ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 224

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
27 ta' Ġunju 2023


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 224/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ AT. 40735 – Distribuzzjoni tal-biljetti ferrovjarji online fi Spanja

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2023/C 224/02

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta'ASSADI Assadollah, inkluż fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Annessi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/422 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/420 tal-24 ta' Frar 2023)

4

2023/C 224/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1299 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1298 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

6

2023/C 224/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

7

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 224/05

Rata tal-kambju tal-euro — Is-26 ta' Ġunju 2023

9

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2023/C 224/06

Lista tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom rigward l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online

10


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 224/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11151 — BDT / LGP / PROMACH) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2023/C 224/08

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

15

2023/C 224/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

26

2023/C 224/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

36

2023/C 224/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

43


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ AT. 40735 – Distribuzzjoni tal-biljetti ferrovjarji online fi Spanja

(2023/C 224/01)

1.   Introduzzjoni

(1)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi – f’dawk il-każijiet fejn ikollha l-intenzjoni li tadotta deċiżjoni li tobbliga li ksur jinġieb fi tmiemu u l-partijiet ikkonċernati joffru impenji li jkunu jissodisfaw it-tħassib indikat lilhom mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni preliminari tagħha – li dawk l-impenji jagħmluhom vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni ta’ dan it-tip tista’ tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li ma jkunx għad hemm raġuni għal azzjoni mil-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom sal-limitu taż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni.

2.   Sommarju tal-Każ

(2)

Fit-28 ta’ April 2023, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 kontra Renfe-Operadora, E.P.E u Renfe Viajeros, S.M.E., S.A. (minn hawn ’il quddiem imsejħa flimkien “Renfe”) dwar allegat ksur tal-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Dakinhar stess, il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(3)

Il-valutazzjoni preliminari tistabbilixxi t-tħassib tal-Kummissjoni li Renfe setgħet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha billi rrifjutat li tipprovdi l-kontenut kollu tagħha u d-data f’ħin reali lill-pjattaformi tal-qtugħ tal-biljetti ta’ partijiet terzi (2) attivi fi Spanja. Il-kontenut jirreferi għat-tipi kollha ta’ biljetti, skontijiet u funzjonalitajiet (eż. il-possibbiltà li jiġu pproċessati t-talbiet għal rimborż tal-klijenti). Id-data f’ħin reali tirreferi għall-informazzjoni relatata mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri operati minn Renfe, u tista’ tkun ta’ qabel il-vjaġġ (eż. in-numru tal-pjattaforma), ta’ waqt il-vjaġġ (eż. interruzzjonijiet) jew ta’ wara l-vjaġġ (eż., informazzjoni dwar dewmien li hija meħtieġa biex titressaq talba għal kumpens).

(4)

Skont il-valutazzjoni preliminari, Renfe hija dominanti (i) fis-suq upstream għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fi Spanja, fejn Renfe topera bħala trasportatur ferrovjarju tal-passiġġieri, u (ii) fis-suq downstream għad-distribuzzjoni online ta’ biljetti ferrovjarji tal-passiġġieri fi Spanja, fejn Renfe topera permezz tas-sit web ta’ Renfe, l-apps ta’ Renfe u l-pjattaforma tal-mobbiltà ta’ Renfe “dōcō”. F’dan is-suq downstream, Renfe tikkompeti ma’ pjattaformi tal-qtugħ tal-biljetti ta’ partijiet terzi (jiġifieri, aġenziji tal-ivvjaġġar online jew kumpaniji tal-ġestjoni tal-ivvjaġġar).

(5)

Fil-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni qieset li Renfe setgħet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha, bi ksur tal-Artikolu 102 tat-Trattat, billi rrifjutat li tagħti lill-pjattaformi tal-qtugħ tal-biljetti ta’ partijiet terzi l-aċċess mitlub għall-kontenut sħiħ u għad-data f’ħin reali li huma disponibbli fuq il-kanali ta’ distribuzzjoni online ta’ Renfe stess, li setgħu xekklu l-kapaċità tagħhom li joħolqu l-prodott tagħhom, li jinnovaw, u li jeżerċitaw kompetizzjoni effettiva fis-suq downstream għas-servizzi tal-qtugħ tal-biljetti ferrovjarji online fi Spanja.

3.   Il-Kontenut Ewlieni tal-Impenji Offruti

(6)

Renfe ma tirrikonoxxi l-ebda ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni u ma taqbilx mat-tħassib preliminari mqajjem mill-Kummissjoni fil-Valutazzjoni Preliminari, iżda madankollu offriet impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, biex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni.

(7)

L-elementi ewlenin tal-impenji offruti minn Renfe huma kif ġej:

a)

Renfe timpenja ruħha li tagħmel disponibbli għall-pjattaformi tal-qtugħ tal-biljetti ta’ partijiet terzi l-kontenut kollu u d-data f’ħin reali (3) li hija disponibbli fid-Data Effettiva (4) jew li tista’ ssir disponibbli fuq kwalunkwe wieħed mill-kanali online tagħha stess, inkluża l-pjattaforma tal-mobbiltà tagħha, wara d-Data Effettiva. L-impenji ta’ Renfe għalhekk ikunu dinamiċi, u mhux limitati għal kontenut jew data f’ħin reali diġà pprovduta minn Renfe permezz tal-kanali online tagħha stess.

b)

Biex timplimenta l-impenji, Renfe timpenja ruħha li tagħmel disponibbli għall-pjattaformi tal-qtugħ tal-biljetti ta’ partijiet terzi kull kontenut ta’ Renfe jew data f’ħin reali disponibbli fuq il-kanali online ta’ Renfe stess u/jew fuq il-pjattaforma ta’ mobbiltà ta’ Renfe (bħal dōcō) fid-Data Effettiva, sa mhux aktar tard mid-29 ta’ Frar 2024. Bħala eċċezzjoni, għall-kontenut jew id-data f’ħin reali li teħtieġ it-tnedija ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti biex jingħata aċċess lill-pjattaformi tal-qtugħ tal-biljetti ta’ partijiet terzi, Renfe timpenja ruħha li tagħti aċċess għal tali kontenut jew data f’ħin reali sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2024; madankollu (i) l-informazzjoni f’ħin reali dwar l-inċidenzi skedati li jaffettwaw il-biljetti li diġà nbiegħu se tkun disponibbli sat-30 ta’ Novembru 2024, u (ii) il-biljetti għat-Treni Turistiċi ta’ Lussu u għat-Treni Turistiċi ta’ Rikreazzjoni se jkunu disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2024.

c)

Fir-rigward tal-kontenut ta’ Renfe jew id-data f’ħin reali li tista’ ssir disponibbli għall-pjattaformi tal-qtugħ tal-biljetti ta’ partijiet terzi wara d-Data Effettiva, biex il-pjattaformi tal-qtugħ tal-biljetti ta’ partijiet terzi jkunu jistgħu jħejju s-sistemi tal-IT tagħhom, Renfe timpenja ruħha li tħabbar fl-istess ħin lill-pjattaformi tal-qtugħ tal-biljetti ta’ partijiet terzi u dōcō, l-inklużjoni ta’ kwalunkwe kontenut ġdid ta’ Renfe jew data f’ħin reali 4 xhur bil-quddiem, u se tikkomunika wkoll fl-istess ħin lit-tnejn, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex jadattaw is-sistemi tagħhom xahar bil-quddiem sal-31 ta’ Diċembru 2024 u xahrejn bil-quddiem wara l-31 ta’ Diċembru 2024. L-iskadenza ta’ xahar għall-avviż bil-quddiem għandha l-għan li tiżgura l-konformità mal-impenji deskritti f’b) relatati mal-aċċess għall-kontenut u d-data f’ħin reali disponibbli fuq il-kanali online ta’ Renfe stess iżda li għadha mhijiex disponibbli fuq pjattaformi tal-qtugħ tal-biljetti ta’ partijiet terzi fid-Data Effettiva. L-iskadenza ta’ xahrejn tkun tapplika għall-kontenut futur u għad-data f’ħin reali (il-kontenut u d-data f’ħin reali mhux disponibbli fuq il-kanali online ta’ Renfe stess fid-Data Effettiva).

d)

Renfe timpenja ruħha li ma teħtieġx minn pjattaformi tal-qtugħ tal-biljetti ta’ partijiet terzi proporzjon medju massimu għal kull xahar ta’ min ifittex ma’ min jipprenota (Look-to-Book ratio - “L2B”) (5) ta’ inqas minn 140. Il-valur minimu għall-medja massima fix-xahar L2B jiġi rieżaminat perjodikament u jista’ jiġi mmodifikat mill-Kummissjoni b’reazzjoni għal talba mingħand Renfe. F’każijiet ġustifikati, jekk pjattaforma tal-qtugħ tal-biljetti ta’ parti terza tkun qabżet il-proporzjon L2B, Renfe tista’ tissospendi l-aċċess tal-pjattaforma għas-sistema tal-IT tagħha.

e)

Renfe timpenja ruħha għal Rata ta’ Żball (6) massima ta’ 14,23 %. Dak il-valur massimu jiġi rieżaminat perjodikament u jista’ jiġi mmodifikat mill-Kummissjoni b’reazzjoni għal talba mingħand Renfe. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Rata ta’ Żball massima, Renfe timpenja ruħha li tagħmel l-isforzi meħtieġa biex tanalizza l-kawżi u timplimenta l-miżuri tekniċi meħtieġa biex issolvihom malajr kemm jista’ jkun.

f)

Renfe timpenja ruħha li taħtar Fiduċjarju tal-Monitoraġġ li jimmonitorja u jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-impenji għal perjodu ta’ għaxar snin.

g)

Renfe timpenja ruħha li bl-ebda mod ma tevita jew tipprova tevita l-impenji direttament jew indirettament permezz ta’ kwalunkwe azzjoni jew ommissjoni.

h)

L-impenji għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu indefinit li jibda mid-Data Effettiva.

(8)

Ir-rabtiet jiġu ppubblikati bis-sħiħ bl-Ingliż fis-sit tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz:

 

https://ec.europa.eu/competition-policy/index_en

4.   Stedina għall-Kummenti

(9)

Wara li jsir l-ittestjar tas-suq, il-Kummissjoni beħsiebha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 li fiha tiddikjara li l-impenji mniżżlin fil-qosor hawn fuq u ppubblikati fuq l-internet fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni huma vinkolanti.

(10)

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mistiedna jippreżentaw verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, li fiha kull informazzjoni li jiddikjaraw li hija sigriet kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandha titħassar u tiġi ssostitwita kif meħtieġ b’sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”.

(11)

It-tweġibiet u l-kummenti għandhom preferibbilment ikunu motivati u għandhom jippreżentaw il-fatti rilevanti. Jekk tidentifika problema fi kwalunkwe parti tal-impenji proposti, il-Kummissjoni tistiednek ukoll biex tissuġġerixxi soluzzjoni possibbli.

(12)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni, bin-numru ta’ referenza AT.40735 Distribuzzjoni tal-biljetti ferrovjarji online fi Spanja, jew bil-posta elettronika fl-indirizz (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu) jew inkella bil-posta fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Antitrust Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u 102, rispettivament, tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi fis-sustanza. Għall-finijiet ta’ dan l-avviż, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE jenħtieġ li jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE meta jkun applikabbli.

(2)  Il-pjattaformi tal-qtugħ tal-biljetti ta’ partijiet terzi huma definiti fl-impenji offruti bħala kwalunkwe impriża li tqassam biljetti ferrovjarji lil klijenti individwali u/jew korporattivi fl-Unjoni Ewropea permezz ta’ ħwienet tal-applikazzjonijiet tas-software (eż. Apple App Store jew Google Play Store) jew permezz ta’ sit web. L-impriżi li ma joffrux funzjonalitajiet ta’ prenotazzjoni u ta’ ħlas lill-klijenti (jiġifieri metasearch li tirridderieġi l-klijenti lejn is-sit web ta’ Renfe) ma jitqisux bħala pjattaformi tal-qtugħ tal-biljetti ta’ partijiet terzi u għalhekk mhumiex koperti mill-impenji offruti.

(3)  Il-kontenut u d-data f’ħin reali ta’ Renfe huma definiti fit-Taqsima A tal-impenji.

(4)  Id-Data Effettiva hija d-data meta Renfe tirċievi notifika formali tad-Deċiżjoni dwar l-Impenji.

(5)  Il-proporzjon L2B huwa l-proporzjon bejn l-għadd ta’ talbiet għall-informazzjoni (“look”) relatati mal-bejgħ tal-biljetti li jkunu saru lis-sistema tal-bejgħ tal-biljetti ta’ Renfe u l-għadd ta’ bejgħ reali (“book”) li jsir matul perjodu ta’ żmien partikolari.

(6)  Ir-Rata ta’ Żball hija l-proporzjon bejn l-għadd ta’ talbiet ta’ prenotazzjoni li ma rnexxewx u l-għadd totali ta’ talbiet ta’ prenotazzjoni li saru lis-sistema tal-bejgħ tal-biljetti ta’ Renfe matul perjodu ta’ żmien partikolari.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

27.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/4


L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta'ASSADI Assadollah, inkluż fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Annessi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/422 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/420 tal-24 ta' Frar 2023)

(2023/C 224/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna msemmija hawn fuq elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/422 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/420 tal-24 ta' Frar 2023 (1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi kollha, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn li jappartjenu lill-persuni u l-gruppi kkonċernati u li l-ebda fond, assi finanzjarju u riżorsa ekonomika oħra ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Il-Kunsill ingħata tagħrif ġdid rilevanti għall-elenkar tal-persuna msemmija hawn fuq. Wara li kkunsidra dan it-tagħrif ġdid, il-Kunsill biħsiebu jemenda d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet kif meħtieġ.

Il-persuna kkonċernata tista' tippreżenta talba fl-indirizz li ġej biex tikseb id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet maħsuba li tispjega għaliex inżammet fuq il-lista msemmija hawn fuq:

Council of the European Union (Attn: COMET designations)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Din it-talba għandha tiġi ppreżentata sal-4 ta' Lulju 2023.

Il-persuna tista' fi kwalunkwe ħin tippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li tiġi inkluża u tinżamm fuq il-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ser ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi, f'konformità mal-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 61, 27.2.2023, p. 58 u 37.


27.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/6


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1299 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1298 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

(2023/C 224/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1299 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1298 (4) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel l-1 ta' Jannar 2024, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.

(2)  ĠU L 160 I, 26.6.2023, p. 5.

(3)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 160 I, 26.6.2023, p. 1.


27.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/7


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

(2023/C 224/04)

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1299 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 359/2011 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1298 (5).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa r-RELEX.1 li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

 

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

 

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/235/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2023/1299, u r-Regolament (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2023/1298.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2011/235/PESK u r-Regolament (UE) Nru 359/2011.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta mar-raġunijiet għall-elenkar.

Il-bażijiet legali għat-trattament tad-data personali huma d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 29 TUE u r-Regolamenti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 215 TFUE li jiddeżinjaw persuni fiżiċi (suġġetti tad-data) u jimponu ffriżar tal-assi u restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.

L-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku f'konformità mal-Artikolu 5(1)(a) u għall-konformità mal-obbligi legali stipulati fl-atti legali msemmija hawn fuq li għalihom huwa soġġett il-kontrollur f'konformità mal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

L-ipproċessar ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali f'konformità mal-Artikolu 10(2)(g) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kunsill jista' jikseb data personali tas-suġġetti tad-data mill-Istati Membri u/jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Ir-riċevituri tad-data personali huma l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Id-data personali kollha pproċessata mill-Kunsill fil-kuntest tal-miżuri restrittivi awtonomi tal-UE tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet jew, jekk titressaq azzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm tingħata sentenza finali. Id-data personali li tinsab f'dokumenti rreġistrati mill-Kunsill tinżamm mill-Kunsill għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kunsill jista' jkollu bżonn jiskambja data personali dwar suġġett tad-data ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fil-kuntest tat-traspożizzjoni mill-Kunsill tad-deżinjazzjonijiet tan-NU jew fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali rigward il-politika tal-UE dwar il-miżuri restrittivi.

Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, jew ta' salvagwardji xierqa, it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jkun ibbażat fuq il-kondizzjoni(jiet) li ġejja/ġejjin, skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1725: it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku; it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta' talbiet legali.

L-ebda teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat ma huwa involut fl-ipproċessar tad-data personali tas-suġġett tad-data.

Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għall-informazzjoni u d-dritt ta' aċċess għad-data personali tagħhom. Għandhom ukoll id-dritt li jikkoreġu u jimlew b'mod komplet id-data tagħhom. Taħt ċerti ċirkostanzi, jista' jkollhom id-dritt li jiksbu t-tħassir tad-data personali tagħhom, jew id-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom jew li jitolbu li din tiġi ristretta.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet billi jibagħtu ittra elettronika lill-kontrollur b'kopja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data kif indikat hawn fuq.

Mehmuż mat-talba tagħhom, is-suġġetti tad-data jridu jipprovdu kopja ta' dokument ta' identifikazzjoni biex jikkonfermaw l-identità tagħhom (karta tal-identità jew passaport). Dan id-dokument għandu jkollu numru ta' identifikazzjoni, il-pajjiż tal-ħruġ, il-perjodu ta' validità, l-isem, l-indirizz u d-data tat-twelid. Kwalunkwe data oħra li tkun tinsab fil-kopja tad-dokument ta' identifikazzjoni, bħal ritratt jew kwalunkwe karatteristika personali, tista' titgħatta bl-iswed.

Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).

Qabel ma jagħmlu dan, huwa rakkomandat li s-suġġetti tad-data l-ewwel jippruvaw jiksbu rimedju billi jikkuntattjaw lill-kontrollur u/jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill.


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.

(3)  ĠU L 160 I, 26.6.2023, p. 5.

(4)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.

(5)  ĠU L 160 I, 26.6.2023, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

27.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta' Ġunju 2023

(2023/C 224/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0918

JPY

Yen Ġappuniż

156,41

DKK

Krona Daniża

7,4458

GBP

Lira Sterlina

0,85878

SEK

Krona Żvediża

11,6825

CHF

Frank Żvizzeru

0,9737

ISK

Krona Iżlandiża

148,90

NOK

Krona Norveġiża

11,7080

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

23,649

HUF

Forint Ungeriż

369,10

PLN

Zloty Pollakk

4,4363

RON

Leu Rumen

4,9561

TRY

Lira Turka

28,2813

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6346

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4354

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,5481

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7690

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4765

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 425,57

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

20,3145

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8972

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 438,22

MYR

Ringgit Malażjan

5,1025

PHP

Peso Filippin

60,863

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

38,399

BRL

Real Brażiljan

5,2177

MXN

Peso Messikan

18,6863

INR

Rupi Indjan

89,5565


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

27.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/10


Lista tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom rigward l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online

(2023/C 224/06)

Il-pubblikazzjoni ta’ din il-lista hija f’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online (1). L-awtoritajiet kompetenti ġew innotifikati f’konformità mal-artikoli li ġejjin ta’ dak ir-Regolament:

TAQSIMA IV

L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U L-KOOPERAZZJONI

Artikolu 12 (2)

Deżinjazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti biex:

a.

jinħarġu ordnijiet ta’ tneħħija skont l-Artikolu 3;

b.

jiġu skrutinizzati ordnijiet ta’ tneħħija skont l-Artikolu 4;

c.

tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 5;

d.

jiġu imposti penali skont l-Artikolu 18.

3.   Sas-7 ta’ Ġunju 2022, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u dwar kwalunkwe modifika fir-rigward tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika n-notifika u kwalunkwe modifika tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Stat Membru

Awtoritajiet kompetenti

L-Awstrija

 

Il-Belġju

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Federali (Federaal parket/parquet federal) (L-Artikolu 12(1)(a) u (b)),

fi kwistjonijiet ta’ urġenza, id-Direttorat tas-Sezzjoni I2-IRU għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Serja u Organizzata (DJSOC) (L-Artikolu 12(1)(a))

Il-Bulgarija

Il-Ministeru tal-Intern - Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata (L-Artikolu 12(1)(a), (b), (c) u (d))

Il-Kroazja

Ministeru għall-Affarijiet Interni (ministarstvo unutarnjih poslova) (L-Artikolu 12(1)(a) u (b))

L-awtorità Regolatorja Kroata għall-Industriji tan-Networks (Hrvatska regulatorna agencija za mrežne djelatnosti) (L-Artikolu 12(1)(c))

Il-Qorti Muniċipali ta’ Reati Reati f’Zagreb (Općinski prekršajni sud u Zagrebu) (L-Artikolu 12(1)(d))

Ċipru

Il-pulizija ta’ Ċipru (L-Artikolu 12(1)(a), (b), (c) u (d))

Iċ-Ċekja

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, l-Estremiżmu u ċ-Ċiberkriminalità, il-Pulizija Kriminali u s-Servizz tal-Investigazzjoni, il-Pulizija tar-Repubblika Ċeka (L-Artikolu 12(1)(a))

Il-Ministeru tal-Intern tar-Repubblika Ċeka (L-Artikolu 12(1)(b))

L-Uffiċċju Ċek tat-Telekomunikazzjoni (L-Artikolu 12(1)(c) u (d))

Id-Danimarka

Il-pulizija Nazzjonali Daniża u l-Qrati tad-Danimarka (L-Artikolu 12(1)(a))

Il-Pulizija Nazzjonali Daniża (Artikolu 12(1)(b) u (c))

Is-servizz tal-Prosekuzzjoni u l-Qrati tad-Danimarka (L-Artikolu 12(1)(d))

L-Estonja

Is-Servizz Estonjan għas-Sigurtà Interna (L-Artikolu 12(1)(a) u (b))

L-Awtorità ta’ Sorveljanza Teknika Estonjana (L-Artikolu 12(1)(c) u (d))

Il-Finlandja

Uffiċċju Nazzjonali tal-Investigazzjoni (L-Artikolu 12(1)(a) u (b))

L-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Traficom (L-Artikolu 12(1)(c))

Il-Bord tas-Sanzjonijiet fil-Bord tal-Pulizija Nazzjonali tal-Finlandja (L-Artikolu 12(1)(d))

Franza

L-Uffiċċju Ċentrali għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (L’Office central de lutte contre la criminalité liée aux technologies de l’information et de la communication) (OCLCTIC) (L-Artikolu 12(1)(a))

L-Awtorità Regolatorja għall-Komunikazzjoni Awdjoviżiva u Diġitali (L-Autorité de régulation de la communication audiovisuelle et numérique) (ARCOM), personnalite-qualifiee@arcom.fr (L-Artikolu 12(1)(b) u (c))

Il-Qorti ordinarja (Le juge judiciaire) għal sanzjonijiet penali u l-Awtorità Regolatorja għall-Komunikazzjoni Awdjoviżiva u Diġitali (l-Autorité de régulation de la communication audiovisuelle et numérique) (ARCOM) għal sanzjonijiet amministrattivi (L-Artikolu 12(1)(d))

Il-Ġermanja

L-Uffiċċju Federali tal-Pulizija Kriminali (Bundeskriminalamt) (L-Artikolu 12(1)(a) u (b))

L-Aġenzija tan-Networks Federali (Bundesnetzagentur) (L-Artikolu 12(1)(c) u (d))

Il-Greċja

 

L-Ungerija

L-Awtorità Nazzjonali tal-Media u l-Infokomunikazzjoni (Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság) (L-Artikolu 12(1)(a), (b), (c) u (d))

L-Irlanda

Il-Garda Síochána (An Garda Síochána) (Artikolu 12(1)(a))

L-Italja

 

Il-Latvja

Is-Servizz tas-Sigurtà tal-Istat (l-Artikolu 12(1)(a), (b), (c) u (d))

Il-Litwanja

 

Il-Lussemburgu

Il-Pulizija tal-Gran Dukat – Il-Ministeru tas-Sigurtà Interna (Police grand-ducale – Ministère de la Sécurité intérieure) (L-Artikolu 12(1)(a) u (b))

Il-Kummissjoni Għolja għall-Protezzjoni Nazzjonali – L-Aġenzija Nazzjonali għaċ-Ċibersigurtà (Haut-Commissariat à la Protection nationale – Agence nationale de la sécurité des systèmes d’information) (L-Artikolu 12(1)(c))

Malta

Il-Qorti tal-Ġustizzja bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali (L-Artikolu 12(1)(a), (b) u (d))

Il-pulizija li taġixxi fuq il-parir tal-Unità għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni (L-Artikolu 12(1)(c))

In-Netherlands

 

Il-Polonja

 

Il-Portugall

 

Ir-Rumanija

Autoritatea Națională pentru Administrare și Reglementare în Comunicații (ANCOM) (L-Artikolu 12(1)(a), (b), (c) u (d))

Serviciul Român de Informații (L-Artikolu 12(c), jappoġġa lill-ANCOM fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament)

Ministerul Afacerilor Interne — Inspectoratul General al Poliției Române (fuq talba tal-ANCOM, jipparteċipa fil-verifika tal-konformità mill-fornituri ta’ hosting mal-obbligi skont l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 6 tar-Regolament)

Is-Slovakkja

Forza tal-Pulizija tar-Repubblika Slovakka (Artikolu 12(1)(a) u (b))

Kunsill għas-Servizzi tal-Midja (L-Artikolu 12(1)(c) u (d))

Is-Slovenja

 

Spanja

Iċ-Ċentru għall-Intelligence kontra t-Terroriżmu u l-Kriminalità Organizzata (CITCO), is-Segretarjat tal-Istat għas-Sigurtà tal-Ministeru tal-Intern (L-Artikolu 12(1)(a), (b) u (c))

Is-Segretarju tal-Istat għas-Sigurtà, kompetenti biex jimponi penali għal ksur minuri u serju, u Ministru tal-Intern, kompetenti biex jimponi sanzjonijiet għal reati serji ħafna (L-Artikolu 12(1)(d))

L-Iżvezja

L-Awtorità tal-Pulizija Żvediża (Polismyndigheten) (L-Artikolu 12(1)(a), (b), (c) u (d))


(1)  ĠU L 172, 17.05.2021, p. 79.

(2)  Għat-test sħiħ tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/784 jekk jogħġbok irreferi għall-ĠU L 172, 17.5.2021, p. 79.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11151 — BDT / LGP / PROMACH)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 224/07)

1.   

Fis-16 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

BDT Capital Partners, LLC (“BDT”, l-Istati Uniti tal-Amerka), finalment ikkontrollata minn persuna fiżika, Byron D. Trott,

Leonard Green & Partners, L.P. (“LGP”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Pro Mach, Inc. (“ProMach”, l-Istati Uniti tal-Amerka), bħalissa fil-kontroll esklużiv ta’ LGP.

BDT u LGP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ProMach.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

BDT huwa bank merkantili Amerikan speċjalizzat f’investimenti f’negozji tal-familja u f’dawk immexxija mill-fundatur tagħhom,

LGP hija ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata Amerikana ffokata primarjament fuq investiment f’kumpaniji li jipprovdu servizzi, inklużi servizzi tal-konsumatur, tan-negozju u tal-kura tas-saħħa, kif ukoll il-bejgħ bl-imnut, id-distribuzzjoni, kif ukoll l-industrijali.

ProMach hija fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ makkinarju tal-imballaġġ u prodotti u servizzi relatati tas-suq ta’ wara l-bejgħ (inklużi servizzi ta’ inġinerija u integrazzjoni) li jaqdu lill-manifatturi ta’ kull daqs u ġeografiji fl-industriji tal-ikel, tax-xorb, tal-farmaċewtika, tal-kura personali kif ukoll tal-oġġetti domestiċi u industrijali. In-negozju ta’ ProMach bħalissa huwa ffukat l-aktar fuq l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Kanada, iżda joffri wkoll is-servizzi tiegħu fiż-ŻEE u f’postijiet oħra fid-dinja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Case M.11151 BDT / LGP / PROMACH

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

27.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/15


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2023/C 224/08)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1) .

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Valencia”

PDO-ES-A0872-AM04

Data tal-komunikazzjoni: 3.4.2023

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli Titjib fil-formulazzjoni

Deskrizzjoni:

Ir-referenzi “inbid abjad”, “inbid aħmar” u “inbid rożè” ġew sostitwiti bit-terminu “inbid”. Il-kategorija “Inbid” tinkludi nbejjed bojod, rożè u ħomor, kif definiti fil-Parti II “Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli” tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).

Raġuni:

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 jipprevedi li “Id-deskrizzjoni tal-prodotti tad-dwieli għandha tindika l-kategorija jew il-kategoriji rilevanti ta’ prodotti tad-dwieli minn fost il-kategoriji stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013”.

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex il-formulazzjoni tiġi allinjata mad-dispożizzjonijiet regolatorji u tikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit.

2.   Ġiet introdotta l-qawwa alkoħolika proprja massima għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor ittikkettati bit-terminu “Petit Valencia”

Deskrizzjoni:

Il-limitu massimu għall-qawwa alkoħolika proprja (% tal-volum) għall-inbejjed ittikkettati bit-terminu “Petit Valencia” ġie stabbilit għal 9 % skont il-volum, jiġifieri tkun permessa medda ta’ bejn 4,5 % u 9 % skont il-volum.

L-emenda tikkonċerna l-punt 2(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).

Raġuni:

Tqies li huwa neċessarju li jiġi speċifikat li għall-inbejjed bojod, ħomor jew rożè ttikkettati bit-terminu “Petit Valencia”, il-medda hija bejn 4,5 % u 9 % skont il-volum, sabiex tiġi evitata l-konfużjoni mal-inbejjed bojod, ħomor jew rożè l-oħra.

3.   Bidliet fl-aċidità volatili tal-inbejjed ħomor, bojod u rożè b’qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ aktar minn 12,5 %

Deskrizzjoni:

Ġie speċifikat li l-limitu għall-aċidità volatili tal-inbejjed ħomor, minn naħa, u tal-inbejjed bojod u rożè, min-naħa l-oħra, b’qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ aktar minn 12,5 %, għandu jkun inqas minn 1,2 g/l għall-ħomor, u 1,08 g/l għall-bqija.

L-emenda tikkonċerna l-punt 2(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).

Raġuni:

Konformità mal-Parti C tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/934 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.   Korrezzjoni tar-referenzi għall-kontenut taz-zokkor

Deskrizzjoni:

Ir-referenzi għall-kontenut taz-zokkor tal-inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità ġew ikkoreġuti peress li kienu miktubin ħażin [fil-verżjoni Spanjola]: il-kliem “Bruto” u “Natural” ġew issostitwiti bil-kliem “Brut” u “Nature” rispettivament.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).

Raġuni:

Rettifika.

5.   Introduzzjoni tad-deskrizzjoni organolettika għall-inbejjed rożè mqaddmin

Deskrizzjoni:

Żdiedet deskrizzjoni organolettika għall-inbejjed rożè mqaddmin fl-injam (li qabel kienu tħallew barra bi żball).

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).

Raġuni:

Peress li l-inbid rożè jista’ jiġi mqaddem fl-injam, tqies xieraq li tiġi inkluża deskrizzjoni organolettika għal dan il-każ.

6.   Varjetajiet użati għall-produzzjoni ta’ nbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità

Deskrizzjoni:

It-taqsima dwar il-prattiki enoloġiċi speċifiċi issa tinkludi l-ismijiet tal-varjetajiet elenkati fil-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5(1) tad-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).

Raġuni:

Konformità mal-appendiċi fl-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/934 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li skontu mhux il-varjetajiet kollha jistgħu jintużaw biex isir dan it-tip ta’ nbejjed spumanti.

7.   Rendiment tal-produzzjoni tal-għeneb Moscatel de Alejandría

Deskrizzjoni:

Ġiet stabbilita produzzjoni massima għal kull ettaru ta’ 16 000 kg u 121,60 ettolitru għall-għeneb Moscatel de Alejandría.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5(2) tad-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).

Raġuni:

Il-varjetà tal-għeneb Moscatel de Alejandría hija adattata perfettament għall-klima Mediterranja ta’ Valenzja u għandha rendimenti għoljin.

Bl-immodernizzar tat-tekniki tal-kultivazzjoni, ir-rendiment tal-irqajja’ art fejn tiġi mħawla din il-varjetà jidher li tiżdied, mingħajr ma dan jaffettwa l-kwalità jew il-karatteristiċi tipiċi tal-prodotti li jirriżultaw.

Għall-adattament għal din is-sitwazzjoni, huwa meħtieġ li ssir distinzjoni bejn ir-rendiment massimu tal-varjetà Moscatel de Alejandría u dak ta’ varjetajiet bojod oħra, u li dan jiżdied għal 16 000 kg għal kull ettaru f’konformità mad-data dwar id-denominazzjoni ta’ oriġini u l-esperjenza biha.

8.   Titjib għall-formulazzjoni tat-taqsima dwar ir-Rabta maż-żona ġeografika

Deskrizzjoni:

Id-deskrizzjoni tat-taqsima 7 kollha kemm hi dwar ir-rabta maż-żona ġeografika ġiet emendata.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 8 tad-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika) u tinvolvi biss titjib tal-formulazzjoni tat-taqsima dwar ir-rabta. Ir-rabta stess tibqa’ kif inhi.

Raġuni:

Wara s-sentenzi Nri 958/2021 u 959/2021 tas-Sezzjoni tat-Tilwim Amministrattiv tal-Qorti Suprema, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott sħiħa mill-2011 kienet ġiet abbozzata mill-ġdid. Madankollu, issa huwa meħtieġ li jiġi rfinat il-kliem tat-taqsima dwar ir-rabta biex jitqiesu l-osservazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni dak iż-żmien, b’mod partikolari d-deskrizzjoni tagħha għal kull kategorija ta’ prodott.

9.   Introduzzjoni tal-possibbiltà li l-vinifikazzjoni ssir qrib iż-żona demarkata

Deskrizzjoni:

Ġiet introdotta deroga mir-rekwiżit li l-inbid isir fiż-żona demarkata, f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33, għall-muniċipalitajiet fil-Komunità Awtonoma ta’ Valenzja li jinsabu maġenb dawk fiż-żona ġeografika.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).

Raġuni:

Din tinvolvi t-teħid ta’ vantaġġ mid-derogi possibbli stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

10.   Titjib tal-formulazzjoni tat-taqsima dwar il-kontroll fuq il-koeżistenza tal-inbejjed

Deskrizzjoni:

Is-sentenza “Għal dan il-għan, il-Bord Regolatorju, permezz tal-Korp ta’ Kontroll tiegħu, għandu jistabbilixxi l-miżuri ta’ kontroll li jqis meħtieġa” tħassret minħabba li ma żżid xejn mat-test.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8(b)(iv) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).

Raġuni:

Huwa ovvju li l-korp ta’ kontroll eżistenti, f’kull każ, se jkun responsabbli biex jistabbilixxi l-proċeduri ta’ kontroll meħtieġa, mhux biss biex jivverifika l-koeżistenza ta’ nbejjed differenti, iżda wkoll l-aspetti l-oħra kollha tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

11.   Aġġornament tar-referenzi regolatorji

Deskrizzjoni:

Ir-referenzi għall-OKS preċedenti ġew sostitwiti b’referenzi għal dik li hija attwalment fis-seħħ.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8(b)(v) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).

Raġuni:

Aspetti oħra tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew emendati biex jiġu aġġornati r-referenzi regolatorji.

12.   Rekwiżiti applikabbli – Termini tat-tikkettar: Moscatel de Valencia jew Vino de licor Moscatel de Valencia

Deskrizzjoni:

L-għan ta’ din l-emenda huwa li ssir distinzjoni bejn żewġ modi ta’ produzzjoni tal-inbid likur Moscatel. Jekk jintuża l-most, inklużi l-karfa u l-qxur tal-għeneb, biex isir l-inbid likur, irid jiġi inkluż it-terminu “Tradicional”. Jekk le, dan it-terminu jrid jitħalla barra. Ġie ċċarat li fiż-żewġ każijiet, l-għeneb użat irid ikun 100 % Moscatel de Alejandría.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8(b)(v) u (vi) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).

Raġuni:

Dan it-tip ta’ nbid ilu tradizzjonali f’din id-denominazzjoni ta’ oriġini sa mill-bidu tagħha u ġie inkluż fl-ewwel regoli dwar id-denominazzjoni ta’ oriġini, li jmorru lura għall-1957.

Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn iż-żewġ metodi tal-produzzjoni użati biex isiru l-inbejjed likur Moscatel taħt id-DOP Valencia, li jikkonsistu fl-użu ta’ most kjarifikat jew sħiħ.

13.   Aġġornament tad-dettalji tal-awtorità kompetenti

Deskrizzjoni:

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti ġew aġġornati.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).

Raġuni:

Ġie deċiż li din l-informazzjoni tiġi aġġornata, li tikkoinċidi mal-emendi għal taqsimiet oħra tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

14.   Korrezzjoni tal-ambitu tal-kontrolli

Deskrizzjoni:

L-ambitu tal-kontrolli biex tiġi vverifikata l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie emendat biex jiġi speċifikat li jinkludi l-proċess tal-produzzjoni u l-prodott innifsu.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 9(b)(i) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Din hija emenda standard peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (OKS unika).

Raġuni:

Ġie deċiż li din l-ommissjoni tiġi kkoreġuta, li tikkoinċidi mal-emendi għal taqsimiet oħra tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, minħabba li huwa ovvju li l-ambitu tal-kontrolli jinkludi l-proċess tal-produzzjoni u l-prodott innifsu.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Valencia

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

6.

Inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità

8.

Inbid semifrizzanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid abjad

DESKRIZZJONI QASIRA

Kuluri primarjament sofor, li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar dehbi. Jista’ jitqaddem f’kontenituri tal-injam. Riħa nadifa b’intensità tajba u b’noti ta’ frott. Fil-ħalq, huwa frisk u għandu aċidità tajba u togħma ta’ frott li ddum tintiegħem.

Diossidu tal-kubrit massimu: 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 300 mg/l jekk ikun 5 g/l jew ogħla.

Aċidità volatili massima, jekk il-qawwa alkoħolika proprja hija > 12,5 % skont il-volum: 18-il milliekwivalent għal kull litru.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Inbid rożè u aħmar

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed rożè għandhom kuluri roża bi sfumaturi lewn il-lampun, il-frawli, ir-ribes aħmar jew is-salamun. Riħa qawwija nadifa ddominata minn aromi tal-frott. Fil-ħalq, għandhom aċidità tajba u huma notevoli u bbilanċjati. Togħma li ddum tintiegħem. L-inbejjed ħomor spiss ikunu ta’ kulur skur, b’kuluri prinċipalment ħomor bi sfumaturi vjola, jew lewn il-granata, iċ-ċirasa jew ir-rubin. Riħa b’intensità tajba u sinifikattivament tal-frott.

Diossidu tal-kubrit massimu: għall-inbejjed rożè, 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 250 mg/l jekk ikun 5 g/l jew ogħla; għall-inbejjed ħomor. 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk ikun 5 g/l jew ogħla.

Aċidità volatili massima, jekk il-qawwa alkoħolika proprja hija > 12,5 % skont il-volum: 18-il milliekwivalent għal kull litru.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9,5

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Inbejjed bit-termini “Crianza”, “Reserva” u “Gran Reserva”

DESKRIZZJONI QASIRA

Kuluri iżjed skuri mill-inbid ta’ bażi. Isfar aktar qawwi fil-każ tal-inbejjed bojod. Qrib lewn il-briks fil-każ tal-inbejjed ħomor. Bilanċ bejn l-aromi tal-frott u tal-injam f’termini ta’ riħa. Sensazzjonijiet retronażali tajbin fil-ħalq.

Diossidu tal-kubrit massimu: għall-inbejjed bojod u rożè, 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 300 mg/l għall-inbejjed bojod u 250 mg/l għall-inbejjed rożè jekk ikun 5 g/l jew ogħla; għall-inbejjed ħomor, 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk dan ikun 5 g/l jew ogħla.

Aċidità volatili massima, jekk il-qawwa alkoħolika proprja hija > 12,5 % skont il-volum: 18-il milliekwivalent għal kull litru.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   Inbid likur abjad, rożè u aħmar

DESKRIZZJONI QASIRA

Fil-każ tal-inbid likur abjad, kuluri primarjament sofor, li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar dehbi. L-inbid likur rożè għandu kulur roża bi sfumaturi lewn il-lampun, il-frawli, ir-ribes aħmar jew is-salamun. L-inbid likur aħmar għandu kuluri ħomor bi sfumaturi vjola, jew lewn il-granata jew ir-rubin. Riħa b’intensità tajba, b’mod partikolari meta jkun magħmul mill-għeneb Moscatel. Ħelwin u jiftħu l-aptit, ibbilanċjati b’togħma qawwija li tibqa’ fil-ħalq.

Diossidu tal-kubrit massimu: 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk ikun 5 g/l jew ogħla.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

1,5  grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Inbid spumanti aromatiku ta’ kwalità abjad, rożè u aħmar

DESKRIZZJONI QASIRA

Jekk l-inbid ta’ bażi jkun abjad, kuluri primarjament sofor, li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar dehbi. Jekk l-inbid ta’ bażi jkun rożè, kuluri roża bi sfumaturi lewn il-lampun, il-frawli, ir-ribes aħmar jew is-salamun. Jekk l-inbid ta’ bażi jkun aħmar, kuluri ħomor bi sfumaturi vjola, jew lewn il-granata, iċ-ċirasa jew ir-rubin. Riħa qawwija u nadifa bl-aromi speċifiċi tal-varjetà. Aċidità u intensità tajbin fil-ħalq. Inbejjed friski bid-diossidu tal-karbonju integrat sew.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

6

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

185

6.   Inbid semispumanti abjad, rożè u aħmar

DESKRIZZJONI QASIRA

Jekk l-inbid ta’ bażi jkun abjad, kuluri primarjament sofor, li jvarjaw minn isfar ċar għal isfar dehbi. Jekk l-inbid ta’ bażi jkun rożè, kuluri roża bi sfumaturi lewn il-lampun, il-frawli, ir-ribes aħmar jew is-salamun. Jekk l-inbid ta’ bażi jkun aħmar, kuluri ħomor bi sfumaturi vjola, jew lewn il-granata, iċ-ċirasa jew ir-rubin. Riħa qawwija u nadifa bl-aromi speċifiċi tal-varjetà. Togħma friska, tal-frott u qawwija, bid-diossidu tal-karbonju integrat sew.

Diossidu tal-kubrit massimu: għall-inbejjed bojod u rożè, 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 250 mg/l għaż-żewġ tipi jekk ikun 5 g/l jew ogħla; għall-inbejjed ħomor, 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk dan ikun [5 g/l] jew ogħla.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

7

Aċidità totali minima

3,5  grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

7.   Inbejjed bojod, rożè u ħomor bit-terminu Petit Valencia fuq it-tikketta

DESKRIZZJONI QASIRA

Il-karatteristiċi jkunu simili għal dawk deskritti għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor.

Diossidu tal-kubrit massimu: għall-inbejjed bojod u rożè, 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 300 mg/l għall-inbejjed bojod u 250 mg/l għall-inbejjed rożè jekk ikun 5 g/l jew ogħla; għall-inbejjed ħomor, 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun < 5 g/l u 200 mg/l jekk dan ikun 5 g/l jew ogħla.

Qawwa alkoħolika proprja massima: 9 % tal-volum

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

4,5

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

1.   

 

Prattika enoloġika speċifika

Għandha tiġi applikata biżżejjed pressjoni biex l-inbid jiġi estratt u sseparat mill-karfa tal-għeneb magħsur, sabiex ir-rendiment ma jaqbiżx it-82 litru ta’ most jew is-76 litru ta’ nbid għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb. Il-lottijiet ta’ nbid miksuba bl-applikazzjoni ta’ pressjoni mhux xierqa taħt l-ebda ċirkostanza ma jistgħu jintużaw biex isiru nbejjed protetti.

Il-kontenituri tal-injam użati fil-proċessi tat-tqaddim iridu jsiru mill-ballut u jkollhom kapaċità li tikkonforma mal-limiti tal-volum stabbiliti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ għall-użu ta’ ċerti termini tradizzjonali.

Għandhom jintużaw il-varjetajiet li ġejjin għall-produzzjoni ta’ nbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità: Albariño, Gewürztraminer, Macabeo, Alarije (Malvasía Riojana, Subirat Parent), Moscatel de Alejandría, Moscatel de Grano Menudo u Verdejo.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   Varjetajiet tal-għeneb aħmar

9 100 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

2.   Varjetajiet tal-għeneb abjad

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

3.   Varjetajiet tal-għeneb aħmar

69,16 ettolitru għal kull ettaru

4.   Varjetajiet tal-għeneb abjad

91,20 ettolitru għal kull ettaru

5.   Il-varjetà Moscatel de Alejandría

16 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   

 

121,60 ettolitru għal kull ettaru

6.   Zona ġeografika demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni koperta mid-DOP Valencia tikkonsisti mill-art li tinsab fil-provinċja ta’ Valenzja maqsuma fl-unitajiet ġeografiċi iżgħar, jew “subżoni”, koperti mid-DOP, li tikkonsisti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

a)

Is-subżona ALTO TURIA: Alpuente, Aras de los Olmos, Benagéber, Calles, Chelva, La Yesa, Titaguas u Tuéjar.

b)

Is-subżona VALENTINO: Alborache, Alcublas, Andilla, Bétera, Bugarra, Buñol, Casinos, Cheste, Chiva, Chulilla, Domeño, Estivella, Gestalgar, Godella, Godelleta, Higueruelas, Llíria, Losa del Obispo, Macastre, Montserrat, Montroy, Náquera, Paterna, Pedralba, Picaña, Real, Riba-roja de Túria, Torrent, Turís, Vilamarxant, Villar del Arzobispo u Yátova.

c)

Is-subżona MOSCATEL DE VALENCIA: Catadau, Cheste, Chiva, Godelleta, Llombai, Montroy, Montserrat, Real, Torrent, Turís u Yátova.

d)

Is-subżona CLARIANO: Atzeneta d’Albaida, Agullent, Albaida, Alfarrasí, Anna, Aielo de Malferit, Aielo de Rugat, Ayora, Barx, Bèlgida, Bellreguard, Bellús, Beniatjar, Benicolet, Benigánim, Benissoda, Benisuera, Bicorp, Bocairent, Bolbaite, Bufali, Castelló de Rugat, Carrícola, Chella, Enguera, Fontanars dels Alforins, Guardamar de la Safor, La Font de la Figuera, Guadasequies, La Llosa de Ranes, Llutxent, Mogente, Montaverner, Montesa, Montichelvo, L’Olleria, Ontinyent, Otos, El Palomar, Pinet, La Pobla del Duc, Quatretonda, Ráfol de Salem, Rugat, Salem, Sempere, Terrateig, Vallada u Xàtiva.

Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi wkoll irqajja’ art imdaħħla fir-reġistru tal-vinji u ġestiti minn membri ta’ kooperattivi jew sidien ta’ kantini tal-inbid imdaħħla fir-reġistri tal-Bord Regolatorju, li tradizzjonalment jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbejjed koperti mid-DOP Valencia u li jinsabu fil-postijiet li ġejjin fil-muniċipalitajiet ta’ Almansa u Caudete fil-provinċja ta’ Albacete: Campillo, Estación, Casa Pino, Casa Pina, Mojón Blanco, Moleta, Molino Balsa, Prisioneros, Canto Blanco, La Venta, Derramador, Montalbana, Casa Alberto, Escribanos, Escorredores, Capitanes, Pandos, Venta del Puerto, Torre Chica, Torre Grande, Casa Blanca, El Pleito, Herrasti u Casa Hondo, fil-muniċipalità ta’ Almansa, u Vega de Bogarra, Derramador u El Angosto, fil-muniċipalità ta’ Caudete.

Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi rqajja’ art li jappartjenu għall-membri tal-kooperattiva tal-inbid La Viña Coop V fil-belt ta’ Villena, li huma mdaħħla fir-Reġistru tal-Inbid u tradizzjonalment jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbejjed koperti mid-DOP Valencia.

7.   Varjetajiet jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

GARNACHA TINTORERA

MACABEO - VIURA

MERSEGUERA

MONASTRELL

MOSCATEL DE ALEJANDRÍA

VERDIL

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

L-inbejjed bid-DOP Valencia huma magħrufa għall-intensità aromatika għolja tagħhom, li hija dovuta għall-istress idriku li jġarrbu d-dwieli fir-rebbiegħa u fis-sajf. Dan jiġri minħabba li t-temperaturi jkunu għoljin f’dawk l-istaġuni u jkun hemm aktar evapotranspirazzjoni.

Dawn l-inbejjed huma distinti wkoll mill-intensità qawwija tal-kulur tagħhom minħabba l-firxa termali. L-inbejjed likuri bid-DOP Valencia huma notevoli għall-intensità aromatika għolja tagħhom, li hija konsegwenza tat-temperaturi medji moderati matul is-sena u l-istress idriku esperjenzat fir-rebbiegħa u fis-sajf.

L-inbejjed spumanti aromatiċi ta’ kwalità bid-DOP Valencia huma magħrufa li huma karatteristikament tal-frott, ħfief u bbilanċjati. Dawn il-karatteristiċi huma r-riżultat tal-klima Mediterranja, b’temperaturi moderati matul is-sena.

Fl-aħħar nett, l-inbejjed semispumanti bid-DOP Valencia għandhom togħma ta’ frott, u huma ħfief u bbilanċjati, minħabba t-temperaturi medji moderati.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

 

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

 

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

 

Id-denominazzjoni VALENCIA trid tidher b’mod prominenti. Tista’ tiġi indikata subżona jekk l-għeneb kollu [użat biex isir l-inbid] jkun tkabbar fiha. L-isem tal-varjetà ta’ dwieli jista’ jintuża biss għall-inbejjed magħmulin bl-użu ta’ mill-inqas 85 % tal-varjetà inkwistjoni. L-eċċezzjoni hija l-inbid likur tal-Moscatel de Valencia u l-Moscatel traditional de Valencia, fejn ir-rekwiżit huwa li tintuża biss il-varjetà Moscatel de Alejandría.

Termini li jistgħu jintużaw fuq it-tikkettar:

 

It-terminu “VINO PETIT VALENCIA” jista’ jidher fuq inbejjed mhux imqaddmin b’kontenut ta’ alkoħol proprju ta’ > 4,5 % u kontenut totali ta’ alkoħol ta’ > 9 % skont il-volum, magħmulin permezz ta’ metodi naturali.

 

It-termini “MOSCATEL DE VALENCIA” jew “VINO DE LICOR MOSCATEL DE VALENCIA” jistgħu jintużaw fuq inbid magħmul 100 % minn għeneb Moscatel de Alejandría u prodott f’konformità mar-raba’ inċiż tal-punt 3(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1308/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013. Jekk jintuża l-most li fih il-karfa u l-qxur tal-għeneb fil-vinifikazzjoni, it-terminu “Tradicional” irid jidher fuq it-tikketta.

 

“VINO DULCE” fuq inbejjed likuri prodotti f’konformità mar-raba’ inċiż tal-punt 3(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1308/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013.

 

It-terminu tradizzjonali “Primero de Cosecha” (L-ewwel ħsad) jista’ jintuża fuq inbejjed ħomor, bojod u rożè magħmulin minn għeneb maqtugħ fl-ewwel 10 ijiem tal-ħsad u bbottiljat fi żmien 30 jum wara t-tmiem tal-ħsad, bl-obbligu li tiġi indikata l-annata fuq it-tikketta.

Qafas legali:

 

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

 

Deroga fuq il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

 

Il-faċilitajiet tal-vinifikazzjoni u tat-tqaddim iridu jkunu jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni. Jistgħu jkunu jinsabu wkoll f’dawk il-muniċipalitajiet tal-Komunità Awtonoma ta’ Valencia li jmissu ma’ dawk fiż-żona ġeografika demarkata.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://agroambient.gva.es/documents/163228750/0/DOPVLC-P2022.pdf/


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


27.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/26


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(2023/C 224/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

“Côtes du Roussillon”

PDO-FR-A0919-AM01

Data tal-applikazzjoni: 20.4.2018

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Tħassir tad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Les Aspres”

L-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti (DOP) Côtes du Roussillon u Côtes du Roussillon villages ġew emendati. L-indikazzjoni fuq it-tikketta tad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Les Aspres, unità ġeografika iżgħar miż-żona tal-produzzjoni tad-DOP fis-sens tal-Artikolu 120(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, sa issa kienet awtorizzata bħala żieda mad-denominazzjoni Côtes du Roussillon. Il-gruppi applikanti taż-żewġ DOP Côtes du Roussillon u Côtes du Roussillon villages xtaqu li din l-indikazzjoni addizzjonali tkun marbuta mad-DOP Côtes du Roussillon villages, għal koerenza u leġġibbiltà aħjar tal-offerta għall-konsumaturi. Fil-fatt, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott Côtes du Roussillon vilages diġà tipprevedi diversi indikazzjonijiet addizzjonali fuq it-tikketta li jirreferu għal unitajiet ġeografiċi iżgħar, li għalhekk se jiġu ssupplimentati bil-kliem “Les Aspres”.

Il-punti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati mit-tħassir ta’ dan it-terminu huma li ġejjin:

Fil-Kapitolu 1:

it-tieni parti tat-taqsima II “Denominazzjoni ġeografika u indikazzjonijiet addizzjonali”; id-Dokument Uniku ġie emendat kif xieraq fit-taqsima “Rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar”;

it-taqsima III “Kulur u tipi tal-prodott”. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku;

il-punt (b) tat-tieni paragrafu tat-taqsima IV “Żona ġeografika u żoni li fihom jitwettqu d-diversi operazzjonijiet” tħassar. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku. It-taqsima IV ġiet emendata wkoll, ara hawn fuq;

it-taqsima V, “Taħlita tal-varjetajiet”. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku:

il-punt (b) “Regoli dwar iż-żbir” u l-punt (d) “Produzzjoni medja massima għal kull roqgħa art” tal-ewwel parti “Metodi ta’ ġestjoni” tat-taqsima VI “Ġestjoni tal-vinja”. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku;

it-tieni parti “Maturazzjoni tal-għeneb” tat-taqsima VII “Il-ħsad, it-trasport u l-maturazzjoni tal-għeneb”. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku;

il-punt (b) tal-ewwel parti “Rendimenti” u tat-tieni parti “Rendimenti massimi” tat-taqsima VIII “Rendimenti - Dħul fil-produzzjoni”. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku;

il-punt (a) “Taħlita tal-varjetajiet tad-dwieli”, (b) “Fermentazzjoni malolattika” u (c) “Standards analitiċi” tal-ewwel parti “Dispożizzjonijiet ġenerali”, u l-ħames parti “Dispożizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti u t-tqegħid fis-suq għall-konsumatur” tat-taqsima IX “Ipproċessar, produzzjoni, tqaddim, ippakkjar, ħżin”. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku;

it-taqsima X “Rabta maż-żona ġeografika” kif ukoll is-sommarju tar-rabta mal-oriġini li jinsab fid-Dokument Uniku;

il-punt (c) tat-tieni parti “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tat-taqsima XII “Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar”, sabiex titneħħa r-referenza għat-tikkettar tal-Les Aspres, kif indikat hawn fuq. Il-punt ta’ wara, (d), huwa nnumerat mill-ġdid bħala (c), mingħajr tibdil.

Id-Dokument Uniku ġie emendat biex titqies it-tneħħija tal-indikazzjoni Les Aspres.

Fil-Kapitolu II, id-dispożizzjonijiet kollha relatati mad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali fil-Kapitolu I “Obbligi ta’ dikjarazzjoni” tħassru. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku.

Il-paragrafu dwar l-unità ġeografika Les Aspres tħassar mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP Côtes du Roussillon, iżda din id-dispożizzjoni ma taffettwax iż-żona ġeografika jew iż-żona demarkata tad-DOP Côtes du Roussillon. Għalhekk, din l-emenda ma jeħtieġx li tiġi indikata fil-punt “Emenda taż-żona ġeografika tal-produzzjoni u taż-żona tal-irqajja’ art demarkata”.

2.2.   Emenda taż-żona ġeografika tal-produzzjoni u taż-żona tal-irqajja’ art demarkata

Fit-taqsima IV “Żona ġeografika u żoni li fihom jitwettqu d-diversi operazzjonijiet”

l-ewwel sentenza tal-ewwel u t-tielet parti ġiet issimplifikata u l-kliem “produzzjoni u tqaddim” tħassar;

Matul il-fażi ta’ konsultazzjoni pubblika nazzjonali ġie enfasizzat li ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni għat-tqaddim fiż-żona ġeografika. Il-grupp qies li l-limitazzjoni tal-prattika tat-tqaddim fiż-żona ġeografika ma ġabet l-ebda speċifiċità għall-prodott u li ma kien hemm l-ebda argument biex tinżamm: għalhekk ġie propost li t-tqaddim jitneħħa mill-istadji li jridu jitwettqu fiż-żona ġeografika. Id-Dokument Uniku ġie kkompletat fuq dan il-punt.

Id-Dokument Uniku ġie emendat fit-taqsima “Definizzjoni taż-żona demarkata ”.

iż-żona ġeografika tal-produzzjoni ġiet parzjalment riveduta, u ċerti muniċipalitajiet ġew esklużi miż-żona ġeografika tal-produzzjoni. Dawn huma muniċipalitajiet fejn ma għadux jiġi prodott l-għeneb għad-DOP Côtes du Roussillon. Dawn il-muniċipalitajiet huma: Amélie-les-Bains-Palalda, Bouleternère, Caixas, L’Ecluse, Fosse, Joch, Latour-Bas-Elne, Marquixanes, Pézilla-de-Conflent, Prats-de-Sournia, Reynès, Riunoguès, Saint-Cyprien, Saint-Michel-de-Llotes, Sournia, Taillet. Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni dwar dan il-punt matul il-konsultazzjoni pubblika. Dawn il-muniċipalitajiet ġew integrati fiż-żona fil-viċinanza immedjata minħabba l-użu kontinwu tal-vinifikazzjoni. Id-Dokument Uniku ġie kkompletat biex jispeċifika dan il-punt.

Id-Dokument Uniku ġie aġġornat fit-taqsima “Definizzjoni taż-żona ġeografika”.

id-data tas-6 ta’ Settembru 2016 żdiedet fit-tieni parti tat-taqsima IV tal-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din l-emenda għandha l-għan li żżid id-data tal-approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ emenda tar-roqgħa art demarkata fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni. Id-demarkazzjoni tar-roqgħa art tikkonsisti fl-identifikazzjoni fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni, tal-irqajja’ tajbin għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni tal-Oriġini Kkontrollata li qed tiġi kkunsidrata.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

2.3.   It-tqegħid tal-inbejjed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur

Fit-taqsima IX “Ipproċessar, produzzjoni, maturazzjoni, ippakkjar, ħżin”, tħassru żewġ dispożizzjonijiet dwar l-inbejjed ħomor, iż-żmien tat-tqaddim (li qabel kien stabbilit għall-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħsad) u d-data tat-tqegħid fis-suq għall-konsumatur (li qabel kienet stabbilita għall-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara l-ħsad). Id-data tat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn il-magazzinieri awtorizzati tnaqqset għall-1 ta’ Diċembru minflok il-15 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħsad għall-inbejjed ħomor.

Għall-inbejjed bojod u rożè, id-data tat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn il-magazzinieri awtorizzati inbidlet mill-1 ta’ Diċembru għall-15 ta’ Novembru tas-sena tal-ħsad.

Id-data tat-tqegħid fis-suq speċifiku tal-inbejjed ħomor tħassret b’rabta mat-tneħħija tal-obbligu ta’ maturazzjoni fiż-żona ġeografika. Din id-data ssir identika għal dik tal-inbejjed rożè u bojod u ssegwi l-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ (il-15 ta’ Diċembru wara l-ħsad). Id-Dokument Uniku ġie kkoreġut u ġiet formulata s-sentenza li ġejja: “Id-data tat-tqegħid fis-suq inbidlet għall-inbejjed kollha għall-15 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħsad”.

Din l-emenda saret ukoll fit-taqsima “Prattiki enoloġiċi speċifiċi” tad-Dokument Uniku.

2.4.   Regoli dwar it-taħlita tal-varjetajiet u dwar it-taħlita tal-varjietajiet tad-dwieli

Ir-regoli dwar it-taħlita tal-varjetajiet u dwar it-taħlita tal-inbejjed bojod u rożè, stabbiliti fit-taqsima V “Taħlita tal-varjetajiet” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u fil-punt (a) “Taħlita tal-varjetajiet tad-dwieli” tal-ewwel parti “Dispożizzjonijiet ġenerali” tat-taqsima IX “Ipproċessar, produzzjoni, maturazzjoni, ippakkjar, ħżin”, ġew emendati:

għall-inbejjed rożè, il-grenache gris, li kienet varjetà sekondarja, żdiedet mal-lista tal-varjetajiet tad-dwieli ewlenin tal-għeneb, filwaqt li l-varjetajiet tad-dwieli carignan u mourvèdre tmexxew mill-kategorija “varjetajiet tad-dwieli ewlenin” għal dik tal-“varjetajiet tad-dwieli sekondarji”. Il-proporzjon massimu tal-varjetajiet tad-dwieli sekondarji fit-taħlita tal-inbejjed żdied minn 20 għal 30 %;

għall-inbejjed bojod, żewġ varjetajiet tad-dwieli ġodda, viognier B u carignan B, huma awtorizzati bħala varjetajiet tad-dwieli sekondarji. Il-carignan B jinsab mifrux fi dwieli qodma u jagħti aċidità qawwija fl-inbejjed. Min-naħa tiegħu, il-viognier B huwa preżenti fit-taħlita tal-varjetajiet reġjonali u jintuża għall-produzzjoni tal-inbejjed tal-IĠP, li jagħtihom potenzjal aromatiku interessanti. Għal dawn ir-raġunijiet, ġie deċiż li dawn il-varjetajiet tad-dwieli jiġu inklużi fil-lista tal-varjetajiet tad-dwieli awtorizzati. Ġie introdott ukoll limitu ta’ mhux aktar minn 10 % għall-varjetajiet tad-dwieli sekondarji fit-taħlita tal-inbejjed;

għall-inbejjed ħomor, il-proporzjon massimu tal-varjetajiet tad-dwieli sekondarji fit-taħlita tal-inbejjed żdied minn 20 għal 30 %.

Dawn l-emendi fil-perċentwal tal-varjetajiet tad-dwieli sekondarji fit-taħlita huma żvilupp mixtieq biex jikkorrispondu għall-prodott li verament jiġi prodott. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-proporzjon tal-varjetajiet tad-dwieli ewlenin fl-inbejjed rożè minn 80 għal 70 % jikkorrispondi għax-xewqa li jiġu prodotti nbejjed imħalltin u mhux inbejjed qrib dawk ta’ varjetà waħda, li tikkorrispondi għall-ispeċifiċità ta’ Côtes du Roussillon. Id-Dokument Uniku ġie kkompletat.

Fir-rigward tar-regoli dwar il-proporzjon tal-varjetajiet tad-dwieli differenti fit-taħlita tal-varjetajiet tal-azjenda, stabbiliti fit-tieni parti tat-taqsima V “Taħlita tal-varjetajiet”, saru żewġ emendi:

għall-inbejjed rożè, is-sehem minimu taż-żewġ varjetajiet tad-dwieli ewlenin tnaqqas minn 80 għal 70 %. Ir-regoli speċifiċi għall-varjetajiet tad-dwieli carignan N, mourvèdre N u syrah N tħassru.

ġiet introdotta eċċezzjoni għar-regoli dwar it-taħlita tal-varjetajiet tal-azjenda għall-fornituri tal-għeneb b’żoni żgħar, kif diġà huwa l-każ għal Denominazzjonijiet tal-Oriġini Kkontrollati oħra.

Fir-rigward tal-eċċezzjoni għar-regoli dwar it-taħlita tal-varjetajiet tal-azjenda għall-fornituri tal-għeneb b’żoni żgħar: din id-dispożizzjoni tikkonċerna l-kooperaturi b’żona żgħira sabiex jiddikjaraw id-DOP mingħajr ma jikkonformaw mar-regoli kollha dwar il-proporzjon tat-taħlita tal-varjetajiet. Min-naħa tagħhom, ir-regoli dwar it-taħlit fl-inbejjed huma rrispettati mill-produttur tal-inbid (kooperattiva tal-vinifikazzjoni), li jiġbor il-fornituri kollha għall-istruttura (kooperaturi) għad-denominazzjoni Côtes du Roussillon. Din hija dispożizzjoni komuni għad-denominazzjonijiet kollha tar-reġjun. Id-Dokument Uniku ġie kkompletat.

Dawn l-emendi fil-perċentwal tal-varjetajiet tad-dwieli sekondarji fit-taħlita huma żvilupp mixtieq biex jikkorrispondi għall-prodott li verament jiġi prodott. Barra minn hekk, it-tnaqqis tal-proporzjon tal-varjetajiet tad-dwieli ewlenin fl-inbejjed rożè minn 80 għal 70 % jikkorrispondi għax-xewqa li jiġu prodotti nbejjed imħalltin u mhux inbejjed qrib dawk b’varjetà waħda, li tikkorrispondi għall-ispeċifiċità ta’ Côtes du Roussillon. Id-Dokument Uniku ġie kkompletat.

Dawn l-ispeċifikazzjonijiet saru wkoll fil-punt “prattiki enoloġiċi speċifiċi” tad-Dokument Uniku.

2.5.   Regoli dwar iż-żbir

Il-punt b) “Regoli dwar iż-żbir” tal-ewwel parti “Metodi ta’ ġestjoni” tat-taqsima VI “Ġestjoni tal-vinja” ġie emendat fil-punti li ġejjin:

iż-żabra guyot sempliċi għall-varjetajiet tad-dwieli roussanne, marsanne u vermentino, li qabel kienet awtorizzata biss fit-territorju ta’ 19-il muniċipalità, issa hija awtorizzat fit-territorju kollu tad-denominazzjoni;

tneħħiet il-projbizzjoni dwar it-tixtil tal-irqajja’ tad-dwieli ġestiti b’cordon de royat, li ma kellhiex taqbeż l-10 % fis-sena tal-pjanti preżenti fir-roqgħa art. Min-naħa l-oħra, ġie introdott obbligu ta’ dikjarazzjoni sabiex jissaħħu l-kontrolli u l-pariri, minħabba l-ispeċifiċità ta’ din it-teknika, li, jekk ma tkunx ikkontrollata tajjeb, jista’ jkollha konsegwenzi negattivi fuq id-dielja.

L-emenda testendi għaż-żona ġeografika kollha tip ta’ żbir (guyot sempliċi) għall-varjetajiet tad-dwieli marsanne B, roussanne B u vermentino B, li qabel kienu riżervati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali għal ċerti muniċipalitajiet l-aktar fil-Punent tad-denominazzjoni Côtes du Roussillon. Dan il-metodu ta’ żbir infirex fiż-żona kollha, peress li jippermetti tifriħ aktar regolari ta’ dawn il-varjetajiet tad-dwieli f’dan it-territorju, u jnaqqas il-ksur tal-friegħi relatat mar-riħ. Għalhekk, il-varjetajiet tad-dwieli marsanne B, roussanne B u vermentino B jistgħu jinżabru f’żabra Guyot sempliċi b’massimu ta’ 8 għejun għal kull pjanta, li minnhom massimu ta’ 6 għejun fuq iz-zokk it-twil u fergħa b’massimu ta’ 2 għejun.

Dawn l-emendi saru wkoll fid-Dokument Uniku fit-taqsima “prattiki tal-kultivazzjoni”.

2.6.   Obbligi ta’ dikjarazzjoni dwar iż-żbir

Fil-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, dwar l-obbligi ta’ dikjarazzjoni minn qabel dwar iż-żbir, hemm obbligu ta’ dikjarazzjoni minn qabel lill-ODG, bi żjara fuq il-post, fejn it-tixtil ta’ dielja miżbura b’cordon de royat jaqbeż l-10 % tad-dwieli fis-sena.

Dan l-obbligu huwa marbut mal-kontroll. Id-dikjarazzjoni hija marbuta mar-rekwiżit tal-produzzjoni dwar id-daqs, fil-każ ta’ “tixtil” ta’ roqgħa art miżbura b’cordon de Royat kif indikat fit-taqsima VI(1)(b), dispożizzjonijiet speċifiċi.

Id-Dokument Uniku ġie emendat fit-taqsima “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid - prattiki tal-kultivazzjoni”.

2.7.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

B’risposta għan-notifiki mis-Servizzi tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott ġie emendat fit-taqsima X - “Rabta maż-żona ġeografika”.

it-tieni parti – Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodotti, ġiet emendata biex tiġi ssupplimentata d-deskrizzjoni organolettika ta’ kull kulur tal-inbid. Dawn iż-żidiet saru wkoll fid-Dokument Uniku fit-taqsima “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”.*

it-tielet parti - Rabta kawżali, ġiet emendata biex tispeċifika l-interazzjoni kawżali bejn il-karatteristiċi tal-inbejjed tad-DOP u dawk taż-żona ġeografika tagħha. Dawn il-kjarifiki saru wkoll fil-parti “Rabta maż-żona ġeografika” tad-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Côtes du Roussillon

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Karatteristiċi analitiċi

Id-denominazzjoni hija riżervata għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor xotti bla gass.

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum hija ta’ 12 % għall-inbejjed ħomor u rożè u ta’ 11,5 % għall-inbejjed bojod.

L-inbejjed ħomor lesti biex jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew ippakkjati għandhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ mhux aktar minn 0,4 grammi għal kull litru.

L-inbejjed lesti biex jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew ippakkjati għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ mhux aktar mill-valuri li ġejjin:

Inbejjed ħomor (b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ mhux aktar minn 14 %): 3 grammi għal kull litru - Inbejjed ħomor (b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ aktar minn 14 %): 4 grammi għal kull litru

Inbejjed rożè u nbejjed bojod: 4 grammi għal kull litru.

Il-lottijiet tal-inbejjed lesti biex jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa u eliġibbli għat-terminu “bikri” jew “ġdid” għandhom kontenut ta’ aċidità volatili ta’ mhux aktar minn 10,2 milliekwivalenti għal kull litru;

L-inbejjed ħomor eliġibbli għat-terminu “bikri” jew “ġdid” għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ mhux aktar minn 2 grammi għal kull litru fl-istadju tal-ippakkjar;

Il-valuri tal-qawwa alkoħolika totali massima u proprja minima jsegwu l-valuri ta’ limitu stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-kontenuti tal-aċidità volatili, l-aċidità totali u d-diossidu tal-kubrit huma dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi organolettiċi

L-inbejjed ħomor dejjem isiru minn taħlita ta’ mill-inqas żewġ varjetajiet tad-dwieli. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huma jkollhom kulur aħmar qawwi ħafna. L-aromi huma kkaratterizzati minn noti ta’ frott aħmar u ħwawar, u l-inbejjed huma robusti, bi struttura qawwija u bil-preżenza ta’ tannini misjura u bellusija.

L-inbejjed rożè, ġejjin minn taħlita ta’ mill-inqas żewġ varjetajiet tad-dwieli, għandhom kulur roża ġeneralment qawwi. Fil-palat, dawn jesprimu kumplessità aromatika sabiħa, b’noti ta’ frott frisk u frott aħmar. Dawn huma nbejjed bi struttura sabiħa, b’rotondità u persistenza aromatika tajba.

L-inbejjed bojod jiġu minn taħlita ta’ mill-inqas żewġ varjetajiet tad-dwieli. Għandhom kulur dehbi, ċar u brillanti, u huma kkaratterizzati minn aromi ta’ fjuri bojod, ta’ frott eżotiku jew ta’ frott taċ-ċitru. Dawn huma nbejjed ibbilanċjati, friski, b’mineralità sabiħa jew aktar xaħmin, mimlija u ġenerużi.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom wisa’ bejn il-flanni ta’ aktar minn 2,50 metri. L-erja massima disponibbli għal kull pjanta hija ta’ 2,5 metri kwadri. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi ta’ bejn il-flanni u tal-ispazju bejn il-pjanti fl-istess flann.

Għad-dwieli mħawlin fi kwadru jew f’ringieli irregolari, kull pjanta jkollha erja massima ta’ 3 metri kwadri. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi ta’ bejn il-flanni u tal-ispazju bejn il-pjanti fl-istess flann. Il-wisa’ bejn il-flanni u l-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann huwa ta’ 1,70 metru jew inqas.

Soġġett għall-konformità mad-densità minima tat-tħawwil ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru, id-dwieli mħawlin bħala kontinwità ta’ blokka eżistenti jista’ jkollhom wisa’ bejn il-flanni ta’ aktar minn 2,50 metri.

Id-dwieli jinżabru qosra b’massimu ta’ 8 fergħat għal kull pjanta. Kull fergħa għandha massimu ta’ 2 għejun;

Il-varjetà tad-dwieli syrah N tista’ tinżabar b’żabra Guyot sempliċi b’massimu ta’ 8 għejun għal kull pjanta, li minnhom massimu ta’ 6 għejun fuq iz-zokk it-twil u fergħa b’massimu ta’ 2 għejun;

Il-varjetajiet tad-dwieli marsanne B, roussanne B u vermentino B jistgħu jinżabru b’żabra Guyot sempliċi b’massimu ta’ 8 għejun għal kull pjanta, li minnhom massimu ta’ 6 għejun fuq iz-zokk it-twil u fergħa b’massimu ta’ 2 għejun fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Ansignan, Arboussols, Caramany, Caudiès-de-Fenouillèdes, Felluns, Fosse, Lansac, Montalba-le-Château, Pézilla-de-Conflent, Prats-de-Sournia, Prugnanes, Rodès, Saint-Arnac, Saint-Martin, Sournia, Tarerach, Trévillach u Trilla, Le Vivier.

Ladarba t-tixtil ta’ roqgħa tad-dielja miżbura b’cordon de Royat jaqbeż l-10 % tal-pjanti eżistenti fis-sena, dan għandu jkun soġġett għal dikjarazzjoni għall-kontroll tat-tagħbija.

Tista’ tiġi awtorizzata l-irrigazzjoni

Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, l-użu tal-faħam għall-użu enoloġiku, waħdu jew f’taħlita fil-preparazzjonijiet, huwa pprojbit.

Għall-vinifikazzjoni, l-inbejjed bid-DOP “Côtes du Roussillon” jikkorrispondu għat-taħlitiet tal-varjetajiet tad-dwieli li ġejjin:

għall-inbejjed ħomor:

L-inbejjed jiġu mit-taħlita ta’ mill-inqas 2 varjetajiet tad-dwieli;

Il-proporzjon tal-aktar varjetà importanti, li għandha tkun varjetà ewlenija, huwa ta’ mhux aktar minn 80 % tat-taħlita;

Il-proporzjon tal-varjetajiet tad-dwieli sekondarji, flimkien jew separati, huwa ta’ mhux aktar minn 30 % tat-taħlita.

għall-inbejjed rożè:

L-inbejjed jiġu mit-taħlita ta’ mill-inqas 2 varjetajiet tad-dwieli, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed minn varjetajiet tad-dwieli bojod meta dawn jiġu prodotti separatament;

Il-proporzjon tal-aktar varjetà tad-dwieli importanti, li għandha tkun varjetà tad-dwieli ewlenija, huwa ta’ mhux aktar minn 80 % tat-taħlita;

Il-proporzjon tal-varjetajiet tad-dwieli sekondarji, flimkien jew separati, huwa ta’ mhux aktar minn 30 % tat-taħlita.

għall-inbejjed bojod:

L-inbejjed jiġu mit-taħlita ta’ mill-inqas 2 varjetajiet tad-dwieli;

Il-proporzjon tal-aktar varjetà importanti huwa ta’ mhux aktar minn 80 % tat-taħlita;

Il-proporzjon tal-varjetajiet tad-dwieli grenache blanc B, macabeu B u tourbat B (magħrufa lokalment bħala malvoisie du Roussillon), flimkien jew separati, huwa ta’ mhux inqas minn 50 %.

Il-proporzjon tal-varjetajiet tad-dwieli sekondarji huwa ta’ mhux aktar minn 10 %.

L-inbejjed jistgħu jiċċirkolaw bejn il-magazzinieri awtorizzati l-aktar kmieni:

fl-1 ta’ Novembru tas-sena tal-ħsad għall-inbejjed bit-terminu “bikri” jew “ġdid”.

fil-15 ta’ Novembru tas-sena tal-ħsad għall-inbejjed bojod u rożè.

fl-1 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħsad għall-inbejjed ħomor.

Id-data li fiha l-inbejjed jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur hija stabbilita għall-15 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħsad għall-inbejjed kollha.

Minbarra d-dispożizzjoni(jiet) ta’ hawn fuq, fir-rigward tal-prattiki enoloġiċi, l-inbejjed għandhom jirrispettaw l-obbligi stabbiliti fil-livell Ewropew u fil-Kodiċi Rurali.

b.   Rendimenti massimi

58 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Il-ħsad tal-għeneb u l-vinifikazzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Pyrénées-Orientales:

Ansignan, Arboussols en partie, Argelès-sur-Mer, Bages, Baho, Baixas, Banyuls-dels-Aspres, Bélesta, Le Boulou, Brouilla, Cabestany, Calce, Camélas, Canet-en-Roussillon, Canohès, Caramany, Cases-de-Pène, Cassagnes, Castelnou, Caudiès-de-Fenouillèdes, Céret, Claira, Corbère, Corbère-les-Cabanes, Corneilla-la-Rivière, Corneilla-del-Vercol, Elne, Espira-de-l’Agly, Espira-de-Conflent, Estagel, Estoher en partie,Felluns, Finestret en partie, Fourques, Ille-sur-Têt en partie, Lansac, Laroque-des-Albères, Latour-de-France, Lesquerde, Llauro, Llupia, Maureillas-las-Illas, Maury, Millas, Montalba-le-Château, Montauriol, Montescot, Montesquieu-des-Albères, Montner, Néfiach, Oms, Opoul-Périllos, Ortaffa, Palau-del-Vidre, Passa, Perpignan, Peyrestortes, Pézilla-la-Rivière, Pia, Planèzes, Pollestres, Ponteilla, Prugnanes, Rasiguères, Rigarda, Rivesaltes, Rodès, Saint-André, Saint-Arnac, Saint-Estève, Saint-Féliu-d’Amont, Saint-Féliu-d’Avall, Saint-Génis-des-Fontaines, Saint-Hippolyte, Saint-Jean-Lasseille, Saint-Jean-Pla-de-Corts, Saint-Martin, Saint-Nazaire, Saint-Paul-de-Fenouillet, Sainte-Colombe-de-la-Commanderie, Saleilles, Salses-le-Château, Le Soler, Sorède, Tarerach, Tautavel, Terrats, Thuir, Tordères, Toulouges, Tresserre, Trévillach, Trilla, Trouillas, Villelongue-dels-Monts, Villemolaque, Villeneuve-de-la-Raho, Villeneuve-la-Rivière, Vinça, Vingrau, Vivès, Le Vivier en partie.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

-

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti għar-rabta

Iż-żona ġeografika tinsab fid-département ta’ Pyrénées-Orientales, fil-qalba ta’ anfiteatru kbir li fil-parti l-kbira tiegħu huwa miftuħ lejn il-Baħar Mediterran fil-Lvant u huwa kkonfinat minn sensiela ta’ għoljiet kbar:

fil-Punent, il-massif ta’ Canigou (Pic du Canigou b’altitudni ta’ 2 780 metru);

fin-Nofsinhar, il-massif ta’ Albères (Roc de France b’altitudni ta’ 1 450 metru);

fit-Tramuntana, il-massif ta’ Corbières (Mont Tauch b’altitudni ta’ 878 metru).

Iż-żona ġeografika hija maqsuma, mill-Punent għal-Lvant, minn 3 xmajjar fuq medda qasira u minn xmajjar ta’ spiss imnixxfin mill-ilma, li matul is-snin ittrasportaw l-elementi maqlugħa mill-formazzjonijiet muntanjużi sabiex jinbnew ħafna artijiet imtarrġa.

Il-pajsaġġ huwa ffurmat mill-erożjoni, minn residwi suċċessivi wara intrużjonijiet tal-baħar u serje ta’ formazzjonijiet qodma mqiegħda mill-ġdid fil-wiċċ wara l-elevazzjoni tal-Pirinej.

L-eri ġeoloġiċi kollha huma rrappreżentati, u l-ħamrija, kemm jekk tkun ġejja minn dawn il-formazzjonijiet fuq is-sodda tal-blat, jew mit-trasport jew mir-reżidwi tal-lagi u tal-baħar, hija varjata.

L-irqajja’ art demarkati b’mod preċiż għall-produzzjoni tal-għeneb maħsub għad-denominazzjoni jinsabu:

fuq inklinazzjonijiet weqfin fuq ix-shale jew kalkarji u l-materjali kolluvjali tagħhom, fit-Tramuntana taż-żona ġeografika;

fuq għoljiet tal-melassa ramlija u taflija, fin-Nofsinhar;

fuq artijiet imtarrġa ġeblin tul il-widien li jaqsmu ż-żona ġeografika.

Dawn l-irqajja’ art għandhom ħamrija li għandha l-karatteristiċi komuni li tkun niexfa, nieqsa minn materja organika, ġeblija u tiskula tajjeb.

Iż-żona ġeografika għandha klima Mediterranja bi sjuf sħan u xtiewi moderati. Annwalment, ix-xemx tiddi għal aktar minn 2 500 siegħa. Ix-xita annwali ta’ bejn 500 u 650 millimetru spiss tkun tempestuża. Din tinfirex matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa, b’perjodu ta’ nixfa kbira fis-sajf. It-temperatura medja annwali hija bejn 13 °C u 14 °C, bi gradjent aktar frisk aktar lejn il-Punent jew f’altitudni aktar għolja. Il-klima hija kkaratterizzata wkoll mill-frekwenza (1 jum minn 3) u mill-vjolenza tat-“Tramontane”, riħ mill-Majjistral, kiesaħ ħafna fix-xitwa wara li għadda mill-quċċati koperti bis-silġ tal-Pirinej, li jnaddaf iżda wkoll jenfasizza n-nixfa.

8.2.   Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta

Ir-Roussillon, li ismu huwa dovut għall-belt Iberoligura ta’ Ruscino, belt b’saħħitha sa mis-seklu VI qabel Kristu, infetħet għall-kultivazzjoni tad-dwieli, fl-istess żmien taċ-ċivilizzazzjoni Mediterranja, mal-Foċeani, fundaturi ta’ Massilia (Marsilja), madwar s-600 qabel Kristu, li kienu jgħallmu lill-popolazzjonijiet lokali l-arti taż-żbir tad-dwieli u tal-produzzjoni tal-inbid. F’din il-klima sħuna u b’ħafna riħ, ġew prodotti kmieni ħafna inbejjed partikolari, magħrufa bħala “nbejjed likuri”, li ġejjin minn għeneb b’kontenut ta’ zokkor naturalment għoli ħafna u nbejjed xotti b’kontenut għoli ta’ alkoħol.

L-inbejjed ħelwin huma l-ewwel inbejjed li akkwistaw fama kbira minħabba li n-natura tagħhom tippermetti li jiġu prodotti u jiġu ppreservati għal żmien twil ħafna f’ambjent ossidattiv billi jiksbu kumplessità aromatika sabiħa. It-temperaturi għoljin tas-sajf, l-inteżistenza ta’ kantini taħt l-art, li huma r-riżultat ta’ ġeoloġija inadegwata u n-nuqqas ta’ mezzi tekniċi, ma jippermettux il-preservazzjoni tal-inbejjed xotti li jridu jiġu kkunsmati malajr u primarjament lokalment.

L-iżvilupp tal-attività tal-portijiet, bħal dawk f’Collioure u Port-Vendres, se jippermettilhom isiru aktar magħrufa matul is-snin. Fis-seklu XVIII, in-negozjanti f’Sète użawhom fit-taħlit biex “isaħħu” l-inbejjed ta’ “Languedoc”.

Fis-seklu XIX, it-titjib tat-tekniki tal-vinifikazzjoni u tal-preservazzjoni tal-inbejjed xotti jiffavorixxu l-isfruttament tal-potenzjal għall-maturazzjoni u għaż-żamma tal-inbejjed ta’ “Roussillon”, li minn issa se jiġu kkummerċjalizzati taħt l-identità tagħhom stess.

Fl-1816, l-enologu A. JULLIEN fix-xogħol tiegħu “Topographie de tous les vignobles connus” jinnota l-importanza tal-oriġini ta’ din il-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor xotti ta’ “Roussillon” u fassal il-klassifika ta’ 3 żoni distinti.

Seklu wara, fl-1930, il-produtturi waqqfu l-“Association professionnelle des vignerons du Haut-Roussillon pour la délimitation et la défense du cru”. Il-Qorti Ċivili ta’ Perpignan tagħti d-dritt għal dan l-isem, fil-11 ta’ Lulju 1932, lill-muniċipalitajiet ta’ Aspres (reġjun fin-Nofsinhar tax-xmara Têt) u, fis-27 ta’ Mejju 1937, testendih lill-muniċipalitajiet ta’ Albères (żona taħt il-Pirinej).

Fl-1936, l-inbejjed ħelwin naturali ngħataw id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata bl-isem “Côtes du Haut-Roussillon” għal wieħed minnhom.

Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata l-konfużjoni bejn l-inbejjed xotti u l-inbejjed ħelwin naturali, l-inbejjed xotti prodotti fil-parti tan-Nofsinhar tad-département ta’ Pyrénées-Orientales ġew rikonoxxuti, f’Diċembru 1951, bħala denominazzjoni ta’ oriġini “vin délimité de qualité supérieure” (inbid delimitat ta’ kwalità superjuri) taħt l-isem “Roussillon-dels-Aspres”. L-inbejjed prodotti fil-parti tat-Tramuntana, fiż-żona fin-Nofsinhar ta’ taħt il-massif ta’ Corbières, huma, min-naħa tagħhom, magħrufa bħala denominazzjoni ta’ oriġini “vin délimité de qualité supérieure” (inbid delimitat ta’ kwalità superjuri) taħt l-isem “Corbières-du-Roussillon” u “Corbières-supérires-du-Roussillon” fit-22 ta’ Jannar 1952.

Dawn it-3 denominazzjonijiet ta’ oriġini, wara proċess twil mibdi fis-snin 1960, inġabru taħt l-isem “Côtes du Roussillon” fit-3 ta’ Ottubru 1972, qabel ma kisbu d-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata taħt l-istess isem, fit-28 ta’ Marzu 1977, u b’hekk saru l-ewwel Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata kbira ta’ Languedoc-Roussillon.

8.3.   Interazzjonijiet kawżali

Dak li qabel kien territorju tal-Katalonja, li ġie integrat fi Franza mit-Trattat tal-Pirinej fl-1659, fil-fruntiera ma’ Spanja, l-amfiteatru kbir ta’ Roussillon, appoġġat mal-Pirinej, huwa miftuħ lejn il-Baħar Mediterran. Fuq it-turġien tagħha, tradizzjoni twila tal-vitikultura ankrat fuq ħamrija xotta, fqira u skulata sew, vinja mgħaddsa f’klima tipika Mediterranja, mdawwla u sħuna, ikkaratterizzata min-nixfa tagħha fis-sajf u speċjalment ta’ spiss b’ħafna riħ.

Il-fehim tal-ambjent naturali ilu jippermetti lill-produtturi jimmaniġġjaw b’mod ottimali d-dwieli u l-potenzjal tagħhom tal-produzzjoni. Dan jissarraf fl-għarfien prattiku tad-dwieli permezz tat-tħawwil razzjonali tal-varjetajiet tad-dwieli billi jiġu adattati l-prattiki tal-kultivazzjoni u l-metodi ta’ ġestjoni għad-diversi sitwazzjonijiet li dejjem iwasslu għall-aħjar maturazzjoni tal-għeneb.

Fil-fatt, fuq l-irqajja’ art demarkati b’mod preċiż skont il-post tagħhom fl-inklinazzjonijiet, l-għoljiet jew l-artijiet imtarrġa, il-produtturi għażlu u żammu maż-żmien, għal kull kulur, il-varjetajiet tad-dwieli l-aktar adattati għall-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima taż-żona ġeografika.

Għalhekk, għall-inbejjed ħomor u rożè, il-varjetajiet tad-dwieli grenache N jew G perfettament adattati għan-nixfa jokkupaw l-għoljiet irqaq u aridi bil-varjetà tad-dwieli carignan N. Il-varjetà tad-dwieli mourvèdre N, aktar tardiva, tinsab fl-aktar sitwazzjonijiet sħan u protetti. Il-varjetà syrah N, li hija ġeneralment marbuta ma’ kannizzata minħabba li hija sensittiva għar-riħ, titħawwel f’postijiet b’ħamrija aktar friska, bħal ma huma l-varjetajiet tad-dwieli ewlenin maħsuba għall-inbejjed bojod, jiġifieri l-grenache B, maccabeu u tourbat.

Fl-istess ħin, il-produtturi tgħallmu jikkontrollaw il-vinifikazzjoni u t-taħlit ta’ kull waħda minn dawn il-varjetajiet tad-dwieli, filwaqt li jżommu f’moħħhom li huwa meħtieġ minimu ta’ żewġ varjetajiet tad-dwieli fit-taħlita għal kull wieħed mit-tliet kuluri.

L-adegwatezza ta’ dawn il-varjetajiet tad-dwieli bis-sitwazzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi differenti u l-komplementarjetà tagħhom tippermetti lill-produtturi jesprimu l-karatteristiċi tal-inbejjed tad-denominazzjoni, li dejjem joħorġu mit-taħlita: għalhekk, l-inbejjed ħomor huma kkaratterizzati mit-togħma ta’ frott tagħhom, mill-istruttura qawwija tagħhom u mill-preżenza ta’ tannini misjura; l-inbejjed rożè friski u ta’ frott għandhom ukoll struttura sabiħa, b’rotondità u b’persistenza aromatika tajba. Min-naħa tagħhom, l-inbejjed bojod huma mimlijin, aromatiċi u ġenerużi.

F’territorju b’għoljiet sikwit qawwijin, id-dwieli huma parti minn pajsaġġ Mediterranju magħmul minn xagħri, makkja u spiss blat, li għandu wirt kulturali u storiku għani. Is-sit antik ta’ Ruscino, il-bosta xogħlijiet tal-arti Rumana, l-abbaziji u l-kunventi, id-dominji li jmorru lura għat-templari jew aktar reċenti, huma x-xhieda ta’ tradizzjoni twila marbuta mill-qrib mal-kultivazzjoni tad-dwieli u tal-inbid.

Matul is-snin, f’territorji diffiċli, il-produtturi bnew, bl-għarfien prattiku tagħhom li akkwistaw u żviluppaw ir-reputazzjoni tal-inbejjed Côtes du Roussillon.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni tal-inbejjed eliġibbli għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Côtes du Roussillon”, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-département ta’ Pyrénées-Orientales: Alenya, Amélie-les-Bains-Palalda, Arboussols, Bompas, Bouleternère, Caixas, Collioure, Les Cluses, Estoher, Finestret, Fosse, Ille-sur-Têt, Joch, Latour-Bas-Elne, Marquixanes, Pézilla-de-Conflent, Prats-de-Sournia, Reynès, Saint-Cyprien, Saint Laurent-de-la-Salanque, Sainte-Marie, Saint-Michel-de-Llotes, Sournia, Taillet, Théza, Torreilles, Villelongue-de-la-Salanque, Le Vivier.

Tikkettar

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat bil-kliem “primeur” (bikri) jew “nouveau” (ġdid) għall-inbejjed li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti għal dan it-terminu f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-inbejjed eliġibbli għat-terminu “primeur” jew “nouveau” iridu jiġu ppreżentati bl-indikazzjoni tal-vendemmja.

It-tikkettar tal-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-unità ġeografika akbar “Vin du Roussillon”.

Id-daqs tal-ittri ta’ din l-unità ġeografika akbar mhuwiex akbar, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-071709f8-4d5f-4e7f-8e32-c7cab39f4cac


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


27.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/36


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2023/C 224/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦAL EMENDA GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

Duché d'Uzès

PDO-FR-A1165-AM01

Data tal-applikazzjoni: 12.11.2013

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Bidla ta’ IĠP f’DOP

Mill-1989, bil-ħidma għar-rikonoxximent tal-“Vin de Pays Duché d’Uzès” iffinalizzata fl-1992, kienet ir-rieda tal-produtturi li jiddedikaw din il-produzzjoni għal inbid marbut mal-idea ta’ reġjun fiż-żoni definiti u li japplika għall-kategorija tad-denominazzjonijiet tal-oriġini. Minn dak iż-żmien, id-definizzjoni ta’ dan l-Inbid Lokali mbagħad tal-IĠP turi l-għażla kwalitattiva miżmuma skont il-kriterji ta’ produzzjoni li jikkorrispondu għal dawk mistennija fil-qafas ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini (rendiment, lista ta’ varjetajiet ta’ dwieli) u delimitazzjoni tar-reġjun ta’ produzzjoni. Wara dan, it-Trade Union ħadmet fuq dawn il-kriterji u t-trażpożizzjoni tagħhom fil-livell tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott sabiex jiġi definit il-karattru tipiku tal-prodotti u l-kriterji tal-produzzjoni tagħhom b’mod konsistenti mar-reġjun definit.

L-emendi li jsiru fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biex jakkumpanjaw il-bidla ta’ IĠP f’DOP jikkonċernaw il-punti li ġejjin u huma ddettaljati punt punt:

id-delimitazzjoni taż-żona ġeografika tal-produzzjoni bil-għan li jiġu identifikati l-irqajja’ adatti biex jipproduċu l-għeneb mil-liema jistgħu jiġu prodotti l-inbejjed li jibbenefikaw mill-isem protett.

ir-regoli tal-varjetajiet tad-dwieli mingħajr emenda tal-lista tal-varjetajiet tal-għeneb,

il-ġestjoni tad-dwieli, il-ħsad, it-trasport u l-maturazzjoni tal-għeneb,

l-ipproċessar, il-preparazzjoni, il-maturazzjoni, l-ippakkjar, il-ħażna tal-inbejjed,

it-tikkettar tal-inbejjed.

2.2.   Żona tal-irqajja’ tar-raba’ demarkata

Fil-kuntest tal-konverżjoni ta’ IĠP f’DOP, il-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Duché d’Uzès ġie ssupplimentat bil-punt IV 2°- Żona tal-irqajja’ tar-raba’ demarkata.

Dan il-punt żdied mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni sabiex jiġu definiti b’mod preċiż l-irqajja’ tad-dwieli fiż-żona ġeografika, li l-għeneb tagħhom jista’ jipproduċi nbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Duché d’Uzès.

Din id-delimitazzjoni tal-irqajja’ mhijiex stipulata fl-IĠP u għalhekk żdiedet fil-kuntest tal-konverżjoni ta’ IĠP f’DOP.

L-introduzzjoni ta’ dan il-punt fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma taffettwax id-Dokument Uniku.

2.3.   Varjetajiet ta’ dwieli

Fil-kuntest tal-konverżjoni ta’ IĠP f’DOP, il-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Duché d'Uzès ġie ssupplimentat bil-punt 5 - Varjetajiet tad-dwieli.

Jeħtieġ li jiġi speċifikat il-proporzjon minimu tat-taħlita fil-varjetajiet tad-dwieli tal-azjendi, mingħajr ma tinbidel il-lista tal-varjetajiet tad-dwieli awtorizzati.

Il-lista tal-varjetajiet riżervati għall-produzzjoni tad-DOP Duché d'Uzès hija stipulata fil-punt “Varjetajiet prinċipali ta’ għeneb tal-inbid” tad-Dokument Uniku.

Il-proporzjonijiet tal-varjetajiet differenti fil-varjetajiet tad-dwieli ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

2.4.   Il-ġestjoni tad-dwieli

Fil-kuntest tal-konverżjoni ta’ IĠP f’DOP, il-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Duché d’Uzès ġie ssupplimentat bil-punt 6 - Il-ġestjoni tad-dwieli.

Iż-żieda ta’ dan il-punt tikkorrispondi għal adattament tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għar-regoli nazzjonali dwar id-Denominazzjoni ta’ Oriġini. Dan jistipula prattiki tal-produzzjoni tal-inbid f’termini ta’ densità tat-tħawwil, taż-żbir, tal-kannizzati u tal-awtorizzazzjoni tal-irrigazzjoni.

Dawn id-dispożizzjonijiet ġew inklużi fid-Dokument Uniku, taħt “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”.

2.5.   Il-ħsad, it-trasport u l-maturazzjoni tal-għeneb

Fil-kuntest tal-konverżjoni ta’ IĠP f’DOP, il-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Duché d’Uzès” ġie ssupplimentat bil-punt 7 - Il-ħsad, it-trasport u l-maturitazzjoni tal-għeneb.

Iż-żieda ta’ dan il-punt tikkorrispondi għal adattament tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għar-regoli nazzjonali dwar id-Denominazzjoni ta’ Oriġini. Dan jistipula dispożizzjonijiet dwar il-maturitazzjoni tal-għeneb u t-trasport tal-ħsad li ma jaffettwawx id-Dokument Uniku. Jistipula wkoll qawwa alkoħolika skont il-volum naturali minimu ta’ 12 % tal-inbejjed li hija msemmija fid-Dokument Uniku, taħt il-punt “Deskrizzjoni tal-inbid jew inbejjed”.

2.6.   L-ipproċessar, il-preparazzjoni, il-maturazzjoni, l-ippakkjar, il-ħażna tal-inbejjed

Fil-kuntest tal-konverżjoni ta’ IĠP f’DOP, il-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Duché d’Uzès” ġie ssupplimentat bil-punt 9 - L-ipproċessar, il-preparazzjoni, il-maturazzjoni, l-ippakkjar, il-ħażna.

Iż-żieda ta’ dan il-punt tikkorrispondi għal adattament tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal regoli nazzjonali aktar restrittivi dwar id-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Dan jistipula l-proporzjonijiet tal-varjetajiet ta’ għeneb imħallta fl-inbejjed, f’konformità mar-regoli introdotti għall-varjetajiet tad-dwieli. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwax id-Dokument Uniku.

Dan il-punt jistipula dispożizzjonijiet dwar l-obbligu ta’ fermentazzjoni malolattika għall-inbejjed ħomor b’livelli massimi ta’ zokkor fermentabbli. Dawn id-dispożizzjonijiet huma msemmija fid-Dokument Uniku taħt il-punt “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”.

Dan il-punt jistipula wkoll dispożizzjonijiet dwar il-prattiki enoloġiċi u t-tqegħid fis-suq ta’ nbejjed aktar stretti, li jissemmew fid-Dokument Uniku, taħt il-punt “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”.

Dan il-punt jistabbilixxi wkoll rakkomandazzjonijiet għall-ħażna u l-manutenzjoni tal-fabbriki tal-inbid, li ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

2.7.   Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Fil-kuntest tal-konverżjoni ta’ IĠP f’DOP, il-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Duché d'Uzès” ġie ssupplimentat bil-punt 11 – Dispożizzjonijiet tranżizzjonali.

Dan il-punt jippermetti lill-operaturi jadattaw għar-regoli aktar restrittivi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP dwar:

Il-proporzjon ta’ varjetajiet tad-dwieli fl-azjenda

Id-densità tat-tħawwil

Ir-regoli dwar il-kannizzar u l-għoli tal-faxxina

Dawn id-dispożizzjonijiet stipulati mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

2.8.   Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar

Fil-kuntest tal-konverżjoni ta’ IĠP f’DOP, il-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Duché d’Uzès” ġie ssupplimentat bil-punt 12 - Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar. Dan jikkorrispondi għal dispożizzjoni ġenerali komuni għad-denominazzjonijiet tal-oriġini kollha li juru t-termini nazzjonali DOP. Jispeċifika li l-inbejjed li għalihom qed tintalab id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Duché d'Uzès” u li huma ppreżentati taħt din id-denominazzjoni, jistgħu biss jiġu ddikjarati wara l-ħsad, jiġu offruti lill-pubbliku, jintbagħtu, jitqiegħdu għall-bejgħ jew jinbiegħu jekk id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata msemmija iktar ’il fuq tkun miktuba b’karattri prominenti ħafna fid-dikjarazzjoni tal-ħsad, fir-reklamar, u fuq kwalunkwe prospett, tikketta, fattura jew kontenitur.

Din id-dispożizzjoni ma taffettwax id-Dokument Uniku.

2.9.   Karatteristiċi organolettiċi

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata fil-Kapitolu I - punt “10 - Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodotti” biex tiġi ċċarata d-deskrizzjoni viżiva u organolettika tal-inbejjed.

Dawn il-kjarifiki ġew inklużi wkoll fid-Dokument Uniku taħt il-punt “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”.

2.10.   Rabta maż-żona ġeografika

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata fil-Kapitolu I - punt “10.3 - Interazzjonijiet kawżali” biex jiġi ċċarat li r-rabta kawżali hija bbażata fuq l-impatt tal-klima reġjonali u

t-tipi ta’ ħamrija, fuq il-produzzjoni ta’ nbejjed friski u b’togħma ta’ frott. Fil-kuntest tat-tranżizzjoni minn IĠP għal DOP, saret ħidma biex jiġu identifikati r-reġjuni, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-klima u tal-ħamrija taż-żona, li ppermettew lill-produtturi jenfasizzaw l-aħjar tqabbil bejn il-lokalità tal-vitikultura u l-varjetajiet tad-dwieli, u b’hekk tiżdied l-awtentiċità tal-inbejjed.

Il-kjarifiki addizzjonali biex tintwera r-rabta kawżali ġew inklużi fid-Dokument Uniku taħt il-punt “Rabta maż-żona ġeografika - Interazzjonijiet kawżali”.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Duché d'Uzès

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Karatteristiċi analitiċi

Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Duché d'Uzès” hija riżervata għall-inbejjed ħomor, rożè u bojod mhux frizzanti.

L-inbejjed mhux frizzanti għandhom qawwa alkoħolika skont il-volum naturali minimu ta’ 12 %. Il-lottijiet tal-inbid lesti biex jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew ippakkjati għandhom kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’:

3 g/l għall-inbejjed ħomor li għandhom qawwa alkoħolika skont il-volum naturali minimu ta’ 14 % jew inqas.

4 g/l għall-inbejjed ħomor b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ aktar minn 14 % vol. 4 g/l għall-inbejjed rożè.

4 g/l għall-inbejjed bojod.

L-inbejjed ħomor lesti biex jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew ippakkjati għandhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 g/l jew inqas.

Il-qawwa alkoħolika totali (minima jew massima) skont il-volum, il-qawwa alkoħolika proprja minima, l-aċidità totali, l-aċidità volatili u d-diossidu tal-kubrit totali huma dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Ewropea.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Karatteristiċi organolettiċi

Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Duché d'Uzès” hija disponibbli għat-tliet kuluri

L-inbejjed ħomor huma magħmulin minn taħlita li fiha s-Syrah N u l-Grenache N jammontaw għal mill-inqas 60 % u jistgħu jiġu ssupplimentati bil-varjetajiet tal-għeneb Carignan N, Cinsault N u Mourvèdre N. Il-kulur tagħhom ivarja minn aħmar karg għal aħmar skur u jista’ jieħu sfumaturi ħamranin waqt il-maturazzjoni. Il-kulur tagħhom huwa qawwi sa intens. Dawn huma nbejjed ċari. L-espressjonijiet aromatiċi li jfakkru fil-frott misjur jew ikkonfetturat, spiss akkumpanjati b’noti ta’ likorizja, li jirriflettu l-espressjoni partikolari tas-Syrah f’dan ir-reġjun. L-istruttura tannika, mirquma u bbilanċjata tagħhom tiżgura li huma adattati sew għall-maturazzjoni.

L-inbejjed rożè huma nbejjed imħalltin, l-aktar minn Grenache N. Il-kulur jestendi mil-lewn roża tal-lychee għal lewn il-qroll. Huma effervexxenti, luminużi u ċari. Il-firxa aromatika tagħhom ifakkru fil-frott aħmar. Huma armonjużi, friski u qawwijin. Il-freskezza tagħhom hija ddeterminata mil-lokalità taż-żona ġeografika f’dejl l-ewwel għoljiet tas-Cévennes.

L-inbejjed bojod, magħmulin minn taħlita ewlenija ta’ Grenache B u Viognier B, għandhom kulur dehbi ċar bi sfumaturi ħodor. Notevoli minħabba l-freskezza tagħhom, fil-ħalq iħallu noti intensi ta’ frott frisk bħal ħawħ jew saħansitra berquq. Jibbenefikaw ukoll minn din il-klima ta’ tranżizzjoni Mediterranja, li tnaqqas il-progress tal-maturazzjoni u tippreserva l-aċidità u l-bilanċ tal-inbejjed.

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-dwieli għandhom densità minima tat-tħawwil tad-dwieli ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Il-wisa’ bejn il-flanni ma tistax tkun aktar minn 2,50 m.

L-erja massima disponibbli għal kull pjanta hija ta’ 2,50 metru kwadru. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi bejn il-flanni u l-wisa’ bejn id-dwieli fl-istess ringiela. Iż-żbir isir qabel t-30 ta’ April tas-sena tal-ħsad; - Id-dwieli jinżabru biex ikollhom daqs żgħir, fi friegħi, b’massimu ta’ 12-il rimja għal kull dielja; kull fergħa għandha massimu ta’ 2 rimjiet. - il-varjetà Syrah tista’ tinħadem permezz ta’ żbir twil b’massimu ta’ 10 rimjiet għal kull pjanta, li minnhom massimu ta’ 6 fuq l-injam twil u 2 friegħi b’massimu ta’ żewġ rimjiet - It-tisqija tista’ tiġi awtorizzata.

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Huwa pprojbit kull trattament termiku tal-ħsad tal-għeneb fejn it-temperatura taqbeż l-40 °C;

Għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod u rożè, huwa pprojbit l-użu tal-faħam għal skopijiet enoloġiċi, kemm jekk waħdu kif ukoll imħallat fi preparazzjonijiet.

L-użu ta’ biċċiet tal-injam huwa pprojbit.

L-inbejjed rożè jsiru permezz ta’ għasir dirett.

L-użu ta’ pressa kontinwa huwa pprojbit.

L-inbejjed ħomor għandhom ikunu mmaturati mill-inqas sal-1 ta’ Frar tas-sena ta’ wara l-ħsad. Dawn l-inbejjed jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur fi tmiem il-perjodu ta’ maturazzjoni, jiġifieri mill-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara l-ħsad.

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, il-prattiki enoloġiċi adottati għall-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

b.   Rendimenti massimi

1.

Inbejjed ħomor

53 ettolitru għal kull ettaru

2.

Inbejjed rożè u bojod

60 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-għeneb jinħasad u l-inbejjed jiġu prodotti, żviluppati u mmaturati fil-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Gard: Aigaliers, Aigremont, Arpaillargues-et-Aureillac, Aubussargues, Bagard, Baron, Belvézet, Blauzac, Bourdic, Bragassargues, Brignon, Canaules-et-Argentières, Cardet, Cassagnoles, Castelnau-Valence, Collorgues, Cruviers-Lascours, Dions, Durfort-et-Saint-Martin-de-Sossenac, Flaux, Foissac, Fons, Fontarèches, Fressac, Gajan, Garrigues-Sainte-Eulalie, Goudargues, La Bastide-d’Engras, La Bruguière, La Calmette, La Capelle-et-Masmolène, La Rouvière, Lédignan, Lézan, Logrian-Florian, Martignargues, Maruéjols-lès-Gardon, Massanes, Massillargues-Attuech, Monoblet, Montaren-et-Saint-Médiers, Moussac, Ners, Puechredon, Ribaute-les-Tavernes, Saint-André-de-Roquepertuis, Saint-Bauzély, Saint-Bénézet, Saint-Césaire-de-Gauzignan, Saint-Chaptes, Saint-Christol-lès-Alès, Saint-Dézéry, Sainte-Anastasie, Saint-Félix-de-Pallières, Saint-Hippolyte-de-Montaigu, Saint-Jean-de-Ceyrargues, Saint-Jean-de-Crieulon, Saint-Jean-de-Serres, Saint-Jean-du-Pin, Saint-Laurent-la-Vernède, Saint-Maurice-de-Cazevieille, Saint-Maximin, Saint-Nazaire-des-Gardies, Saint-Quentin-la-Poterie, Saint-Siffret, Saint-Théodorit, Saint-Victor-des-Oules, Sanilhac-Sagriès, Sauve, Savignargues, Serviers-et-Labaume, Seynes, Tornac, Uzès, Vallabrix, Verfeuil, Vézénobres.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

Carignan N

 

Cinsaut N - Cinsault

 

Clairette B

 

Grenache N

 

Marsanne B

 

Mourvèdre N - Monastrell

 

Roussanne B

 

Syrah N - Shiraz

 

Ugni blanc B

 

Vermentino B - Rolle

 

Viognier B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Deskrizzjoni tal-fatturi naturali u umani li jikkontrobwixxu għar-rabta

Iż-żona tad-DOP “Duché d’Uzès” testendi bejn Nîmes u Alès f’77 muniċipalità tad-département ta’ Gard, fejn il-belt ta’ Uzès tinsab fil-parti tal-Lvant tagħha. Hija magħmula minn żewġ baċiri kontigwi:

Fil-Punent, dak ta’ Lédignan huwa mifrux madwar koppla antiklinali tal-Kretaċju (Valanġinjan) li ċ-ċentru tagħha, magħmul minn taħlita ta’ tafal u kalċju, twessa’ minħabba l-erożjoni;

Fil-Lvant, il-baċir ta’ Uzès jikkorrispondi għal sinklinali bejn il-Lvant u l-Punent fuq blat tal-perjodu Terzjarju (Eoċene) li gradwalment isiru depożiti tal-baħar (Mijoċene).

Iż-żona kollha hija kkonfinata, fil-Punent mill-ewwel għoljiet tal-Cévennes; fit-Tramuntana mill-muntanji kalkarji ta’ Lussan li jilħqu l-quċċata tal-Muntanja Bouquet (630 m); fil-Lvant u fin-Nofsinhar, mill-pjanuri vasti kalkarji, spiss imsaġġra, li jisseparawha mir-reġjuni ta’ Nîmes, Sommières u l-wied tar-Rhône. Fl-aħħar nett, il-Gardon, element ewlieni tas-sistema tax-xmajjar, taqsam iż-żona mill-Punent sax-Xlokk. Iż-żona ġeografika tistrieħ fuq substrati fil-biċċa l-kbira kalkarji u d-dwieli normalment huma stabbiliti f’ħamrija ta’ għoljiet mimlija ġebel u mhux fondi. F’termini ta’ klima, is-settur huwa ta’ natura Mediterranja, iżda mtaffi mid-distanza tal-kosta u l-preżenza ta’ għoljiet li jillimitaw l-influwenzi tal-baħar. B’riżultat ta’ dan, jiġu osservati kuntrasti akbar tat-temperatura milli mal-kosta u t-temperatura medja annwali bejn ix-Xlokk u l-Majjistral taż-żona tonqos b’grad sa żewġ gradi. Din il-klima ta’ tranżizzjoni tfisser, b’mod partikolari, nixfa fis-sajf mitigata; l-ammont ta’ xita annwali ta’ madwar 700 mm x’aktarx li jvarja b’mod konsiderevoli minn sena għal sena b’rabta max-xita li xi drabi tkun sostanzjali fil-ħarifa (il-fenomenu Cévenol).

Iż-żona ġeografika għalhekk testendi għall-qalba ta’ pajsaġġ ta’ għelejjel imħalltin, fejn hemm dwieli kullimkien fuq l-għoljiet, u fejn il-veġetazzjoni naturali hija maqsuma, b’mod partikolari, bejn il-ballut aħdar u l-ballut imżajbar, li jirrifletti din iż-żona ta’ tranżizzjoni klimatika.

Matul is-sekli, id-dwieli akkumpanjaw l-istorja u l-ħajja agrikola tar-reġjun ta’ Uzès u mill-era Rumana hemm ħafna evidenza ta’ kultivazzjoni tad-dwieli f’dan it-territorju.

Aktar tard, fiż-żmien Medjevali, kien għad hemm id-dwieli li kisbu tifsira simbolika qawwija f’għajnejn il-kleru Kristjan u b’hekk l-ewwel isqfijiet saru vitikulturi.

Mis-seklu 15, id-dwieli kwalitattivi u l-inbejjed nobbli ssemmew fit-territorju tad-Dukat ta’ Uzès. Minn dak iż-żmien u minkejja kriżijiet suċċessivi, id-dwieli tal-għoljiet, assoċjati fil-pajsaġġ mas-siġar taż-żebbuġ u maġenb il-pjanuri aktar rikki miżrugħa biċ-ċereali, baqgħu kostanti. L-istruttura tal-art iddominata minn azjendi agrikoli żgħar b’għelejjel imħalltin tiffaċilita l-iżvilupp ta’ dwieli fuq l-għoljiet, fenomenu amplifikat fis-seklu 18 bil-prattika ta’ attività doppja, fejn il-ħaddiema fl-industriji tat-tessuti kkultivaw ukoll irqajja’ żgħar ta’ dwieli.

Sa mill-1981, l-inbejjed ġew rikonoxxuti bħala Inbid Lokali “de l’Uzège”, li fl-1992 sar inbid lokali “Duché d’Uzès” b’kundizzjonijiet tal-produzzjoni aktar stretti u d-definizzjoni ta’ varjetà ta’ dwieli Mediterranja.

Filwaqt li qieset il-karatteristiċi tal-klima u l-ħamrija taż-żona, it-trade union wettqet ħidma biex tidentifika reġjuni u b’hekk il-produtturi setgħu jenfasizzaw l-aħjar adattatezza bejn il-lokalità tal-vitikultura u l-varjetajiet tal-għeneb, għall-benefiċċju tal-awtentiċità tal-inbejjed.

Id-dwieli se jiġu ristrutturati bil-varjetajiet Mediterranji l-aktar nobbli, Syrah N u Grenache N għall-inbejjed ħomor u rożè, Grenache blanc B u Viognier B għall-inbejjed bojod.

Fl-2010, intalbu kważi 9 000 ettolitru minn 32 kantina individwali u 11-il kantina kooperattiva; l-inbejjed ħomor jirrappreżentaw 60 % tal-produzzjoni, l-inbejjed rożè 25 % u l-inbejjed bojod 15 %.

8.2.   Interazzjonijiet kawżali

Minħabba l-lokalità ġeografika partikolari tad-DOP Duché d’Uzès, f’salib it-toroq tas-Cévennes, il-Languedoc u Provence, bil-klima Mediterranja ta’ tranżizzjoni tiegħu, il-varjetajiet tal-għeneb Mediterranji jimmaturaw bil-mod u huma espressjoni oriġinali tal-inbejjed ikkaratterizzati bl-eleganza, it-togħma tal-frott u l-freskezza.

L-għarfien espert tal-produtturi tal-inbid, l-għażla tal-varjetajiet tal-għeneb Mediterranji biss u l-istudji fuq ir-reġjuni għalhekk ippermettew it-tħawwil ta’ varjetajiet differenti f’kundizzjonijiet li jrendu l-aħjar espressjoni. Tabilħaqq, l-irqajja’ tal-art esposti sew b’ħamrija ftit li xejn fonda, ġeblija u skulata tajjeb huma dejjem aktar preferuti. Barra minn hekk, bis-saħħa tal-preżenza tal-għoljiet tas-Cévennes, jiġu osservati differenzi sinifikanti fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl. Hija din il-medda ta’ temperaturi, b’mod partikolari l-iljieli friski, li bihom l-għeneb jimmatura bil-mod, li tiffaċilita l-kulur u tippreserva l-aċidità u l-espressjoni aromatika tal-frott artab, li huma karatteristiċi notevoli tal-inbejjed tad-DOP Duché d'Uzès, li jagħtuhom il-freskezza u t-togħma tal-frott tagħhom.

Il-varjetà Grenache N toffri kwalità żejtnija, profondità u eleganza kbira b’togħma qawwija ta’ frott.

Il-varjetà Syrah N min-naħa tagħha toffri finezza, struttura u kumplessità aromatika.

It-taħlita ta’ dawn iż-żewġ varjetajiet, kemm għall-inbejjed ħomor kif ukoll għall-inbejjed rożè, hija obbligatorja u tiggarantixxi l-oriġinalità tal-inbejjed “Duché d’Uzès”. L-għarfien tal-produtturi huwa espress fil-ġestjoni tal-pjanta billi jiġu sfruttati s-saħħa u l-potenzjal tal-produzzjoni, permezz ta’ prattiki ta’ rendimenti moderati marbuta ma’ regoli preċiżi taż-żbir u tal-għoli tal-weraq. Dan l-għarfien espert huwa rifless ukoll fl-adattament tat-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid u, b’mod partikolari, il-ħtieġa għal perjodu ta’ maturazzjoni għall-inbejjed ħomor.

Sabiex id-Denominazzjoni tiġi identifikata aħjar, fl-2003 inħoloq flixkun tat-trade unions bl-arma tad-Dukat ta’ Uzès. Adottata malajr mill-produtturi, l-individwi jew il-kooperaturi, din issa żżejjen kważi 70 % tal-Inbejjed Duché d’Uzès. Bħala garanzija ta’ ġestjoni perfetta tal-prodott, 95 % tal-volumi huma bbottiljati fiż-żona tal-produzzjoni.

Il-produtturi tal-inbid tad-Dukat ta’ Uzès għalhekk iżommu bilanċ agrikolu bbażat fuq kultivazzjoni mħallta Mediterranja jew l-art rikka titħawwel b’għelejjel taċ-ċereali jew tal-frott, u d-dwieli Mediterranji stabbiliti fuq l-għoljiet l-aktar favorevoli, li ġeneralment huma limitati fil-muniċipalità.

Għalkemm imsemmija mis-seklu 15, ir-reputazzjoni tal-inbejjed bdiet tiżviluppa mis-snin 70 u 80, iffaċilitata mill-ibbottiljar kważi esklussiv fiż-żona u mill-benefiċċju tal-ħafna turisti li jiġu biex jiskopru l-belt ta’ Uzès, id-Dukat tagħha u l-qalba tar-raħal bid-djar medjevali.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni: Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-produzzjoni tal-inbid, u il-produzzjoni tal-inbejjed hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet tad-département ta’ Gard li ġejjin:

Cornillon, Orsan, Pougnadoresse, Pouzilhac, Vabres.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-455370ad-04ad-4e6e-be9a-6e7d88987e94


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


27.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/43


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2023/C 224/11)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

Bairrada

PDO-PT-A1537-AM01

Data tal-applikazzjoni: 2.3.2017

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Modifika mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli – aġġornament

Deskrizzjoni:

Il-kategorija tal-prodott “Inbid spumanti” inbidlet f’“Inbid spumanti ta’ kwalità”.

Raġunijiet:

Il-kategorija tal-prodott hija adattata għall-perjodu stabbilit fil-leġiżlazzjoni.

Id-Dokument Uniku (it-taqsimiet mibdula) Ir-referenzi kollha li qabel kien hemm għall-kategorija tal-prodott “Inbid spumanti” japplikaw għall-kategorija attwali “Inbid spumanti ta’ kwalità”.

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsimiet mibdula) Ir-referenzi kollha li qabel kien hemm għall-kategorija tal-prodott “Inbid spumanti” japplikaw għall-kategorija attwali “Inbid spumanti ta’ kwalità”.

2.2.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli – kategorija ta’ prodott tad-dwieli ġdida

Deskrizzjoni:

Tiżdied il-kategorija “Inbid likur”.

Raġunijiet:

Biex tgħin biex jiżdied il-valur ekonomiku ta’ prodott li diġà jeżisti fir-reġjun, billi jiġi rikonoxxut bħala Denominazzjoni ta’ Oriġini.

Dan it-tip ta’ prodott diġà qiegħed isir mill-produtturi f’konformità mal-prattiki tradizzjonali li jintużaw fir-reġjun, bi kwalità distintiva u karatteristiċi tipiċi. B’dan il-mod l-inklużjoni ta’ dan il-prodott ġdid fid-DOP Bairrada hija rikonoxximent tal-importanza u l-kwalità tiegħu u valur miżjud għall-produtturi tiegħu.

Id-Dokument Uniku (it-taqsimiet mibdula) “Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli”, “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”, “Definizzjoni tar-rabta/rabtiet” u “Rekwiżiti oħra applikabbli”.

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsimiet mibdula) “Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli”, “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”, “Rabta maż-żona ġeografika.” u “Rekwiżiti oħra”.

2.3.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed – il-kategoriji tal-inbid u tal-inbid spumanti ta’ kwalità

Deskrizzjoni:

Id-deskrizzjoni tal-kategoriji tal-inbid u tal-inbid spumanti ta’ kwalità ttejbet u ġiet adattata.

Raġunijiet:

Id-deskrizzjoni preċedenti ġiet identifikata bħala ġenerali u mhux speċifika biżżejjed, għalhekk ġiet adattata biex tinkludi l-karatteristiċi assoċjati mal-prodotti koperti mid-DOP Bairrada. Dan kien neċessarju biex jiġi żgurat li d-Dokument Uniku u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Id-Dokument Uniku (it-taqsimiet mibdula) “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed – il-kategoriji tal-inbid u tal-inbid spumanti ta’ kwalità”

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsimiet mibdula) “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed – il-kategoriji tal-inbid u tal-inbid spumanti ta’ kwalità”

2.4.   Rendiment massimu – Inbid u inbid spumanti ta’ kwalità

Deskrizzjoni:

 

Emenda tar-rendimenti massimi għal:

 

Inbejjed bojod u rożè: 100 hl

 

Inbid aħmar: 80 hl

 

Inbid spumanti ta’ kwalità: 120 hl

Raġunijiet:

Ir-rendiment massimu żdied sabiex dawn il-valuri jiġu allinjati mal-livelli tal-produzzjoni attwali fir-reġjun, mingħajr ma jiġu kompromessi l-karatteristiċi distintivi tagħhom.

Id-Dokument Uniku (it-taqsimiet mibdula) “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsimiet mibdula) “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”

2.5.   Varjetajiet tad-dwieli ewlenin – varjetajiet ġodda

Deskrizzjoni:

Emenda/aġġornament tal-lista tal-varjetajiet. Ġiet introdotta l-varjetà Viognier.

Raġunijiet:

Il-ħtieġa li jiġu adattati u aġġornati l-varjetajiet iddefiniti għall-produzzjoni tal-inbejjed fir-reġjun għall-qafas legali l-ġdid tal-lista nazzjonali tal-varjetajiet adattati għall-produzzjoni tal-inbid fil-Portugall, inkluża varjetà ġdida rilevanti għall-karatterizzazzjoni tal-inbejjed tar-reġjun. Din il-varjetà hija parti mill-mappa tradizzjonali tal-varjetajiet taż-żona ġeografika, għalhekk l-inklużjoni tagħha tottimizza aktar milli tibdel il-karattru distintiv tal-inbejjed tad-DOP Bairrada.

Id-Dokument Uniku (it-taqsimiet mibdula) “Varjetajiet jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed”

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsimiet mibdula) “Varjetajiet ewlenin tad-dwieli”

2.6.   Rabta maż-żona ġeografika

Deskrizzjoni:

Id-deskrizzjoni tar-rabta maż-żona ġeografika ġiet adattata u mtejba. L-informazzjoni dwar iż-żona ġeografika, id-dettalji tal-prodott u r-rabta kawżali tiegħu ġiet riveduta, kemm għall-kategoriji ta’ prodotti eżistenti kif ukoll għal dawk ġodda.

Raġunijiet:

Minħabba li, minn naħa, id-deskrizzjoni preċedenti tar-rabta kienet ikkunsidrata ġenerali u mhux speċifika biżżejjed u, min-naħa l-oħra, kellha tiżdied id-deskrizzjoni tar-rabta għall-kategorija l-ġdida tal-prodotti (inbid likur), il-kontenut ta’ dan il-punt ġie rivedut biex jinkludi l-kategoriji tal-prodotti kollha. Dan jagħmel il-kontenut aktar oġġettiv, peress li r-rabta stabbilita maż-żona ġeografika tapplika fil-kategoriji kollha.

Id-Dokument Uniku (it-taqsimiet mibdula) “Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet”

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsimiet mibdula) “Rabta maż-żona ġeografika”

2.7.   Inbejjed – id-denominazzjoni “Clássico”

Deskrizzjoni:

L-introduzzjoni tar-rekwiżiti għall-użu tad-denominazzjoni “Clássico” fuq it-tikketta.

Raġunijiet:

Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu tad-denominazzjoni “Clássico” fuq it-tikkettar tal-inbejjed.

Id-Dokument Uniku (it-taqsimiet mibdula) “Rekwiżiti oħra applikabbli – Rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar”

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsimiet mibdula) “Rekwiżiti oħra – Rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar”

2.8.   Informazzjoni li tikkonċerna l-applikant

Deskrizzjoni:

Aġġornament tal-informazzjoni li tikkonċerna l-applikant

Raġunijiet:

L-informazzjoni hija skaduta u għalhekk hemm bżonn ta’ aġġornament. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli u biex tiġi ċċarata d-deskrizzjoni preċedenti pprovduta.

Id-Dokument Uniku (it-taqsimiet mibdula) Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda bidla fid-Dokument Uniku.

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsimiet mibdula) “Informazzjoni oħra – Dettalji tal-applikant”

2.9.   Informazzjoni dwar il-partijiet ikkonċernati

Deskrizzjoni:

Tħassir tal-informazzjoni li tikkonċerna l-partijiet ikkonċernati.

Raġunijiet:

Minħabba nuqqas ta’ ftehim, id-dettalji tal-applikant bi żball kienu ddaħħlu f’dan il-qasam. Din l-informazzjoni issa tħassret. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli u biex tiġi ċċarata d-deskrizzjoni preċedenti pprovduta.

Id-Dokument Uniku (it-taqsimiet mibdula) Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda bidla fid-Dokument Uniku.

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsimiet mibdula) “Informazzjoni oħra – Dettalji tal-partijiet ikkonċernati”

2.10.   Informazzjoni dwar il-korpi ta’ kontroll

Deskrizzjoni:

Aġġornament għall-informazzjoni dwar il-korpi ta’ kontroll.

Raġunijiet:

L-informazzjoni hija skaduta u għalhekk hemm bżonn ta’ aġġornament. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli u biex tiġi ċċarata d-deskrizzjoni preċedenti pprovduta.

Id-Dokument Uniku (it-taqsimiet mibdula) Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda bidla fid-Dokument Uniku.

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsimiet mibdula) “Informazzjoni oħra – Informazzjoni dwar il-korpi ta’ kontroll”

2.11.   Informazzjoni dwar l-awtoritajiet superviżorji kompetenti

Deskrizzjoni:

Aġġornament tal-informazzjoni li tikkonċerna l-awtoritajiet superviżorji kompetenti.

Raġunijiet:

L-informazzjoni hija skaduta u għalhekk hemm bżonn ta’ aġġornament. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli u biex tiġi ċċarata d-deskrizzjoni preċedenti pprovduta.

Id-Dokument Uniku (it-taqsimiet mibdula) Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda bidla fid-Dokument Uniku.

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsimiet mibdula) “Informazzjoni oħra – Informazzjoni dwar l-awtoritajiet superviżorji kompetenti”

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Bairrada

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

4.1.   Inbid (abjad, aħmar u rożè)

DESKRIZZJONI QASIRA

Bojod: Għandhom togħma friska u kulur il-kwarz isfar ċar bi sfumaturi ta’ kultant ħadranin jew kemxejn dehbin meta jiġu ffermentati fi btieti tal-injam ġodda. Għandhom aromi delikati ta’ fjuri u/jew ta’ frott li xi kultant jiksbu noti tropikali u tal-butir aktar qawwija. Huma nbejjed strutturati b’bilanċ naturali tajjeb bejn l-aċidità u l-alkoħol u freskezza eċċellenti.

Ħomor: Huma ta’ kulur aħmar qawwi, kultant bi sfumaturi jagħtu fil-blu, aromi ta’ frott tat-tut tal-għollieq, tal-bergamott u tal-ħwawar; struttura tannika u aċidità sodi. Meta jitqaddmu, jiżviluppaw aromi terzjarji ta’ frott artab selvaġġ, reżini, ħwawar, għasel u aromi affumikati, u struttura tajba, garantita minn bilanċ tajjeb bejn l-alkoħol, l-aċidu u t-tannini, u juru lonġevità kbira.

Rożè: Għandhom kulur minn oranġjo għal aħmar, b’aromi ta’ frott aħmar. Fil-palat għandhom aċidità moderatament għolja u huma friski ħafna fil-ħalq.

Għall-parametri l-analitiċi l-oħra, japplikaw il-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.2.   Inbid spumanti ta’ kwalità (abjad, aħmar u rożè)

DESKRIZZJONI QASIRA

Bojod: kulur il-kwarz isfar ċar bi sfumaturi kemxejn dehbin. L-aromi huma ta’ fjuri u ta’ frott, b’aromi ta’ frott bil-polpa bajda. L-inbejjed bojod imqaddmin għal aktar fit-tul ikollhom aromi qawwija u ta’ nkaljar. Għandhom togħma qawwija, b’volum armonjuż fil-ħalq u freskezza u ragħwa eċċellenti fil-palat.

Ħomor: Għandhom kulur ħamrani, xi kultant b’intensità, freskezza u ragħwa eċċellenti fil-palat. L-aromi huma ta’ fjuri u ta’ frott. L-inbejjed bojod imqaddmin għal aktar fit-tul ikollhom aromi qawwija u ta’ nkaljar. Fil-ħalq huma robusti minħabba t-tannini, ibbilanċjati, bi bżieżaq fini u persistenti.

Rożè: Għandhom kulur minn oranġjo għal roża. L-aromi huma ta’ fjuri u ta’ frott, b’aromi ta’ frott aħmar (bħaċ-ċirasa, it-tut tal-għollieq u l-frawli), jew aktar imqaddmin, b’aromi ta’ nkaljar u qawwija. Huma delikati fil-ħalq, b’aċidità bbilanċjata, freskezza u ragħwa eċċellenti fil-palat.

Għall-parametri l-analitiċi l-oħra, japplikaw il-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.3.   Inbid likur (abjad u aħmar)

DESKRIZZJONI QASIRA

Bojod: Għandhom kulur kemxejn dehbi, xi kultant bi sfumaturi lewn il-qastan, li huwa l-effett tat-tqaddim fl-injam. Kultant ikollhom aroma ta’ frott taċ-ċitru b’noti ta’ ġewż u ħjiel żgħir ta’ ossidazzjoni. It-togħma hija moderatament ħelwa b’alkoħol perċettibbli. Hija strutturata, b’aċidità soda li tagħtiha freskezza, li hija l-impressjoni ġenerali dominanti.

Ħomor: Il-kulur jista’ jvarja minn moderatament ħamrani għal aħmar aktar skur u jista’ jkollu wkoll sfumaturi sofor, oranġjo u kif ukoll ta’ lewn il-qastan mit-tqaddim fl-injam. L-aromi huma ta’ frott imqadded u frott aħmar ħelu u frisk ħafna, bħaċ-ċirasa qarsa, kif ukoll ta’ ossidazzjoni. Jista’ jkun hemm ukoll noti żgħar ta’ għasel u/jew ta’ tin. L-inbejjed likuri ħomor għandhom togħma strutturata b’aċidità soda, li tipprovdi freskezza, u li tiddomina b’mod ġenerali, għalkemm il-ħlewwa moderata tagħhom hija evidenti wkoll. Is-sensazzjoni tat-togħma tista’ turi xi viskożità meta l-inbejjed ikunu ġew immaturati fi btieti tal-ballut.

Għall-parametri l-analitiċi l-oħra, japplikaw il-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

16

Aċidità totali minima

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

5.1.   Inbid spumanti ta’ kwalità – metodu

Prattika enoloġika speċifika

Meta jiġu prodotti nbejjed spumanti ta’ kwalità intitolati li jużaw id-DOP Bairrada, it-teknoloġija li għandha tintuża hija l-metodu klassiku tal-fermentazzjoni fil-fliexken, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

5.2.   Inbid, inbejjed spumanti ta’ kwalità u nbid likur — qawwa alkoħolika naturali skont il-volum

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Il-most użat għall-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid tad-DOP Bairrada jrid ikollu qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’:

Inbid abjad, aħmar u rożè — 11 % vol.;

Inbid spumanti ta’ kwalità — 9,5 % vol.;

Inbid likur — 12 % vol.

5.3.   Inbid spumanti ta’ kwalità — tqaddim

Prattika enoloġika speċifika

L-inbid spumanti ta’ kwalità intitolat li juża d-DOP Bairrada huwa meħtieġ li jibqa’ fil-bini tal-bottiljatur għal perjodu minimu ta’ 9 xhur wara d-data tal-ibbottiljar tiegħu għat-tqegħid fis-suq.

5.4.   Inbid likur – produzzjoni

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

L-inbid likur intitolat li juża d-DOP Bairrada huwa magħmul minn most ta’ għeneb adattat biex isiru l-prodotti tad-DOP Bairrada, fl-istadju bikri tal-fermentazzjoni, li miegħu jiżdied distillat tal-inbid b’qawwa alkoħolika proprja ta’ mhux inqas minn 52 % u mhux aktar minn 86 % skont il-volum, sakemm jiġu osservati l-karatteristiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

5.5.   Inbejjed, inbejjed spumanti ta’ kwalità u nbejjed likuri – metodi ta’ kultivazzjoni, taħriġ tad-dwieli u ħamrija

Metodi tal-kultivazzjoni

Il-metodi tal-kultivazzjoni fil-vinji maħsuba għall-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid intitolati li jużaw id-DOP Bairrada jridu jkunu dawk tradizzjonali fir-reġjun jew dawk irrakkomandati mill-korp ta’ ċertifikazzjoni.

Id-dwieli jridu jkunu semiliberi jew imħarrġa bis-sistema tal-cordon, u d-densità tat-tħawwil trid tkun aktar minn 3 000 pjanta/ha.

Id-dwieli maħsuba għall-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid intitolati li jużaw id-DOP Bairrada jridu jitħawlu jew ikunu diġà qegħdin jikbru fil-ħamrija bil-karatteristiċi li ġejjin:

a)

ħamrija kalkarja kannella jew ħamra;

b)

shales litoliċi umiċi jew mhux umiċi

c)

podzols ta’ materjali ramlin mhux ikkonsolidati.

Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Inbid (bojod u rożè)

100 ettolitru għal kull ettaru

2.

Inbid (aħmar)

80 ettolitru għal kull ettaru

3.

Inbid spumanti ta’ kwalità

120 ettolitru għal kull ettaru

4.

Inbid likur

100 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żona ġeografika li tikkoinċidi mad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Bairrada tinkludi:

a)

il-muniċipalitajiet ta’ Anadia, Mealhada u Oliveira do Bairro;

b)

fil-muniċipalità ta’ Águeda, l-União das freguesias de Recardães e Espinhel, l-União das freguesias de Águeda e Borralha, l-União das freguesias de Barrô e Aguada de Baixo, fl-União das freguesias de Travassô e Óis da Ribeira, biss il-parroċċa ta’ Óis da Ribeira, fl-União das freguesias de Belazaima do Chão, Castanheira do Vouga e Agadão, biss il-parroċċa ta’ Belazaima do Chão, u l-parroċċi ta’ Aguada de Cima, Fermentelos u Valongo do Vouga;

c)

fil-muniċipalità ta’ Aveiro, fl-União das freguesias de Requeixo, Nossa Senhora de Fátima e Nariz, il-parroċċa ta’ Nariz biss;

d)

fil-muniċipalità ta’ Cantanhede, l-União das freguesias de Sepins e Bolhoa, l-União das freguesias de Vilamar e Corticeiro de Cima, l-União das freguesias de Covões e Camarneira, l-União das freguesias de Portunhos u Outil, l-União das freguesias de Cantanhede e Pocariça, u l-parroċċi ta’ Ançã, Cadima, Cordinhã, Febres, Murtede, Ourentã, Sanguinheira u São Caetano;

e)

fil-muniċipalità ta’ Coimbra, l-União das freguesias de Souselas e Botão, l-União das freguesias de Trouxemil e Torre de Vilela, fl-União das freguesias de Antuzede e Vil de Matos, il-parroċċa ta’ Vil de Matos biss;

f)

fil-muniċipalità ta’ Vagos, fl-União das freguesias de Fonte de Angeão e Covão do Lobo, biss il-parroċċa ta’ Covão do Lobo, fl-União das freguesias de Ponte de Vagos e Santa Catarina, il-parroċċa ta’ Santa Catarina biss, u l-parroċċi ta’ Ouca u Sosa.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

Alfrocheiro — Tinta-Bastardinha

 

Aragonez — Tinta-Roriz; Tempranillo

 

Arinto — Pedernã

 

Baga

 

Bastardo — Graciosa

 

Bical — Borrado-das-Moscas

 

Cabernet-Sauvignon

 

Camarate

 

Castelão — João-de-Santarém(1); Periquita

 

Cercial — Cercial-da-Bairrada

 

Chardonnay

 

Fernão-Pires — Maria-Gomes

 

Jaen — Mencía

 

Merlot

 

Petit-Verdot

 

Pinot-Blanc

 

Pinot-Noir

 

Rabo-de-Ovelha

 

Rufete — Tinta-Pinheira

 

Sauvignon — Sauvignon-Blanc

 

Sercialinho

 

Syrah — Shiraz

 

Tinta -Barroca

 

Tinto-Cão

 

Touriga-Franca

 

Touriga-Nacional

 

Verdelho

 

Viognier

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Inbid, inbid spumanti ta’ kwalità u nbid likur

Dettalji taż-żona ġeografika rilevanti għar-rabta

Fatturi naturali: Iż-żona ġeografika hija delimitata fit-Tramuntana mix-xmara Vouga u fin-Nofsinhar mix-xmara Mondego, fil-Lvant mis-sriebet tal-muntanji Bussaco u Caramulo, u fil-Punent mill-Oċean Atlantiku.

Huwa reġjun fil-biċċa l-kbira ċatt b’għoljiet baxxi b’għoli li jvarja, f’altitudnijiet li rarament jaqbżu l-250 m ’il fuq mil-livell tal-baħar.

Iż-żona tad-DOP Bairrada testendi fuq pjanura jew plateau, dejjem qrib l-Atlantiku, ħaġa li tinfluwenza ħafna l-klima tar-reġjun.

Il-klima Mediterranja għandha influwenza Atlantika qawwija, bi xtiewi twal u kesħin b’temperaturi medji moderati iżda b’ammont abbundanti ta’ xita. Is-sjuf sħan huma mrażżna mill-irjieħ tal-Atlantiku. Il-ġranet huma sħan u l-iljieli huma kesħin, b’firxa ta’ temperaturi sinifikanti.

Il-ħamrija hija minerali u ġiet iffurmata fi żminijiet ġeoloġiċi differenti. L-art hija ġeneralment fqira, u tvarja minn ħamrija ramlija għal ħamrija taflija, b’xi trab ġulġlieni ramli wkoll. Id-dwieli jitkabbru prinċipalment fil-ħamrija taflija u kalkarja taflija.

Fatturi umani: Il-vitikultura fir-reġjun ta’ Bairrada ilha parti mill-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun sa mill-Medjuevu.

L-inbejjed tar-reġjun kienu diġà magħrufa u l-kwalità tagħhom rikonoxxuta lura fis-seklu 19, meta ġie rikonoxxut il-potenzjal tar-reġjun għall-produzzjoni tal-inbejjed spumanti. Kien f’dan ir-reġjun li fl-1890 ġew prodotti għall-ewwel darba nbejjed spumanti kummerċjali fil-Portugall.

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti assoċjati maż-żona ġeografika:

L-inbejjed, l-inbejjed spumanti ta’ kwalità u l-inbejjed likuri tad-DOP Bairrada għandhom karatteristiċi distintivi. Huma karatterizzati mir-rikkezza aromatika u l-freskezza enfasizzata tagħhom, notevoli għall-istruttura tajba u l-aċidità bbilanċjata u impressjonanti (riflessjoni tal-aċidità fissa qawwija).

Rabta maż-żona ġeografika:

L-altitudnijiet moderati u l-influwenza Atlantika qawwija huma fatturi ewlenin fl-ammont għoli ta’ xita li r-reġjun huwa magħruf għalih. Dawn il-karatteristiċi jiffavorixxu l-produzzjoni ta’ għeneb b’sajran ibbilanċjat, li jipproduċi nbejjed b’aċidità notevoli u rikki fil-prekursuri aromatiċi.

L-influwenza tal-Atlantiku, li hija notevoli fiż-żona ġeografika kollha, flimkien mal-ammont kbir ta’ xita, tikkontribwixxi wkoll għall-freskezza li tista’ tiġi identifikata fl-inbejjed tiegħu. Din hija essenzjalment derivata mill-aċidità naturali tal-għeneb imkabbar f’dawn il-kundizzjonijiet.

Il-ħamrija taż-żona ġeografika toriġina mill-blat sedimentarju. Id-dwieli jitkabbru f’siti b’ħamrija kalkarja mill-Ġurassiku, blat ramli mit-Triassiku jew konglomerati mill-perjodi Kretaċej.

Iż-żona ġeografika għalhekk tipprovdi kundizzjonijiet eċċellenti għall-kultivazzjoni tad-dwieli, b’mod partikolari fir-rigward tad-disponibbiltà tal-ilma ta’ dawn it-tipi ta’ ħamrija u l-karatteristiċi tagħhom tal-permeabbiltà u ż-żamma tal-ilma fix-xhur fejn tagħmel l-iżjed xita. Dan jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-karatteristiċi tal-inbejjed mill-għeneb prodott hawnhekk, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċidità fissa notevoli tagħhom, li hija essenzjali għall-freskezza tal-inbejjed.

Il-fattur uman, li jippreżerva prattiki u tradizzjonijiet li ilhom eluf ta’ snin u huwa rifless fl-għażla ta’ varjetajiet li adattaw l-aħjar għall-kundizzjonijiet fiż-żona ġeografika, huwa ta’ importanza deċiżiva fil-produzzjoni tal-għeneb li jagħtu lill-inbejjed, l-inbejjed spumanti ta’ kwalità u l-inbejjed likuri tad-DOP Bairrada l-karatteristiċi distintivi tagħhom.

Il-prattiki u l-għażliet tekniċi (f’termini tal-ħsad, il-fermentazzjoni, il-maċerazzjoni u t-tqaddim), li għandhom l-għeruq tagħhom f’fatturi umani marbuta mat-tradizzjoni tar-reġjun, għandhom impatt ukoll fuq il-karatteristiċi ġenerali tal-prodotti tal-inbid tad-DOP Bairrada.

Ir-rabta bejn il-ħamrija u l-fatturi klimatiċi, il-varjetajiet tad-dwieli tar-reġjun u l-għarfien prattiku tradizzjonali jwasslu għal inbejjed b’karatteristiċi distintivi, ikkaratterizzati mill-mineralità, l-aċidità u l-freskezza tal-prodotti tal-inbid intitolati li jużaw id-DOP Bairrada.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Inbid, inbid spumanti ta’ kwalità u nbid likur

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Valutazzjoni tat-tikkettar qabel it-tqegħid fis-suq.

Il-marka hija indikazzjoni obbligatorja fuq it-tikketta.

Inbid — l-użu tad-denominazzjoni “Clássico”

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-użu tad-denominazzjoni “Clássico” fuq it-tikkettar tal-inbejjed bid-DOP Bairrada jrid jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

Mil-lista tal-varjetajiet fir-reġjun, jistgħu jintużaw dawn li ġejjin biex isiru nbejjed intitolati li jużaw it-terminu “Clássico”:

 

Arinto (Pedernã)

 

Bical (Borrado-das-Moscas)

 

Cercial (Cercial-da-Bairrada)

 

Fernão-Pires (Maria-Gomes)

 

Rabo-de-Ovelha

 

Alfrocheiro (Tinta-Bastardinha)

 

Baga

 

Camarate

 

Castelão

 

Jaen (Mencia)

 

Touriga-Nacional

b)

Ir-rendiment massimu għal kull ettaru ta’ vinji maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed intitolati li jużaw it-terminu “Clássico” għandu jkun ta’ 55 ettolitru għal kull ettaru.

c)

L-inbejjed intitolati għad-deskrizzjoni “Clássico” jrid ikollhom qawwa alkoħolika proprja minima skont il-volum ta’:

 

Inbid abjad — 12 % vol.

 

Inbid aħmar — 12,5 % vol.

d)

Il-most maħsub għall-produzzjoni tal-inbejjed intitolati għad-deskrizzjoni “Clássico” jrid ikollu qawwa alkoħolika naturali minima ta’:

 

Inbid abjad — 12 % vol.

 

Inbid aħmar — 12,5 % vol.

e)

Il-perjodi minimi tat-tqaddim għall-inbejjed intitolati li jużaw it-terminu “Clássico” huma kif ġej:

 

Inbid aħmar — jista’ jiġi bbottiljat biss wara perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 30 xahar, li 12 minnhom iridu jkunu fil-flixkun.

 

Inbid abjad — jista’ jiġi bbottiljat biss wara perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 12-il xahar, li 6 minnhom iridu jkunu fil-flixkun.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.ivv.gov.pt/np4/8617.html


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.