ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 66 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 249/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11104 — HUTCHISON PORTS SOKHNA / GOLDEN CHANCE INVESTMENT ENTERPRISE / CMA TERMINALS / JV) ( 1 ) |
|
2023/C 249/02 |
|
III Atti preparatorji |
|
|
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW |
|
2023/C 249/03 |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 249/04 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 249/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (M.11147 – NESTLE / PAI PARTNERS / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2023/C 249/06 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11173 – HEDIN/TORPEDO) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2023/C 249/07 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11202 – FORTUM MARKETS / TELGE ENERGI) — Każ kandidat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2023/C 249/08 |
||
2023/C 249/09 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
14.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.11104 — HUTCHISON PORTS SOKHNA / GOLDEN CHANCE INVESTMENT ENTERPRISE / CMA TERMINALS / JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 249/01)
Fis-7 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11104. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
14.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/2 |
Il-pjattaformi online kbar ħafna u l-magni tat-tiftix kbar ħafna deżinjati skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (1)
(2023/C 249/02)
Servizz deżinjat |
Tip |
Data tad-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni |
Data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE |
AliExpress |
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
Amazon Store |
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
App Store |
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
Bing |
Magna tat-tiftix kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
Booking.com |
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
|
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
Google Maps |
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
Google Play |
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
Google Search |
Magna tat-tiftix kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
Google Shopping |
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
|
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
|
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
|
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
Snapchat |
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
TikTok |
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
|
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
YouTube |
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
Wikipedia |
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
Zalando |
Pjattaforma online kbira ħafna |
Il-25 ta’ April 2023 |
l-14 ta’ Lulju 2023 |
(1) Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).
III Atti preparatorji
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
14.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/3 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-6 ta' Ġunju 2023
dwar il-proposta għal direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva
(CON/2023/15)
(2023/C 249/03)
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-23 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-proposta għal direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (1) (minn hawn ’il quddiem id-“direttiva proposta”).
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jagħti opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar id-direttiva proposta. Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompiti tal-BĊE dwar superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 127(6) tat-Trattat u l-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali għat-tmexxija bla xkiel ta’ politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet Ġenerali
1.1. |
Id-direttiva proposta timponi obbligi fuq ċerti kumpaniji kbar biex iwettqu d-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali (2), inkluż l-identifikazzjoni ta’ impatti negattivi reali u potenzjali (3), l-integrazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-politiki tal-kumpaniji (4), il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-impatti negattivi (5), l-istabbiliment ta’ proċedura tal-ilmenti (6), il-miżuri u l-politiki ta’ monitoraġġ (7), u r-rapportar (8). Għal dan l-għan, id-direttiva proposta tiddefinixxi “kumpanija” li tapplika għaliha bħala li tinkludi “impriża finanzjarja regolata’ (9), li, min-naħa tagħha, tinkludi, fost l-oħrajn, istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (minn hawn ’il quddiem ‘istituzzjoni ta’ kreditu’, u kollettivament ‘istituzzjonijiet ta’ kreditu’). |
1.2. |
Barra minn hekk, id-direttiva proposta tirrikjedi li l-kumpaniji li għalihom tapplika jieħdu miżuri xierqa biex jidentifikaw l-impatti negattivi attwali u potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-impatti ambjentali negattivi li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tagħhom stess jew dawk tas-sussidjarji tagħhom u, fejn relatati mal-ktajjen tal-valur tagħhom, mir-relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti tagħhom (11). Fil-każ ta’ impriżi finanzjarji regolati, inklużi istituzzjonijiet ta’ kreditu, it-terminu ‘katina tal-valur’ huwa definit fid-direttiva proposta bħala li jinkludi l-attivitajiet tal-klijenti li jirċievu self, kreditu u servizzi finanzjarji oħra (12). Filwaqt li d-drittijiet tal-bniedem u d-diliġenza dovuta ambjentali jaqgħu barra mill-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE, id-direttiva proposta jista’ jkollha implikazzjonijiet prattiċi importanti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Minn din il-perspettiva, huwa rrakkomandat li d-direttiva proposta tipprevedi arranġamenti għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mad-direttiva proposta u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inkluż il-BĊE. F’dan ir-rigward, il-BĊE jinnota li l-koleġiżlaturi tal-Unjoni stabbilixxew arranġamenti għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji prudenzjali minn naħa waħda, u l-awtoritajiet superviżorji kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola oqsma oħra ta’ attività li jaqgħu barra mill-kompetenzi tal-BĊE għas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, min-naħa l-oħra. Tali arranġamenti ġew stabbiliti, pereżempju, fl-oqsma tar-rekwiżiti tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (13), is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (14), u l-infrastrutturi tas-suq (15). |
1.3. |
Id-direttiva proposta tintroduċi responsabbiltà ċivili għall-kumpaniji li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jipprevjenu impatti negattivi potenzjali u li jtemmu l-impatti negattivi reali, jekk dan in-nuqqas iwassal għal danni (16). Filwaqt li jeħtieġ li jiġu ddefiniti aktar dettalji tar-reġim tar-responsabbiltà ċivili (pereżempju, id-definizzjoni ta’ danni koperti u l-oneru tal-provi), huwa mistenni li r-riskji ta’ litigazzjoni għall-banek jistgħu jiżdiedu b’mod sostanzjali bħala riżultat ta’ dan ir-reġim ta’ responsabbiltà. L-aspettattiva tal-BĊE hija li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt superviżjoni jimmaniġġjaw dawn ir-riskji f’konformità mal-aspettattivi superviżorji prudenzjali tal-BĊE kkomunikati mill-BĊE. Ta’ min jinnota f’dan il-kuntest li l-BĊE s’issa ħa approċċ ibbażat fuq ir-riskju meta vvaluta l-iskopertura ta’ bank għar-riskji ta’ governanza soċjali ambjentali (ESG). Pereżempju, il-BĊE kkomunika li l-banek jeħtieġ li jifhmu l-konsegwenzi li t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli tinvolvi għat-tranżazzjonijiet u l-iskoperturi tagħhom, u li dawn ir-riskji jiġu riflessi fl-istrateġija ġenerali tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju (17). Minn din il-perspettiva, is-self kontinwu għall-finanzjament ta’ attivitajiet li huma esposti għal riskji ta’ tranżizzjoni għoljin jista’ jitqies bħala konsistenti ma’ ġestjoni tajba tar-riskju biss jekk min jissellef ikollu pjan ta’ tranżizzjoni kredibbli u bbażat fuq ix-xjenza u allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi (18) biex jiġġestixxi u jnaqqas ir-riskju ta’ tranżizzjoni tiegħu maż-żmien. B’mod partikolari, il-ġestjoni tajba tar-riskju ta’ tranżizzjoni tinkludi wkoll il-ġestjoni tajba tar-riskju ta’ litigazzjoni. F’dan il-kuntest, il-BĊE jenfasizza li l-introduzzjoni ta’ responsabbiltà ċivili relatata mal-impatt negattiv ta’ tali self jeħtieġ li tqis u tirrikonoxxi r-rwol tal-ippjanar ta’ tranżizzjoni fil-korporazzjonijiet. F’konformità mal-approċċ superviżorju msemmi hawn fuq, is-self biex jiġu ffinanzjati attivitajiet li huma esposti għal riskji ta’ tranżizzjoni għoljin jista’ madankollu jitqies bħala konsistenti ma’ approċċi sodi ta’ ġestjoni tar-riskju, sakemm il-kontribuzzjoni marġinali tal-attivitajiet maħsuba jew imwettqa tibqa’ koerenti ma’ pjanijiet ta’ tranżizzjoni kredibbli. Dan huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-banek ikunu jistgħu jiffinanzjaw sforzi ta’ tranżizzjoni għall-klijenti li għadhom mhumiex – iżda li għandhom pjanijiet li jsiru – allinjati mal-għanijiet klimatiċi tal-UE u l-Ftehim ta’ Pariġi. |
1.4. |
Id-Direttiva proposta timponi obbligu fuq dawk il-kumpaniji li għalihom tapplika biex jadottaw pjan ta’ tranżizzjoni biex jiġi żgurat li l-mudell u l-istrateġija tan-negozju tal-kumpanija jkunu kompatibbli mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1.5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi (19). B’mod speċifiku, kumpanija għandha tinkludi objettivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-pjan tagħha jekk il-kumpanija tidentifika t-tibdil fil-klima bħala riskju prinċipali. Filwaqt li l-obbligu li jiġi adottat pjan ta’ tranżizzjoni huwa impost mid-direttiva proposta, il-kontenut u r-rekwiżiti prattiċi għall-iżvelar ta’ pjan ta’ tranżizzjoni huma preskritti separatament fid-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) (minn hawn” il quddiem id-“Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà” jew is-“CSRD”). Il-koordinazzjoni mill-qrib u l-koerenza bejn id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tad-direttiva proposta u s-CSRD huma għalhekk tal-akbar importanza. Il-BĊE jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati l-konsistenza u l-interoperabbiltà għall-pjanijiet ta’ tranżizzjoni skont dawn iż-żewġ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni kif meħtieġ skont id-direttiva proposta u s-CSRD jistgħu jvarjaw kemm fl-għanijiet kif ukoll fl-iskop tagħhom mill-pjanijiet ta’ tranżizzjoni meħtieġa minn perspettiva prudenzjali taħt id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) (minn hawn ’il quddiem id-“Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta” Kapital’ jew “CRD”), li bħalissa qed tiġi rriveduta. Is-CRD għandha l-għan li tiżgura li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jivvalutaw b’mod komprensiv ir-riskji ESG u jinkorporaw kunsiderazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem ta’ dawk ir-riskji fl-istrateġiji, l-ipprezzar, il-monitoraġġ kontinwu tar-riskju, u l-ġestjoni tagħhom, bil-ħsieb li tiġi żgurata r-reżiljenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu. |
1.5. |
Id-direttiva proposta tagħti mandat lill-Istati Membri biex jaħtru awtorità superviżorja waħda jew aktar biex jissorveljaw il-konformità mal-obbligi stabbiliti fiha (22). F’dak il-kuntest, l-awtoritajiet attwalment maħtura bħala awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni ta’ impriżi finanzjarji regolati jistgħu wkoll jinħatru bħala awtoritajiet superviżorji għall-finijiet tad-direttiva proposta fir-rigward ta’ dawk l-impriżi finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva proposta (23). Il-BĊE jenfasizza li s-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fid-direttiva proposta tirrappreżenta kompitu distint mill-kompiti prudenzjali tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK) fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) (24). Jekk l-ANK fi ħdan l-MSU għandhom jinħatru bħala awtorità superviżorja mill-Istati Membri skont id-direttiva proposta, jenħtieġ li dawn jiġu pprovduti bil-mezzi u r-riżorsi biex iwettqu dawk il-kompiti l-ġodda mingħajr detriment għar-responsabbiltajiet prudenzjali attwali tagħhom. Barra minn hekk, il-BĊE jtenni l-ħtieġa għal arranġamenti xierqa għall-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-obbligi tagħhom skont id-direttiva proposta minn naħa, u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inkluż il-BĊE, min-naħa l-oħra. Dawn l-arranġamenti għandhom jgħinu biex jiġu evitati, kemm jista’ jkun, rekwiżiti ta’ rapportar doppju bla bżonn u teħid ta’ deċiżjonijiet inkonsistenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu sorveljati. |
1.6. |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Netwerk Ewropew tal-Awtoritajiet Superviżorji magħmul mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji maħtura mill-Istati Membri, li għalih il-Kummissjoni tista’ tistieden il-parteċipazzjoni tal-aġenziji Ewropej bl-għan li jiskambjaw informazzjoni, jipprovdu assistenza reċiproka u jistabbilixxu miżuri għal kooperazzjoni effettiva (25). Id-direttiva proposta ġustament teskludi l-possibbiltà li l-BĊE jingħata l-kompitu li jissorvelja l-konformità mad-direttiva proposta minn dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li huma taħt is-superviżjoni diretta tiegħu. Dan huwa konsistenti mal-fehma tal-BĊE li dan il-kompitu ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompiti superviżorji prudenzjali li jistgħu jiġu kkonferiti lill-BĊE skont l-Artikolu 127(6) tat-Trattat. Madankollu, il-BĊE jqis li huwa ta’ importanza ewlenija li n-Netwerk Ewropew ta’ Awtoritajiet Superviżorji propost jiġi estiż biex jinkludi l-BĊE fil-kapaċità tiegħu bħala superviżur prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dan jiżgura koordinazzjoni u jipprovdi bażi legali soda għall-istabbiliment ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet superviżorji maħtura skont id-direttiva proposta, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawk l-impriżi finanzjarji regolati li jaqgħu taħt is-superviżjoni prudenzjali diretta tal-BĊE (jiġifieri i stituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti), iżda li fl-istess ħin ikunu soġġetti għas-superviżjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali maħtura mill-Istati Membri għall-finijiet tad-direttiva proposta. |
1.7. |
Id-direttiva proposta tipprovdi definizzjoni tal-katina tal-valur tal-impriżi finanzjarji regolati. Dan jista’ jkollu impatt fuq l-oqfsa regolatorji futuri, pereżempju, l-Istandards Ewropej għar-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà prodotti mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju (26), li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-CSRD. Id-definizzjoni għandha tiġi vvalutata bir-reqqa fil-kuntest ta’ oqfsa regolatorji prudenzjali, peress li tista’ ma tkunx xierqa għall-użu f’oqfsa regolatorji prudenzjali. Dan għaliex mill-perspettiva tas-superviżjoni prudenzjali huwa importanti li l-impriżi finanzjarji regolati jkollhom ħarsa ġenerali komprensiva tar-riskji ta’ tranżizzjoni inerenti fil-katina tal-valur tagħhom. Bħala tali, tista’ tkun meħtieġa analiżi aktar fil-fond u kunsiderazzjoni ulterjuri tad-definizzjoni tal-katina tal-valur sa fejn din tkun relatata ma’ impriżi finanzjarji regolati. |
1.8. |
Fl-aħħar nett, il-BĊE jenfasizza l-importanza ta’ dħul fis-seħħ gradwali u ordnat tad-direttiva proposta sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jaġġustaw il-proċessi interni u r-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom biex jakkomodaw ir-rekwiżiti l-ġodda. Dan huwa ta’ importanza partikolari sabiex l-impriżi finanzjarji regolati jkunu jistgħu jiżguraw rivalutazzjoni ordnata tar-riskji u jevitaw effetti ta’ preċipizju li jistgħu jiġġeneraw terminazzjonijiet f’daqqa tas-servizzi finanzjarji b’effetti potenzjalment negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja.
Fejn il-BĊE jirrakkomanda li d-direttiva proposta tiġi emendata, qegħdin jiġu fformulati proposti speċifiċi tal-abbozzar f'dokument ta' ħidma tekniku separat flimkien ma' test spjegattiv f'dan is-sens. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fuq l-EUR-Lex. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Ġunju 2023.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) COM (2022) 71 final.
(2) Ara l-Artikolu 4 tad-direttiva proposta.
(3) Ara l-Artikolu 6 tad-direttiva proposta.
(4) Ara l-Artikolu 5 tad-direttiva proposta.
(5) Ara l-Artikoli 7 u 8 tad-direttiva proposta.
(6) Ara l-Artikolu 9 tad-direttiva proposta.
(7) Ara l-Artikolu 10 tad-direttiva proposta.
(8) Ara l-Artikolu 11 tad-direttiva proposta.
(9) Ara l-Artikolu 3, il-punt (a)(iv), tad-direttiva proposta.
(10) Ara l-Artikolu 4(1), il-punt 1, tar-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(11) Ara l-Artikolu 6(1) tad-direttiva proposta.
(12) Ara l-Artikolu 3, il-punt (g), tad-direttiva proposta.
(13) Ara l-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73); il-paragrafi 3.1 sa 3.8 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2022/4. L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma disponibbli fuq l-EUR-Lex.
(14) Ara l-Artikolu 79 tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(15) Ara l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(16) Ara l-Artikolu 22 tad-direttiva proposta.
(17) Ara l-‘Gwida dwar ir-riskji relatati mal-klima u l-ambjent’ (Guide on climate-related and environmental risks) tal-BĊE, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE dwar is-superviżjoni bankarja fuq www.bankingsupervision.europa.eu. Ara wkoll l-istqarrija għall-istampa ‘Il-BĊE jistabbilixxi skadenzi għall-banek biex jittrattaw ir-riskji klimatiċi’ (ECB sets deadlines for banks to deal with climate risks), disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE dwar is-superviżjoni bankarja fuq www.bankingsupervision.europa.eu
(18) Ara d-diskors ta’ Frank Elderson, ‘“Running up that hill” – how climate-related and environmental risks turned mainstream in banking supervision and next steps for banks’ [Nitilgħu l-għolja – kif ir-riskji relatati mal-klima u l-ambjent saru integrati fis-superviżjoni bankarja u l-passi li jmiss għall-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju tal-banek], disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu
(19) Ara l-Artikolu 15 tad-direttiva proposta.
(20) Ara d-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15).
(21) Ara l-Artikolu 76 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(22) Artikolu 17(1) tad-direttiva proposta.
(23) Artikolu 17(5) tad-direttiva proposta.
(24) Ara l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p.63).
(25) L-Artikolu 21 tad-direttiva proposta.
(26) Ara l-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, “L-ewwel sett ta’ abbozzi tal-ESRS” (First Set of draft ESRS), Novembru 2022, disponibbli fuq is-sit web tal-EFRAG fuq www.efrag.org
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
14.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/7 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-13 ta' Lulju 2023
(2023/C 249/04)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1182 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
154,84 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4523 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,85553 |
SEK |
Krona Żvediża |
11,5100 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
0,9644 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
146,90 |
NOK |
Krona Norveġiża |
11,2480 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
23,752 |
HUF |
Forint Ungeriż |
375,15 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4323 |
RON |
Leu Rumen |
4,9433 |
TRY |
Lira Turka |
29,2478 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6299 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4714 |
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,7481 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7580 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4816 |
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 418,67 |
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
20,2148 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,0098 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 727,49 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,1280 |
PHP |
Peso Filippin |
60,780 |
RUB |
Rouble Russu |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,667 |
BRL |
Real Brażiljan |
5,3747 |
MXN |
Peso Messikan |
18,9248 |
INR |
Rupi Indjan |
91,7935 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
14.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(M.11147 – NESTLE / PAI PARTNERS / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 249/05)
1.
Fit-3 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
PAI Partners S.à.r.l. (“PAI Partners”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn PAI Partners S.A.S. (Franza), |
— |
Nestlé S.A. (“Nestlé”, l-Iżvizzera), |
— |
In-negozju tal-pizza ffriżata ta’ Nestlé (iktar ’il quddiem “JV”, il-Lussemburgu), ikkontrollat minn Nestlé. |
PAI Partners u Nestlé se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
PAI Partners: tamministra fondi ta’ ekwità privata li jakkwistaw kumpaniji attivi fis-setturi li ġejjin: is-servizzi tan-negozju, l-ikel, il-konsumatur, l-industriji ġenerali, u l-kura tas-saħħa, |
— |
Nestlé: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ varjetà kbira ta’ prodotti tal-ikel u tax-xorb, inklużi prodotti tal-ħalib; xarbiet tal-kafè; ilma ppakkjat; ċereali; prodotti tal-ikel inklużi ikel ippreparat, kondimenti, zlazi u għaġin niexef; ġelat; xarbiet taċ-ċikkulata u tat-te; prodotti tal-ħelu, snacks u ikel għall-annimali domestiċi, prodotti ta’ nutrizzjoni għall-kura tas-saħħa, |
— |
il-JV: jipproduċi u jiddistribwixxi pizza ffriżata f’Andorra, il-Belġju, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, is-Slovakkja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11147 – NESTLE / PAI PARTNERS / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
14.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11173 – HEDIN/TORPEDO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 249/06)
1.
Fis-7 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Hedin Mobility Group AB (“Hedin”, l-Iżvezja), li fl-aħħar mill-aħħar huwa kkontrollat mis-Sur Anders Hedin, |
— |
tmien kumpaniji (2) (li flimkien jissejħu “Torpedo”, il-Ġermanja kollha) li bħalissa huma miżmuma minn Torpedo-Garage Ansorg, Hermann und Thomas GmbH u. Co KG u Torpedo LT Investment GmbH (il-Ġermanja). |
Hedin se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tat-totalità ta’ Torpedo.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
Hedin hija attiva fid-distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda u użati, id-distribuzzjoni bl-imnut tat-trakkijiet, id-distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut ta’ tagħmir oriġinali (“OE”) u spare parts mhux OE, il-forniment ta’ servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni, u l-forniment ta’ servizzi ta’ kiri, lokazzjoni u finanzjament tal-karozzi fiż-ŻEE, |
— |
Torpedo hija attiva fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda u użati, vetturi kummerċjali ħfief, trakkijiet, u spare parts OE u mhux OE u tipprovdi servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni tal-karozzi għal vetturi bil-mutur primarjament fil-Ġermanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11173 – HEDIN/TORPEDO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
Il-Kummissjoni Ewropea |
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) Il-mira tikkonsisti fi tmien kumpaniji li bħalissa huma miżmuma minn Torpedo-Garage Ansorg, Hermann und Thomas GmbH u. Co KG u Torpedo LT Investment GmbH, jiġifieri (i) Torpedo Garage Südwest GmbH, (ii) Torpedo Garage Saarland GmbH, (iii) TG Autohandelsgesellschaft mbH, (iv) TG Automobile GmbH, (v) Torpedo-Rent GmbH, (vi) Torpedo Logistik & Service GmbH, (vii) Torpedo Services GmbH, (viii) Torpedo eMobility GmbH.
14.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11202 – FORTUM MARKETS / TELGE ENERGI)
Każ kandidat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 249/07)
1.
Fis-6 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Fortum Markets AB (“Fortum Markets,” l-Iżvezja), |
— |
Telge Energi AB (“Telge Energi,” l-Iżvezja). |
Fortum se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Telge Energi kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
Fortum Markets hija parti mill-grupp tal-enerġija bbażat fil-Finlandja, Fortum, ikkontrollat fit-totalità tiegħu mill-Istat Finlandiż, li huwa attiv fil-ġenerazzjoni tal-enerġija, fil-bejgħ bl-imnut tal-enerġija lill-konsumaturi u lill-intrapriżi, u fin-negozju tas-soluzzjonijiet ċirkolari, |
— |
Telge Energi hija parti mill-grupp Svediż Telge li bħalissa hija proprjetà tal-muniċipalità ta’ Södertälje, u hija attiva fil-bejgħ bl-imnut tal-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli lil klijenti industrijali u kummerċjali żgħar u lil unitajiet domestiċi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11202 – FORTUM / TELGE ENERGI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
14.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/13 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33
(2023/C 249/08)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
Izsáki Arany Sárfehér
PDO-HU-A1341-AM03
Data tal-komunikazzjoni: 25.4.2023
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Emenda tad-deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed spumanti
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati: DESKRIZZJONI TAL-INBEJJED
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
Raġunijiet: Il-karatteristiċi organolettiċi tal-inbid spumanti ġew emendati bħala riżultat tal-użu ta’ tekniki moderni tal-vinifikazzjoni.
2. Tħassir tal-metodu tal-ħsad
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati: PRATTIKI ENOLOĠIĊI SPEĊIFIĊI
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
Raġunijiet: Ir-rekwiżit tal-ħsad manwali tħassar. L-għan huwa li l-ħsad jiġi allinjat mal-prattika ta’ kuljum bħala riżultat tal-bidla fit-tekniki tal-produzzjoni tal-għeneb u t-tnaqqis fl-użu tax-xogħol manwali fis-settur.
3. Ir-regolamentazzjoni tat-tekniki tal-fermentazzjoni u t-tqaddim tal-inbid spumanti ġiet issimplifikata u standardizzata.
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati: PRATTIKI ENOLOĠIĊI SPEĊIFIĊI
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
Raġunijiet: Ir-regoli eċċessivi applikati għall-proċessi tal-produzzjoni għal dan il-prodott ġew issimplifikati.
4. Iċċarar tas-sistemi ta’ tħarriġ tad-dwieli
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati: PRATTIKI ENOLOĠIĊI SPEĊIFIĊI
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
Raġunijiet: Is-sistemi ta’ tħarriġ ġew iddefiniti f’konformità ma’ dawk stabbiliti fil-pjan ta’ ristrutturar għar-reġjun tal-inbid.
5. Bidla tal-kelma “praterija” għal “mergħa” fid-deskrizzjoni tar-rabta
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati: RABTA MAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku
Raġunijiet: It-tip ta’ ħamrija ġie kkoreġut.
6. Tħassir tar-referenza għall-kontenut taz-zokkor taħt ir-“Rabta maż-żona ġeografika” għall-inbid spumanti
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati: RABTA MAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku
Raġunijiet: Minħabba bidla fil-karatteristiċi organolettiċi, kien iġġustifikat ukoll li titħassar ir-referenza għall-kontenut taz-zokkor taħt ir-rabta.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Izsáki Arany Sárfehér
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. |
Inbid |
4. |
Inbid spumanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbid abjad
DESKRIZZJONI QASIRA
Inbid abjad newtrali b’lewn aħdar ċar jew lewn it-tiben ċar b’aromi diskreti ta’ frott (sfarġel u lanġas selvaġġ) u fjuri selvaġġi, riħa tipika taż-żona tal-produzzjoni, il-varjetà tal-għenba u l-metodu tal-produzzjoni, u aċidità karatteristika u qawwa alkoħolika moderata. Inbid xott jew nofsu misjur, skont il-kontenut ta’ zokkor.
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit. |
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
9,87 |
Aċidità totali minima |
4,5 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
2. Inbid abjad spumanti
DESKRIZZJONI QASIRA
Ta’ lewn aħdar ċar, isfar lewn it-tiben ċar, bi preżenza persistenti u uniformi ta’ diossidu tal-karbonju. Aromi ħfief u diskreti ta’ frott bħal sfarġel, lanġas selvaġġ jew frott taċ-ċitru; jista’ jkun hemm ukoll ħjiel ta’ fjuri. Fil-palat, minbarra l-aċidi friski, għandu korpożità medja ħafifa, b’distribuzzjoni uniformi tad-diossidu tal-karbonju, u tul medju, filwaqt li t-togħmiet tal-frott tal-aroma jistgħu jidhru wkoll b’mod diskret fil-ħalq.
* |
Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit. |
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
9,87 |
Aċidità totali minima |
5,0 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
235 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom
1. Rekwiżiti dwar il-vinifikazzjoni
Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
INBID
— |
l-għeneb irid jiġi pproċessat f’jum il-ħsad, |
— |
l-għasir jista’ jsir biss f’lottijiet tal-għasir, |
— |
purifikazzjoni tal-most, |
— |
fermentazzjoni kkontrollata tal-most |
INBID SPUMANTI
— |
fermentazzjoni għal 3 xhur, |
— |
fermentazzjoni ulterjuri tal-inbid spumanti għal mill-inqas 6 xhur |
L-istadji kollha tal-prattiki enoloġiċi mniżżla għall-INBID SPUMANTI jridu jitwettqu b’mod konsekuttiv fl-ordni applikabbli.
2. Is-sistema ta’ tħarriġ, l-ispazjar u l-ammont ta’ għajnejn tad-dwieli
Sistemi ta’ tħarriġ tad-dwieli
Is-sistemi ta’ tħarriġ li jistgħu jintużaw: taħriġ tal-parti ta’ fuq, Moser, Moser modifikat, f’forma ta’ umbrella u Sylvoz.
Id-densità tad-dwieli: tal-anqas 4 000 dielja/ha
Biċċiet bl-għeruq biss jistgħu jintużaw bħala materjal tal-propagazzjoni meta tkun qed tiġi stabbilita vinja u meta jiġu sostitwiti dwieli li jkunu ntilfu.
Ir-rata ta’ dwieli neqsin u l-proporzjon ta’ dwieli barranin kombinati f’vinja ma jridux jaqbżu l-10 % tal-għadd ta’ vinji meta jsir it-tħawwil.
Iffissar tad-data tal-ħsad
(a) |
Id-data tal-bidu tal-ħsad tiġi ffissata mill-kunsill tal-komunità tal-inbid ta’ Izsák abbażi ta’ ħsad ta’ prova li jitwettaq kull ġimgħa mill-1 ta’ Awwissu. |
(b) |
Kull prodott magħmul mill-għeneb maħsud qabel id-data tal-bidu tal-ħsad iffissata mill-komunità tal-inbid ma jistax jingħata ċertifikat ta’ oriġini għal inbid bit-tikketta tad-DOP Izsák u ma jistax jiġi kkummerċjalizzati bit-tikketta tad-DOP Izsák. |
(c) |
Id-data tal-ħsad tiġi ppubblikata fil-forma ta’ tħabbira mill-komunitajiet tal-inbid. |
INBID
Il-kontenut minimu ta’ zokkor naturali tal-għeneb huwa 16,0 MM° [grad tal-most Ungeriż].
Il-qawwa alkoħolika potenzjali minima tal-għeneb hija 9,87 % vol.
INBID SPUMANTI
Il-kontenut minimu ta’ zokkor naturali tal-għeneb huwa 14,0 MM° [grad tal-most Ungeriż].
Il-qawwa alkoħolika potenzjali minima tal-għeneb hija 8,42 % vol.
5.2. Rendimenti massimi
1. |
Inbid 100 ettolitru għal kull ettaru |
2. |
Inbid 14 300 kg ta’ għeneb għal kull ettaru |
3. |
Inbid spumanti 100 ettolitru għal kull ettaru |
4. |
Inbid spumanti 14 300 kg ta’ għeneb għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Deskrizzjoni taż-żona demarkata
Żoni tal-muniċipalitajiet li ġejjin ikklassifikati fil-katast tal-vinji bħala tal-klassi I u II: Ágasegyháza, Ballószög, Fülöpháza, Fülöpszállás, Helvécia, Izsák, Kunszentmiklós, Orgovány, Páhi and Szabadszállás
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Arany Sárfehér - Huszár Szőlő
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Inbid
1. Deskrizzjoni taż-żona demarkata
(a) Fatturi naturali u kulturali:
Iż-żona demarkata tinsab bejn ix-xmajjar tad-Danubju u t-Tisza. Il-karatteristiċi ambjentali taż-żona ta’ produzzjoni huma ddeterminati l-aktar mill-pożizzjoni tal-pjanura tagħha f’altitudni baxxa. Il-maġġor parti taż-żona hija inqas minn 120 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. It-terren huwa ċatt, b’differenzi fl-elevazzjoni ta’ mhux iktar minn 10-15 m.
Il-ħamrija taż-żona tal-produzzjoni tvarja ftit, bil-maġġor parti taż-żona magħmula minn ħamrija ramlija kalkarja (humus u ħamrija miġjuba mir-riħ), ħamrija tal-mergħa sottostanti u rqajja’ okkażjonali ta’ loess kalkarju. Il-ħamrija ramlija tipikament tisħon malajr, il-kuluri jgħajtu tagħha jirriflettu aħjar id-dawl tax-xemx, li jgħin l-għeneb isir; minħabba l-kontenut ta’ kwarz tagħha ta’ iktar minn 75 %, il-ħamrija hija immuni għall-filossera. Il-kapaċità tan-nutrijenti u l-kontenut ta’ minerali tagħha huma iktar baxxi.
Il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona tal-produzzjoni huma determinati mill-klima kontinentali, karatterizzata l-aktar minn sjuf sħan u xtiewi kesħin. Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll l-art ċatta u l-elevazzjoni relattivament baxxa, huwa possibbli li jkun hemm il-ġlata fix-xitwa f’ċerti snin tal-vendemmja, għalkemm il-ġlata tista’ sseħħ ukoll fir-rebbiegħa u fil-ħarifa. It-temperatura medja hija ta’ madwar 10-11 °C. L-għadd medju ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx huwa ta’ 2 000 siegħa fis-sena. Ix-xita annwali medja hija ta’ 450-500 mm, li tissodisfa bil-kbir il-ħtiġijiet tal-għeneb, għalkemm b’distribuzzjoni annwali mhux uniformi. Iż-żona għandha provvista tal-ilma tajba u l-wiċċ tal-ilma ta’ taħt l-art huwa viċin tal-wiċċ, li huwa kkumpensat mil-Lag Kolon, li huwa fattur ewlieni fid-determinazzjoni tad-disponibbiltà tal-ilma ta’ taħt l-art.
(b) Fatturi umani:
Il-varjetà ta’ għenba tipika taż-żona demarkata hija l-Arany Sárfehér, li kienet intgħażlet minn vinja lokali fl-1873. L-isem tal-varjetà nbidel diversi drabi (Izsáki Sárfehér - 1873, Izsáki - 1967, Arany Sárfehér - 1999).
Ġiet żviluppata sistema ta’ tħarriġ li hija adatta b’mod speċjali għall-varjetà. Id-dwieli huma mħarrġin fil-parti ta’ fuq, b’ammont żgħir ta’ għajnejn u żbir li jħalli rimjiet qosra u lixxi. Sabiex jiġu mħarrġin b’dan il-mod, id-dwieli jridu jkunu f’kundizzjoni tajba, u din tinżamm permezz tal-applikazzjoni regolari ta’ fertilizzant organiku. Is-sistema ta’ tħarriġ tal-cordon għoli tintuża fuq l-inklinazzjonijiet li jisporġu ’l fuq mill-pjanura; hawnhekk, il-produzzjoni hija ristretta u fiha jintuża ż-żbir li jħalli rimjiet qosra marbutin.
2. Deskrizzjoni tal-inbejjed:
Lewn aħdar ċar jew ta’ tiben ċar, b’aroma speċifika li ġejja mill-varjetà tal-għenba li hija reminixxenti tal-isfarġel, il-lanġas selvaġġ u pjanti mediċinali.
L-inbid huwa rikk, b’togħma notevolment aċiduża, ta’ qawwa alkoħolika moderata u huwa newtrali.
3. Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali:
Primarjament minħabba l-wiċċ tal-ilma ta’ taħt l-art viċin tal-wiċċ u l-partikularitajiet tal-ħamrija ramlija, l-ambjent għandu impatt sinifikanti fuq il-karatteristiċi tal-inbejjed magħmulin mill-għeneb Arany Sárfehér. Dan il-karattru distintiv fuq kollox ifisser inbejjed b’kompożizzjoni aċiduża speċifika u aċidità għolja, u qawwa alkoħolika moderata.
L-inbejjed għandhom kontenut minerali aktar baxx tipiku ta’ ħamrija ramlija.
L-inbejjed taż-żona tal-produzzjoni huma l-aktar inbejjed b’maturazzjoni qasira.
It-tradizzjonijiet assoċjati mal-Arany Sárfehér, bħala l-varjetà ta’ għenba l-aktar importanti taż-żona tal-produzzjoni, huma dovuti għal-lokaliżmu passjonat, l-entużjażmu u l-persistenza tal-poplu ta’ Izsák u, l-aktar, għax-xogħol siewi u notevoli minn László Kostka.
It-teknoloġiji riduttivi jistgħu jintużaw grazzi għall-iżviluppi teknoloġiċi kontinwi li seħħew fl-intrapriżi tal-produzzjoni tal-inbid ta’ Izsák.
Il-varjetà hija adatta ħafna għall-ambjent taż-żona; il-fertilità tagħha u l-kwalità tal-ħsad jipprovdu l-bażi għall-impjieg u l-għajxien tal-poplu lokali.
8.2. Inbid spumanti
1. Deskrizzjoni taż-żona demarkata
(a) Fatturi naturali u kulturali:
Iż-żona demarkata tinsab bejn ix-xmajjar tad-Danubju u t-Tisza. Il-karatteristiċi ambjentali taż-żona ta’ produzzjoni huma ddeterminati l-aktar mill-pożizzjoni tal-pjanura tagħha f’altitudni baxxa. Il-maġġor parti taż-żona hija inqas minn 120 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. It-terren huwa ċatt, b’differenzi fl-elevazzjoni ta’ mhux iktar minn 10-15 m. Il-ħamrija taż-żona tal-produzzjoni tvarja ftit, bil-maġġor parti taż-żona magħmula minn ħamrija ramlija kalkarja (humus u ħamrija miġjuba mir-riħ), ħamrija tal-mergħa sottostanti u rqajja’ okkażjonali ta’ loess kalkarju. Il-ħamrija ramlija tipikament tisħon malajr, il-kuluri jgħajtu tagħha jirriflettu aħjar id-dawl tax-xemx, li jgħin l-għeneb isir; minħabba l-kontenut ta’ kwarz tagħha ta’ iktar minn 75 %, il-ħamrija hija immuni għall-filossera. Il-kapaċità tan-nutrijenti u l-kontenut ta’ minerali tagħha huma iktar baxxi.
Il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona tal-produzzjoni huma determinati mill-klima kontinentali, karatterizzata l-aktar minn sjuf sħan u xtiewi kesħin. Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll l-art ċatta u l-elevazzjoni relattivament baxxa, huwa possibbli li jkun hemm il-ġlata fix-xitwa f’ċerti snin tal-vendemmja, għalkemm il-ġlata tista’ sseħħ ukoll fir-rebbiegħa u fil-ħarifa. It-temperatura medja hija ta’ madwar 10-11 °C. L-għadd medju ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx huwa ta’ 2 000 siegħa fis-sena. Ix-xita annwali medja hija ta’ 450-500 mm, li tissodisfa bil-kbir il-ħtiġijiet tal-għeneb, għalkemm b’distribuzzjoni annwali mhux uniformi. Iż-żona għandha provvista tal-ilma tajba u l-wiċċ tal-ilma ta’ taħt l-art huwa viċin tal-wiċċ, li huwa kkumpensat mil-Lag Kolon, li huwa fattur ewlieni fid-determinazzjoni tad-disponibbiltà tal-ilma ta’ taħt l-art.
(b) Fatturi umani:
Bil-kompożizzjoni aċiduża speċifika, l-aċidità għolja, in-newtralità u l-qawwa alkoħolika moderata tiegħu, l-inbid huwa ideali għall-produzzjoni tal-inbid spumanti. L-inbid spumanti ilu jiġi prodott hawnhekk sa mill-1972. L-inbejjed spumanti prodotti hawnhekk huma l-inbid spumanti IZSÁKI ARANY SÁRFEHÉR, magħmul kompletament minn inbid prodott mill-Arany Sárfehér, varjetà ta’ għenba b’karattru uniku distintiv li titkabbar fiż-żona.
2. Deskrizzjoni tal-inbejjed
Inbid spumanti limpidu u jleqq b’lewn aħdar ċar jew lewn it-tiben ċar bi fwieħa, struttura deċiżament aċiduża u ħeffa delikata tipiċi tal-varjetà, togħma u aroma karatteristika tal-frott, freskezza, diossidu tal-karbonju distribwit b’mod fin, u effervexxenza li ddum.
3. Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali
Primarjament minħabba l-wiċċ tal-ilma ta’ taħt l-art viċin tal-wiċċ u l-partikularitajiet tal-ħamrija ramlija, il-ħamrija u l-klima għandhom impatt sinifikanti fuq il-karatteristiki tal-inbejjed spumanti magħmulin mill-għeneb Arany Sárfehér.
Il-ħamrija kalkarja tagħti lill-inbid spumanti kompożizzjoni mill-aqwa u deċiżament aċiduża.
L-ilma ta’ taħt l-art viċin tal-wiċċ li jinsab fil-ħamrija ramlija joħloq inbid spumanti ħafif u delikat.
L-ammont ta’ sħana mkejla matul il-perjodu tal-veġetazzjoni u l-effett pożittiv tal-għadd ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx jgħinu l-għeneb jimmaturaw, li jagħti lill-inbid spumanti t-togħma tal-frott tiegħu.
L-ipproċessar tal-għeneb b’teknoloġija riduttiva rapida mhux biss jippreserva l-aromi rinfreskanti tal-varjetà, iżda jipprovdi wkoll il-kulur eleganti tagħha.
L-aroma mill-awtoliżi ffurmata matul il-produzzjoni tal-inbid spumanti hija diskreta.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Regoli dwar l-indikazzjonijiet
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Jista’ jintuża t-terminu tradizzjonali “nbid ta’ oriġini protetta”.
L-isem tal-muniċipalità jew ta’ unità ġeografika iżgħar ma jistax jidher fuq it-tikketta.
L-ismijiet tal-vinji jistgħu jidhru flimkien mad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Izsáki Arany Sárfehér.
— |
Izsák – Gedeon |
— |
Izsák – Szajor |
— |
Izsák – Kisizsák |
— |
Izsák – Páskom |
— |
Izsák – Osztály |
L-isem ta’ vinja jista’ jintuża biss jekk 100 % tal-inbid ikun ġie prodott f’dik il-vinja.
Il-marka ta’ ċertifikazzjoni maħruġa mill-komunità tal-inbid Izsák trid tidher fil-preżentazzjoni.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://boraszat.kormany.hu/download/c/06/13000/Term%C3%A9kle%C3%ADr%C3%A1s%20Izsaki%20Arany%20Sarfeher%20v3%20m%C3%B3dos%C3%ADt%C3%A1sok%20jel%C3%B6l%C3%A9s%C3%A9vel.pdf
14.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/20 |
Pubblikazzjoni ta’ emenda standard approvata għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Indikazzjoni Ġeografika fis-settur tax-xorb spirituż, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/1235
(2023/C 249/09)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/1235 (1).
“Pacharán navarro”
Nru tal-UE: PGI-ES-01878-AM01
Mibgħut fit-30 ta’ Jannar 2023
1. Emenda
1.1. Spjegazzjoni li l-emenda jew l-emendi jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ emenda standard kif previst fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2019/787
Dawn huma emendi standard minħabba li ma jikkorrispondu għall-ebda kategorija stabbilita fl-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu tal-alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008.
1.2. Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
1. BIDLIET FIL-LIMITI TAL-ASSORBIMENT
Deskrizzjoni
It-Taqsima c) Deskrizzjoni tax-xarba spirituża, is-subparagrafu c2) Il-parametri tal-kwalità hija emendata. F’din it-taqsima, il-valuri tal-assorbiment użati għall-valutazzjoni tal-kulur tax-xarba spirituża huma emendati.
Sommarju tar-raġunijiet li għalihom hija meħtieġa l-emenda
Il-valuri proposti jirriflettu aħjar il-karatteristika li qed tiġi evalwata, filwaqt li jsaħħu l-kwalità tal-pacharán protett u jiddistingwuh minn pacharán oħra li mhumiex soġġetti għal dawn ir-rekwiżiti:
— |
Il-pacharán b’intensità ta’ kulur ogħla huma sinonimi ma’ kwalità ogħla, għalhekk il-valuri massimi tal-assorbiment fuq it-tul tal-mewġa li jiddefinixxu l-kulur tal-pacharán protett tneħħew, peress li jillimitaw il-kwalità tagħhom. |
— |
Kif indikat fid-deskrizzjoni tiegħu, il-Pacharán Navarro għandu “kulur aħmar jgħajjat lewn il-granata u lewn iċ-ċirasa, bi sfumaturi u/jew toni vjola, ta’ intensità qawwija, jgħajjat ħafna.”, u b’hekk il-valur minimu tal-assorbiment jiżdied għal 520 nm (aħmar) minn 0,40 għal 0,50. |
— |
Sabiex tiġi ppreservata l-kwalità tal-prodott, ġiet miżjuda l-valutazzjoni tal-ossidazzjoni tal-prodott permezz tat-tonalità (espressa bħala l-proporzjon tal-assorbiment ta’ 420/assorbiment ta’ 520), b’limitu massimu ta’ 1,8. L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku |
2. AĠĠORNAMENT TAR-REFERENZI LEGALI
Deskrizzjoni
Aġġornament tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minħabba d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2019/787.
Sommarju tar-raġunijiet li għalihom hija meħtieġa l-emenda
F’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, fid-dokument kollu, it-terminu “fajl tekniku” huwa aġġornat u sostitwit bit-terminu “Speċifikazzjoni tal-Prodott” u r-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 huma sostitwiti b’dawk għar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019.
Taqsima (a) Isem u Kategorija: ir-referenza għall-kategorija tax-xarba spirituża protetta hija sostitwita u aġġornata f’konformità mal-kategoriji definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/787 fis-seħħ, fil-kategorija 32.
Dan ma jimplika l-ebda bidla fl-isem ġuridiku tal-kategorija, fid-definizzjoni tagħha jew fil-prodott protett. Huma emendati biss in-numerazzjoni tal-kategorija u r-referenza għal dak ir-Regolament (UE).
Din il-parti nqasmet ukoll f’żewġ intestaturi distinti — (a) Isem u (b) Kategorija — f’konformità mal-istruttura stabbilita fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/787.
It-Taqsima (f) tal-leġiżlazzjoni issa tirreferi għar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 fis-seħħ.
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku
2. Dokument Uniku
2.1. Isem/Ismijiet
Pacharán navarro
2.2. Kategorija/kategoriji tax-xarba spirituża
32. |
Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew mill-pacharán |
2.3. STAT(I) APPLIKANT(I)
Spanja
2.4. Lingwa tal-applikazzjoni
Spanjol
2.5. Deskrizzjoni tax-xorb spirituż
Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi kif ukoll karatteristiċi speċifiċi tal-prodott meta mqabbel max-xorb spirituż tal-istess kategorija
Il-“Pacharán navarro” hija xarba spirituża ħamra b’togħma ta’ palat ħafif tal-pruna salvaġġa, miksuba permezz tal-immersjoni tal-pruna salvaġġa (Prunus spinosa L.) fl-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola biz-zokkor u biż-żjut essenzjali naturali tal-ħlewwa, li tirriżulta f’qawwa alkoħolika finali ta’ bejn 25 % vol. u 30 % vol.
Parametri fiżikokimiċi:
Qawwa alkoħolika: bejn 25 % vol. u 30 % vol.
Zokkor totali: bejn 80 g/l u 250 g/l, espressi bħala sukrożju.
Parametri ta’ kwalità:
Kulur: il-pacharán huwa aħmar lewn il-granata u lewn iċ-ċirasa, bi sfumaturi u/jew toni vjola ta’ intensità qawwija, jgħajtu ħafna. Il-kulur għandu jiġi evalwat billi tiġi stabbilita l-assorbenza fuq tliet tulijiet ta’ mewġ skont il-valuri minimi li ġejjin:
Assorbenza minima f’420 nm: |
0,50. |
Assorbenza minima f’520 nm: |
0,50. |
Assorbenza minima f’620 nm: |
0,05. |
Ossidazzjoni: il-parametru ta’ kontroll huwa definit bħala t-tonalità, espressa bħala l-proporzjon ta’ assorbiment f’420 għal assorbiment f’520:
|
Sfumaturi: Mhux aktar minn 1,80. |
Dehra: Jgħajjat, sinjal li hu żagħżugħ u nadif. Għandu jiġi vvalutat bid-determinazzjoni tat-turbidità:
Turbidità: daqs jew inqas minn 10 NTU (unitajiet ta’ turbidità nefelometrika).
2.6. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika demarkata għall-produzzjoni tal-pacharán koperta mill-IĠ “Pacharán navarro” hija limitata għat-territorju tal-Komunità Statutarja ta’ Navarra.
2.7. Żona NUTS
1. |
ES2 — GRIGAL |
2. |
ES220 — Navarra |
3. |
ES22 — Komunità Statutarja ta’ Navarra |
2.8. Metodu tal-produzzjoni tax-xarba spirituża
Il-produzzjoni tal-pacharán koperta minn din l-Indikazzjoni Ġeografika trid issir bl-immersjoni tal-pruna selvaġġa fl-alkoħol ta’ oriġini agrikola, b’żejt essenzjali tal-ħlewwa pur u b’zokkor miżjud qabel jew wara l-immersjoni.
Id-durata tal-immersjoni tvarja minn mill-inqas xahar sa massimu ta’ tmien xhur.
Il-produzzjoni tal-“Pacharán Navarro” jeħtieġ bejn 125 g u 300 g ta’ pruna salvaġġa (Prunus spinosa L.) għal kull litru ta’ prodott finali.
Iż-żjut essenzjali naturali huma derivati esklussivament mill-użu tal-Pimpinella anisum, L. (ħlewwa jew żerriegħa tal-ħlewwa, magħrufa fiż-żona tal-produzzjoni bl-ismijiet komuni ta’ anís verde, matalahúga, matalahúva, żerriegħa jew ħaxix ħelu) jew Illicum verum L. (bl-ismijiet komuni ta’ ħlewwa stellata, badián, jew badiana).
L-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola użat irid ikollu qawwa alkoħolika skont il-volum, ta’ mill-inqas 96 % u jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Iż-żieda tal-ilma tax-xorb u l-proċess tal-immersjoni jżidu l-qawwa alkoħolika għal bejn 26 % u 60 % skont il-volum.
Wara li jitlesta l-proċess tal-immersjoni, il-likwidu jitferra’ u mbagħad jiġi ffiltrat qabel ma tkompli l-produzzjoni.
Matul il-proċess tal-produzzjoni, il-qawwa alkoħolika tinżel għall-qawwa mixtieqa fil-prodott finali, li trid tkun bejn 25 % u 30 % skont il-volum.
Prattiki pprojbiti:
L-użu ta’ addittivi jew ta’ kwalunkwe ingredjent ieħor għajr dawk elenkati hawn fuq mhuwiex permess.
Mhuwiex permess l-użu mill-ġdid tal-pruna salvaġġa fl-intier tagħha għat-2 tixriba.
2.9. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
2.9.1. Imballaġġ
Sabiex tiġi ppreservata l-kwalità tal-prodott:
— |
il-prodott għandu jiġi bbottiljat fl-istess post fejn isir. |
— |
l-imballaġġ għandu jkun fliexken tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika, ħlief fil-każ tal-imballaġġ ta’ inqas minn 100 ml li fihom jistgħu jintużaw materjali oħra għall-użu fl-ikel u approvati mill-Unjoni Ewropea. |
il-kapaċità massima ta’ flixkun wieħed hija ta’ 3 litri.
Il-fliexken li fihom jiġi kkummerċjalizzat il-“Pacharán Navarro” ma jistax ikun fihom il-pruna salvaġġa jew kwalunkwe frott ieħor.
2.9.2. Tikkettar
Il-fliexken għandhom ikunu ttikkettati:
— |
bl-Indikazzjoni Ġeografika “Pacharán Navarro”, |
— |
bl-isem tan-negozju tal-produttur u/jew in-Numru tar-Reġistrazzjoni. |
Kull unità ta’ bejgħ lill-konsumatur finali, għandu jkollha markatura ta’ konformità tal-Indikazzjoni Ġeografika “Pacharán Navarro”, li tikkonsisti mil-logo bil-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Pacharán Navarro” u min-numru tas-serje, maħruġ mill-korp ta’ kontroll u li għandha titwaħħal tul il-proċess tat-tikkettar
2.10. Deskrizzjoni tar-rabta bejn ix-xarba spirituża u l-oriġini ġeografika tagħha, inklużi, fejn xieraq, l-elementi speċifiċi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu ta’ produzzjoni li jiġġustifikaw ir-rabta
Il-prodott huwa marbut maż-żona ġeografika permezz ta’:
|
Il-fama stess tal-isem tax-xarba spirituża, “Pacharán”, li hija attribwita għal żewġ oriġini etimoloġiċi possibbli, it-tnejn derivati mil-lingwa Baska, li hija nattiva għaż-żona ġeografika demarkata, u li, minħabba l-fama tagħha, ġejja mill-isem ġeneriku tax-xarba spirituża, l-ewwel fi Spanja u issa fl-Ewropa. |
It-tradizzjoni storika tal-produzzjoni u l-konsum f’Navarra, b’referenzi bibljografiċi mill-Medju Evu sal-lum il-ġurnata.
Din it-tradizzjoni tal-produzzjoni wasslet għall-bidu tal-produzzjoni industrijali fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax, bi 3 negozji li attwalment joperaw tradizzjoni li tmur lura għall-ewwel nofs tas-seklu dsatax u 2 oħra li jmorru lura għat-tieni nofs tas-seklu dsatax.
It-tradizzjoni u l-fama tal-prodott wasslu biex dan jingħata d-“Denominazzjoni ta’ Kwalità ta’ Navarra” mid-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-Ambjent Naturali tal-Gvern ta’ Navarra permezz ta’ Ordni Reġjonali datata t-22 ta’ Ġunju 1987. Sussegwentement, hija żammet ir-rikonoxximent tagħha bħala prodott ta’ kwalità differenzjata skont id-diversi leġiżlazzjonijiet nazzjonali u Ewropej (ir-Regolament tal-Kunsill 1576/89, ir-Regolament (KE) Nru 110/2008).
Hemm bosta pubblikazzjonijiet li jappoġġaw il-fama u r-rabta tal-pacharán ma’ Navarra; kotba, manwali tal-catering, gwidi turistiċi, eċċ...
Il-pruna selvaġġa li tagħti lill-pacharán il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, tikber fuq arbuxell bl-isem xjentifiku ta’ Prunus spinosa L., relatat mas-siġar taċ-ċirasa u tal-għajnbaqar. Tinsab madwar l-Ewropa iżda hija mifruxa ħafna fil-muntanji ta’ Navarra.
Minħabba t-tradizzjoni lokali qawwija tal-produzzjoni tal-pacharán, ilu jsir xogħol fuq il-kultivazzjoni ta’ din il-pjanta mill-1987, u Navarra hija l-unika żona fl-Ewropa li fiha, minbarra li tikber fis-selvaġġ, din il-pjanta titkabbar ukoll.
Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
https://cutt.ly/Ssm5peS