|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il–Kunsill |
|
|
2023/C 260/01 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 260/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11082 — ARP / GRI / JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il–Kunsill |
|
|
2023/C 260/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 260/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 260/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11144 — COLT TECHNOLOGY SERVICES GROUP / LUMEN EMEA BUSINESS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2023/C 260/06 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11171 — APOLLO MANAGEMENT / ARCONIC) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il–Kunsill
|
24.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/1 |
Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2023/C 260/01)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu l-urġenza tal-ħtieġa li tiġi megħjuna l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) biex tiżdied il-produzzjoni fil-kuntest tal-isfidi maħluqa mill-gwerra ta' aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, u jfakkru li r-Regolament dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP) jipprovdi rispons immedjat għal dik il-ħtieġa urġenti billi jistabbilixxi strument temporanju ġdid li jiffaċilita investimenti industrijali.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jisħqu fuq il-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-miżuri xierqa kollha biex tissaħħaħ u tiġi żviluppata l-EDTIB, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u biex jitneħħew l-ostakli u restrizzjonijiet sabiex l-industrija tkun tista' tipproduċi aktar tul il-ktajjen tal-valur.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għalhekk jappellaw lill-Kummissjoni tikkunsidra, kif xieraq, li tressaq malajr kemm jista' jkun kwalunkwe inizjattiva ulterjuri meħtieġa biex issaħħaħ l-EDTIB, inkluż finanzjament adegwat, pereżempju fil-kuntest tal-Programm Ewropew għall-Investiment fil-Qasam tad-Difiża, kif ukoll qafas legali mmirat biex jiżgura s-sigurtà tal-provvista u jappoġġa l-produzzjoni tal-munizzjon.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li jeżaminaw kwalunkwe inizjattiva bħal din mingħajr dewmien u fi spirtu ta' kooperazzjoni sinċiera reċiproka.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.11082 — ARP / GRI / JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 260/02)
Fid-19 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11082. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il–Kunsill
|
24.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/3 |
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' - Bryan D'Ancona, Mesut Sekerci, Osama Mahmood, Faruq Al-Suri, Sami Al-Aridi, Jafar Dicko, Al-Qaeda fis-Subkontinent Indjan (AQIS), Hurras Al-Din (HaD) u Ansarul Islam persuni u gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u r-Regolament (UE) 2016/1686
(ara l-Annessi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/848 tal-24 ta' April 2023 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/845 tal-24 ta' April 2023)
(2023/C 260/03)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet imsemmija hawn fuq elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/848 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/845 tal-24 ta' April 2023 (1).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta' Settembru 2016 tipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li, direttament jew indirettament, jappartjenu lill-persuni, il-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet ikkonċernati jew huma kkontrollati minnhom u li ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra ma jistgħu jkunu disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.
Il-Kunsill ingħata tagħrif ġdid rilevanti għall-elenkar tal-persuni u l-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq. Wara li kkunsidra dan it-tagħrif ġdid, il-Kunsill beħsiebu jemenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet kif meħtieġ.
Il-persuni u l-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fl-indirizz li ġej biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba li jispjegaw għaliex dawn inżammu fuq il-lista msemmija hawn fuq:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Attn: COMET designations) |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
It-tali talba għandha tiġi ppreżentata sat-28 ta' Lulju 2023.
Il-persuni u l-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Talbiet bħal dawn jiġu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi kkonċernati għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/1686.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rilevanti kif elenkati fl-Anness II għar-Regolament sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-21 ta' Lulju 2023
(2023/C 260/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1123 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
157,63 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4508 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86706 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
11,5517 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9630 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
146,30 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
11,1775 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,062 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
380,30 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4583 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9367 |
|
TRY |
Lira Turka |
29,9620 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6510 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4668 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,6946 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7981 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4792 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 429,52 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
20,0385 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9860 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 714,72 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0738 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,876 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,230 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,3437 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,8531 |
|
INR |
Rupi Indjan |
91,1750 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11144 — COLT TECHNOLOGY SERVICES GROUP / LUMEN EMEA BUSINESS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 260/05)
1.
Fis-17 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Colt Technology Services Group Limited (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Colt Group Holdings Limited (“Colt”, ir-Renju Unit), finalment ikkontrollata minn Star Horizon Management LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka), u |
|
— |
Camelot Landing, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka), CenturyLink Europe B.V (in-Netherlands), Lumen Technologies Austria GmbH (l-Awstrija), Lumen Technologies Belgium SA (il-Belġju), Lumen Technologies Denmark ApS (id-Danimarka), Lumen Technologies EMEA Holdings Limited (ir-Renju Unit) u s-sussidjarji rispettivi tagħhom kif ukoll ċerti assi Amerikani u trans-Atlantiċi taħt il-baħar ta’ Lumen, flimkien il-“Kumpanija fil-Mira” jew “l-Entitajiet fil-Mira”, li kollha jappartjenu għall-grupp Lumen finalment ikkontrollati minn Lumen Technologies, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Colt se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Colt hija kumpanija multinazzjonali tat-telekomunikazzjonijiet li tipprovdi servizzi ta’ network għal setturi intensivi fin-network u servizzi bil-vuċi li jappoġġaw it-tranżizzjoni minn servizzi tal-vuċi tradizzjonali għall-ġenerazzjoni li jmiss fl-Ewropa, fl-Istati Uniti tal-Amerka, fl-Indja u fl-Asja. |
|
— |
L-Entitajiet fil-Mira jipprovdu infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet (infrastruttura tal-fibra ottika u servizzi ta’ kolokazzjoni) u servizzi ta’ intrapriża madwar l-Ewropa, il-Lvant Nofsani u l-Afrika. Il-Kumpanija fil-Mira tinkludi sostanzjalment in-negozju u l-assi kollha ta’ Lumen f’EMEA. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11144 — COLT TECHNOLOGY SERVICES GROUP / LUMEN EMEA BUSINESS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
24.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11171 — APOLLO MANAGEMENT / ARCONIC)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 260/06)
1.
Fl-14 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Arconic Corporation (“Arconic”, l-Istati Uniti tal-Amerka); |
|
— |
Arsenal AIC Parent LLC (“Arsenal Parent”, l-Istati Uniti tal-Amerka), veikolu ta’ investiment ikkontrollat indirettament minn fondi ta’ investiment ġestiti mill-affiljati ta’ Apollo Management, L.P. (“Apollo Management”), sussidjarja ta’ Apollo Global Management, Inc. (“Apollo”). |
Apollo takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Arconic kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Apollo tipprovdi soluzzjonijiet kapitali lin-negozji u tinvesti fil-partijiet kollha tal-istruttura kapitali. Permezz tas-sussidjarja tagħha Altermira, hija attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ prodotti tal-aluminju nofshom lesti u estrużjonijiet, |
|
— |
Arconic tipproduċi prodotti tal-aluminju fi tliet segmenti ta’ rapportar, li huma prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti, estrużjonijiet, u sistemi tal-bini u tal-kostruzzjoni, li jaqdu lill-klijenti prinċipalment fl-industriji ajruspazjali, awtomobilistiċi, tat-trasport kummerċjali, tal-ibbrejżjar u industrijali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11171 — APOLLO MANAGEMENT / ARCONIC
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).