ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 234

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
3 ta' Lulju 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 234/01

Rata tal-kambju tal-euro — It-30 ta' Ġunju 2023

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 234/02

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11118 — MACQUARIE / PMV / KEVLINX) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

2

2023/C 234/03

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11178 – ASTARA MOBILITY / NISSAN AUSTRIA / NISSAN POLAND) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

2023/C 234/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11175 – IBERDROLA / GIC / NEOENERGIA TRANSMISSORA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2023/C 234/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11108 – MERIDIAM / AWSA I / AWSA II / A2 ROUTE / AESA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8


 

Rettifika

 

Rettifika tal-Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11115 – ADNOC / ÖBAG /OMV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( ĠU C 226, 28.6.2023 )

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta' Ġunju 2023

(2023/C 234/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0866

JPY

Yen Ġappuniż

157,16

DKK

Krona Daniża

7,4474

GBP

Lira Sterlina

0,85828

SEK

Krona Żvediża

11,8055

CHF

Frank Żvizzeru

0,9788

ISK

Krona Iżlandiża

148,70

NOK

Krona Norveġiża

11,7040

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,742

HUF

Forint Ungeriż

371,93

PLN

Zloty Pollakk

4,4388

RON

Leu Rumen

4,9635

TRY

Lira Turka

28,3193

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6398

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4415

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,5157

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7858

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4732

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 435,88

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

20,5785

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8983

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 384,54

MYR

Ringgit Malażjan

5,0717

PHP

Peso Filippin

60,082

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

38,482

BRL

Real Brażiljan

5,2788

MXN

Peso Messikan

18,5614

INR

Rupi Indjan

89,2065


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/2


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11118 — MACQUARIE / PMV / KEVLINX)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 234/02)

1.   

Fit-23 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Macquarie Asset Holdings Limited (“Macquarie”, ir-Renju Unit), finalment ikkontrollata minn Macquarie Group Limited (l-Awstralja),

Participatiemaatschappij Vlaanderen NV (“PMV”, il-Belġju), proprjetà kollha kemm hi tar-Reġjun Fjamming, u

KevlinX Holding B.V. (Il-“Joint Venture”, in-Netherlands), bħalissa kkontrollata bi sħab minn PMV, Firmitudo (in-Netherlands) u Cenobio (in-Netherlands).

Macquarie, flimkien PMV, jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Joint Venture.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Macquarie hija fornitur globali ta’ servizzi ta’ ġestjoni u finanzjament tal-assi, servizzi bankarji, servizzi ta’ konsulenza u servizzi ta’ soluzzjonijiet ta’ riskju u kapital madwar id-dejn, l-ekwità u l-komoditajiet.

PMV, kumpanija ta’ investiment, proprjetà kollha kemm hi tar-Reġjun Fjamming u prinċipalment attiva fil-finanzjament ta’ kumpaniji minn negozji ġodda permezz tat-tkabbir u l-internazzjonalizzazzjoni. Il-PMV iwettaq ukoll proġetti fil-Fjandri mal-Gvern Fjamming u għalih, f’kooperazzjoni ma’ diversi sħab.

Il-Joint Venture se tkun attiva b’mod intimu fid-disinn, fl-inġinerija, fil-kostruzzjoni u fl-operat ta’ ċentru tad-data fi Brussell, il-Belġju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11118 — MACQUARIE / PMV / KEVLINX

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11178 – ASTARA MOBILITY / NISSAN AUSTRIA / NISSAN POLAND)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 234/03)

1.   

Fil-21 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Astara Mobility (“Astara”, Spanja), ikkontrollata bi sħab minn Bergé Group u Mitsubishi Corporation,

Nissan Austria (l-Awstrija), li qabel kienet finalment ikkontrollata esklużivament minn Nissan Motor Co. Ltd u bħalissa kkontrollata esklużivament minn Astara (Spanja), u Nissan Poland (il-Polonja), finalment ikkontrollata esklużivament minn Nissan Motor Co. Ltd (flimkien “in-Negozju fil-Mira”).

Astara se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Nissan Poland. Qabel, Astara kienet akkwistat il-kontroll esklużiv ta’ Nissan Austria fi Frar 2022. Iż-żewġ akkwisti jikkostitwixxu konċentrazzjoni waħda fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet billi jseħħu bejn l-istess impriżi f’perjodu ta’ sentejn.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Astara hija attiva fl-importazzjoni, id-distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut ta’ vetturi minn diversi ditti, il-bejgħ ta’ spare parts, kif ukoll il-forniment ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ, il-finanzjament u servizzi oħra f’diversi pajjiżi Ewropej u l-Amerka Latina kif ukoll fil-Filippini,

In-Negozju fil-Mira jiddistribwixxi vetturi, spare parts, u aċċessorji tad-ditta Nissan fl-Awstrija u fil-Polonja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11178 – ASTARA MOBILITY / NISSAN AUSTRIA / NISSAN POLAND

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11175 – IBERDROLA / GIC / NEOENERGIA TRANSMISSORA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 234/04)

1.   

Fil-21 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Iberdrola S.A. (“Iberdrola”) u s-sussidjarja tagħha kkontrollata esklużivament, Neoenergia (Spanja).

GIC (Ventures) Pte Ltd (“GIC”) (Singapore) u s-sussidjarja tagħha kkontrollata esklużivament, Warrington

Neoenergia Transmissora (il-Brażil), kumpanija li bħalissa hija kkontrollata esklużivament minn Neoenergia (Spanja).

Iberdrola u GIC se jakkwistaw indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Neoenergia Transmissora, li bħalissa hija kkontrollata esklużivament indirettament minn Iberdrola.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Iberdrola hija attiva fil-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, u d-distribuzzjoni tal-elettriċità fi Spanja, il-Brażil u madwar id-dinja. Neoenergia hija attiva fil-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriċità fil-Brażil.

GIC hija attiva, permezz ta’ GIC Special Investments Pte Ltd (“GICSI”), fil-ġestjoni ta’ portafoll globali diversifikat ta’ investimenti f’ekwità privata, kapital ta’ riskju u infrastruttura kif ukoll investiment dirett f’kumpaniji privati. Warrington hija veikolu ta’ investiment nominat ta’ GICSI.

Neoenergia Transmissora hija attiva fit-trażmissjoni tal-elettriċità fil-Brażil.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11175 – IBERDROLA / GIC / NEOENERGIA TRANSMISSORA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11108 – MERIDIAM / AWSA I / AWSA II / A2 ROUTE / AESA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 234/05)

1.   

Fis-26 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Meridiam SAS (“Meridiam”, Franza),

Autostrada Wielkopolska S.A. (“AWSA I”, il-Polonja), Autostrada Wielkopolska II S.A. (“AWSA II”, il-Polonja), Autostrada Eksploatacja S.A. (“AESA”, il-Polonja), u A2 Route sp. z o.o. (“A2 Route”, il-Polonja).

Meridiam se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ AWSA I u AWSA II kollha kemm huma u l-kontroll bi sħab ta’ AESA u A2 Route.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Meridiam hija maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv li jispeċjalizza f’investimenti fit-tul fl-infrastruttura pubblika u komunitarja fl-Ewropa, fil-Kontinent Amerikan u fl-Afrika;

AWSA I hija kumpanija bi skop speċjali li għandha konċessjoni għall-kostruzzjoni u l-operat ta’ 149 kilometru - is-sezzjoni Nowy Tomyśl-Konin - tal-awtostrada b’pedaġġ A2 fil-Polonja (“l-Awtostrada A2”);

AWSA II hija kumpanija bi skop speċjali li għandha konċessjoni għall-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ 106 kilometru - is-sezzjoni Nowy Tomyśl-Świecko - tal-Awtostrada A2 fil-Polonja;

A2 Route hija kumpanija operattiva ddedikata għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u manutenzjoni tqila fuq is-sezzjonijiet AWSA I u AWSA II tal-Awtostrada A2;

AESA hija kumpanija operattiva responsabbli għall-operat ta’ kuljum tas-sezzjonijiet AWSA I u AWSA II tal-Awtostrada A2 (jiġifieri 255 kilometru is-sezzjoni Konin-Świecko).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11108 – MERIDIAM / AWSA I / AWSA II / A2 ROUTE / AESA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

European Commission

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU L 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/10


Rettifika tal-Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11115 – ADNOC / ÖBAG /OMV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 226 tat-28 ta’ Ġunju 2023 )

(2023/C 234/06)

F’paġna 10, il-punt 2, it-tielet inċiż,

minflok:

“OMV, li bħalissa hija sussidjarja esklużivament ikkontrollata ta’ ÖBAG, hija grupp globali tal-enerġija u l-petrokimiċi attiv f’attivitajiet upstream u downstream taż-żejt u l-gass, kif ukoll fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ poljofini u kimiċi tal-bażi.”,

aqra:

“OMV hija grupp globali tal-enerġija u l-petrokimiċi attiv f’attivitajiet upstream u downstream taż-żejt u l-gass, kif ukoll fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ poljofini u kimiċi tal-bażi.”.