|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 253/01 |
||
|
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
|
2023/C 253/02 |
||
|
2023/C 253/03 |
||
|
2023/C 253/04 |
||
|
2023/C 253/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2023/C 253/06 |
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Stedina għall-offeri b’rabta mal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2023/C 253/07 |
||
|
2023/C 253/08 |
||
|
2023/C 253/09 |
||
|
2023/C 253/10 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
18.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-17 ta' Lulju 2023
(2023/C 253/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1230 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
155,38 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4504 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85873 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
11,4873 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9652 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
146,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
11,2420 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
23,757 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
373,03 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4508 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9414 |
|
TRY |
Lira Turka |
29,5517 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6487 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4845 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,7750 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7727 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4839 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 421,92 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
20,2582 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,0457 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 842,79 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0990 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,125 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,856 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,3960 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,8477 |
|
INR |
Rupi Indjan |
92,1073 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
18.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/2 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar ir-Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għad-dixxiplini tal-kummerċ diġitali mar-Repubblika tal-Korea u ma’ Singapore
(2023/C 253/02)
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS https://edps.europa.eu)
Fl-14 ta’ April 2023, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal dixxiplini kummerċjali diġitali mar-Repubblika tal-Korea u ma’ Singapore
L-objettiv ta’ din ir-rakkomandazzjoni huwa li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Korea u ma’ Singapore sabiex jiġu stabbiliti dixxiplini vinkolanti dwar il-kummerċ fi prodotti u servizzi permessi b’mezzi elettroniċi. Dawn in-negozjati jistgħu jkopru l-flussi transfruntiera tad-data b’fiduċja, ir-rekwiżiti ta’ lokalizzazzjoni tad-data u l-protezzjoni tad-data personali.
L-EDPS ifakkar li, peress li l-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali fl-Unjoni, hija ma tistax tkun soġġetta għal negozjati fil-kuntest tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE. Djalogi dwar il-protezzjoni tad-data u negozjati dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi jistgħu jikkomplementaw lil xulxin iżda jridu jsegwu perkorsi separati. Il-flussi tad-data personali bejn l-UE u l-pajjiżi terzi għandhom ikunu possibbli permezz tal-mekkaniżmi pprovduti skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. L-EDPS ifakkar li fl-2018, il-Kummissjoni approvat dispożizzjonijiet orizzontali għall-flussi transfruntiera tad-data u għall-protezzjoni tad-data personali fin-negozjati kummerċjali. L-EDPS iqis li dawn id-dispożizzjonijiet jilħqu kompromess ibbilanċjat bejn l-interessi pubbliċi u privati peress li jippermettu lill-UE tindirizza prattiki protezzjonisti f’pajjiżi terzi fir-rigward tal-kummerċ diġitali, filwaqt li jiżguraw li l-ftehimiet kummerċjali ma jkunux jistgħu jintużaw biex jiġi kkontestat il-livell għoli ta’ protezzjoni garantit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni ta’ data personali. L-EDPS jifhem mir-rakkomandazzjoni li n-negozjati dwar il-flussi tad-data u l-protezzjoni tad-data għandhom jinfetħu bil-għan li jkun hemm qbil dwar id-dispożizzjonijiet li huma koerenti ma’ dawn id-dispożizzjonijiet orizzontali. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-EDPS jirrakkomanda li ssir referenza espliċita għal dawn id-dispożizzjonijiet orizzontali.
Barra minn hekk, fir-rigward b’mod aktar speċifiku tar-Repubblika tal-Korea, l-EDPS jinnota li dan il-pajjiż diġà ngħata sejba ta’ adegwatezza mill-Kummissjoni fl-2021. Konsegwentement, it-trasferimenti ta’ data personali minn kontrollur jew proċessur fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) lil organizzazzjonijiet fir-Repubblika tal-Korea koperti mid-deċiżjoni ta’ adegwatezza jistgħu jseħħu mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni ulterjuri. Għalhekk, l-EDPS jirrakkomanda li jiġi spjegat aktar għaliex, minkejja d-deċiżjoni ta’ adegwatezza, aktar negozjati dwar il-flussi transfruntiera tad-data u l-protezzjoni tad-data jitqiesu meħtieġa fil-każ tar-Repubblika tal-Korea.
Barra minn hekk, l-EDPS jifhem id-direttivi ta’ negozjati u d-dispożizzjonijiet orizzontali bħala li jippermettu, f’każijiet debitament ġustifikati, miżuri li jkunu jirrikjedu li l-kontrolluri jew il-proċessuri jaħżnu data personali fl-UE/fiż-ŻEE. L-EDPS ifakkar li, flimkien mal-EDPB, huwa rrakkomanda reċentement li l-kontrolluri u l-proċessuri, stabbiliti fl-UE/fiż-ŻEE u li jipproċessaw data elettronika personali dwar is-saħħa fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, ijkunu meħtieġa jaħżnu din id-data fl-UE/fiż-ŻEE, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li tiġi ttrasferita data elettronika personali dwar is-saħħa f’konformità mal-Kapitolu V tal-GDPR. Biex jiġi evitat kull dubju, l-EDPS jirrakkomanda li fid-direttivi ta’ negozjati jiġi kkjarifikat espressament li r-regoli nnegozjati ma għandhomx jipprevjenu lill-UE jew lill-Istati Membri milli jadottaw, f’każijiet debitament ġustifikati, miżuri li jkunu jirrikjedu li l-kontrolluri jew il-proċessuri jaħżnu data personali fl-UE/fiż-ŻEE.
1. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fl-14 ta’ April 2023, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħarġet Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għad-dixxiplini kummerċjali diġitali mar-Repubblika tal-Korea u ma’ Singapore (1) (“ir-Rakkomandazzjoni”). Anness għar-Rakkomandazzjoni jagħti dettalji dwar id-direttivi għan-negozjar ta’ dixxiplini ta’ kummerċ diġitali mar-Repubblika tal-Korea u ma’ Singapore u l-kontenut propost tar-regoli u l-impenji (“l-Anness”). |
|
2. |
L-Unjoni Ewropea (“l-UE”) kellha ftehim ta’ kummerċ ħieles mar-Repubblika tal-Korea mill-2011 u ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ Singapore mill-2019. Dawn il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles jipprevedu impenji sostanzjali għall-kummerċ fil-prodotti u s-servizzi bejn il-partijiet, iżda ma jinkludux regoli komprensivi dwar il-kummerċ diġitali (2). |
|
3. |
L-UE u r-Repubblika tal-Korea daħlu fi Sħubija Diġitali fit-28 ta’ Novembru 2022 u f’dak il-kuntest qablu dwar Prinċipji tal-Kummerċ Diġitali mhux vinkolanti fit-30 ta’ Novembru 2022. L-UE u Singapore daħlu fi Sħubija Diġitali fl-1 ta’ Frar 2023, u qablu dwar Prinċipji tal-Kummerċ Diġitali mhux vinkolanti fil-31 ta’ Jannar 2023 (3). |
|
4. |
L-objettiv tar-Rakkomandazzjoni huwa li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Korea u ma’ Singapore sabiex jiġu stabbiliti dixxiplini vinkolanti dwar kummerċ fi prodotti u servizzi permessi b’mezzi elettroniċi, skont l-Artikolu 218(3) u (4) tat-TFUE. |
|
5. |
L-Opinjoni preżenti tal-EDPS hija maħruġa bi tweġiba għal konsultazzjoni mill-Kummissjoni tal-14 ta’ April 2023, skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Data (4). |
5. KONKLUŻJONIJIET
|
18. |
Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
Brussell, il-15 ta’ Mejju 2023.
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI
(1) COM(2023) 230 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?qid=1681472401391&uri=COM%3A2023%3A230%3AFIN
(2) Premessa 1 tar-Rakkomandazzjoni.
(3) Premessa 2 tar-Rakkomandazzjoni.
(4) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
|
18.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/4 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-iffirmar, il-konklużjoni u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (2023-2027)
(2023/C 253/03)
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS https://edps.europa.eu)
L-EDPS jiġi kkonsultat dwar il-proposti tal-Kummissjoni biex jiġi ffirmat, konkluż u applikat b’mod proviżorju Ftehim ta’ Sħubija ġdid dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu, li l-objettiv ewlieni tiegħu huwa li jistabbilixxi sħubija u qafas għal governanza legali, ambjentali, ekonomika u soċjali fil-qasam tas-sajd.
L-EDPS jilqa’ l-inklużjoni ta’ dispożizzjoni speċifika dwar il-protezzjoni tad-data fl-Artikolu 16 tal-Protokoll kif ukoll l-inklużjoni tal-Appendiċi 2 għall-anness għall-Protokoll li jagħti dettalji b’mod utli dwar il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji relatati mal-ipproċessar ta’ data personali. Għall-fini tat-trasferiment tad-data, l-EDPS madankollu jirrakkomanda li jsir użu mill-kumitat konġunt, li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Unjoni u l-Ministeru ta’ Madagaskar responsabbli mis-sajd, sabiex jingħataw aktar dettalji dwar dawn is-salvagwardji xierqa, id-drittijiet infurzabbli tas-suġġetti tad-data u r-rimedji legali effettivi. B’dan il-mod, l-EDPS jirrakkomanda li l-Kummissjoni tqis kif xieraq il-Linji Gwida 2/2020 tal-EDPB dwar l-Artikoli 46(2)(a) u 46(3)(b) tar-Regolament 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għat-trasferimenti ta’ data personali bejn l-awtoritajiet u l-korpi pubbliċi taż-ŻEE u mhux taż-ŻEE.
1. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fit-28 ta’ April 2023, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħarġet:
|
|
2. |
L-objettiv tal-Proposta tal-Iffirmar huwa (i) li tawtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar (“il-Ftehim ta’ Sħubija”) u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija (2023-2027) (“il-Protokoll”) (4) u (ii) li tipprevedi l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija u tal-Protokoll (5). |
|
3. |
L-objettiv tal-Proposta ta’ Konklużjoni huwa li tapprova l-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll (6). |
|
4. |
L-objettiv tal-Ftehim ta’ Sħubija huwa li jistabbilixxi sħubija u qafas għal governanza legali, ambjentali, ekonomika u soċjali fil-qasam tas-sajd (7). |
|
5. |
L-objettiv tal-Protokoll huwa li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija billi jistabbilixxi, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u l-kooperazzjoni prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija (8). |
|
6. |
L-Opinjoni preżenti tal-EDPS hija maħruġa bi tweġiba għal konsultazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ April 2023, skont l-Artikolu 42(1) tal-EUDPR. L-EDPS jilqa’ r-referenza għal din il-konsultazzjoni fil-Premessa 9 tal-Proposta tal-Iffirmar u l-Premessa 8 tal-Proposta ta’ Konklużjoni. F’dan ir-rigward, l-EDPS jinnota wkoll b’mod pożittiv li huwa kien diġà ġie kkonsultat preċedentement b’mod informali skont il-premessa 60 tal-EUDPR. |
3. KONKLUŻJONIJIET
|
7. |
Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2023.
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI
(1) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(2) COM(2023) 218 final.
(3) COM(2023) 219 final.
(4) L-Artikolu 1 tal-Proposta tal-Iffirmar.
(5) L-Artikolu 3 u 4 tal-Proposta tal-Iffirmar.
(6) L-Artikolu 1 tal-Proposta ta’ Konklużjoni.
(7) L-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Sħubija.
(8) L-Artikolu 2 tal-Protokoll.
|
18.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/6 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasferiment ta’ proċedimenti f’materji kriminali
(2023/C 253/04)
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS https://edps.europa.eu)
Fil-5 ta’ April 2023, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasferiment ta’ proċedimenti f’materji kriminali.
L-EDPS jappoġġa bis-sħiħ l-għan tal-Kummissjoni li tipprevedi regoli komuni għat-trasferiment ta’ proċedimenti kriminali minn Stat Membru għal ieħor sabiex tiġi miġġielda b’mod effiċjenti l-kriminalità transfruntiera u biex jiġi żgurat li l-Istat Membru li jinsab fl-aħjar pożizzjoni jinvestiga jew jagħmel prosekuzzjon ta' reat kriminali.
Huwa jilqa’ wkoll il-kjarifika fil-Proposta li r-Regolament futur ikun il-bażi ġuridika għall-iskambju ta’ data personali bejn l-Istati Membri għat-trasferiment ta’ proċedimenti kriminali f’konformità mal-Artikolu 8 u l-Artikolu 10(a) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
L-EDPS xorta jistieden lil-leġiżlatur biex jikkjarifika r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet ċentrali skont din il-Proposta kif ukoll ir-referenzi għall-qafas legali tal-protezzjoni tad-data.
1. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fil-5 ta’ April 2023, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasferiment ta’ proċedimenti f’materji kriminali (2) (“il-Proposta”). |
|
2. |
L-objettiv tal-Proposta huwa li jiġi adottat strument ġdid dwar it-trasferiment ta’ proċedimenti kriminali bejn l-Istati Membri sabiex: (1) itejbu l-amministrazzjoni effiċjenti u xierqa tal-ġustizzja fl-UE; (2) itejbu r-rispett tad-drittijiet fundamentali fil-proċess tat-trasferiment tal-proċedimenti kriminali; (3) itejbu l-effiċjenza u ċ-ċertezza legali tat-trasferimenti tal-proċedimenti kriminali; (4) jippermettu t-trasferimenti tal-proċedimenti kriminali, fejn huma fl-interess tal-ġustizzja, iżda attwalment mhumiex possibbli bejn l-Istati Membri u jnaqqsu l-fenomenu tal-impunità (3). |
|
3. |
Din l-inizjattiva ġiet inkluża fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2022 (4) u hija parti mill-istrateġija tal-UE għall-2021-2025 biex tiġi indirizzata l-kriminalità organizzata (5). |
|
4. |
L-Opinjoni preżenti tal-EDPS hija maħruġa bi tweġiba għal konsultazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-5 ta’ April 2023, skont l-Artikolu 42(1) tal-EUDPR (6). L-EDPS jilqa’ r-referenza għal din il-konsultazzjoni fil-premessa 62 tal-Proposta. F’dan ir-rigward, l-EDPS jinnota wkoll b’mod pożittiv li huwa kien ġie kkonsultat preċedentement b’mod informali skont il-premessa 60 tal-EUDPR. |
5. KONKLUŻJONIJIET
|
13. |
Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
Brussell, it-22 ta’ Mejju 2023.
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI
(1) Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(2) COM(2023) 185 final.
(3) Ara l-paġna 3 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni.
(4) https://commission.europa.eu/system/files/2023-01/cwp2022_en.pdf
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE biex tiġi indirizzata l-Kriminalità Organizzata 2021-2025, COM(2021) 170 final.
(6) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
|
18.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/8 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2009/102/KE u (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-espansjoni u t-titjib ulterjuri tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi tal-kumpaniji
(2023/C 253/05)
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS https://edps.europa.eu)
Fid-29 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2009/102/KE u (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-espansjoni u t-titjib ulterjuri tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi tal-kumpaniji (“il-Proposta”).
L-EDPS jieħu nota tal-objettiv ġenerali tal-Proposta, li għandu l-għan li jżid it-trasparenza u l-fiduċja fl-ambjent tan-negozju, għall-kumpaniji, il-konsumaturi u partijiet ikkonċernati privati oħrajn kif ukoll l-awtoritajiet pubbliċi. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-leġiżlazzjoni li tipprevedi l-iżvelar pubbliku tad-data personali tinterferixxi mad-drittijiet għall-protezzjoni tal-ħajja personali u għad-data personali. Filwaqt li l-EDPS jifhem li jista’ jkun meħtieġ li ċerti kategoriji ta’ data personali jsiru pubbliċi biex jinkisbu objettivi speċifiċi u definiti b’mod ċar ta’ interess pubbliku, l-objettiv tat-trasparenza ma jistax jiġi invokat bħala għan fih innifsu. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, l-EDPS iqis li l-objettivi ta’ interess pubbliku li jiġġustifikaw l-iżvelar ta’ data personali għandhom jiġu artikolati b’mod aktar ċar fit-termini ta’ promulgazzjoni tal-Proposta. Barra minn hekk, il-kategoriji ta’ data personali li għandha ssir disponibbli għall-pubbliku għandhom jiġu speċifikati b’mod eżawrjenti, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tan-neċessità u l-proporzjonalità.
Bl-istess mod, l-EDPS jifhem li l-konnessjoni tas-sistemi differenti fil-livell tal-Unjoni tal-interkonnessjoni tar-reġistri għandha l-għan li tkompli żżid it-trasparenza. Madankollu, l-istabbiliment ta’ konnessjonijiet bejn is-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri (BRIS), is-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri tas-sjieda benefiċjarja (BORIS) u s-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri ta’ insolvenza (IRI) għandhom jikkorrispondu għal objettivi speċifiċi, stabbiliti b’mod espliċitu fit-termini ta’ promulgazzjoni tal-Proposta.
Fl-aħħar nett, il-Proposta għandha tiċċara r-rwoli rispettivi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fil-kuntest tal-BRIS, u tal-konnessjoni bejn il-BRIS u l-BORIS u l-IRI.
1. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fid-29 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2009/102/KE u (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-espansjoni u t-titjib ulterjuri tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi tal-kumpaniji (1) (“il-Proposta”). |
|
2. |
L-objettivi ġenerali tal-Proposta huma li ttejjeb it-trasparenza u l-fiduċja fl-ambjent tan-negozju, tikseb servizzi pubbliċi transfruntiera aktar diġitalizzati u konnessi għall-kumpaniji, u espansjoni transfruntiera aktar faċli għall-SMEs li, min-naħa tagħhom, iwasslu għal suq uniku aktar integrat u diġitalizzat. Biex jinkiseb dan, il-Proposta żżid l-ammont ta’ data tal-kumpanija disponibbli fir-reġistri kummerċjali u/jew is-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS) u ttejjeb l-affidabbiltà tagħha. Dan jippermetti wkoll l-użu dirett tad-data tal-kumpanija disponibbli fir-reġistri kummerċjali meta jiġu stabbiliti fergħat u sussidjarji transfruntiera, u f’attivitajiet u sitwazzjonijiet transfruntiera oħra (2). |
|
3. |
Il-Proposta hija konformi mal-objettivi ta’ diġitalizzazzjoni tal-UE stabbiliti, b’mod partikolari, fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2030 Digital Compass: the European way for the Digital Decade (Il-Kumpass Diġitali 2030: ir-rotta Ewropea għad-Deċennju Diġitali) (3). Hija wkoll konformi mal-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni li Jaġġornaw l-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020 (4) u l-Istrateġija tal-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali (5), peress li għandha l-għan li tindirizza l-ostakli għall-espansjoni transfruntiera li l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) bħalissa qed jiffaċċjaw fis-suq uniku. Il-Proposta hija inkluża fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2023 bħala waħda mill-azzjonijiet ewlenin taħt l-ambizzjoni ewlenija tal-Kummissjoni ta’ “L-Ewropa lesta għall-era diġitali” (6). |
|
4. |
L-Opinjoni preżenti tal-EDPS hija maħruġa bi tweġiba għal konsultazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Marzu 2023, skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Data (7). L-EDPS jilqa’ r-referenza għal din il-konsultazzjoni fil-Premessa 39 tal-Proposta. F’dan ir-rigward, l-EDPS jinnota wkoll b’mod pożittiv li huwa kien diġà ġie kkonsultat preċedentement b’mod informali skont il-Premessa 60 tar-Regolament tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Data. |
6. KONKLUŻJONIJIET
|
26. |
Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
Brussell, is-17 ta’ Mejju 2023.
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI
(1) COM(2023) 177 final.
(2) COM(2023) 177 final, p. 2.
(3) COM(2021) 118 final.
(4) COM(2021) 350 final.
(5) COM (2020) 103 final.
(6) COM(2022) 548 final.
(7) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
18.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/10 |
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Stedina għall-offeri b’rabta mal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 253/06)
|
Stat Membru |
Franza |
||||||
|
Rotta kkonċernata |
Brest-Ouessant |
||||||
|
Perjodu tal-validità tal-kuntratt |
Mill-1 ta’ April 2024 sal-31 ta’ Marzu 2028 |
||||||
|
Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u tal-offerti |
It-22 ta’ Settembru 2023 (17:00, ħin ta’ Pariġi) |
||||||
|
L-indirizz imnejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-offerti u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti oħra dwar is-sejħa pubblika għall-offerti u l-obbligi tas-servizz pubbliku |
Tel. +33 299279731 Email: stephane.marsille@bretagne.bzh Profil tax-xerrej (sit web): https://marches.megalis.bretagne.bzh/entreprise |
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
18.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/11 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2023/C 253/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
“Dealu Mare”
PDO-RO-A1079-AM02
Data tal-applikazzjoni: 15.1.2021
1. Grupp applikant u interess leġittimu
ASOCIAȚIA PROFESIONALĂ VITIVINICOLĂ DEALU MARE [l-Assoċjazzjoni tal-Vitikultura Professjonali ta’ Dealu Mare]
L-ASOCIAȚIA PROFESIONALĂ VITIVINICOLĂ DEALU MARE [l-Assoċjazzjoni tal-Vitikultura Professjonali ta’ Dealu Mare] hija membru tal-Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Vitikultura Interprofessjonali (ONIV), li hija stabbilita bħala grupp magħżul mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fuq inizjattiva proprja biex tirrappreżentahom. L-organizzazzjoni ġiet rikonoxxuta fl-2011 bħala l-organizzazzjoni interprofessjonali tal-produtturi agrikoli (OIPA) għas-settur tal-inbid.
Din l-assoċjazzjoni hija r-rappreżentanta għall-ġestjoni tal-vinji mdaħħla fir-Reġistru tal-Pjantaġġuni tad-Dwieli (RPV) li jużaw id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) Dealu Mare u l-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) Dealu Munteniei, li tlaqqa’ flimkien 15-il operatur ekonomiku (produtturi) stabbiliti fil-kontej ta’ Buzău u Prahova li jipproduċu u jikkummerċjalizzaw inbejjed tad-DOP/IĠP, li bejniethom jimmaniġġaw madwar 1 500 ettaru ta’ pjantaġġuni li jipproduċu nbejjed ta’ kwalità bi status tad-DOP/IĠP, b’għadd kbir ta’ varjetajiet ta’ dwieli ta’ oriġini Rumena kkultivati/irreġistrati taħt l-iskema tal-kwalità.
2. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem il-prodott |
|
☒ |
Kategorija tal-prodott tad-dwieli |
|
☒ |
Rabta |
|
☒ |
Restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni |
3. Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
1. L-inklużjoni ta’ kategoriji ġodda ta’ nbejjed
Peress li r-Rumanija bagħtet, permezz ta’ E-Bacchus, bosta Speċifikazzjonijiet tal-Prodotti li tħejjew b’mod separat għal kull kategorija ta’ prodott stabbilita bil-liġi, għad-DOP Dealu Mare, id-dispożizzjonijiet rigward il-produzzjoni tal-inbejjed jeħtieġ li jinġabru fi Speċifikazzjoni tal-Prodott waħda li tkopri l-kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-kategoriji kollha tal-inbejjed miksuba taħt din id-denominazzjoni: inbid bla gass, inbid spumanti ta’ kwalità, inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità, inbid semispumanti.
Il-kategoriji tal-inbid huma ddefiniti kif ġej:
Inbid spumanti ta’ kwalità huwa nbid miksub permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika primarja jew sekondarja, minn għeneb frisk, most jew inbid li, meta jinfetaħ il-kontenitur, joħroġ minnu d-diossidu tal-karbonju miksub esklużivament mill-fermentazzjoni.
Inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità huwa nbid spumanti ta’ kwalità miksub minn most jew most parzjalment iffermentat magħmul minn għeneb ta’ varjetajiet aromatiċi mkabbra f’vinji demarkati fiż-żona demarkata tad-denominazzjoni ta’ oriġini.
Inbid semispumanti huwa nbid magħmul minn inbid u most jew most parzjalment iffermentat miksub mill-għeneb ta’ varjetajiet ikkultivati fil-pjantaġġuni tal-vitikultura demarkati fiż-żona demarkata tad-denominazzjoni. Huwa l-prodott miksub mill-inbid dment li dan l-inbid ikollu qawwa alkoħolika totali minima ta’ 9 % skont il-volum, jiġi ppreżentat f’kontenituri magħluqa u jkollu pressjoni eċċessiva minħabba d-diossidu tal-karbonju endoġenu.
B’riżultat ta’ dan, il-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 3 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
2. L-indikazzjoni tal-varjetajiet għall-kisba tal-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed
Wara l-introduzzjoni ta’ kategoriji ġodda ta’ nbid li se jiġu prodotti taħt id-DOP Dealu Mare, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jeħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi l-varjetajiet maħsuba għal dawk il-kategoriji ta’ nbid (inbid spumanti ta’ kwalità, inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità, inbid semispumanti) taħt id-DOP Dealu Mare.
B’riżultat ta’ dan, il-Kapitoli IV, V u VI tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5.2 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
3. L-indikazzjoni tar-rendimenti tal-inbid għall-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed
Minħabba l-introduzzjoni ta’ kategoriji ġodda ta’ nbid taħt id-DOP Dealu Mare, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jeħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi r-rendimenti tal-inbid u tal-għeneb għal dawk il-kategoriji l-ġodda ta’ nbid, li huma stabbiliti għal massimu ta’ 14 000 kg/ha ta’ għeneb u għal massimu ta’ 105 hl/ha ta’ produzzjoni ta’ nbid.
B’riżultat ta’ dan, il-Kapitoli V u VI tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5.2 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
4. Is-supplimentar tar-rabta maż-żona demarkata għall-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed
Minħabba l-introduzzjoni ta’ kategoriji ġodda ta’ nbejjed fid-DOP Dealu Mare, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jeħtieġ li tiġi emendata biex tinkludi dettalji addizzjonali dwar iż-żona ġeografika u d-dettalji tar-rabta bejn iż-żona u l-prodott (interazzjoni kawżali) għal dawn il-kategoriji l-ġodda mitluba.
Id-dettalji tal-prodott (il-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed - inbejjed spumanti ta’ kwalità, inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità, inbejjed semispumanti) huma ssupplimentati b’informazzjoni dwar il-fattur uman involut fil-kisba tal-inbejjed. L-emendi huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-każ ta’ DOP.
Għal finijiet ta’ ċarezza, ċerta informazzjoni dwar ir-rabta kawżali bejn iż-żona u l-prodott ġiet riformulata.
B’riżultat ta’ dan, il-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 8 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
5. Indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mat-tikkettar tal-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed
Minħabba l-introduzzjoni ta’ kategoriji ġodda ta’ nbejjed, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jeħtieġ li tiġi ssupplimentata biex tinkludi l-kundizzjonijiet relatati mat-tikkettar (indikazzjonijiet obbligatorji u fakultattivi) u l-preżentazzjoni (ibbottiljar) tal-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed li ġew introdotti.
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet issupplimentata biex tinkludi ċerti kundizzjonijiet għat-tikkettar tal-inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità u l-inbejjed semispumanti bl-ismijiet ta’ żoni ġeografiċi (lokalitajiet) b’reputazzjoni ta’ produzzjoni tal-inbid, li jirreżonaw mal-isem tad-DOP Dealu Mare, li jissuġġerixxu t-tradizzjoni taż-żona li tipproduċi nbid ta’ kwalità għolja.
B’riżultat ta’ dan, il-Kapitolu XII tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
6. L-indikazzjoni tal-kundizzjonijiet relatati mal-prattiki ta’ kultivazzjoni
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija ssupplimentata bi speċifikazzjonijiet relatati mal-prattiki ta’ kultivazzjoni marbuta mad-densitajiet tat-tħawwil sabiex jinkisbu l-kategoriji ġodda ta’ nbid spumanti ta’ kwalità, inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità u nbid semispumanti (id-densità minima tat-tħawwil f’riżomi/ha, l-ammont massimu ta’ frott, għenieqed vijabbli għall-varjetajiet kollha, il-forma ta’ tħarriġ - qasir jew ta’ għoli medju).
B’riżultat ta’ dan, il-Kapitolu VIII tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie emendat, iżda d-Dokument Uniku ma huwiex affettwat.
7. L-indikazzjoni tal-parametri fiżikokimiċi għall-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed
Bl-introduzzjoni tal-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed prodotti taħt id-DOP Dealu Mare, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jeħtieġ li tiġi ssupplimentata wkoll biex jiġu inklużi l-karatteristiċi fiżikokimiċi speċifiċi tal-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed introdotti mill-applikazzjoni għal emenda, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-liġi fil-każ ta’ DOP.
B’riżultat ta’ dan, il-Kapitolu XI tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
8. L-indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi għall-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed
Bl-introduzzjoni tal-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed prodotti taħt id-DOP Dealu Mare, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jeħtieġ li tiġi ssupplimentata wkoll biex jiġu inklużi l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tal-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed introdotti mill-applikazzjoni għal emenda, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-liġi fil-każ ta’ DOP.
B’riżultat ta’ dan, il-Kapitolu XI tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
9. L-indikazzjoni tal-prattiki teknoloġiċi speċifiċi għall-produzzjoni tal-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet issupplimentata biex jiġu inklużi l-prattiki teknoloġiċi speċifiċi biex jinkisbu l-kategoriji l-ġodda ta’ nbejjed mitluba - inbejjed spumanti ta’ kwalità, inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità, inbejjed semispumanti.
B’riżultat ta’ dan, il-Kapitolu X tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie emendat, iżda d-Dokument Uniku ma huwiex affettwat.
10. It-tneħħija ta’ varjetà tad-dwieli mill-għalla
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata u l-varjetà tad-dwieli ewlenija Trebbiano tneħħiet peress li ma tiġix prodotta taħt id-DOP Dealu Mare.
B’riżultat ta’ dan, il-Kapitoli IV, V, VI u XI tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsimiet 5.2 u 7 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Dealu Mare
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
|
6. |
Inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità |
|
8. |
Inbid semispumanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
4.1. Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi - inbejjed bojod
L-inbejjed għandhom aromi ta’ frott eżotiku, lanġas, ħjiel ta’ fjuri tad-dielja, ħuxlief li għadu kif inqata’, ġiżimina u akaċja.
Il-kulur ġeneralment ikollu sfumaturi ta’ isfar, isfar lewn il-lumi jew isfar lewn it-tiben b’laqtiet jagħtu fl-aħdar.
Fuq il-palat l-inbejjed huma friski, b’togħma ta’ frott u kemxejn minerali.
L-inbejjed Dealu Mare li ma joriġinawx minn Valea Călugărească għandhom kontenut ta’ zokkor minimu, espress bħala s-somma tal-glukożju + fruttożju, ta’ 5 g/l. (250 mg/l ta’ diossidu tal-kubrit għall-inbejjed bojod u rożè).
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
15,00 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
5,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
250 |
4.2. Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi - inbejjed rożè
Kulur: roża lewn is-salamun ċar/jgħajjat, roża ċar jagħti fl-oranġjo, roża ċar lewn il-ward, xi kultant roża lewn il-lampun.
Aromi/togħma: frawli u lampun mmerrqa, frawli selvaġġ, cranberries, laqtiet fini ta’ ward, aċidità friska, togħma ta’ frott li tibqa’ fil-ħalq, kultant bi ħjiel ta’ rummien u frott aħmar misjur, traċċi żgħar ta’ bżar abjad.
Riħa: fwieħa primarjament ta’ frott - ċirasa, frawli selvaġġ, frawli, ward, ċirasa qarsa misjura, lampun, pomelos.
L-inbejjed Dealu Mare li ma joriġinawx minn Valea Călugărească għandhom kontenut ta’ zokkor minimu, espress bħala s-somma tal-glukożju + fruttożju, ta’ 5 g/l (250 mg/l ta’ diossidu tal-kubrit għall-inbejjed bojod u rożè).
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
15,00 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
5,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
250 |
4.3. Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi - inbejjed ħomor
L-inbejjed ħomor huma kkaratterizzati minn finezza, tannini ħfief, konsistenza bellusija u intensità tal-kulur medja. Dawn huma nbejjed b’aromi delikati ta’ frott aħmar misjur, pruna, frott iswed tal-foresta, kannella u lewż ħelu. It-togħma hija rikka, robusta, armonjuża, b’aċidità u tannini integrati sewwa, bi sfumaturi differenti ta’ aħmar lewn ir-rubin, aħmar granata jew aħmar skur.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
15,00 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
4.4. Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi - inbejjed spumanti ta’ kwalità
Inbejjed bojod (ta’ kulur isfar lewn it-tiben jew isfar dehbi sottili) - b’togħma ta’ frott, freskezza, l-aroma sottili tal-fjuri tal-akaċja, bżieżaq persistenti fini, vivaċi minħabba l-bilanċ tal-ħlewwa u l-aċidità.
Dawn għandhom konsistenza bellusija u żejtnija, b’kontenut għoli ta’ estratt u gliċerol, aċidità għolja, aroma ta’ grapefruit, għasel, misk, togħma ta’ frott taċ-ċitru frisk, ħawħ, lanġas misjur u lewż, jew ugwalment ħelwa u morra u kemxejn pikkanti, ta’ ħuxlief li għadu kif inqata’, ħobż mixwi, kremożità, arjazzjoni fina.
Inbid spumanti rożè - sfumaturi ta’ roża lewn is-salamun ċar ħafna/roża trasparenti, rinfreskanti, aromi ta’ frott aħmar (frawli, lampun misjur), fjuri (ward), togħma ta’ ribes, lampun, frawli selvaġġ frisk, ragħwa fina, persistenti, kultant b’aċidità għolja.
L-inbejjed ħomor, li huma ta’ kulur aħmar rubin, għandhom aroma ta’ fjuri (b’riħa sottili ta’ ward), bi bżieżaq fini li jdumu, freskezza (lampun u frawli misjura u mmerrqa) u togħma qawwija ta’ frott.
L-inbejjed għandhom pressjoni eċċessiva f’20 °C: minimu ta’ 3,5 bar.
L-aċidità volatili massima tal-inbejjed (meq/l) tvarja skont il-kulur tal-inbejjed u f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
14,0 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,0 |
|
Aċidità totali minima |
6,0 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
185 |
4.5. Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi - inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità
L-inbejjed għandhom bżieżaq żgħar persistenti abbundanti, kulur ta’ sfumaturi ta’ isfar lewn it-tiben b’laqtiet jagħtu fl-aħdar, u fwieħa fina u qawwija ta’ muscat, tal-fjura tad-dielja u tal-grapefruit li hija pjaċevoli u armonjuża, u bbilanċjata bejn il-ħlewwa u l-aċidità.
L-inbejjed għandhom pressjoni eċċessiva f’temperatura ta’ 20 °C: minimu ta’ 3,0 bar.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
14,0 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
6,0 |
|
Aċidità totali minima |
5,0 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
185 |
4.6. Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi – inbejjed semispumanti
L-inbejjed huma estrattivi b’aċidità tajba. L-inbid abjad jew rożè semispumanti (miksub minn varjetajiet ta’ għeneb iswed) jiġi prodott f’varjetajiet ta’ nbid xott, nofsu misjur, ħelu mezzan u ħelu.
L-inbid abjad semispumanti għandu ħjiel ta’ isfar lewn it-tiben b’laqtiet jagħtu fl-aħdar, bżieżaq abbundanti u arjazzjoni fina u persistenti, aroma fina u intensa ta’ muscat, tal-fjura tad-dielja, tal-grapefruit, u bilanċ bejn il-ħlewwa u l-aċidità.
L-inbejjed rożè semispumanti għandhom aromi ta’ frott (frawli, għanbaqar, ċirasa sewda, frott tal-foresta, tut iżraq, ħxejjex aromatiċi, għasel, frawli selvaġġ), u huma ta’ kulur li jvarja minn roża ċar sa ħjiel ta’ lewn is-salamun ċar.
L-inbejjed għandhom pressjoni eċċessiva f’temperatura ta’ 20 °C ta’ minimu ta’ 1 bar u massimu ta’ 2,5 bar minħabba d-diossidu tal-karbonju endoġenu.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
13,0 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
7,0 |
|
Aċidità totali minima |
5,0 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
185 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom
Prattiki ta’ kultivazzjoni
|
— |
densità tat-tħawwil: minimu ta’ 3 000 pjanta/ha jew minimu ta’ 75 % pjanti vijabbli, imqabbla mad-densità pproġettata. |
|
— |
il-pjantaġġuni minn fejn jinkisbu l-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jrid ikollhom purità varjetali ta’ mill-inqas 85 %; ir-riżomi minn varjetajiet oħrajn f’dawn il-pjantaġġuni jistgħu jiġu biss minn varjetajiet tal-ġenus Vitis vinifera. L-għeneb li jappartjeni għal varjetajiet bħal dawn meta jsir il-ħsad irid jiġi sseparat mill-għeneb tal-varjetà li tintuża għall-produzzjoni tal-inbid li għalih tingħata d-denominazzjoni tal-oriġini. |
Il-vinji maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed semispumanti tad-DOP Dealu Mare għandhom densità minima tat-tħawwil ta’ 3 300 riżoma/ha. L-ammont massimu ta’ frott huwa ta’ 30 għajn vijabbli għall-varjetajiet kollha. Forma ta’ tħarriġ - qasir jew ta’ għoli medju.
Fil-produzzjoni ta’ nbejjed spumanti ta’ kwalità: id-densità tat-tħawwil hija ta’ minimu ta’ 3 000 pjanta/ha jew minimu ta’ 75 % pjanti vijabbli, imqabbla mad-densità pproġettata. Il-vinji maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità bid-DOP
Dealu Mare għandhom densità minima tat-tħawwil ta’ 3 300 riżoma/ha. L-ammont massimu ta’ frott huwa ta’ 30 għanqud vijabbli għall-varjetajiet kollha.
Forma ta’ tħarriġ — qasir jew ta’ għoli medju.
Prattiki speċifiċi
Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
Għall-inbejjed spumanti ta’ kwalità, il-maturità teknoloġika tal-għeneb tikkoinċidi mal-maturità sħiħa tagħhom jew tippreċediha. Għall-produzzjoni tal-inbejjed bażi, il-maturità teknoloġika tintlaħaq fi 8-10 g/l H2SO4, peress li l-aċidità relattivament għolja tipprovdi l-freskezza u l-istabbiltà meħtieġa għall-inbid spumanti.
Għall-inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità, il-maturità tiġi vvalutata fuq il-bażi ta’ minimu ta’ 153 g/l ta’ kontenut ta’ zokkor. Id-data tal-ħsad għandha tiġi stabbilita abbażi tal-progressjoni tal-proċess tal-maturazzjoni tal-għeneb, skont il-varjetà u r-roqgħa art vitikulturali.
Il-maturità tal-għeneb għall-inbejjed semispumanti hija vvalutata abbażi tal-kontenut taz-zokkor, li jrid ikun minimu ta’ 136 g/l.
b. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
inbejjed bla gass, maħsuda meta jkunu mmaturaw għalkollox (CMD), varjetajiet bojod 14 000-il kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
2. |
inbejjed spumanti ta’ kwalità, varjetajiet bojod 14 000-il kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
3. |
inbejjed spumanti ta’ kwalità, varjetajiet rożè/ħomor 12 000-il kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
4. |
inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità, varjetajiet bojod 14 000-il kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
5. |
inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità, varjetajiet rożè/ħomor 12 000-il kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
6. |
inbejjed bla gass, maħsuda meta jkunu mmaturaw għalkollox (CMD), varjetajiet bojod 91 ettolitru għal kull ettaru |
|
7. |
inbejjed bla gass, ħsad tardiv (CT), varjetajiet bojod 78 ettolitru għal kull ettaru |
|
8. |
inbejjed bla gass, maħsuda meta l-għeneb ikollu taħsir nobbli (CIB), varjetajiet bojod 65 ettolitru għal kull ettaru |
|
9. |
inbejjed spumanti ta’ kwalità, varjetajiet bojod 91 ettolitru għal kull ettaru |
|
10. |
inbejjed spumanti ta’ kwalità, varjetajiet rożè/ħomor 78 ettolitru għal kull ettaru |
|
11. |
inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità, varjetajiet bojod 105 ettolitri għal kull ettaru |
|
12. |
inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità, varjetajiet ħomor/rożè 90 ettolitru għal kull ettaru |
|
13. |
inbejjed semispumanti, varjetajiet bojod/ħomor/rożè 100 ettolitru għal kull ettaru |
|
14. |
inbejjed semispumanti, varjetajiet bojod/rożè/ħomor 14 000-il kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
15. |
inbejjed bla gass, ħsad tardiv (CT), varjetajiet bojod 12 000-il kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
16. |
inbejjed bla gass, maħsuda meta l-għeneb ikollu taħsir nobbli (CIB), varjetajiet bojod 10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
17. |
inbejjed bla gass, maħsuda meta jkunu mmaturaw għalkollox (CMD), varjetajiet rożè/ħomor 14 000-il kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
18. |
inbejjed bla gass, ħsad tardiv (CT), varjetajiet rożè/ħomor 12 000-il kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
19. |
inbejjed bla gass, maħsuda meta l-għeneb ikollu taħsir nobbli (CIB), varjetajiet rożè/ħomor 10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Il-Kontea ta’ Prahova
|
1. |
Is-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-BOLDEŞTI
Waħda mid-denominazzjonijiet uniċi tal-vinja* li ġejjin tista’ tiżdied mas-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-BOLDEȘTI: SECIU, DEALU FRUMOS, VALEA CORBULUI. |
|
2. |
Is-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-VALEA CĂLUGĂREASCĂ
Waħda mid-denominazzjonijiet uniċi tal-vinja* li ġejjin tista’ tiżdied mas-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-VALEA CĂLUGĂREASCĂ: CHIŢORANI, VALEA ORLEI, VALEA POPII, VALEA SĂRACĂ, VALEA MANTEI, VALEA POIENII, VALEA NICOVANI, VALEA LARGĂ, VALEA MIEILOR. |
|
3. |
Is-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-URLAŢI
Waħda mid-denominazzjonijiet uniċi tal-vinja* li ġejjin tista’ tiżdied mas-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-URLAȚI: VALEA PIETREI, VALEA BOBULUI, VALEA NUCETULUI, VIA DOMNEASCĂ, VALEA URLOI, VALEA SEMAN, VALEA CRÂNGULUI. |
|
4. |
Is-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-CEPTURA
Waħda mid-denominazzjonijiet uniċi tal-vinja* li ġejjin tista’ tiżdied mas-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-CEPTURA: MALU ROŞU, VALEA GARDULUI, VALEA MĂNĂSTIRII. |
|
5. |
Is-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-TOHANI
Waħda mid-denominazzjonijiet uniċi tal-vinja* li ġejjin tista’ tiżdied mas-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-TOHANI: VÂRFUL CU DOR, GURA VADULUI, DUMBRAVA, VADU SĂPAT Il-Kontea ta’ Buzău |
|
6. |
Is-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-BREAZA
Waħda mid-denominazzjonijiet uniċi tal-vinja* li ġejjin jistgħu jiżdiedu mas-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-BREAZA: BREAZA, GRECEANCA, NĂENI, VISPEŞTI, FINŢEŞTI, SĂHĂTENI. |
|
7. |
Is-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-MEREI
Waħda mid-denominazzjonijiet uniċi tal-vinja* li ġejjin tista’ tiżdied mas-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-MEREI: IZVORU DULCE, GURA SĂRĂŢII, DEALUL VIEI, DOBRILEŞTI, NENCIULEŞTI, VALEA PUŢULUI, CIOBĂNOAIA. |
|
8. |
Is-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-ZOREȘTI
Waħda mid-denominazzjonijiet uniċi tal-vinja* li ġejjin tista’ tiżdied mas-subdenominazzjoni tal-oriġini DEALU MARE-ZOREȘTI: VALEA TEANCULUI, DEALUL ZORILOR, NIŞCOV. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Aligoté W - Plant de trois, Plant gris, Vert blanc, Troyen blanc
Barbera R
Burgund Mare R - Grosser burgunder, Grossburgunder, Blaufrankisch, Kekfrankos, Frankovka, Limberger
Busuioacă de Bohotin Rs - Schwarzer Muscat, Muscat fioletovâi, Muscat violet cyperus, Tămâioasă violetă
Băbească neagră N - Grossmuttertraube, Hexentraube, Crăcana, Rară neagră, Căldăruşă, Serecsia
Cabernet Franc N
Cabernet Sauvignon N - Petit Vidure, Burdeos tinto
Chardonnay W - Gentil blanc, Pinot blanc Chardonnay
Crâmpoşie selecţionată B
Fetească albă B - Păsărească albă, Poama fetei, Mädchentraube, Leanyka, Leanka
Fetească neagră N - Schwarze Mädchentraube, Poama fetei neagră, Păsărească neagră, Coada rândunicii
Fetească regală B - Konigliche Madchentraube, Koningsast, Ktralyleanka, Dănășană, Galbenă de Ardeal
Grasă de Cotnari B - Dicktraube,Grasă, Köver szölö
Grenache Noir N
Merlot N - Bigney rouge
Mourvedre N
Muscat Ottonel B - Muscat Ottonel blanc
Nebbiolo R
Negru Aromat R
Negru de Drăgăşani N
Novac N
Petit Verdot N
Pinot Gris G - Affumé, Grauer Burgunder, Grauburgunder,Grauer Mönch, Pinot cendré,Pinot Grigio, Ruländer
Pinot Blanc B - Pinot Bianco
Pinot Noir N - Blauer Spätburgunder, Burgund mic, Burgunder roter, Klăvner Morillon Noir
Pinot noir R - Spätburgunder, Pinot nero
Riesling de Rhin W - Weisser Riesling, White Riesling
Riesling italian B - Olasz Riesling, Olaszriesling, Welschriesling
Sangiovese R - Brunello di Montalcino, Morellino
Sauvignon B — Green sauvignon
Syrah N - Shiraz, Petit Syrah
Traminer Rose Rs - Rosetraminer, Savagnin Rose, Gewürztraminer
Tămâioasă românească W - Busuioacă de Moldova, Muscat blanc à petit grains
Tămâioasă românească B - Rumänische Weihrauchtraube, Tamianka
Viognier B - Bergeron, Barbin, Rebolot, Greffou, Picotin Blanc, Vionnier
Viognier B - Petit Vionnier, Viogne, Galopine, Vugava bijela
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Dettalji taż-żona ġeografika
Fit-Tramuntana ż-żona hija delimitata minn għoljiet għoljin u foresti. Fin-Nofsinhar, il-konfini ssegwi l-Awtostrada Nazzjonali Ploiești-Buzău fiż-żona taċ-ċentru tal-produzzjoni tal-inbid ta’ Valea Călugărească, filwaqt li minn Urlați, il-konfini tgħaddi tul il-qiegħ tal-għoljiet 2-3 km fit-Tramuntana tal-awtostrada, fid-direzzjoni ta’ Buzău.
Ir-reġjun tal-vitikultura jinkludi diversità kbira ta’ ħamrija. Il-parti tal-Punent tal-massif ta’ Dealu Mare għandha ħamrija ffurmata minn tafal aħmar, lom u, sa ċertu punt, ramel aħmar fin. L-alternazzjonijiet bejn is-saffi tat-tafal u tar-ramel, li jsegwu l-inklinazzjoni tax-xaqlibiet, spiss jikkawżaw uqigħ tal-art, li jseħħ pjuttost ta’ spiss fil-vinji. Din il-ħamrija, li għandha kontenut għoli ta’ ossidu tal-ħadid, hija adatta ħafna għall-kultivazzjoni ta’ varjetajiet ta’ nbid aħmar.
Il-ħamrija fil-parti tal-Lvant tal-massif hija ffurmata minn ġebel tal-ġir Sarmazjan, tafal, blat ramli u tufu Daċjan, u depożiti ta’ ramel fin li jalternaw maż-żrar iffurmati minn frammenti ta’ blat kristallin, trab ġulġlieni u loess.
F’termini tat-tip ta’ ħamrija, lejn il-Punent tiddomina l-ħamrija mikula tal-foresta kannella tagħti fl-aħmar, filwaqt li l-Lvant huwa kkaratterizzat minn rendzinas, psewdorendzinas u, sa ċertu punt, ħamrija ramlija li tifforma l-ħamrija. F’xi ċentri hemm ukoll ħamrija b’volum kbir ta’ ġebel, fejn is-sodda ta’ blat tinsab qrib il-wiċċ. Dawn għandhom kontenut għoli ta’ karbonat tal-kalċju, li huwa favorevoli għall-produzzjoni tal-inbejjed aromatiċi.
L-orjentazzjoni ġenerali mit-Tramuntana lejn in-Nofsinhar tal-widien toħloq kundizzjonijiet favorevoli ħafna għall-vitikultura, u d-dwieli jiksu ż-żewġ inklinazzjonijiet tal-għoljiet. L-esponiment predominanti tal-inklinazzjonijiet huwa lejn in-Nofsinhar, ix-Xlokk u l-Lbiċ. L-għeneb jitkabbar l-aktar fuq inklinazzjonijiet bi gradjent ta’ bejn 8 % u 30 %, u sa ċertu punt fuq inklinazzjonijiet aktar wieqfa.
It-temperatura kritika għall-iffriżar tal-għejun tad-dwieli sseħħ l-aktar fil-widien u fil-pjanura u inqas ta’ spiss fuq l-inklinazzjonijiet. Fuq l-għoljiet, it-temperaturi minimi huma madwar 3 °C ogħla milli fil-pjanura u x-xtiewi kesħin iseħħu ħafna inqas ta’ spiss. Għal din ir-raġuni, id-dwieli kkultivati fuq l-għoljiet jistgħu jgħaddu x-xitwa mingħajr il-periklu ta’ ġlata.
8.2. Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott
Inbejjed bla gass
L-inbejjed bojod għandhom l-aħjar bilanċ bejn l-alkoħol, l-aċidità u z-zokkor, b’aromi ta’ frott eżotiku, lanġas, noti ta’ fjuri tad-dwieli, ġiżimina, nwar tal-akaċja, kulur minn isfar lewn il-lumi sa isfar lewn it-tiben (b’laqtiet jagħtu fl-aħdar), b’togħma kemxejn minerali, b’noti ta’ berquq, frott taċ-ċitru, frott eżotiku, ħwawar delikati, u freskezza.
L-inbejjed ħomor għandhom kontenut baxx ta’ tannini, konsistenza bellusija u intensità tal-kulur tajba u huma robusti, b’tannini integrati sew fl-inbejjed minn varjetajiet b’intensità tal-kulur ogħla mill-medja. Għandhom aromi qawwija ta’ frott aħmar misjur, pruna, tut iswed tal-foresta misjur, tut iżraq, ċirasa, lewż ħelu, b’noti olfattivi tal-vanilla, u jvarjaw fil-kulur minn aħmar lewn ir-rubin għal aħmar lewn il-granata u aħmar skur.
L-inbejjed rożè għandhom aromi ta’ frott eżotiku, frott taċ-ċitru, u t-togħma hija friska, b’aċidità tajba, ibbilanċjata, u b’togħma ta’ frott li tibqa’ fil-ħalq.
L-inbejjed ħomor miż-żoni ta’ Ceptura, Tohani u Merei huma aktar robusti, qawwija, u b’intensità akbar tal-kulur, minħabba r-riżorsi eljotermali abbundanti u l-ħamrija ħafifa.
Inbid spumanti ta’ kwalità
L-inbejjed bojod huma estrattivi, bi struttura bbilanċjata u aċidità tajba, dovuti għall-esponiment lejn ix-Xlokk tal-inklinazzjonijiet u l-prattiki ta’ kultivazzjoni li jżommu livelli moderati ta’ rendimenti.
Għandhom togħma ta’ frott, huma friski, bi bżieżaq abbundanti, arjazzjoni fina persistenti bi bżieżaq żgħar sal-għoli massimu tat-tazza, dejjiema, b’bilanċ bejn il-ħlewwa u l-aċidità.
L-inbejjed rożè/ħomor għandhom karattru ta’ florali, finezza, kontenut baxx ta’ tannini u intensità tal-kulur medja, b’mod partikolari dawk miż-żoni ta’ Valea Călugărească u Urlați.
Inbejjed spumanti aromatiku ta’ kwalità
Dawn l-inbejjed għandhom bżieżaq abbundanti, fini u persistenti, l-aromi fini tipiċi tal-varjetà (Muscat), u fwieħa florali tal-akaċja u tal-għasel (Tămâioasă Românească). Għandhom aromi florali ta’ ħabaq, huma ta’ kulur isfar lewn it-tiben bi rwejjaħ ta’ ward, akaċja, xehda u ħuxlief li għadu kif inqata’, għandhom togħma ta’ frott u huma friski. L-inbejjed tal-varjetà Busuioacă de Bohotin huma ta’ kulur roża ċar interessanti b’riħa ta’ ward u ħabaq.
Inbejjed semispumanti
Dawn l-inbejjed huma estrattati, b’aċidità tajba. Huma bbilanċjati bejn l-alkoħol, l-aċidità u l-pH, il-freskezza u l-bżieżaq persistenti fini. L-inbejjed rożè semispumanti miksuba minn varjetajiet suwed huma nbejjed b’aromi delikati ta’ frott aħmar, pjaċevoli, bi bżieżaq fini ta’ kwalità tajba u dejjiema.
8.3. L-influwenza tal-fattur uman
Matul il-perjodu ta’ qabel il-Phylloxera, l-inbejjed bojod kienu jiġu prodotti mill-varjetajiet Gordin u Tămâioasă u l-inbejjed ħomor kienu jiġu prodotti mill-varjetajiet Negru moale, Negru vârtos u Băbească neagră, li normalment kienu jitħalltu għall-finijiet tal-produzzjoni tal-inbid. Il-produzzjoni tal-inbejjed spumanti bdiet fl-1892 f’Azuga, post antik fejn jiġu prodotti l-inbejjed spumanti skont il-metodu tradizzjonali. Il-kantini huma mibnija fuq il-wiċċ, b’ħitan ta’ ħxuna ta’ aktar minn 1,20 m, li jipprovdu kundizzjonijiet tajbin għall-produzzjoni tal-inbejjed spumanti skont il-metodu tradizzjonali, peress li l-fermentazzjoni sekondarja teħtieġ temperatura kostanti u baxxa u l-klima f’Azuga hija ta’ 14 °C f’Lulju u ta’ -4 °C f’Jannar.
Il-produzzjoni ta’ nbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità żviluppat fir-Rumanija fis-snin 70, f’Valea Călugărească. It-teknoloġija sussegwenti tal-produzzjoni wasslet għall-fermentazzjoni f’kontenituri tal-metall. Fl-1990 il-proċess għall-kisba ta’ tip ġdid ta’ nbid, l-inbid spumanti tal-Muscat, ingħata privattiva.
Fil-produzzjoni tal-inbejjed, il-protokoll tal-vinifikazzjoni huwa maħsub biex inaqqas il-kontenut tad-diossidu tal-kubrit, biex l-għasir isir b’mod ikkontrollat, biex jiġu ppreżervati l-aromi tal-varjetajiet (speċjalment tal-frott) li jagħtu lill-inbejjed il-finezza u l-bilanċ, u biex jinkisbu bżieżaq ta’ kwalità tajba.
Fil-vinji li jħarsu lejn ix-Xlokk fuq inklinazzjonijiet, l-applikazzjoni ta’ ċerti prattiki ta’ kultivazzjoni (ġeneralment bl-użu tal-metodu ta’ għoli medju b’sistemi ta’ sostenn li jiżguraw proporzjon tajjeb bejn il-faxxina u r-rendiment, b’tali mod li l-għeneb ikun jista’ jsir għalkollox) tippermetti l-produzzjoni tal-inbejjed bi struttura bbilanċjata u aċidità tajba li jiġu minn dan il-post. Il-produzzjoni tiġi rregolata permezz taż-żbir fix-xitwa, li jsir bl-idejn, u jintemm mal-maturazzjoni bikrija, bil-ħsad bikri. Il-produzzjoni bbilanċjata tippermetti maturità ottimali mill-bidu ta’ Settembru sal-aħħar ta’ Ottubru.
8.4. Interazzjoni kawżali
L-inbejjed huma primarjament inbejjed monovarjetali, iżda wkoll taħlitiet ibbażati fuq żewġ inbejjed jew tlieta, bil-proporzjonijiet deċiżi fil-mument tat-taħlit skont il-potenzjal tal-varjetajiet speċifiċi tal-ħsad ta’ dik is-sena.
Il-firxa wiesgħa tal-għoli taż-żona, b’żoni fil-baxx u inklinazzjonijiet li jitilgħu sa għoli ta’ aktar minn 380 m, tirriżulta f’varjazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tat-tkabbir u tiddetermina l-firxa ta’ distribuzzjoni tal-varjetajiet u t-tipi ta’ nbid miksuba.
Iż-żona fil-baxx u t-terz l-aktar baxx tal-inklinazzjonijiet għandhom ħamrija aktar fertili u provvisti aħjar ta’ ilma, u b’hekk huma possibbli tkabbir aktar vigoruż u rendimenti ogħla, u dawn jintużaw l-aktar biex jinkisbu nbejjed bla gass u nbejjed spumanti ta’ kwalità li huma friski u bellusin/żejtnin. Iż-żona tipprovdi nbejjed ibbilanċjati, li huma estratti b’mod medju, b’aromi ta’ fjuri (fjuri tad-dwieli, akaċja, ħabaq) u frott (berquq, frott taċ-ċitru, frott artab), qawwa alkoħolika moderata, jew togħma ta’ frott (frott eżotiku, frott taċ-ċitru). Sabiex jiġi kkontrollat it-tkabbir tal-veġetazzjoni, ġeneralment jintuża t-tkabbir tal-ħaxix fit-tul fl-ispazji bejn il-flanni, u l-ammont massimu ta’ frott għal kull pjanta mal-ħsad huwa akbar minn postijiet oħra.
Il-parti tan-nofs tal-inklinazzjonijiet (f’għoli ta’ 280 - 300 m) hija l-parti taż-żona bl-akbar potenzjal, li tipproduċi nbejjed meqjusa ħafna. L-inklinazzjonijiet, li huma moderati, iħarsu lejn in-Nofsinhar, ix-Xlokk u l-Lbiċ, għandhom ħamrija rqiqa, fertilità medja u żoni ta’ blat kalkarju, u huma kkultivati biex jipproduċu nbejjed bla gass u nbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità li jottimizzaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-kwalità f’termini ta’ aromi qawwija, ibbilanċjati tajjeb, friski u ta’ frott. L-inbejjed ħomor jiġu minn vinji li prinċipalment iħarsu lejn in-Nofsinhar u għandhom ħamrija irqaq u inqas fertili, kundizzjonijiet li jagħmluhom inqas vigorużi, filwaqt li jiġi żgurat li l-kopertura tal-weraq tkun esposta perfettament għax-xemx u b’kundizzjonijiet ideali għall-akkumulazzjoni tal-polifenoli u z-zokkrijiet. Għandhom kulur qawwi u rwejjaħ primarji rikki ta’ tut iżraq, tut tal-għollieq, għanbaqar u ċirasa sewda. Iż-żoni tal-vitikultura ta’ Ceptura, Tohani u Merei jgawdu l-vantaġġ ta’ riżorsi eljotermali rikki u ħamrija ħafifa, u jipproduċu nbejjed ħomor robusti, b’palat sħiħ u vigorużi b’intensità akbar tal-kulur. Lokalment, fil-parti tal-Punent tal-massif ta’ Dealu Mare (iċ-ċentri tal-produzzjoni tal-inbid ta’ Valea Călugărească u Urlați-Ceptura), ħamrija b’kontenut għoli ta’ ossidu tal-ħadid, li tinkludi tafal aħmar, ġebel tal-lom u ramel ħamrani fin, tipproduċi nbejjed b’karatteristiċi sensorji distintivi – intensità tal-kulur medja u għolja, żejtnin, aromatiċi ħafna u b’togħma ta’ frott (inbejjed spumanti ta’ kwalità, inbejjed semispumanti), kif ukoll karatteristiċi bħal aromi ta’ fjuri ddefiniti tajjeb, u freskezza speċjali. Il-ħamrija f’din iż-żona hija estremament favorevoli u tintuża għall-produzzjoni ta’ nbejjed bojod li huma tipikament aromatiċi, ibbilanċjati, estrattivi, b’karattru minerali u aromi speċifiċi florali u botaniċi. Dawn jinsabu l-aktar fuq inklinazzjonijiet li jħarsu lejn il-Lvant u lejn il-Punent, b’livelli aktar moderati ta’ sħana u ta’ xemx, li jippreżervaw aħjar l-aċidità u jiżguraw it-togħma tal-frott tal-inbejjed bla gass u dawk semispumanti.
Il-preżenza ta’ ħamrija bil-ġebel b’kontenut għoli ta’ karbonat tal-kalċju fiż-żona, b’mod partikolari fil-parti tal-Lvant tal-vinja (iċ-ċentri tal-produzzjoni tal-inbid ta’ Pietroasa u Breaza), tiġi sfruttata biex jiġu kkultivati l-varjetajiet aromatiċi tipiċi ta’ nbejjed bla gass u nbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità, li huma estrattati, friski, b’karattru minerali u b’aromi florali kumplessi ddefiniti tajjeb (akaċja, ħabaq, għasel). Anki l-parti tal-Lvant tal-vinja, li hija mħawla fuq ġebel tal-ġir Sarmazjan, tafal, blat ramli u depożiti ta’ ramel fin u żrar, tintuża għall-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor ta’ kulur qawwi u nbejjed bojod b’togħma qawwija ta’ frott.
Iż-żona fl-ogħla altitudni (300 - 380 m) hija esposta ħafna għax-xemx u għandha potenzjal kbir, bil-ħamrija l-inqas fertili u kontenut għoli ta’ blat kalkarju, b’esponiment lejn in-Nofsinhar li huwa favorevoli għall-varjetajiet ħomor, esponiment lejn il-Punent u l-Majjistral favorevoli għall-varjetajiet bojod, u żoni ta’ qraten, fejn jiġu sfruttati bis-sħiħ il-varjetajiet l-aktar vigorużi. L-inbejjed bojod prodotti hemm għandhom togħma aktar qawwija ta’ frott b’karattru minerali aktar prominenti. Il-vinji fuq l-inklinazzjonijiet tal-Punent huma protetti mill-esponiment qawwi għax-xemx li huwa speċifiku għall-irqajja’ art li jħarsu lejn in-Nofsinhar, u, flimkien mat-temperaturi aktar moderati f’altitudni għolja, dan jippreżerva aħjar l-aċidità tal-għeneb u n-noti botaniċi u tal-fjuri aromatiċi tiegħu. Fl-istess ħin, minħabba l-vigorożità mnaqqsa li tirriżulta minn ħamrija inqas fertili u temperaturi aktar moderati f’altitudnijiet għoljin, l-inbejjed ħomor (spumanti ta’ kwalità, spumanti aromatiċi ta’ kwalità u semispumanti) minn din iż-żona huma robusti, b’palat sħiħ, b’ħafna tannini u b’potenzjal għoli ta’ tqaddim.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Rekwiżiti dwar it-tikkettar
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Għall-finijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, l-inbejjed spumanti ta’ kwalità jitqiegħdu fis-suq fi fliexken tal-ħġieġ biss (għandhom jinbiegħu lill-konsumatur fi fliexken).
L-ibbottiljar ta’ nbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità jseħħ mill-1 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħsad. L-inbid jitqiegħed fi fliexken ta’ 0,375, 0,75, 1,5 u 3 litri.
L-inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità jitqiegħdu fis-suq biex jiġu rilaxxati għall-konsum mill-1 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħsad.
L-inbejjed semispumanti jitqiegħdu fis-suq biex jiġu rilaxxati għall-konsum mill-1 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħsad. L-ibbottiljar isir fi fliexken ta’ 0,375, 0,75 u 1,5 litri.
Il-produzzjoni barra miż-żona demarkata
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Il-produzzjoni tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Dealu Mare tista’ ssir ukoll fiż-żona tal-madwar, fl-istess diviżjoni amministrattiva, jiġifieri l-irħula ta’ Ploiești, Buzău u Mizil (il-Kontea ta’ Prahova) u l-belt ta’ Buzău (il-Kontea ta’ Buzău).
L-inbejjed spumanti u l-inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Dealu Mare jistgħu jiġu prodotti wkoll fiż-żona tal-madwar, fl-istess diviżjoni amministrattiva, jiġifieri l-irħula ta’ Ploiești, Azuga u Mizil (il-Kontea ta’ Prahova) u r-raħal ta’ Buzău (il-Kontea ta’ Buzău).
F’dan il-każ, il-produtturi jridu jagħtu prova tal-eżistenza ta’ faċilitajiet għall-ippakkjar u l-ibbottiljar f’żoni fil-qrib qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, riflessa fit-tradizzjonijiet fil-qasam u fl-esperjenza fil-kisba ta’ prodotti ta’ kwalità.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.onvpv.ro/sites/default/files/caiet_sarcini_doc_dealu_mare_modif_cf_cererii_1996_01.10.2020_toate_categ_cf_notificarii_945_12.05.2022.pdf
|
18.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/25 |
Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
(2023/C 253/08)
Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni.
DOKUMENT UNIKU
“MEISSNER FUMMEL”
Nru tal-UE: PGI-DE-0079-AM01 – 21.4.2022
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem
“Meißner Fummel”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Il-Ġermanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Meißner Fummel” huwa prodott speċjali tal-għaġina li żżomm għat-tul, jiġifieri pastiċċerija vojta bl-arja, tad-daqs u l-forma ta’ ħobża żgħira, miksija b’għaġina rqiqa ħafna u li tinkiser faċilment. L-ingredjenti huma x-xaħam, iz-zokkor, id-dqiq u l-melħ.
L-ingredjenti kollha (xaħam (madwar 100 g), zokkor, dqiq u melħ) jitħalltu biex issir għaġina soda. Il-biċċiet ta’ għaġina li jiżnu bejn 50 u 100 g jinfetħu f’forom tondi u rqaq, nofs waħda mxarrba bl-ilma jew bil-bajd, u n-nofs l-ieħor mitwi u bit-tarf magħfus sew. L-arja tintefaħ bi stro u l-għaġina tinħema f’temperatura ta’ 240 °C għal 3 minuti.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċess kollu tal-produzzjoni tal-“Meißner Fummel” iseħħ fiż-żona ġeografika deskritta fit-Taqsima 4.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-tipi kollha ta’ imballaġġ għandhom jiġu ttikkettati bil-kliem “Meißner Fummel g.g.A.”.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika ta’ oriġini tal-“Meißner Fummel” hija limitata għall-belt ta’ Meißen fis-Sassonja.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Skont il-leġġenda, l-indikazzjoni ġeografika “Meißner Fummel” tmur lura għall-1710 u sal-lum hija meqjusa li tifforma parti speċjali mill-belt ta’ Meißen. Huwa l-isem ta’ speċjalità ta’ Meißen li huwa magħruf u rinomat fis-Sassonja kollha. Skont il-folklor, il-“Meißner Fummel” ilha tinħema f’Meißen minn żmien il-Prinċep Augustus der Starke (1670–1733). L-ewwel referenza dokumentarja għal pastiċċerija minn Meißen, imsejħa “Fommel”, tmur lura għall-1747.
L-avviżi tal-1891 tas-Soċjetà Storika tal-Belt ta’ Meißen fihom informazzjoni dwar il-“Meißner Fummel”, li tindika li kienet speċjalità tal-belt sa mill-1747. Prova oħra tar-reputazzjoni tal-“Meißner Fummel” hija fuljett tal-1956 li jirreferi għaliha kif ġej:
“Wieħed mill-messaġġiera tal-Prinċep tas-Sassonja kien jivvjaġġa regolarment bejn Dresden u Meißen. Billi dan kien iħobb wisq l-inbid ta’ Meißen ma kienx jista’ joqgħod wieqaf fis-sarġ taż-żiemel tiegħu. Għalhekk, il-Prinċep tas-Sassonja, Augustus der Starke, ordna lix-xirka tal-furnara f’Meißen biex jagħmlu pastiċċerija li tista’ tinkiser faċilment u li l-messaġġier wara ż-żjara tiegħu fil-belt, kellu jippreżenta intatta lill-Prinċep.”
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
https://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/42319
|
18.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/27 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2023/C 253/09)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Asparago verde di Canino”
Nru tal-UE: PGI-IT-02868 – 29.9.2022
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Asparago verde di Canino”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-indikazzjoni ġeografika protetta “Asparago verde di Canino” hija riżervata għal rimjiet tal-ispraġ li jappartjenu għall-familja tal-liliaceae, varjetà Asparagus officinalis L., ħadra, miksuba mill-varjetajiet imnisslin li ġejjin: Atlas, Grande, UC157, Vegalim, Starlim, Italo, Atticus, Verdus.
Meta jitqiegħed għall-konsum, l-“Asparago verde di Canino” IĠP irid ikollu l-karatteristiċi morfoloġiċi, kummerċjali, organolettiċi u fiżikokimiċi li ġejjin:
|
|
Karatteristiċi morfoloġiċi
|
|
|
Karatteristiċi kummerċjali
Hija permessa tolleranza ta’ ± 10 % fil-piż ta’ rimjiet li ma jikkonformawx mad-dijametru speċifikat għal kull pakkett. |
|
|
Karatteristiċi organolettiċi
|
|
|
Karatteristiċi fiżikokimiċi
|
L-“Asparago verde di Canino” IĠP għandu jkollu wkoll rimjiet sħaħ (mhux vojta) mingħajr xquq. Minħabba l-uniformità tal-parti kollha li tittiekel u n-nuqqas ta’ skart, dan l-ispraġ jissejjaħ ukoll “mangiatutto” (li jittiekel kollu).
Ir-rimjiet li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ħlief dawk relatati mad-daqs u l-forma, jistgħu jintużaw ukoll għal skopijiet ta’ pproċessar biss. Huma permessi wkoll alterazzjonijiet superfiċjali żgħar tar-rimja, sakemm dawn ma jaffettwawx il-kwalità u l-ħajja tar-rimjiet fuq l-ixkaffa. Dawn ir-rimjiet jistgħu jkunu koperti mill-IĠP “Asparago verde di Canino” iżda ma jistgħux ikunu proposti għall-konsumatur finali bħala prodott frisk mhux ipproċessat.
Il-prodott jiġi rilaxxat għall-konsum frisk, iffriżat malajr jew iffriżat (kategorija III)
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-operazzjonijiet tal-produzzjoni kollha tal-“Asparago verde di Canino” IĠP (il-kultivazzjoni, it-tindif, l-għażla, il-ħasil, it-tqassim skont id-daqs, it-tqattigħ, il-ġmigħ f’qatet u t-tqassim skont il-kategorija kummerċjali) iridu jsiru fit-territorju ddefinit fil-punt 4 hawn taħt.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Għar-rilaxx għall-konsum, l-“Asparago verde di Canino” IĠP irid jiġi ppakkjat b’wieħed mit-tipi ta’ ppakkjar li ġejjin:
Għal prodott frisk
Ippakkjat f’qatet, marbut sew u aġġustat min-naħa t’isfel permezz ta’ qtugħ manwali jew mekkaniku skont it-tipi ta’ ppakkjar li ġejjin:
|
— |
boroż ta’ materjal għal użu mal-ikel li jiżnu bejn 0,250 u 1 000 g; |
|
— |
qatet imdawrin b’qafla għal użu mal-ikel li jiżnu bejn 0,250 u 1 000 g; |
|
— |
tilari ta’ materjal għal użu mal-ikel li jiżnu bejn 0,125 u 1 000 g; |
|
— |
kaxxi ta’ materjal għal użu mal-ikel li jiżnu bejn 1 u 6 kg; |
|
— |
kaxxi żgħar ta’ materjal għal użu mal-ikel li jiżnu bejn 1 u 12 kg. |
Il-bejgħ ta’ rimjiet bl-ingrossa fi ppakkjar ta’ materjal għal użu mal-ikel b’piż massimu ta’ 12 kg huwa permess; dan l-ippakkjar għandu jintrabat permezz ta’ xibka jew bi kwalunkwe mezz ieħor adattat għall-oġġetti tal-ikel, kif ukoll permezz tat-tikketta li jkun fiha l-informazzjoni prevista għat-tikkettar “Asparago verde di Canino” IĠP, sabiex il-prodott ikun protett minn kwalunkwe deterjorament.
Għall-kategoija III
|
— |
boroż magħmulin minn materjal għal użu mal-ikel, issiġillati f’atmosfera kkontrollata, li jiżnu bejn 0,10 kg u 10 kg; |
|
— |
boroż magħmulin minn materjal għal użu mal-ikel, issiġillati bil-vakwu, li jiżnu bejn 0,5 kg u 10 kg. |
L-ippakkjar kollu għandu jkun b’materjal għal użu mal-ikel u ssiġillat b’tali mod li l-prodott ma jkunx jista’ jitneħħa mingħajr ma ssir ħsara lill-ippakkjar.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Minbarra l-informazzjoni obbligatorja stipulata fir-regoli speċifiċi nazzjonali u Ewropej, l-informazzjoni addizzjonali li ġejja trid tidher fuq it-tikketta tal-ippakkjar, b’tipa ċara u li tinqara, flimkien mal-logo Ewropew tal-IĠP u l-logo tal-IĠP deskritt hawn taħt:
|
— |
“Asparago verde di Canino” segwit mill-akronimu IĠP (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) jew mill-kliem“Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta]; |
|
— |
l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz jew l-uffiċċju rreġistrat tal-individwu u/jew tal-produttur assoċjat u/jew ta’ min jippakkja. |
L-użu ta’ indikazzjonijiet li jirreferu għal ismijiet, ismijiet kummerċjali jew trademarks privati huwa permess, sakemm dawn ma jkunux indikazzjonijiet ta’ tifħir u ma jqarrqux bil-konsumatur.
Il-kliem “Indicazione Geografica Protetta” jistgħu jiġu ripetuti fuq kwalunkwe parti ieħor tal-ippakkjar jew tat-tikketta, inkluż bħala akronimu “I.G.P.” [IĠP].
Ma tista’ tiżdied l-ebda kwalifika li ma tkunx espressament stipulata.
Marka tad-ditta
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Asparago verde di Canino” IĠP tinsab fit-territorju amministrattiv tal-muniċipalitajiet ta’ Canino, Cellere, Montalto di Castro, Tarquinia, Tuscania, Tessennano u Arlena di Castro.
5. Rabta maż-żona ġeografika
L-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-“Asparago verde di Canino” hija bbażata kemm fuq ir-reputazzjoni tal-prodott kif ukoll fuq il-kwalità distinta tiegħu, li ġejja mill-kulur aħdar ileqq tiegħu, mill-konsistenza, mit-togħma u min-nuqqas ta’ skart, li tah il-laqam “mangiatutto” (li jittiekel kollu). Dan l-ispraġ huwa rikk fl-imluħa minerali bħall-ħadid u l-manjeżju.
Il-kulur aħdar ileqq tipiku tal-“Asparago Verde di Canino” huwa dovut għall-kundizzjonijiet partikolari tal-ħamrija u tal-klima taż-żona, il-ħamrija vulkanika, rikka fil-potassju u fl-imluħa minerali, prinċipalment il-ħadid u l-manjeżju, li għandhom influwenza viżibbli u karatteristika fuq il-kulur. Il-kunċett ta’ “mangiatutto” (li jittiekel kollu) huwa marbut mal-fatt li l-prodott għandu ftit ħjata u mal-fatt li, meta jinħasad, ir-rimja tinqata’ ’l fuq mil-livell tal-art, u b’hekk titneħħa l-parti l-aktar bajda, fibruża u iebsa, li mhix tajba għall-konsum: b’din l-ispeċifiċità agronomika u teknika, il-konsumatur ikun jista’ juża l-ispraġ fl-intier tiegħu u jirrikonoxxi n-natura “mangiatutto” (li jittiekel kollu) tiegħu.
Minbarra l-ġenetika, dawn il-karatteristiċi huma ddeterminati mill-kundizzjonijiet favorevoli tal-ħamrija u tal-klima u mit-tekniki ta’ kultivazzjoni użati mill-bdiewa lokali fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt 4. Il-ħamrija għandha rwol essenzjali, billi l-karatteristiċi tal-ħamrija taż-żona tat-tkabbir huma adatti għall-kultivazzjoni tal-ispraġ. Il-ħamrija fiż-żona hija prinċipalment b’sawra maħlula għal sawra ramlija taflija. Il-ħamrija tistrieħ fuq uċuħ kalkarji mtarrġa u depożiti vulkaniċi, li għandhom fertilità kimika tajba u b’hekk jiffaċilitaw il-feġġ tar-rimjiet tal-“Asparago verde di Canino” IĠP. Matul il-perjodi tax-xita, l-ilma ma jistaġnax minħabba l-karatteristiċi idroloġiċi tal-ħamrija. B’mod partikolari, il-ħamrija għandha kontenut għoli ta’ kalċju u potassju, iżda fuq kollox ħadid u manjeżju, u b’hekk l-“Asparago verde di Canino” IĠP jikseb il-kontenut ta’ ħadid u manjeżju li jikkaratterizza l-ispraġ mill-aspett kwalitattiv. Il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona ġeografika huma partikolarment favorevoli minħabba l-preżenza ta’ mikroklima adattata għal dan il-prodott ortikulturali, li hija wkoll ir-riżultat tal-prossimità relattiva tal-baħar. Bis-saħħa tat-temperaturi moderati fix-xitwa u fir-rebbiegħa, jinbtu kmieni n-nebbitiet, li normalment jibdew fil-bidu ta’ Jannar joħorġu rimjiet adattati għall-ħsad.
Is-sjuf ftit umdi u bi ftit xita jiffavorixxu t-tkabbir tal-“Asparago verde di Canino” IĠP, li l-għeruq tiegħu jobogħdu l-umdità staġnata u li l-weraq tiegħu jobogħdu l-ilma, kundizzjonijiet li jistgħu jirriżultaw f’mard fungali għall-pjanta. It-temperaturi annwali huma pjuttost uniformi b’medji ta’ kull xahar qrib is-16 °C; il-valuri medji minimi u massimi huma ta’ madwar 11 °C u 22 °C rispettivament, bl-aktar xhur kesħin osservati bejn Jannar u Frar b’temperaturi minimi li diffiċli jilħqu valuri assoluti taħt iż-0 °C. Ix-xhur l-aktar sħan huma Lulju u Awwissu, li matulhom jistgħu jiġu osservati temperaturi massimi li jistgħu jilħqu valuri assoluti ta’ madwar 32 °C. Ix-xita fiż-żona tinżel ukoll b'mod estremament omoġenju, u hija kkaratterizzata f’dawn l-aħħar snin minn akkumulazzjoni medja annwali ta’ xita ta’ ftit aktar minn 472 mm. Ix-xita hija kkonċentrata fil-perjodu tal-ħarifa u x-xitwa, filwaqt li l-perjodu niexef jikkoinċidi max-xhur tas-sajf. Għandu jissemma wkoll l-użu tal-enerġija ġeotermali għall-għelejjel f’postijiet mgħottija. L-għeruq jissaħħnu permezz ta’ pajpijiet ta’ taħt l-art li fihom jiċċirkola ilma sħun li joriġina minn saffi tal-ilma li jfawru. Matul il-perjodu tax-xitwa, il-parti li tittiekel hija protetta minn mini tal-polietilen, biex b’hekk tinżamm mikroklima sħuna, ideali għall-ispraġ.
L-“Asparago verde di Canino” għandu storja prestiġjuża, għalkemm relattivament riċenti. Is-suċċess kummerċjali u r-rabta mat-territorju jmorru lura għall-bidu tas-snin tmenin, meta ġew żviluppati l-ewwel ħiliet fl-operat tal-azjendi tal-ispraġ moderni. Fil-fatt, il-ħolqien tal-ewwel azjenda tal-ispraġ, b’erja ta’ 9 ettari kkultivati bi spraġ aħdar, imur lura għall-1980 fil-fatt.
L-għalla l-ġdida ħeġġet l-iżvilupp ta’ għodod adattati għall-ħsad tal-ispraġ aħdar u żgurat li tingħata attenzjoni speċjali għall-metodi ta’ ħsad manwali, peress li kien mifhum immedjatament li din il-fażi kienet importanti “mhux biss għall-kwalità tar-rimjiet, iżda wkoll għall-produzzjonijiet futuri. [...] Sabiex jinkisbu rimjiet rotob bi brakti stretti ħafna, kien meħtieġ li jsir ħsad frekwenti li [kellu jsir] ta’ kuljum matul il-perjodu kollu ta’ produzzjoni sħiħa, mingħajr ma jitħallew jgħaddu jumejn matul il-fażijiet tal-bidu u tat-tmiem tal-ħsad” (Saccardo F., Temperini O., Asparago: tecnica agronomica e scelta varietale, f’Arsial (ed.), Esperienze sulla coltivazione dell’asparago nel Lazio, 2004, p. 17).
Sussegwentement, sabiex jiġi estiż l-istaġun tal-produzzjoni u b’hekk iż-żmien disponibbli fis-suq, il-produtturi bdew b’suċċess l-esperimentazzjoni tal-kultivazzjoni furzata bl-użu ta’ ilma sħun, bis-saħħa tal-preżenza ta’ sorsi termali fil-pjanura ta’ Paglieto. Il-kundizzjonijiet favorevoli tal-ħamrija u tal-klima, li huma l-bażi tal-aħjar parametri għall-kultivazzjoni tal-ispraġ, wasslu għal realtà agrikola ġdida fil-muniċipalità ta’ Canino (f’Innovazione e agricoltura, 2, nru 2, 1999, p. 36 sa 39; L’Informatore agrario, nru 50, 2001, p. 45).
L-“Asparago verde di Canino” huwa apprezzat għall-konsistenza, it-togħma u n-nuqqas ta’ skart tiegħu, u huwa għalhekk li jissejjaħ “mangiatutto” (li jittiekel kollu). Huwa għalhekk li l-gwida Frutta e ortaggi in Italia tat-Touring Club Taljan tiddefinixxih, filwaqt li telenkah fost l-iktar varjetajiet popolari fil-livell nazzjonali (Cabrini L., Malerba F., Frutta e ortaggi in Italia, TCI, Milan, 2005, p. 49). Jissejjaħ ukoll “mangiatutto” (li jittiekel kollu) fil-volum 1001 specialità della cucina italiana da provare almeno una volta nella vita, fejn huwa wieħed mill-prodotti eċċellenti tar-reġjun ta’ Lazio (Machado A., Prete C., Newton Compton, 2015, p. 297 sa 299).
Dan il-prodott huwa rikonoxxut bħala wieħed mill-aktar importanti fit-Toskana, inkluż minn gazzetti li jiffokaw fuq is-suġġett tal-ikel bħal La Repubblica (repubblica.it/cronaca/2013/04/26/), Corriere della Sera (viaggi.corriere.it/weekend/), Libero, Quotidiano.net (. quotidiano.net/viaggiesapori/), il Tempo (tempo.it/i-consigli-di-fuoriporta/2017/04/21/) jew rivisti tat-tisjir bħal Mondo Mangiare (mangiare.moondo.info).
Fl-2006, l-“Asparago verde di Canino” ġie inkluż fil-proġett Leader Plus 2000/2006 – Gal degli Etruschi, bħala wieħed mill-prodotti “identifikabbli ħafna” mat-territorju, li, għalkemm mhux prodott “b’xi forma ta’ rikonoxximent pubbliku (DPO, IĠP, IGT, eċċ.), huwa ta’ importanza konsiderevoli għal ċerti muniċipalitajiet fir-reġjun, kemm mill-aspett ta’ kwantità kif ukoll ta’ kwalità”.
Mill-2001, il-muniċipalità ta’ Canino u l-muniċipalità ta’ Montalto di Castro organizzaw fieri annwali għall-promozzjoni u t-tixrid tal-ispraġ aħdar. B’mod partikolari, il-festival tal-“Asparago verde di Canino” huwa magħruf għat-tħejjija ta’ “froġa enormi” abbażi tal-ispraġ, li ta lil din il-muniċipalità tal-provinċja ta’ Viterbo r-rekord tal-“akbar froġa fid-dinja” (Gazzetta_25/04/2010; Messaggero_11/05/2016).
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-internet li ġej:
http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335”
Jew:
billi żżur direttament il-paġna ewlenija tas-sit tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (Kwalità) fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin, imbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (Prodotti DOP, IĠP u STG) fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin, u fl-aħħar nett tagħfas fuq “Disciplinari di produzione all’esame dell’UE” (Speċifikazzjonijiet tal-Prodott sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Unjoni Ewropea).
|
18.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/32 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2023/C 253/10)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Coteaux champenois”
PDO-FR-A1364-AM03
Data tal-komunikazzjoni: 20.4.2023
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Taħlita tal-varjetajiet
Fl-ewwel paragrafu tat-taqsima V tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott żdied il-kliem “- il-varjetajiet tad-dwieli ewlenin:” għax żdiedet varjetà għal skopijiet ta’ adattament, Voltis B.
Il-varjetà Voltis żdiedet mal-lista tal-varjetajiet tad-dwieli fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din il-varjetà reżistenti għall-moffa żajbrija u għall-moffa hija interessanti f’termini tat-tnaqqis tal-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Hija limitata għal 5 % tat-taħlita tal-varjetajiet u għal 10 % tat-taħlita tal-inbejjed.
Fit-tieni paragrafu tat-taqsima V tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, żdiedu r-regoli dwar il-proporzjon tal-azjenda.
|
(a) |
Il-proporzjon tal-varjetajiet ewlenin tad-dwieli huwa ta’ 95 % jew aktar tat-taħlita tal-varjetajiet. |
|
(b) |
Il-proporzjon tal-varjetà Voltis B huwa ta’ 5 % jew inqas tat-taħlita tal-varjetajiet. |
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat b’dawn l-emendi.
2. Densità tat-tħawwil
Fil-parti a) tal-ewwel paragrafu tat-taqsima VI tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ir-regoli ġenerali dwar id-densità ġew emendati biex jippermettu fit-tħawwil wisa’ bejn il-flanni superjuri u wisa’ bejn il-pjanti inferjuri.
Dawn ir-regoli l-ġodda deċiżi wara bosta snin ta’ esperimentazzjoni se jiffaċilitaw l-adattament tal-vinji għat-tibdil fil-klima u għall-implimentazzjoni tal-prattiki agroambjentali. It-tnaqqis tal-wisa’ minima bejn il-pjanti jikkumpensa parzjalment għal densitajiet aktar baxxi fit-tħawwil.
Din l-emenda twassal għal emenda fil-punt 5 tad-Dokument Uniku.
3. Regoli dwar iż-żbir
Fil-parti b) tal-ewwel paragrafu tat-taqsima VI tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-formolazzjoni tal-metodi taż-żbir: Chablis, cordon (de Royat), vallée de la Marne u guyot sempliċi jew doppju, ġiet emendata biex jitqiesu r-regoli l-ġodda dwar id-densità.
Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
4. Prattiki oħra tal-kultivazzjoni
Fit-tieni paragrafu tat-taqsima VI tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott żdiedu żewġ prattiki tal-kultivazzjoni:
|
— |
L-ispazju bejn il-flanni jrid ikun miksi bil-ħaxix, spontanju jew miżrugħ, mit-30 ta’ Novembru sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara. |
|
— |
It-tħawwil tad-dwieli u s-sostituzzjonijiet jitwettqu bi pjanti li l-komponenti kollha tagħhom (brokkijiet u salvaġġ) ikunu ġew trattati bil-misħun qabel it-tilqim. Inkella, il-pjanti jiġu trattati bil-misħun qabel it-tħawwil. It-trattament bil-misħun għandu jsir f’impjant approvat minn FranceAgriMer. |
Dawn ir-regoli l-ġodda għandhom objettiv agroekoloġiku.
Dawn iż-żidiet ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
5. Rendimenti - tneħħija ta’ reżidwi
Fil-parti a) tal-ħames paragrafu tat-taqsima VIII tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ir-reżidwi li jirriżultaw mill-għasir jitneħħew qabel il-“31 ta’ Jannar ta’ wara l-ħsad” minflok fil-“15 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħsad”.
Id-data limitu għat-tneħħija ġiet estiża minħabba d-diffikultajiet għall-impriżi tal-irkupru ta’ dawn ir-reżidwi biex jiżguraw il-ġbir kollu mill-operaturi sal-ewwel data ta’ skadenza.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
6. Ipproċessar
Fil-parti c) tat-tieni paragrafu tat-taqsima IX tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, żdiedet ir-regola li ġejja:
L-inbejjed isiru minn varjetà waħda jew aktar. Ma jistgħux isiru biss mill-varjetà għal skopijiet ta’ adattament.
Il-proporzjon tal-varjetà/varjetajiet prinċipali tad-dwieli jrid ikun ta’ 90 % jew aktar tat-taħlita.
Il-proporzjon tal-varjetà għal skopijiet ta’ adattament huwa ta’ 10 % jew inqas tat-taħlita.
L-introduzzjoni ta’ varjetà waħda jew aktar għal skopijiet ta’ adattament tirrikjedi li l-inbejjed li jsiru minnhom jirrappreżentaw massimu ta’ 10 % tat-taħlita fil-prodott lest.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
7. Dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni
Fit-tielet paragrafu tat-taqsima I tal-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, id-data stabbilita għar-ritorn ta’ din id-dikjarazzjoni hija l-“31 ta’ Lulju” minflok il-“15 ta’ Awwissu”.
Din id-data l-ġdida hija aktar konvenjenti għall-operaturi.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
8. Dikjarazzjoni ta’ intenzjoni ta’ bbottiljar
Fit-taqsima I tal-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, żdiedet dikjarazzjoni ta’ intenzjoni ta’ bbottiljar billi nħoloq punt 4.
Dan l-obbligu ta’ dikjarazzjoni se jiżgura li jitwettqu l-kontrolli organolettiċi fuq inbejjed ibbottiljati.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
9. Referenzi dwar l-istruttura ta’ kontroll
Fit-taqsima II tal-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-indirizz tal-istruttura ta’ kontroll ġie aġġornat.
It-tieni paragrafu ġie emendat fil-formulazzjoni tiegħu u t-tielet paragrafu tħassar sabiex ikun hemm konformità mar-regoli l-ġodda tal-abbozzar fil-punt II tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott.
Id-Dokument Uniku ma ġiex affettwat minn din l-emenda.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet
Coteaux champenois
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Karatteristiċi analitiċi
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed huma nbejjed bojod, rożè u ħomor bla gass.
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 9 %.
Fil-każ ta’ arrikkiment, l-inbejjed ma jaqbżux qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 % wara l-arrikkiment.
L-inbejjed għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ 3 grammi jew inqas għal kull litru. Il-fermentazzjoni malolattika titlesta għall-inbejjed ħomor. Fl-istadju tal-ippakkjar, l-inbejjed ħomor ikollhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 gramma jew inqas għal kull litru. Il-kontenuti ta’ aċidità volatili, ta’ aċidità totali u ta’ diossidu tal-kubrit huma dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
L-inbejjed ħomor għandhom lewn aħmar trasparenti b’qawwa li tvarja. L-inbejjed rożè għandhom lewn ċar li jvarja minn roża ċar għal kulur is-salamun skur. Dawn l-inbejjed huma ħfief u fini, b’sensazzjoni ta’ ħarir fil-palat u b’aromi ġeneralment ta’ frott aħmar.
Il-konsistenza tal-inbejjed bojod hija kristallina, mielħa, b’mineralità dominanti u li tiġġenera togħma persistenti sabiħa. L-aċidità naturali tagħhom tagħtihom ċerta vivaċità. Għandhom noti aromatiċi sottili bħal ta’ fjuri, frott jew minerali.
Il-maturazzjoni ġġib ix-xaħam fl-inbejjed u tikkontribwixxi għat-togħma bbilanċjata tagħhom.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
13 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1. Densità tat-tħawwil - dispożizzjonijiet ġenerali
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jitħawlu b’wisa’ bejn il-flanni li ma tistax tkun aktar minn 2 metri.
Il-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann hija ta’ bejn 0,70 metru u 1,50 metru.
It-total tal-wisa’ bejn il-flanni u tal-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann ma jistax ikun aktar minn 3 metri.
Kwalunkwe trasformazzjoni tar-roqgħa li tirriżulta f’bidla fid-densità tat-tħawwil huwa pprojbit sal-qlugħ tagħha.
2. Densità tat-tħawwil - dispożizzjonijiet partikolari
Prattika tal-kultivazzjoni
Sabiex ikunu jistgħu jgħaddu l-inġenji adattati, l-irqajja’ li għandhom
|
— |
inklinazzjoni ta’ aktar minn 35 %, |
|
— |
inklinazzjoni ta’ aktar minn 25 % assoċjata ma’ sopraelevazzjoni ta’ aktar minn 10 %, jista’ jkollhom passaġġi, b’wisa’ ta’ bejn 1,50 u 3 metri, bi frekwenza massima ta’ flann minn 6. F’dan il-każ, it-total tal-wisa’ bejn il-flanni l-oħra u tal-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann ma jistax ikun aktar minn 2,30 metri. |
3. Regoli dwar iż-żbir
Prattika tal-kultivazzjoni
Kwalunkwe trikkib bejn il-pjanti kif ukoll kwalunkwe sovrappożizzjoni tal-friegħi tal-frott huma pprojbiti.
L-għadd ta’ għejun huwa ta’ 18-il għajn jew inqas għal kull metru kwadru.
L-aktar tard, iż-żabra ssir qabel l-istadju fenoloġiku (F) (12 ta’ Lorentz), jiġifieri erba’ werqiet mifruxa.
Id-dwieli jinżabru skont it-tekniki li ġejjin:
|
— |
żabra bl-istil Chablis |
|
— |
żabra bl-istil cordon (de Royat) |
|
— |
żabra bl-istil vallée de la Marne |
|
— |
żabra bl-istil Guyot sempliċi, Guyot doppju u Guyot asimetriku |
4. Ħsad
Prattika tal-kultivazzjoni
Kwalunkwe mezz li ma jippermettix il-ħsad ta’ għenieqed sħaħ tal-għeneb huwa pprojbit.
L-għeneb għandu jiġi ttrasportat sħiħ lejn il-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-inbid.
5. Prattika enoloġika speċifika
L-użu tal-biċċiet tal-injam huwa pprojbit.
Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, l-użu ta’ faħam għall-użu enoloġika, waħdu jew imħallat fi preparazzjonijiet, huwa pprojbit.
Waqt il-proċess tal-arrikkiment, iż-żieda fil-volum tal-most tal-għeneb li jkun qed jiffermenta ma tistax taqbeż il-1,12 % għal 1 % taż-żieda fil-qawwa alkoħolika skont il-volum.
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, fir-rigward tal-prattiki enoloġiċi, l-inbejjed għandhom jirrispettaw l-obbligi stabbiliti fil-livell Komunitarju u fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.
5.2. Rendimenti massimi
1. Rendiment ta’ limitu
15 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni tal-inbejjed, inkluż il-maturazzjoni u l-ippakkjar jitwettqu fit-territorji demarkati mill-Artikolu 17 tal-liġi tas-6 ta’ Mejju 1919.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
|
|
Arbane B |
|
|
Chardonnay B |
|
|
Meunier N |
|
|
Petit Meslier B |
|
|
Pinot blanc B |
|
|
Pinot gris G |
|
|
Pinot noir N |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Informazzjoni dwar iż-żona ġeografika
Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti għar-rabta
Iż-żona ġeografika tikkorrispondi għal dik tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Champagne”. Din tinsab fil-Grigal tat-territorju Franċiż, u testendi għall-muniċipalitajiet fid-départements ta’ Aisne, Aube, Haute-Marne, Marne u Seine-et-Marne.
Bħal fiż-żona ġeografika, l-irqajja’ magħżula għall-ħsad tal-għeneb jikkorrispondu għal dawk demarkati għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Champagne. Dawn huma parti minn pajsaġġ ikkaratterizzat minn vinja tal-għoljiet li tistrieħ fuq għoljiet asimetriċi (cuestas) fil-Lvant tal-Baċir ta’ Pariġi, li huma strutturi ġeomorfoloġiċi importanti:
|
— |
il-Côte d’Ile-de-France f’Marne, kif ukoll l-inklinazzjonijiet tal-widien assoċjati, li jinkludu mit-Tramuntana san-Nofsinhar il-Montagne de Reims, il-wied ta’ Marne (li jestendi fin-Nofsinhar ta’ Aisne u sa Seine-et-Marne), il-Côte des Blancs u l-Côte du Sézannais għall-aktar setturi emblematiċi; |
|
— |
il-Côte de Champagne ma’ Vitryat ta’ Marne u mas-settur ta’ Montgueux ta’ Aube |
|
— |
il-Côte des Bar, maqsuma minn diversi widien, li tgħaqqad il-Bar-sur-aubois fil-Lvant u l-Bar-séquanais fil-Punent, f’Aube u Haute-Marne. |
Dan it-terren tipiku ta’ għolja asimetrika, bil-widien li jmissu miegħu, għandu għoljiet esposti lejn il-Lvant u n-Nofsinhar, xi kultant lejn it-Tramuntana, bħall-Montagne de Reims tat-Tramuntana u x-xatt tax-xellug tal-wied ta’ Marne.
Il-front kostali jikkonsisti f’saffi iebsa kalkarji jew ġibsin. L-inklinazzjonijiet tal-għoljiet huma ġibsin, lomin jew ramlin, aktar rotob, imnaddfa bl-erożjoni u mbagħad mgħottija bi prodotti tal-ħama mix-xtut adjaċenti.
Il-vinja tinsab fiż-żona tat-Tramuntana. Hija soġġetta għal influwenza klimatika doppja:
|
— |
oċeanika, li ġġib l-ilma fi kwantitajiet regolari b’kuntrasti termali ħfief minn staġun għall-ieħor; |
|
— |
kontinentali, responsabbli għal ġlata xi drabi distruttivi u xemx favorevoli fis-sajf. |
Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta
Lura fl-Antikwità, id-dielja kienet stabbilita sew f’Champagne fis-Seklu IX, wara l-iżvilupp tal-vitikultura monastika. Għaldaqstant l-inbejjed kienu magħrufa matul il-Medju Evu taħt l-isem ta’ Vins de France minħabba li jiġu prodotti fil-Baċir ta’ Pariġi, li jmiss mad-dominju rjali.
Sas-Seklu XVIII, il-provinċja ta’ Champagne kienet primarjament produttur tal-inbid aħmar. Skont Pierre Galet, il-produzzjoni tagħhom tiddomina ħafna lil dik tal-inbejjed bojod u rożè (msejħin “paillets”) qabel il-kontroll tal-fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun. Fis-seklu XIX, il-fama tal-inbejjed spumanti ta’ Champagne kibret filwaqt li l-produzzjoni tal-inbejjed ħomor naqset. Huma biss ftit inbejjed importanti prodotti fil-Montagne de Reims, fil-Grande Vallée de la Marne u fl-Aube li żammu reputazzjoni tajba.
Il-liġi tat-22 ta’ Lulju 1927, li tirriżerva d-denominazzjoni “Champagne” għall-inbejjed spumanti biss, introduċiet l-indikazzjoni “Vins originaires de la Champagne viticole”, li mbagħad, mill-1953 ’il quddiem, bdew jissejħu “Vins natures de Champagne”. Riabilitati bis-saħħa tal-isforzi ta’ xi vitikulturisti li komplew it-tradizzjoni ta’ dawn il-“vins natures”, l-inbejjed ġew rikonoxxuti bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Coteaux champenois fl-1974, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi tat-12 ta’ Diċembru 1973, li tipprojbixxi l-użu tad-denominazzjoni sempliċi “vins natures de la Champagne”.
L-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Coteaux champenois jiġu prodotti biss jekk il-karatteristiċi tal-ħsad ikunu adattati għall-produzzjoni tal-inbejjed bla gass. Il-produzzjoni tagħhom hija għalhekk varjabbli ħafna.
Sabiex jevitaw kwalunkwe prattika frawdolenti marbuta mal-inbejjed li jiċċirkolaw bl-ingrossa, il-produtturi talbu li tiġi promulgata l-liġi tat-23 ta’ Mejju 1977 li tipprojbixxi kwalunkwe spedizzjoni, għajr fi fliexken, ta’ nbejjed prodotti taħt id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Coteaux champenois, bl-eċċezzjoni tal-movimenti ġewwa ż-żona demarkata ta’ Champagne bejn l-operaturi ta’ Champagne.
Il-produzzjoni hija ġestita mill-istess organizzazzjonijiet professjonali bħal dawk stabbiliti għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Champagne”, jiġifieri s-Syndicat général des vignerons de Champagne (stabbilit fl-1904) u l-Union des Maisons de Champagne (imwaqqfa fl-1882), miġbura fil-Comité Interprofessionnel des Vins de Champagne (stabbilit fl-1941).
8.2. Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott
Dawn huma nbejjed bla gass ħomor, bojod u rożè, spiss deskritti bl-isem tal-muniċipalità fejn jinħasad l-għeneb.
L-inbejjed ħomor għandhom lewn aħmar trasparenti b’qawwa li tvarja u l-inbejjed rożè għandhom lewn ċar li jvarja minn roża ċar għal kulur is-salamun skur. Dawn l-inbejjed huma ħfief u fini, b’sensazzjoni ta’ ħarir fil-palat u b’aromi ġeneralment ta’ frott aħmar.
Il-konsistenza tal-inbejjed bojod hija kristallina, mielħa, b’mineralità dominanti u li tiġġenera togħma persistenti sabiħa. L-aċidità naturali tagħhom tagħtihom ċerta vivaċità. Għandhom noti aromatiċi sottili bħal ta’ fjuri, frott jew minerali.
It-tqaddim iżid ix-xaħam fl-inbid u jikkontribwixxi għat-togħma bbilanċjata tiegħu.
8.3. Interazzjonijiet kawżali
Il-ftuħ kbir tal-pajsaġġ tat-tliet għoljiet asimetriċi fuq il-pjanura u l-widien jiżgura li l-vinji jkollhom biżżejjed dawl għall-maturazzjoni tal-għeneb, kif ukoll għall-esponiment lejn it-Tramuntana. L-esponiment lejn il-Lvant u n-Nofsinhar tal-aktar setturi tradizzjonali magħrufa għall-produzzjoni tal-Coteaux champenois jesponi lill-vinji għall-aktar dawl fir-rebbiegħa u fil-ħarifa, li għaldaqstant joffri l-kundizzjonijiet ottimali għall-fjoritura tal-vinja u għall-maturazzjoni tal-għeneb.
Il-pajsaġġ miftuħ jevita l-istaġnar tal-arja kiesħa u għalhekk inaqqas ir-riskju ta’ ġlata. Madankollu, il-klima tar-reġjun ta’ Champagne tirrikjedi li l-produtturi tal-inbid jagħżlu biss l-għeneb b’saħħtu mill-aktar snin moderati, magħżul mill-aqwa rqajja’ tal-art, l-aktar spiss dwieli qodma, u li jinħasdu meta l-għeneb ikun kompletament misjur.
L-inklinazzjoni tal-għoljiet ta’ vitikultura tiżgura l-aħjar skular naturali, iggarantit ukoll mid-diversi sottostrati li jippermettu regolazzjoni idrika naturali tad-dwieli. Il-ġibs, minħabba l-porożità u l-permeabilità tiegħu, jelimina l-ilma żejjed, filwaqt li jiżgura li l-ħamrija tiġi riidratata f’temp xott permezz ta’ elevazzjonijiet kapillari. Is-sottoswoli l-oħra jikkombinaw mal-livelli tal-lom, li jipprovdu r-riżerva tal-ilma, kemm banek kalkarji kif ukoll ramel karbonizzat, b’dan tal-aħħar jippermetti li l-ilma żejjed jiġi infiltrat minn perjodi umdi. Dan it-tip ta’ sottoswol u dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi delikati ggwidaw it-tħawwil tal-varjetajiet tad-dwieli fid-diversi reġjuni tal-vinja.
Is-sitwazzjoni klimatika unika ta’ Champagne tagħti lill-għeneb, u mbagħad lill-inbejjed aċidità naturali, li tiddetermina l-karattru vivaċi tal-inbid ipperċepit waqt id-dewqan u li tenfasizza n-noti minerali dovuti għas-sottostrat.
L-inbejjed spiss jiġu minn għeneb iswed li, skont Jules Guyot, huwa aktar reżistenti għall-effett tal-ġlata u tax-xita u li jimmatura aktar malajr. Fl-1822, André Jullien ikklassifika, “[l-aħmar] ta’ Verzy, Verzenay, Mailly, Saint-Basle, Bouzy u l-irqajja’ ta’ Saint-Tierry fost l-aqwa nbejjed ta’ Franza, meta jiġu minn snin li t-temperatura kienet sħuna u niexfa ħafna”.
Il-vinifikazzjoni tal-inbejjed ħomor jew rożè, permezz ta’ maċerazzjoni ftit jew wisq qasira, tirrispetta bl-aħjar mod l-aromi tal-varjetajiet pinot noir N u meunier kif ukoll l-iżvilupp tagħhom matul il-fermentazzjoni. Għall-inbejjed bojod, il-preservazzjoni tal-integrità tal-għeneb mill-ħsad u mill-għasir ħafif, skont il-prattiki ta’ Champagne, tippermetti li jiġi evitat il-kulur tal-meraq li ġej mill-għeneb iswed u b’hekk tiġi ggarantita ċ-ċarezza tal-inbid.
L-inbejjed ħomor tal-provinċja ta’ Champagne jidhru fost l-inbejjed importanti fil-koronazzjonijiet f’Reims mill-1328 (Philippe de Valois), b’apprezzament partikolari għall-finezza naturali tal-riħa tagħhom. Sovrani importanti tal-Ewropa akkwistaw dwieli fil-Montagne de Reims, u Enriku IV kien ħerqan li jikseb it-titlu ta’ Sinjur ta’ Ay. L-assaġġaturi fini tal-qorti ta’ Luiġi XIV, imsejħa “l’ordre des Coteaux”, taw il-benedizzjoni tagħhom lill-fama u lirr-reputazzjoni ta’ dawn l-inbejjed: “Tixxaħħaħx meta tixtri l-inbid ta’ Champagne”, kiteb Saint Evremond fl-1671 lill-Konti ta’ Olonne. “Ma hemm l-ebda provinċja li tipproduċi nbejjed aktar eċċellenti għall-istaġuni kollha minn Champagne”.
Ħafna dokumenti mis-seklu XVII sas-seklu XIX jirrakkontaw dan it-tifħir; dawn l-inbejjed huma “distinti fost l-aqwa inbejjed fini fir-Renju”; klassifikazzjoni li tahom André Jullien fl-1822. Bis-saħħa tal-professjonaliżmu tal-produtturi tagħha, din l-fama għadha tippersisti sal-lum. Wieħed għandu jduq dawn l-inbejjed b’rispett u kurżità għall-istorja, filwaqt li jirrifletti dwar il-fatt li huma ssopravissew iż-żminijiet antiki.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Isem addizzjonali
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-tikkettar tal-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li:
|
— |
tkun post elenkat fil-katast; |
|
— |
l-isem ikun jidher fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. |
L-indikazzjoni ta’ post imsemmi huwa awtorizzat biss jekk l-għeneb kollu użat għall-produzzjoni tal-inbejjed ikun għeneb li jkun ġej mill-post imsemmi rilevanti.
Indikazzjoni tal-varjetà tad-dwieli
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Il-varjetà tad-dwieli tista’ tiġi indikata b’ittri li d-daqs tagħhom, kemm fil-għoli kif ukoll fil-wisa’, ma jaqbiżx it-3 millimetri u n-nofs tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.
Varjetà ta’ dwieli tista’ tintalab biss jekk l-għeneb kollu jkun magħmul mill-varjetà tal-għeneb.
Ippakkjar
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Il-liġi tat-23 ta’ Mejju 1977 tipprojbixxi kwalunkwe spedizzjoni, għajr fi fliexken, ta’ nbejjed prodotti taħt id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Coteaux champenois, bl-eċċezzjoni tal-movimenti ġewwa ż-żona demarkata ta’ Champagne bejn l-operaturi ta’ Champagne.
Wara l-maturazzjoni, l-inbejjed jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur, mill-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-0f9a38f5-d783-4774-bd86-7a2d39ae9f7b