ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 245

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
12 ta' Lulju 2023


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 245/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11136 — PETRONAS / NPI / CANWIND and NORTHWIND (JVs)) ( 1 )

1

2023/C 245/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10984 — MESSER / TOYOTA TSUSHO EUROPE / JV) ( 1 )

2

2023/C 245/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.11183 — SSG / ORDINA) ( 1 )

3

2023/C 245/04

Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.10920 — AMAZON / IROBOT) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 245/05

Rata tal-kambju tal-euro — Il-11 ta' Lulju 2023

5

2023/C 245/06

Avviż dwar provi tal-oriġini validi għall-prodotti li joriġinaw fil-Ghana u li jiġu importati fl-Unjoni Ewropea mill-20 ta’ Awwissu 2023 ’il quddiem skont il-Ftehim interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ghana

6

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2023/C 245/07

Rapport Speċjali 19/2023: L-isforzi tal-UE għal ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija – Standards mhux ambizzjużi u mmirar limitat

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 245/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.11096 — MAPFRE / VAS / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 245/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11136 — PETRONAS / NPI / CANWIND and NORTHWIND (JVs))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 245/01)

Fit 27 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11136. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10984 — MESSER / TOYOTA TSUSHO EUROPE / JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 245/02)

Fit 29 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M10984. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.11183 — SSG / ORDINA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 245/03)

Fit 4 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (https://competition-cases.ec.europa.eu/search). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32023M11183. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/4


Bidu ta’ proċeduri

(Il-Każ M.10920 — AMAZON / IROBOT)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 245/04)

Fil- 6 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.10920 — AMAZON / IROBOT, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta' Lulju 2023

(2023/C 245/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0989

JPY

Yen Ġappuniż

154,27

DKK

Krona Daniża

7,4529

GBP

Lira Sterlina

0,85110

SEK

Krona Żvediża

11,7600

CHF

Frank Żvizzeru

0,9693

ISK

Krona Iżlandiża

146,90

NOK

Krona Norveġiża

11,4520

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,855

HUF

Forint Ungeriż

379,50

PLN

Zloty Pollakk

4,4563

RON

Leu Rumen

4,9490

TRY

Lira Turka

28,6897

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6493

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4588

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,6023

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7766

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4748

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 422,26

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

20,4953

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9143

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 678,24

MYR

Ringgit Malażjan

5,1181

PHP

Peso Filippin

60,787

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

38,209

BRL

Real Brażiljan

5,3679

MXN

Peso Messikan

18,7556

INR

Rupi Indjan

90,5655


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/6


Avviż dwar provi tal-oriġini validi għall-prodotti li joriġinaw fil-Ghana u li jiġu importati fl-Unjoni Ewropea mill-20 ta’ Awwissu 2023 ’il quddiem skont il-Ftehim interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ghana

(2023/C 245/06)

Dan l-avviż inħareġ biex jiġu infurmati l-awtoritajiet doganali, l-importaturi u l-operaturi ekonomiċi li huma involuti fl-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea tal-prodotti li joriġinaw mill-Ghana skont il-Ftehim interim ta’ Sħubija Ekonomika (“l-FSE interim”).

F’konformità mal-Artikoli 17(3) u 21(1), il-punt (b) u (c) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim interim ta’ Sħubija Ekonomika, u mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 17(4) u 26 ta’ dak il-Protokoll, mill-20 ta’ Awwissu 2023 ’il quddiem, malli l-prodotti li joriġinaw mill-Ghana jiġu importati fl-Unjoni Ewropea, għandhom jibbenefikaw mit-trattament tariffarju preferenzjali tal-FSE interim biss wara l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-oriġini li jagħmel:

(i)

esportatur irreġistrat f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Ghana;

jew

(ii)

kwalunkwe esportatur, għal kull kunsinna li tikkonsisti f’pakkett wieħed jew aktar li fihom prodotti oriġinarji li l-valur totali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 6 000.


Il-Qorti tal-Awdituri

12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/7


Rapport Speċjali 19/2023:

“L-isforzi tal-UE għal ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija – Standards mhux ambizzjużi u mmirar limitat”

(2023/C 245/07)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat ir-rapport speċjali 19/2023 tagħha: “L-isforzi tal-UE għal ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija – Standards mhux ambizzjużi u mmirar limitat”.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat direttament jew imniżżel minn fuq is-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://www.eca.europa.eu/mt/publications/sr-2023-19


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11096 — MAPFRE / VAS / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 245/08)

1.   

Fl-4 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Vittoria Assicurazioni S.p.A. (“VAS”, l-Italja), ikkontrollata minn Yafa S.p.A. (l-Italja),

MAPFRE Asistencia, Compañia Internacional de Seguros y Reaseguros S.A. (“MAPFRE”, Spanja), ikkontrollata minn Fundación MAPFRE (Spanja),

Kumpanija ġdida (“NewCo”, l-Italja).

VAS u MAPFRE jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Newco.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

VAS hija kumpanija Taljana attiva fil-forniment dirett u indirett ta’ assigurazzjoni, li hija involuta fil-forniment ta’ prodotti tal-assigurazzjoni li jappartjenu għall-klassijiet ta’ riskju regolatorji kollha pprovduti mil-liġi Taljana, kif ukoll servizzi anċillari,

MAPFRE hija kumpanija Spanjola attiva fis-settur tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni f’44 pajjiż madwar id-dinja u fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata mill-Fundación MAPFRE, li twettaq attivitajiet mingħajr skop ta’ qligħ ta’ interess ġenerali f’oqsma speċjalizzati, bħall-kultura, il-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni, is-sikurezza fit-toroq, l-assigurazzjoni, u l-protezzjoni soċjali,

Newco hija impriża konġunta “greenfield” stabbilita bl-għan li toffri servizzi ta’ assistenza fl-Italja fl-oqsma tat-tiswija tal-ħġieġ tal-karozzi, u ċerti servizzi għall-annimali domestiċi. Fil-futur, NewCo tista’ toffri wkoll servizzi ta’ assistenza fid-djar u fl-oqsma tas-saħħa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11096 — MAPFRE / VAS / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  OJ L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

12.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/10


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2023/C 245/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Salinate de Turda”

Nru tal-UE: IĠP-RO-02825 — 15.12.2021

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Salinate de Turda”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Ir-Rumanija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Is-“Salinate de Turda” tindika prodott tal-majjal affumikat imwebbes u mnixxef li jsir bl-użu ta’ qatgħat anatomiċi magħrufa bħala ceafă [għonq], cotlet [lojn], piept [żaqq] u pulpă [riġel], li jitpoġġew f’nixxigħat naturali tas-salmura (magħrufa lokalment bħala mărătoare jew murătoare), flimkien ma’ taħlita ta’ ħwawar, zokkrijiet u kulturi starter lattiċi, imbagħad jiġu mmaturati għal 5-7 ijiem, affumikati bl-injam iebes (affumikati bil-fagu) u mmaturati/imwebbsa u mnixxfa għal 20-28 jum.

Biex isir is-“Salinate de Turda”, jintużaw l-ingredjenti li ġejjin:

Majjal frisk, imkessaħ jew iffriżat mill-karkassi ta’ ħnieżer f’saħħithom, imbiċċer f’konformità mal-liġi (żvinat kompletament u mkessaħ immedjatament), imqatta’ u dissussat biex jiġu ffurmati l-erba’ qatgħat anatomiċi;

Ilma min-nixxigħat naturali tas-salmura, soluzzjoni salina omoġenja preżenti b’mod naturali fil-kontea ta’ Cluj. Il-kontroll tal-kwalità irid isir meta s-salmura tiġi kkonsenjata lill-faċilità tal-produzzjoni biex jiġi żgurat li l-kontenut tal-NaCl ikun bejn 20 % u 35 %, skont l-istaġun. Il-produzzjoni tas-“Salinate de Turda” bl-użu ta’ ilma min-nixxigħat naturali tas-salmura b’konċentrazzjoni ta’ 18-22 % ittejjeb il-ħajja fuq l-ixkaffa, is-sawra, it-togħma, ir-riħa u l-kulur tiegħu;

Taħlita ta’ ħwawar (melħ, mustarda, ġnibru, bżar, weraq tar-rand, tewm, bżar tal-Ġamajka, kannella), zokkrijiet, u kulturi starter lattiċi.

Il-karatteristiċi tal-kwalità tas-“Salinate de Turda” huma kif ġej:

għandu dehra esterna ddeterminata mill-karatteristiċi tal-qatgħa anatomika tal-majjal użata bħala l-materja prima, b’kulur estern aħmar skur, dehra uniformi u kulur aħmar skur predominanti fil-każ tal-pulpă, b’dehra inqas uniformi u b’kulur aħmar ċar predominanti fil-każ tal-piept, b’kulur ħamrani b’laqta ta’ rħam (biċċiet żgħar ta’ xaħam imxerrda madwar il-muskolu) fil-każ taċ-ceafă, u b’kulur aħmar skur uniformi mingħajr xaħam li jifforma l-kompożizzjoni fil-każ tal-cotlet; il-wiċċ tiegħu ma jwaħħalx u huwa ħieles minn moffa jew materja barranija;

fis-sezzjoni trasversali, il-kulur tiegħu jvarja minn aħmar skur sa aħmar ċar, filwaqt li l-konsistenza tiegħu hija soda u kemxejn ratba mingħajr ma titgħaffeġ, u l-laħam ma jitfarrakx meta jinqata’;

it-togħma u r-riħa tiegħu huma mielħa u karatteristiċi tal-proċess tal-produzzjoni, u għandu l-aroma tipika ta’ prodotti tal-laħam affumikati bl-injam iebes;

f’termini ta’ karatteristiċi fiżiċi u kimiċi, għandu kontenut massimu ta’ NaCl ta’ 9 %, kontenut massimu ta’ ilma ta’ 55 %, kontenut minimu ta’ proteina totali ta’ 15 % u kontenut massimu ta’ xaħam ta’ 48 %.

Is-“Salinate de Turda” jiġi ppakkjat sħiħ jew maqtugħ f’biċċiet.

Is-“Salinate de Turda” jiġi f’erba’ tipi, wieħed għal kull qatgħa anatomika tal-majjal użata bħala l-materja prima tiegħu: ceafă, cotlet, piept jew pulpă.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi kollha fil-produzzjoni tas-“Salinate de Turda” jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita. Dawn huma: it-tħejjija tal-materja prima/ingredjenti, it-tqattigħ, id-dissussar u l-għażla tal-laħam, it-trattament bl-ilma min-nixxigħat naturali tas-salmura fiż-żona ġeografika, it-taħwir (tumbling), l-ewwel maturazzjoni (5-7 ijiem f’temperatura ta’ bejn 2 °C u 8 °C sakemm il-prodott ikollu pH ta’ 5,6-5,7), perjodu qasir (massimu ta’ 60 minuta) ta’ affumikar bl-injam iebes (bl-irmied tal-affumikar tal-injam tal-fagu) f’temperatura ta’ 45-50 °C, u t-tieni maturazzjoni (ippreservar bit-tmelliħ niexef) f’ kundizzjonijiet ikkontrollati (temperatura ta’ 14 °C, umdità relattiva ta’ 80 %) għal 20-28 jum sakemm il-pH ikun madwar 5,3-5,5.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketti jridu jinkludu l-isem “Salinate de Turda” u l-kliem Indicație Geografică Protejată (indikazzjoni ġeografika protetta) jew l-akronimu IGP (IĠP) – adattat għal-lingwa tal-pajjiż fejn jiġi kkummerċjalizzat il-prodott – flimkien mas-simbolu tal-Korp tal-Ispezzjoni u taċ-Ċertifikazzjoni.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

F’termini amministrattivi, iż-żona tas-“Salinate de Turda” tikkonsisti fil-muniċipalità ta’ Turda u l-komuni ta’ Mihai Viteazu, Tureni u Ploscoș fil-kontea ta’ Cluj.

Image 1

TIFSIRA

HARTA JUDETULUI CLUJ

MAPPA TAL-KONTEA TA’ CLUJ

JUDETUL XXX

IL-KONTEA XXX

INFORMAȚII GENERALE

INFORMAZZJONI ĠENERALI

suprafața totală: 6 674,4 kmp

erja totali: 6 674,4  km2

populația județului: 703 267 locuitori

popolazzjoni tal-kontea: 703 267 abitant

5 municipii

5 muniċipalitajiet

un oraș

belt waħda

75 de comune

75 komun

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-kwalità u l-karatteristiċi tas-“Salinate de Turda” jirriżultaw mill-fatturi naturali u/jew umani fiż-żona, u hemm ħafna letteratura li tixhed dan.

Speċifiċità tal-prodott

Il-karatteristiċi organolettiċi uniċi tal-prodott – u b’mod partikolari t-togħma u r-riħa speċifiċi tiegħu u s-sawra u l-konsistenza kkawżati mill-użu tal-ilma min-nixxigħat naturali tas-salmura fil-proċess tal-produzzjoni – huma dawk li jagħmlu s-“Salinate de Turda” uniku. Il-benefiċċju tal-użu tas-salmura huwa li l-melħ jippenetra l-laħam aktar malajr u b’mod aktar uniformi, filwaqt li l-kwalità tas-salmura tagħmel il-laħam artab u tagħti lill-prodott il-konsistenza speċifika tiegħu (kwalità mmerrqa, ratba iżda ma titgħaffiġx, u s-sawra).

Il-karatteristiċi ewlenin tal-metodu tal-produzzjoni tas-“Salinate de Turda” huma l-fatt li s-salmura li tintuża tiġi min-nixxigħat naturali li jinsabu f’Micești (il-komun ta’ Tureni), Valea Florilor (il-komun ta’ Ploscoș) u Valea Sărată (il-muniċipalità ta’ Turda) fil-kontea ta’ Cluj, prattika antika fiż-żona ta’ Turda (fejn hemm ħafna bjar li minnhom tinġibed is-salmura għal użi bħal dawn).

Il-proċess tal-użu tas-salmura min-nixxigħat naturali fiż-żona ġeografika b’kontenut sinifikanti ta’ kalċju u manjeżju (bħala medja is-salmura min-nixxigħat naturali għandha kontenut ta’ kalċju ta’ madwar 500 mg/l u kontenut ta’ manjeżju ta’ madwar 130 mg/l, meta mqabbel ma’ 250 mg/l u 6,5 mg/l, rispettivament, fis-salmura ppreparata artifiċjalment billi jinħall il-melħ fl-ilma) ifisser li l-klorur tal-manjeżju u l-klorur tal-kalċju jieħdu post il-klorur tas-sodju, u jwasslu għal prodott tal-laħam ippreservat bit-tmelliħ niexef b’ammont aktar baxx ta’ klorur tas-sodju. Dan huwa ffavorit ukoll mill-proċessi bijokimiċi karatteristiċi tal-proteini u x-xaħmijiet li jseħħu matul it-tumbling bħala riżultat tal-proċessi ta’ skambju tal-joni kkawżati miż-żieda fil-pressjoni ożmotika kkawżata mis-salmura min-nixxigħat naturali. L-użu tas-salmura jinkoraġġixxi l-attività fl-enzimi li jiġu prodotti minn batterji tal-aċidu lattiku reżistenti għall-melħ, li jiġu pprovduti bil-mikroelementi li jeħtieġu mis-salmura min-nixxigħat naturali u jgħinu biex jiġu ottimizzati l-proċessi ta’ fermentazzjoni matul il-maturazzjoni. Il-prodott ittrattat u mmaturat b’dan il-mod jikseb karatteristiċi li jiddistingwuh minn prodotti oħra tal-laħam magħmula bl-użu ta’ proċessi simili, prinċipalment f’termini tal-konsistenza speċifika tiegħu (artab mingħajr ma jitfgħaffeġ, is-sawra, u l-irtubija) u l-kulur tiegħu, kif ukoll id-distribuzzjoni uniformi tal-likwidi (bħall-indewwa u s-soluzzjoni salina) fit-tessut.

Il-passi speċifiċi li ġejjin jikkostitwixxu l-proċess tal-produzzjoni tas-“Salinate de Turda”: it-tħejjija tal-materja prima/tal-ingredjenti, it-tqattigħ (il-majjal użat biex isir is-“Salinate de Turda” jrid jiġi minn ħnieżer li jkunu bejn wieħed u ieħor laħqu il-piż għall-użu għal-laħam tal-majjal), id-dissussar u l-għażla tal-laħam; l-użu tas-salmura min-nixxigħat naturali fiż-żona ġeografika; it-taħwir (tumbling); l-ewwel maturazzjoni f’kundizzjonijiet ikkontrollati (5-7 ijiem); perjodu qasir (massimu ta’ 60 minuta) ta’ affumikar bl-injam iebes (bl-irmied mill-affumikar tal-injam tal-fagu) f’temperatura ta’ 45-50 °C; u t-tieni maturazzjoni (ippreservat bit-tmelliħ niexef) f’kundizzjonijiet ikkontrollati għal 20-28 jum.

L-affumikar bl-injam iebes naturali ilu jintuża minn żmien il-qedem. Jagħti wkoll lill-prodotti togħma u aroma speċifiċi.

It-tħejjija tal-prodott għall-kunsinna (it-tqattigħ, id-diviżjoni f’porzjonijiet, u l-ippakkjar) ma hijiex pass speċifiku fil-proċess tal-produzzjoni u titwettaq skont ir-rekwiżiti tas-suq u tal-klijent.

L-ispeċifiċità tal-oriġini ġeografika

Fatturi naturali

Depożitu tal-melħ Tortonjan taħt l-art b’konċentrazzjoni ta’ klorur tas-sodju (NaCl) b’kisi bil-melħ ta’ 98,1-99 % fiż-żona ta’ Sărata u Băile Turda qrib il-belt ta’ Turda.

Iż-żona ġeografika li fiha jsir is-“Salinate de Turda” tinkludi ż-żoni ta’ Turda, Mihai Viteazu, Ploscoș u Tureni, fejn il-preżenza tal-melħ hija l-karatteristika ewlenija tas-sottoswol.

Fiż-żoni kollha studjati, is-sottoswol għandu riżervi enormi ta’ melħ relattivament qrib il-wiċċ, u saħansitra hemm twemmin popolari li ż-żoni kollha inkwistjoni huma magħqudin ma’ xulxin mill-istess vina tal-melħ. Hemm numru kbir ta’ nixxigħat tas-salmura kkawżati mill-infiltrazzjoni tal-ilma tax-xita fil-muntanji tal-melħ f’Turda u fil-komuni tal-madwar, il-maġġoranza tagħhom f’żoni fejn l-erożjoni ħolqot fetħiet fil-muntanji tal-melħ (Valea Sărată Turda, Valea Florilor, Micești).

Fatturi umani

Il-preżenza ta’ nixxigħat tas-salmura kienet tfisser li n-nies ta’ Turda u l-komuni tal-madwar dejjem kellhom aċċess faċli għal provvista tal-melħ. Il-modi tradizzjonali ta’ kif jintuża l-melħ, li għadhom jintużaw sal-lum, jinvolvu l-użu tas-salmura (magħrufa b’mod kollokjali bħala murătoare, saramură, slatină, jew sare lichidă [melħ likwidu]) fl-ikel kemm għall-bnedmin kif ukoll għall-annimali, kif ukoll biex jiġi trattat ċertu mard.

Twettqet riċerka etnografika bil-għan li jiġi skopert kif kien meqjus l-impatt tan-nixxigħat naturali tas-salmura mill-komunitajiet tal-irħula fiż-żona ġeografika għas-“Salinate de Turda”, li mmappjat il-“pajsaġġ etnografiku speċifiku” iffurmat f’dawk il-komunitajiet bl-eżistenza jew bin-nuqqas ta’ eżistenza ta’ sorsi ta’ melħ (nixxigħat tas-salmura), u rreġistrat il-modi tradizzjonali li bihom ir-raħħala jisfruttaw is-sorsi tal-melħ u jipproċessaw u jużaw il-melħ id-dar fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom.

Hemm ħafna letteratura dwar l-użu tan-nixxigħat naturali tas-salmura min-nies lokali fil-preparazzjoni tal-ikel. Mill-għadd kbir ta’ sorsi disponibbli, dawn huma wħud li jiddeskrivu l-eżistenza u l-użi tan-nixxigħat naturali tas-salmura:

1.

“Fir-raħal ta’ Micești fil-kontea ta’ Cluj, hemm nixxiegħa b’ilma mielaħ ikkonċentrat magħrufa bħala mărătoare. Din in-nixxiegħa tas-salmura tindika l-preżenza ta’ muntanja tal-melħ taħt l-art. Is-salmura min-nixxiegħa tinġabar f’bir, miksi bi pjanċi ħoxnin tal-injam, bil-livell tas-salmura jasal sal-wiċċ. Spjegazzjoni waħda għall-fenomenu ta’ Micești hija li huwa kkawżat mill-fatt li l-ilma tax-xita jinżel fuq il-muntanja tal-melħ u jinxtorob sal-wiċċ immellaħ ħafna. Skont il-professjonisti dan l-ilma huwa adattat ħafna għall-użu kulinari. Dan l-ilma huwa ta’ kwalità eċċezzjonali għall-użu fl-industrija tal-ikel. Rigal ieħor li n-natura tat lir-raħħala ta’ Micești huwa t-tajn minn madwar in-nixxigħat, li jużawh biex itaffu l-uġigħ rewmatiku.”

2.

“Il-melħ huwa riżorsa minn taħt l-art preżenti fil-komun ta’ Ploscoș, sfruttata fuq il-wiċċ (permezz ta’ minjieri żgħar), inkluż mir-Rumani. Hemm nixxigħat tas-salmura fi Ploscoș, u s-salmura minnhom ilha tintuża min-nies tal-lokal minn żmien il-qedem. Il-muntanja tal-melħ ta’ forma ovali ta’ Valea Florilor tinsab viċin ħafna tal-wiċċ, f’fond ta’ 0,5 metri f’xi postijiet.”

3.

L-użu tas-salmura sar drawwa jew tradizzjoni f’ħafna minn dawn il-postijiet, u anke llum għad hemm djar fejn il-melħ tal-mejda, għalkemm disponibbli fil-ħwienet, qatt ma jintuża fl-ikel. L-anzjani tgħallmu japprezzaw il-valur tal-melħ għax meta kienu tfal kienu jisimgħu l-istejjer tal-predeċessuri tagħhom dwar kemm kienet diffiċli l-ħajja meta l-aċċess għall-melħ jew għas-salmura kien ipprojbit jew ristrett. Tgħallmu wkoll jagħmlu użu tajjeb mis-salmura fid-dar, u jqisuh aħjar minn kwalunkwe melħ mixtri kummerċjalment: oġġett tal-ikel prezzjuż, rigal min-natura.”

4.

“Waħda mill-iktar nixxigħat mielħa fl-Ewropa tinstab madwar 20 kilometru ’l bogħod minn Cluj-Napoca. In-nies ta’ Micești fil-kontea ta’ Cluj ma xtrawx gramma waħda ta’ melħ għal bosta għexieren ta’ snin, mill-iskoperta ta’ waħda min-nixxigħat l-aktar mielħa fl-Ewropa qrib ir-raħal. Ir-raħħala jużaw is-salmura biex jippreparaw l-ikel għalihom infushom u għall-bhejjem tagħhom. ‘Żewġ jew tliet kuċċarini ta’ dan l-ilma jiżdiedu mal-borma tas-soppa,’ jgħid Vasile Todea, is-sindku tal-komun ta’ Tureni, it-territorju amministrattiv li għalih jappartjeni Micești. Huwa jirrakkonta kif kull sena jieħu miegħu d-dar bettija ta’ salmura biex jitma’ lill-familja u lill-bhejjem tar-razzett tiegħu tul is-sena kollha. L-ilma min-nixxigħat naturali tas-salmura jintuża wkoll biex jiġi ppreservat l-ikel, b’mod partikolari l-majjal mit-tbiċċir tal-ħnieżer li jsir kull xitwa.” (2007)

5.

“Fir-raħal hemm nixxiegħa li fiha ilma mielaħ ikkonċentrat (mărătoare) li l-eżistenza tagħha hija dovuta għal muntanja tal-melħ taħt l-art. Is-salmura min-nixxiegħa tinġabar f’bir, miksi bi pjanċi ħoxnin tal-injam, bil-livell tas-salmura jasal sal-wiċċ. Is-salmura minn dan il-post kienet tiġi distribwita b’mod sistematiku lill-irħula tal-madwar (Tureni, Ceanu Mic, Rediu, Martinești, Comsești, Vâlcelor, Petreștii de Jos, Deleni, Livada, Plaiuri, Agriș, Crăiești u Săliste) u tintuża fit-tisjir u fil-preservazzjoni tal-majjal. Peress li n-nixxiegħa kienet fid-dominju pubbliku, in-nies ta’ Micești setgħu jaċċessawha mingħajr ħlas, filwaqt li dawk li kienu jiġu minn irħula oħra kienu jintalbu jħallsu tariffa. Din il-prattika baqgħet fis-seħħ kważi sakemm faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija. In-nixxiegħa tas-salmura għadha tintuża sal-lum.”

6.

“In-network tal-kanali tal-ilma fil-komun jikkonsisti f’diversi xmajriet b’żoni mistagħdra fil-medda ta’ Boju-Valea Florilor-Ploscoş, u ilma mielaħ fil-baċir ta’ Valea Florilor. Hawnhekk hawn ukoll terren ċatt miksi b’veġetazzjoni alofilika, speċifiku għal din iż-żona mielħa. Il-formazzjoni tal-melħ għandha dijametru ta’ 300 metru u tinsab viċin il-wiċċ – f’fond ta’ 4-5 metri f’xi postijiet. Fil-parti tan-Nofsinhar taż-żona hemm bir tal-ilma mielaħ użat min-nies lokali għal skopijiet domestiċi, kif irrappurtat mis-sindku tal-komun ta’ Ploscoș, Truța Aurel, fl-2013.”

7.

“Dak iż-żmien, it-tfal ta’ Turda kienu jmorru jgħumu kważi kuljum. Qrib Băi kien hemm ukoll nixxiegħa magħrufa bħala n-‘nixxiegħa tas-salmura’, li fiha ilma mielaħ li xi nies jieħdu d-dar biex ipoġġu l-ikel bih għax-xitwa. Dik is-salmura kellha konċentrazzjoni għolja ħafna ta’ melħ u l-kristalli kienu jiffurmaw malajr fil-bramel tan-nies tal-lokal. Nies mill-komuni madwar ir-raħal ukoll kienu jżuru n-nixxiegħa, li, bħall-bqija taż-żona tal-madwar, kienet tinsab fuq depożitu tal-melħ.”

8.

“Assi prezzjuż għaż-żona kollha, u b’mod partikolari għall-użu kulinari, kien in-nixxiegħa tas-salmura, mgħammra tajjeb u mgħassa minn gwardjan mill-uffiċċju tas-sindku ta’ Turda. L-ilma saturat bil-melħ kien jintuża biex jiġi ppreservat l-ikel, u għandu rwol indispensabbli fit-tbiċċir tradizzjonali tal-ħnieżer. Skont din it-tradizzjoni, ħafna nies minn Turda jużaw in-nixxiegħa tas-salmura ta’ Micești fl-attivitajiet tad-dar tagħhom minħabba li hija aħjar biex trattab il-laħam tal-majjal u x-xaħam tal-majjal.”

Rabta kawżali

Ir-rabta bejn il-prodotti tal-laħam tas-“Salinate de Turda” u ż-żona tal-produzzjoni hija dovuta għat-tradizzjoni lokali qadima tal-applikazzjoni tas-salmura u l-affumikar biex il-laħam tal-majjal jiġi ppreservat għax-xhur tax-xitwa wara t-tbiċċir tradizzjonali tal-ħnieżer, xi ħaġa li ilha magħrufa minn żminijiet antiki. Is-salmura miġbura min-nixxigħat naturali fiż-żona lokali (Micești, Valea Florilor, Valea Sărată Turda) tintuża għal dan il-proċess ta’ preservazzjoni.

Fost il-karatteristiċi ewlenin tal-metodu tal-produzzjoni hemm il-fatt li s-salmura użata tiġi min-nixxigħat naturali li jinsabu fiż-żona ġeografika.

F’termini tal-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, huma l-irtubija u l-kwalità mmerrqa tal-laħam, ippreservati permezz tal-metodi użati għall-applikazzjoni tas-salmura min-nixxigħat naturali, it-taħwir (tumbling) u l-maturazzjoni f’kundizzjonijiet ikkontrollati (umdità, temperatura), li jiddistingwu dan il-prodott minn oħrajn simili.

Il-kwalità u l-karatteristiċi tas-“Salinate de Turda” jirriżultaw mill-fatturi naturali u/jew umani fiż-żona, u hemm prova biblijografika li tixhed dan.

Il-metodu użat għall-preparazzjoni tal-prodotti tal-laħam bl-użu tas-salmura min-nixxigħat naturali ġie mgħoddi minn ġenerazzjoni għal oħra u rfinat biż-żmien. Bl-użu tant frekwenti tas-salmura min-nixxigħat naturali, in-nies żviluppaw aptit għat-togħmiet li tagħti lill-prodotti tal-laħam – u mhux biss lill-prodotti tal-laħam – u t-tradizzjoni għadha ħajja b’riżultat ta’ dan.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.madr.ro/docs/ind-alimentara/2021/Salinate-de-Turda/caiet-de-sarcini-Salinate-de-Turda-2021.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.