Sauvagny, Servilly, Target, Taxat-Senat, Theneuille, Thiel-sur-Acolin, Tortezais, Ussel-d’Allier, Valignat, Vaumas, Venas, Le Veurdre, Vichy, Vicq, Vieure, Le Vilhain, Villebret, Voussac, Ygrande.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

F’kuntest soċjoekonomiku favur l-iżvilupp tat-trobbija tat-tjur, il-“Poulet du Bourbonnais”, li għandha l-fenotip tar-razza antika tal-Bourbonnais, huwa adattat għall-ambjent naturali taż-żona ġeografika. Hija tibbenefika minn riżorsi lokali taċ-ċereali għall-għalf tagħha, li hija tissupplimenta bl-użu ta’ art tal-merħliet tal-ħaxix kennija. Permezz ta’ dan il-metodu ta’ trobbija fil-beraħ bil-mod, flimkien ma’ rfinar f’konfinament bi prodotti tal-ħalib, il-prodott ikollu laħam sod, li jdub fil-ħalq, b’togħma intensa u persistenti.

Iż-żona ġeografika tinsab fiċ-ċentru ta’ Franza fid-département tal-Allier u tikkonsisti prinċipalment f’għoljiet baxxi, b’altitudnijiet ġeneralment modesti (200 sa 500 m). Hija delimitata lejn in-Nofsinhar mill-għoljiet li qegħdin fil-bidu tal-Massif Central, li huma mimlijin foresti u wisq għoljin biex it-tiġieġ jitrabbew fil-beraħ. Is-setturi msaġġra fil-Majjistral jikkostitwixxu limitu ieħor minħabba li b’mod naturali hemm il-predaturi.

Il-klima għandha restrizzjonijiet reali fuq l-agrikoltura, b’rebbiegħat u ħrejjef umdi, xi drabi bil-kesħa, xtiewi relattivament ħorox u bil-borra u nixfa fis-sajf.

F’termini ta’ ġeopedoloġija, iż-żona ġeografika li tinsab prinċipalment fuq il-bażi kristallina jew metamorfika hija kkaratterizzata mill-predominanza ta’ ħamrija b’potenzjal agronomiku baxx, li hija prinċipalment żviluppata mill-polikultura u t-trobbija maħsuba għall-frat, u tħalli wesgħa sinifikanti għaċ-ċereali fil-pjanura ta’ Limagne, li taqsam iż-żona ġeografika fin-nofs tagħha min-Nofsinhar sat-Tramuntana.

Il-preżenza ta’ ħafna xmajjar iffaċilitat l-istabbiliment ta’ diversi mtieħen, li kellhom rwol ewlieni fl-istrutturar tas-settur tat-tjur fil-Bourbonnais minħabba d-dinamika tal-kultivazzjoni taċ-ċereali, l-oġġett tal-ikel ewlieni tal-għalf tal-pollam.

Il-metodu tal-użu tal-art skont il-mezzadrija ġie stabbilit b’mod partikolari fil-Bourbonnais fis-seklu dsatax. Dak l-istatus kien jipprevedi kuntratti bejn is-sidien u l-bdiewa li fihom il-produzzjoni tal-ħalib u tal-pollam tal-irziezet kienet meqjusa ftit li xejn jew xejn affattu. Għalhekk, il-bejgħ tal-pollam kien jikkostitwixxi introjtu sekondarju sinifikanti ġġenerat min-nisa tal-bdiewa bis-sehem bis-saħħa tas-suq fil-qrib ikkostitwit mill-belt termali ta’ Vichy. Dan il-perjodu għadu qed jissawwar fil-pajsaġġ permezz ta’ arkitettura partikolari magħmula minn kastelli żgħar u azjendi agrikoli fil-forma ta’ binjiet baxxi tawwalin tipiċi taż-żona ġeografika.

L-għarfien espert imbagħad inbena fuq il-bażi tal-produzzjoni lokali disponibbli (ħalib u ċereali) għall-għalf tal-pollam kif ukoll l-għadd kbir ta’ art tal-merħliet bil-ħaxix imdellija madwar l-azjendi agrikoli. Dawn l-elementi ġew rikonoxxuti minn denominazzjoni ta’ oriġini ġudizzjarja fl-1961, li issa ntilfet.

Ma’ dan għandu jiżdied il-feġġ ta’ moviment tal-identità fil-bidu tas-seklu għoxrin, li wassal għall-perpetwazzjoni tal-kultura tal-Bourbonnais u r-rikonoxximent fl-1919 tar-razza tal-Bourbonnais, li llum ġeneralment tintuża fl-inkroċjar ma’ tiġieġ reċessiv (li jippermetti li jiġi espress il-fenotip tar-razza tal-Bourbonnais) biex tinkiseb il-“Poulet du Bourbonnais”.

Il-kundizzjonijiet attwali tal-produzzjoni huma kontinwazzjoni tal-prattiki tradizzjonali:

L-artijiet tal-merħliet jikkonsistu fi bwar permanenti. Huma joffru l-kenn fil-forma ta’ sġajriet, arbuxelli u siġar li jipproteġu lit-tiġieġ mir-riħ, mix-xemx u mill-predaturi. Il-binjiet huma ta’ daqsijiet żgħar, magħmulin mill-injam, b’art li tifred lill-annimali mill-ħamrija, li d-disinn u l-produzzjoni tagħhom ġew żviluppati lokalment. Il-pożizzjonament tal-binjiet u tal-kenn tal-ħaxix huwa mqiegħed b’mod li jkun faċli għat-tiġieġ biex joħorġu u jesploraw l-artijiet kollha tal-merħliet.

L-għalf huwa bbażat fuq iċ-ċereali li joriġinaw miż-żona ġeografika, flimkien ma’ elementi mnaqqrin mit-tiġieġ fl-art tal-merħliet u prodotti tal-ħalib imqassma fl-istadji finali. Dan iseħħ fil-konfinament mill-inqas matul l-aħħar ġimagħtejn qabel it-tbiċċir.

It-tbiċċir u t-tqattigħ jiddependu fuq l-għarfien espert tal-operaturi biex jippreservaw il-kwalitajiet tal-prodott: l-adattament tal-istadji tat-tbiċċir għad-daqs tal-annimali, l-iżvinar manwali tal-pollam imqatta’, l-attenzjoni għall-preżentazzjoni, it-tqattigħ manwali li jsir malajr wara t-tbiċċir.

Il-“Poulet du Bourbonnais” għandha karatteristiċi fenotipiċi speċifiċi bħal rix tal-għonq jixbah l-ermellin, saqajn u dahar twal.

Imbiċċra meta jkollhom mill-inqas 101 jum, il-fletti tagħha għandhom laħam ċar u sod. Il-koxox għandhom muskoli ħomor sodi bix-xaħam intramuskolari żviluppat sew. Ix-xaħam ta’ taħt il-ġilda, magħqud u sod, jifforma kisja mqassma b’mod uniformi fuq id-dahar. Hija proposta preżentazzjoni mqatta’ b’mod tradizzjonali bil-ġewwieni, ir-ras, ir-rix tal-għonq u s-saqajn.

Wara t-tisjir, il-“Poulet du Bourbonnais” għandha konsistenza soda u kompatta qabel it-tidwiq, b’xaħam taħt il-ġilda. Fil-ħalq, il-konsistenza tagħha hija soda u ddub u t-togħma tagħha hija intensa u persistenti bi speċifiċità ta’ brodu tal-pollam.

Il-kundizzjonijiet ambjentali speċjali ffaċilitaw it-trobbija u l-polikultura fil-viċinanza taż-żoni taċ-ċereali fejn il-bdiewa tat-tjur kienu kapaċi jiżviluppaw l-oġġetti tal-ikel disponibbli għall-irziezet u jsawru trobbija fl-art tal-merħliet li tgħin fid-diversifikazzjoni tal-għalf tal-annimali.

Il-“Poulet du Bourbonnais”, li tinkiseb mill-inkroċjar tas-sriedak tar-razza tal-Bourbonnais ma’ tiġieġ reċessiv li juru l-karatteristiċi ta’ din ir-razza qadima, hija adattata sew għall-kundizzjonijiet naturali taż-żona ġeografika. Bil-konformazzjoni tagħha, b’rix tal-għonq oħxon, saqajn u dahar twal, tista’ taffaċċja l-perjodi umdi u kesħin. Dan juri mġiba partikolari li twassalha biex tesplora l-art tal-merħliet u tnaqqar parti mill-għalf tagħha minnha.

Il-kompożizzjoni tal-art tal-merħliet, li toffri kemm sorsi tal-ikel kif ukoll protezzjoni naturali fl-ispazju, tiffaċilita din l-imġiba u tistimula s-sistema muskoloskeletali, li tikkontribwixxi għas-sodezza tal-laħam tal-“Poulet du Bourbonnais”.

Il-kontribut tradizzjonali tal-prodotti tal-ħalib għall-għalf finali tal-“Poulet du Bourbonnais”, flimkien maċ-ċereali prodotti fiż-żona ġeografika, jikkontribwixxi għall-kulur ċar tal-laħam tal-fletti tagħha u għall-konsistenza tat-tidwib fil-ħalq.

Bl-irfinar fil-konfinament, jiġi ddepożitat xaħam intramuskolari fil-muskoli ħomor u xaħam taħt il-ġilda, li jagħtu lill-prodott togħma intensa u persistenti bi speċifiċità ta’ brodu tal-pollam.

L-età tardiva tat-tbiċċir ta’ mill-inqas 101 jum tippermetti li l-annimal jikber bil-mod u ssaħħaħ il-karatteristiċi sensorjali partikolari tiegħu.

Fl-aħħar nett, l-attenzjoni partikolari mogħtija waqt it-tbiċċir, it-tqattigħ u l-preparazzjoni tal-pollam tippreserva u tiżviluppa l-karatteristiċi tal-“Poulet du Bourbonnais”. Għal preżentazzjoni tradizzjonali, il-“Poulet du Bourbonnais” tiġi offruta bir-rix tal-għonq jixbah l-ermellin, biex tiġi identifikata b’mod ċar fuq il-banek.

Ir-reputazzjoni tal-“Poulet du Bourbonnais” tirreferi għall-importanza li ilha teżisti tal-produzzjoni tat-tjur fiż-żona ġeografika.

Ir-rikonoxximent mis-swieq ilu jeżisti u huwa dovut ħafna għall-wirjiet tat-tjur u s-swieq rebbieħa ta’ pollam imxaħħam ta’ tmiem is-sena, biex ma nsemmux is-swieq għall-popolazzjoni tal-bliet termali ta’ Auvergne bħal dik ta’ Vichy.

Ir-rikonoxximent mill-istampa huwa kemm qadim (kopertina tar-rivista Rustica tal-1935 fejn ir-razza tal-Bourbonnais u t-tiġieġ tagħha b’laħam abjad u delikat huma ċċelebrati) kif ukoll kontemporanju (stampa tal-massa, ġurnali tal-kċina, eċċ.).

Il-“Poulet du Bourbonnais” għandu storja twila ta’ suċċess fost il-biċċiera u s-sidien tar-ristoranti, kif jixhdu b’mod partikolari l-ittri tas-snin sittin tal-lukandi Carlton u Thermal de Vichy. Tispira wkoll lill-koki kontemporanji li ħolqu riċetti oriġinali.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://extranet.inao.gouv.fr/fichier/CDC-PouletBbnaisQCOMUE1.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.